Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1926

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1926 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel

    C/2022/7110

    ĠU L 265, 12.10.2022, p. 67–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1926/oj

    12.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 265/67


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1926

    tal-11 ta’ Ottubru 2022

    li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2021 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2020/1579 (2), (UE) 2021/90 (3), (UE) 2021/91 (4) u (UE) 2021/92 (5).

    (2)

    Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2022 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2021/91, (UE) 2021/1888 (6), (UE) 2022/109 (7) u (UE) 2022/110 (8).

    (3)

    Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

    (4)

    L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għandu jsir fis-sena/snin ta’ wara billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta’ multiplikazzjoni mogħtija f’dawk il-paragrafi.

    (5)

    Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għas-sena 2021. Għalhekk jenħtieġ li jiġi applikat tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2022 u, fejn rilevanti, fis-snin ta’ wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed.

    (6)

    Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzju attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    (7)

    Billi l-kwoti jingħataw f’tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta’ kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqiesx,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2021/91, (UE) 2021/1888, (UE) 2022/109 u (UE) 2022/110 għall-2022 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jiffissa, għas-snin 2021 u 2022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 20).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1888 tas-27 ta’ Ottubru 2021 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħrajn (ĠU L 384, 29.10.2021, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).


    ANNESS

    TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2022 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED

    Stat Membru

    Kodiċi tal-ispeċi

    Kodiċi taż-żona

    Isem l-ispeċi

    Isem taż-żona

    Kwota oriġinali tal-2021 (f’kilogrammi)

    Ħatt l-art permess għall-2021 (Kwantità totali adattata f’kilogrammi) (1)

    Qabdiet totali li saru fl-2021 (il-kwantità f’kilogrammi)

    Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%)

    Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’kilogrammi)

    Fattur ta’ multiplikazzjoni  (2)

    Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni  (3),  (4)

    Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel  (5)(kwantità f’kilogrammi)

    Tnaqqis applikabbli fl-2022 (kwantità f’kilogrammi)

    CYP

    SWO

    MED

    Pixxispad

    Il-Baħar Mediterran

    52 230

    52 230

    55 703

    106,65

    3 473

    /

    C (6)

    /

    3 473

    DEU

    HER

    4AB.

    Aringa

    L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N

    33 852 000

    17 152 318

    18 844 967

    109,87

    1 692 649

    /

    A (6)

    /

    1 692 649

    DNK

    COD

    03AN.

    Bakkaljaw

    L-Iskagerrak

    1 515 000

    1 556 000

    1 598 949

    102,76

    42 949

    /

    C (6)

    /

    42 949

    DNK

    HER

    4AB.

    Aringa

    L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N

    49 993 000

    49 711 223

    51 805 988

    104,21

    2 094 765

    /

    /

    /

    2 094 765

    ESP

    COD

    1/2B.

    Bakkaljaw

    1 u 2b

    11 331 000

    8 580 172

    8 604 667

    100,29

    24 495

    /

    A (6)

    /

    24 495

    ESP

    GHL

    1N2AB.

    Ħalibatt ta’ Greenland

    L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

    /

    6 000

    43 778

    729,63

    37 778

    1,00

    A

    /

    56 667

    ESP

    HAD

    1N2AB.

    Merluzz tal-linja sewda

    L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

    /

    0

    19 059

    Mhux applikabbli

    19 059

    1,00

    /

    /

    19 059

    ESP

    OTH

    1N2AB.

    Speċijiet oħrajn

    L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

    /

    0

    27 571

    Mhux applikabbli

    27 571

    1,00

    A

    /

    41 357

    EST

    GHL

    N3LMNO.

    Ħalibatt ta’ Greenland

    Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

    331 000

    502 500

    515 085

    102,50

    12 585

    /

    /

    /

    12 585

    FRA

    RED

    51214S.

    Redfish

    L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta’ 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

    0

    0

    3 516

    Mhux applikabbli

    3 516

    1,00

    /

    /

    3 516

    GRC

    BFT

    AE45WM.

    Tonna

    L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

    314 030

    314 030

    322 640

    102,74

    8 610

    /

    C (6)

    /

    8 610

    IRL

    HER

    6AS7BC.

    Aringa

    Iż-żoni 6aS, 7b u 7c

    1 236 000

    1 513 457

    1 605 894

    106,11

    92 437

    /

    /

    /

    92 437

    IRL

    RJC

    07D.

    Raja tal-fosos

    7d.

    /

    0

    1 741

    Mhux applikabbli

    1 741

    1,00

    /

    /

    1 741

    LTU

    HER

    4AB.

    Aringa

    L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N

    /

    452 600

    466 192

    103,00

    13 592

    /

    /

    /

    13 592

    LVA

    SPR

    3BCD-C.

    Laċċa kaħla

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32

    30 845 000

    28 709 205

    29 084 587

    101,31

    375 382

    /

    C (6)

    /

    375 382

    NLD

    HER

    4AB.

    Aringa

    L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N

    46 381 000

    45 488 813

    46 533 481

    102,30

    1 044 668

    /

    /

    /

    1 044 668

    POL

    MAC

    2A34.

    Kavall

    L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3 u 4

    /

    0

    63 850

    Mhux applikabbli

    63 850

    1,00

    /

    /

    63 850

    PRT

    ARU

    3X14-

    Fonsa ħamra

    L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

    145 000

    136 677

    139 363

    101,97

    2 686

    /

    /

    /

    2 686

    PRT

    ANE

    9/3411

    Inċova

    9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

    7 829 000

    8 752 733

    10 863 270

    124,11

    2 110 537

    1,40

    /

    /

    2 954 752

    PRT

    ANF

    8C3411.

    Petriċi

    8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

    584 000

    648 238

    657 235

    101,39

    8 997

    /

    C (6)

    /

    8 997

    PRT

    BFT

    AE45WM

    Tonna

    L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

    572 970

    572 970

    583 215

    101,79

    10 245

    /

    C (6)

    /

    10 245

    PRT

    HKE

    8C3411.

    Merluzz

    8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

    2 483 000

    2 093 417

    2 207 568

    105,45

    114 151

    /

    C (6)

    /

    114 151

    SWE

    HER

    03 A.

    Aringa

    3a

    9 498 000

    13 085 112

    13 223 209

    101,06

    138 097

    /

    /

    /

    138 097


    (1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-Politika Komuni tas-Sajd u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2020 għall-2021 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni min sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u f’konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    (2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

    (3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

    (4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2019, fl-2020 u fl-2021. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta’ multiplikazzjoni addizzjonali ta’ 1.5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

    (5)  Il-kwantitajiet li fadal mis-sena/snin ta’ qabel.

    (6)  Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni mhux applikabbli billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.


    Top