Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0957

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/957 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Radicchio di Verona” (IĠP))

    C/2022/4189

    ĠU L 165, 21.6.2022, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/957/oj

    21.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 165/28


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/957

    tal-14 ta’ Ġunju 2022

    li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Radicchio di Verona” (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Radicchio di Verona”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2009 (2).

    (2)

    Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (3).

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Radicchio di Verona” (IĠP), hija approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2009 tat-2 ta’ Frar 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Aceite de La Alcarria (DPO), Radicchio di Verona (IĠP), Zafferano di Sardegna (DPO), Huîtres Marennes Oléron (IĠP)) (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 8).

    (3)  ĠU C 62, 4.2.2022, p. 18.


    Top