Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2106

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2106 tal-31 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għal ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja

    C/2022/7936

    ĠU L 284, 4.11.2022, p. 49–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2106/oj

    4.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 284/49


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2106

    tal-31 ta’ Ottubru 2022

    li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għal ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2022.

    (2)

    Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha eżawrew il-kwota allokata għall-2022.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat għall-2022 lill-Italja għall-istokk tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut ta’ dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rilokat, trażbordat jew li jinħatt l-art.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).


    ANNESS

    Nru

    09/TQ110

    Stat Membru

    L-Italja

    Stokk

    ARS/GF8-11

    Speċi

    Gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea)

    Żona

    GSA 8-9-10-11

    Data tal-Għeluq

    28.9.2022


    Top