This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1166
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1166 of 6 July 2022 amending Regulation (EC) No 1480/2004 laying down specific rules concerning goods arriving from the areas not under the effective control of the Government of Cyprus in the areas in which the Government exercises effective control
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1166 tas-6 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1480/2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1166 tas-6 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1480/2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv
C/2022/4594
ĠU L 181, 7.7.2022, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1166
tas-6 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1480/2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar reġim skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 mal-Att tal-Adeżjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(12)tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat imwaqqaf bir-Regolament dwar il-Linja tal-qsim,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 (2) jipprevedi regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni li fihom il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv, inkluż fir-rigward ta’ spezzjonijiet fitosanitarji ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Anness V, il-Parti B, tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3) u tar-rappurtar dwarhom. Għal dak il-għan, l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament fih ir-referenzi għal dik id-Direttiva. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li jipprovdi l-bażi għar-regoli tal-Unjoni dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, ħassar id-Direttiva 2000/29/KE. Dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi lista tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li għalihom huwa meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5) jelenka l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra li għalihom huwa meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, fosthom dawk li qabel kienu elenkati fl-Anness V, il-Parti B tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(4) |
Għalhekk jixraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1480/2004 sabiex ir-referenzi għad-Direttiva 2000/29/KE jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
(5) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu aġġornati r-referenzi kollha għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti tal-pjanti. |
(6) |
Minħabba li, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004, l-oġġetti li jaqsmu l-linja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti u jgħaddu mill-verifiki kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni fitosanitarja tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, l-ispezzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jaċċertaw li l-oġġetti rispettivi huma ħielsa mill-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jikkonformaw mal-limiti għall-preżenza ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni elenkati fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, u jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni stabbiliti fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1480/2004 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1480/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Spezzjoni fitosanitarja u rapportar 1. L-esperti fitosanitarji indipendenti maħtura mill-Kummissjoni, inkarigati fil-qafas tal-istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX), u li jaħdmu f’koordinazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiprijotta Torka għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 (“l-esperti”), għandhom jispezzjonaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra kollha elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (*1) fl-istadji tal-produzzjoni, tal-ħsad u tal-kummerċjalizzazzjoni, biex jaċċertaw li:
2. Fil-każ tal-patata, l-esperti msemmija hawn fuq għandhom jivverifikaw li l-patata fil-kunsinna tkabbret direttament mill-patata taż-żrigħ ċertifikata f’wieħed mill-Istati Membri jew mill-patata taż-żrigħ ċertifikata fi kwalunkwe pajjiż ieħor li għaliha l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-patata intenzjonata għat-tħawwil mhijiex ipprojbita skont l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. 3. Jekk l-esperti, sa fejn jafu huma u sa fejn ikun jista’ jiġi ddeterminat, jistabbilixxu li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra rilevanti fil-kunsinna jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 u mar-rekwiżiti u l-kontrolli rilevanti kif stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 866/2004, huma għandhom:
L-esperti ma għandhomx joħorġu “Rapporti ta’ spezzjoni fitosanitarja” fir-rigward tal-pjanti intenzjonati għat-tħawwil, inklużi t-tuberi tas-Solanum tuberosum L intenzjonati għat-tħawwil. 4. L-esperti imbagħad għandhom jissiġillaw it-trakkijiet u l-mezzi l-oħra tat-trasport b’tali mod li ma jippermettix li l-kunsinna tkun tista’ tinfetaħ qabel ma taqsam il-linja. Il-komoditajiet koperti minn dan l-Artikolu jistgħu jinġarru biss minn naħa għal oħra tal-linja jekk jiġu ssodisfati l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 5. Mal-wasla fiż-żoni fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita l-kontroll effettiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw il-kunsinna. Meta jkun japplika, ir-“Rapport ta’ spezzjoni fitosanitarja” għandu jiġi sostitwit b’passaport tal-pjanti previst fl-Artikolu 79(1) jew fl-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*2) (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).”" |
(2) |
Il-ħames u s-sitt inċiżi taħt il-punt 10 tal-mudell previst fl-Anness III huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 tal-10 ta’ Awwissu 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv (ĠU L 272, 20.8.2004, p. 3).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).