Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0143

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/143 tat-2 ta’ Frar 2022 dwar il-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Volailles de Loué” (IĠP))

C/2022/487

ĠU L 24, 3.2.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/143/oj

3.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/143

tat-2 ta’ Frar 2022

dwar il-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Volailles de Loué” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (2) jipprevedi li l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tapplika mutatis mutandis għall-kanċellament ta’ reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-applikazzjoni li bagħtet Franza biex tikkanċella r-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Volailles de Loué” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 664/2014 (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Volailles de Loué” (IĠP) jiġi kkanċellat mir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti.

(4)

Skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, tali kanċellament jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tal-isem “Volailles de Loué” (IĠP) hija b’dan ikkanċellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).

(3)   ĠU C 344, 27.8.2021, p. 10.


Top