This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022H0915
Council Recommendation (EU) 2022/915 of 9 June 2022 on operational law enforcement cooperation
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/915 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/915 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi
ST/8720/2022/INIT
ĠU L 158, 13.6.2022, p. 53–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/53 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/915
tad-9 ta’ Ġunju 2022
dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87(3) u l-Artikolu 89, flimkien mal-Artikolu 292, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi hija essenzjali biex jiġi indirizzat it-theddid għas-sigurtà u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen. Huwa essenzjali li persuni ma jitħallewx jaħarbu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sempliċiment billi jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor. Kooperazzjoni transkonfinali msaħħa fl-infurzar tal-liġi bejn l-awtoritajiet kollha tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri ser tgħin biex jittejbu l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali fl-Unjoni. Din il-kooperazzjoni msaħħa tkopri azzjonijiet transkonfinali bejn żewġ Stati Membri jew aktar, bħal insegwimenti transkonfinali u sorveljanza transkonfinali, u azzjonijiet tranżnazzjonali, bħal operazzjonijiet konġunti, li jinvolvu l-iskjerament ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fi Stati Membri oħra. |
(2) |
Insegwimenti transkonfinali u sorveljanza transkonfinali huma strumenti indispensabbli ta' kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi li mingħajrhom xi persuni jistgħu jaħarbu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi billi jaqsmu l-fruntiera biex jieħdu vantaġġ mill-bidla tal-ġuriżdizzjoni u n-nuqqas ta' kontinwità tal-azzjoni tal-infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-Istati Membri jindirizzaw il-limitazzjonijiet eżistenti li xi wħud mill-istati Membri stabbilew, peress li joħolqu ostakli li jxekklu t-twettiq ta’ tali azzjonijiet fit-territorju tagħhom. Huwa wkoll neċessarju li, filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta' kull Stat Membru, ċerti regoli ta' involviment f'operazzjonijiet transkonfinali tal-infurzar tal-liġi jiġu aġġustati biex jiġu mmonitorjati u detenuti persuni taħt sorveljanza transkonfinali, f’insegwimenti transkonfinali u waqt operazzjonijiet konġunti. |
(3) |
L-istabbiliment ta' viġilanzi konġunti permanenti u ta' mezzi oħra ta' operazzjonijiet konġunti huwa neċessarju biex jiġu indirizzati attivitajiet kriminali u l-isfidi għall-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi li ġġib magħha l-mobbiltà permanenti u dejjem akbar tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi fl-Unjoni. Bl-iskambju ta' informazzjoni, l-istrutturi eżistenti, bħaċ-Ċentri ta' Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana (PCCC), għandhom rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-PCCC ikunu jistgħu jappoġġaw il-viġilanzi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra bbażati fuq analiżi kondiviża tar-riskji u valutazzjoni tal-ħtiġijiet, f'konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli, sabiex jipprevjenu u jikxfu reati transkonfinali mwettqa f'żoni ta' fruntieri interni tal-Unjoni u jappoġġaw investigazzjonijiet f’dawk ir-reati transkonfinali. |
(4) |
Sabiex l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiksbu stampa kwantitattiva akkurata tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi fl-Unjoni, jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-Istati Membri, fuq bażi annwali, jiġbru data u jirrappurtaw dik l-istatistika. Dik l-istatistika tista’ tipprovdi għarfien dettaljat u fehim aktar fil-fond tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri u ta’ kwalunkwe kwistjoni potenzjali li jenħtieġ tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. |
(5) |
In-networks kriminali jieħdu vantaġġ min-nuqqas ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni tal-Unjoni biex ikomplu bl-attivitajiet kriminali tagħhom. Il-viġilanzi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra huma għodod siewja biex jiġi miġġieled kull tip ta' kriminalità transkonfinali. |
(6) |
Fejn rilevanti u xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi fil-kuntest tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) biex jiġu indirizzati t-theddidiet identifikati u prijoritarji kkawżati mill-kriminalità internazzjonali serja u organizzata. Pereżempju, il-viġilanzi konġunti mmirati huma strument flessibbli bbażat fuq attivitajiet tal-pulizija mmexxija mill-intelligence li jistgħu jiġu inizjalati mill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi. Il-viġilanzi konġunti mmirati jistgħu jiġu użati wkoll mill-Istati Membri flimkien ma’ azzjonijiet operazzjonali oħra fil-pjanijiet ta' azzjoni operazzjonali (OAPs) tal-EMPACT biex jiġu indirizzati oqsma speċifiċi ta' kriminalità prijoritarji. |
(7) |
Id-disponibbiltà limitata tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li l-Istati Membri jistgħu jiskjeraw barra mill-pajjiż u n-nuqqas ta' skjerament koordinat abbażi ta' analiżi konġunta minn qabel jistgħu jneħħu l-effettività tal-iskjerament tal-infurzar tal-liġi fi Stati Membri oħra. Biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni amministrattiva u loġistika tal-viġilanzi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra, jenħtieġ li jkun rakomandat li tiġi stabbilita pjattaforma ta' appoġġ b'dimensjoni pan-Ewropea. Permezz ta' tali pjattaforma ta' appoġġ, l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tagħhom u jiffaċilitaw l-iskjerament effiċjenti u effettiv ta' viġilanzi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra sabiex iżommu u jsaħħu l-ordni u s-sikurezza pubbliċi, jipprevjenu reati kriminali, u jgħinu biex jiġu indirizzati mewġiet speċifiċi ta' kriminalità f'postijiet ewlenin, f'mumenti speċifiċi u f'sitwazzjonijiet speċifiċi. Fejn xieraq, il-pjattaforma ta’ appoġġ tista' tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni, u appoġġ amministrattiv u loġistiku mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
(8) |
Il-komunikazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni disponibbli huma kritiċi għas-suċċess tal-kooperazzjoni operazzjonali tal-infurzar tal-liġi transkonfinali. Jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-Istati Membri jippermettu li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jaġixxu fi Stat Membru ieħor ikollhom aċċess f'ħin reali għal informazzjoni miżmuma fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni permezz tal-Portal Ewropew ta' Tfittxija (ESP) u għall-bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti tagħhom permezz ta' soluzzjonijiet mobbli, bħal apparati portabbli jew kompjuters tal-infurzar tal-liġi mmuntati fil-karozza, f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess applikabbli u mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-informazzjoni pprovduta lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ Stat Membru ieħor tkun limitata għal dik meħtieġa mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għat-twettiq ta' dmirijiethom matul il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi. Jenħtieġ ukoll li jkun rakkomandat li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jaġixxu fi Stat Membru ieħor ikunu mgħammra b'mezzi ta' komunikazzjoni mobbli affidabbli u siguri, kapaċi jikkonnettjaw f'ħin reali, bħal għodod ta' messaġġi istantanji, li jiffunzjonaw bejn il-fruntieri sabiex jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet tagħhom u mal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti. Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-interkonnettività ta' mezzi ta' komunikazzjoni siguri bejn il-fruntieri li, bħala minimu, jippermettu l-użu sigur ta' mezzi ta' komunikazzjoni mobbli f'ħin reali, kif ukoll il-ġeolokalizzazzjoni tal-vetturi tal-infurzar tal-liġi użati mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, pereżempju permezz ta' traċċar bil-GPS jew droni, matul operazzjoni transkonfinali tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jagħmlu użu mis-soluzzjonijiet tekniċi li jiġu pprovduti, pereżempju, mill-Europol fuq il-parir b'mod partikolari tal-laboratorju tal-innovazzjoni tagħha, kif ukoll abbażi tal-ħidma u l-proġetti rilevanti taċ-Ċentru ta' Innovazzjoni Ewropew għas-sigurtà interna, minn gruppi ta' esperti apposta bħall-Grupp Ewlieni dwar Komunikazzjonijiet Sikuri u n-Network Ewropew għas-Servizzi Teknoloġiċi tal-Infurzar tal-Liġi (ENLETS), kif ukoll minn proġetti bħall-proġett BroadWay. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiżguraw din il-konnettività billi s-sistemi miruta jiġu interkonnessi ma’ Stati Membri ġirien. |
(9) |
Kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali effettiva fl-infurzar tal-liġi tinneċessita li nimxu lejn kultura komuni tal-Unjoni tal-infurzar tal-liġi. L-istabbiliment ta' korsijiet ta’ taħriġ inizjali konġunt, bħal dawk stabbiliti minn Spanja u Franza f'Valdemoro, ta' programmi ta' skambju bejn il-kadetti tal-infurzar tal-liġi dwar kwistjonijiet relatati ma' dik il-kooperazzjoni u korsijiet ta' żvilupp kontinwu dwar dawk il-kwistjonijiet għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u għall-investigaturi tal-kriminalità huwa strumentali fil-konsolidazzjoni tal-ħiliet, tal-għarfien u tal-fiduċja. Huwa importanti li l-Istati Membri jinkludu, fi ħdan il-korisijiet ta‘ taħriġ inizjali nazzjonali tagħhom għall-kadetti tal-infurzar tal-liġi, il-possibbiltà ta’ kors dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi. Huwa importanti wkoll li l-Istati Membri jfittxu li jfasslu jew jaġġustaw, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-korsijiet dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi, u li l-Istati Membri jipprovdu taħriġ lingwistiku li jintuża għat-taħriġ nazzjonali kontinwu tal-uffiċjali. Jistgħu jiġu previsti perkorsi tal-karriera għall-kadetti tal-infurzar tal-liġi u l-uffiċjali li jikkompletaw tali korsijiet ta’ taħriġ. Jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-Istati Membri jkomplu jagħmlu wkoll l-aħjar użu mis-CEPOL billi jinfurmaw lis-CEPOL bil-ħtiġijiet ta' taħriġ tagħhom, jappoġġaw l-attivitajiet tas-CEPOL u jikkontribwixxu għall-allinjament tal-portafoll ta' taħriġ tagħhom mal-prijoritajiet relatati mal-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi stabbiliti fil-Valutazzjonijiet Strateġiċi tal-Ħtiġijiet ta' Taħriġ tal-UE (EU-STNA). Jenħtieġ li jkun rakkomandat li l-Istati Membri jirriflettu dwar il-possibbiltà li jinħolqu programmi ta' taħriġ u skambju konġunti pan-Ewropej fuq skala kbira u fit-tul għall-kadetti tal-infurzar tal-liġi u għall-uffiċjali fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi. |
(10) |
Minħabba l-importanza tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet indirizzati f'din ir-Rakkomandazzjoni, u b'mod partikolari l-implimentazzjoni tagħha, jenħtieġ li jkun hemm punt ta' diskussjoni permanenti dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi fil-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill. Dak il-grupp ta' ħidma jista’ jservi bħala forum permanenti għall-Istati Membri biex jiddiskutu dawk il-kwistjonijiet, inkluż il-konverġenza tar-regoli u l-ftehimiet tagħhom, miżuri oħra biex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet ta' kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi, ir-rapportar dwar il-progress li jkun sar, kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-gwida u l-prattiki tajbin neċessarji. |
(11) |
Jenħtieġ li jkun rakkomandat li jingħata effett lil din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien raġonevoli. Jenħtieġ ukoll li jkun rakkomandat li l-Istati Membri, hekk kif ikun raġonevolment possibbli, jibdew proċess biex jirrevedu fejn rilevanti u xieraq, ir-regoli nazzjonali u l-ftehimiet bilaterali u multilaterali ma' Stati Membri oħra sabiex jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni. |
(12) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma taffettwax ir-regoli dwar il-ġarr u l-użu ta' armi tas-servizz, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' difiża ta' oħrajn, l-użu ta' privileġġi tat-traffiku fit-toroq, l-użu ta' mezzi tekniċi biex jitwettqu sorveljanzi transkonfinali jew jitwettqu kontrolli tal-identità u d-detenzjoni ta' persuni li jippruvaw jevitaw tali kontrolli. Bl-istess mod, ir-regoli dwar l-istabbiliment ta’ dak li jaqa' fl-ambitu tal-kooperazzjoni ġudizzjarja jew dak li jeħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja jenħtieġ li lanqas ma jiġu affettwati. |
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, id-definizzjonijiet u l-garanziji li jinsabu f'din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li, fejn rilevanti, ikunu bbażati fuq il-liġi applikabbli tal-Unjoni u interpretati f'konformità magħhom, b'mod partikolari l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (3) (KIFS), b’mod partikolari l-Artikoli 39 sa 46 tagħha, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (4) u 2008/616/ĠAI (5) (d-"Deċiżjonijiet ta' Prüm"), b’mod partikolari l-Artikoli 17 sa 19 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. L-istess japplika għar-referenzi għall-ħtieġa li tiġi rispettata l-liġi nazzjonali fejn il-liġi tal-Unjoni diġà tirreferi għall-istandards nazzjonali. |
(14) |
Il-progress li sar biex jingħata effett lil din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li jiġi rieżaminat wara ċertu perjodu ta' żmien. Għalhekk, mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni , jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-progress li jkun sar u tippreżenta rapport wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri. Dak ir-rapport jenħtieġ li jiġi diskuss fil-Kunsill bil-ħsieb fost l-oħrajn li l-Kummissjoni tipproponi atti legalment vinkolanti tal-liġi tal-Unjoni jekk tali atti jkunu neċessarji fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi. |
(15) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, jenħtieġ li tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din ir-Rakkomandazzjoni, jekk tkunx ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(16) |
Din ir-Rakkomandazzjoni, bl-eċċezzjoni għat-taqsimiet 2.1, 2.2 u 2.3, tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda tieħu sehem, f'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (6); l-Irlanda għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
(17) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7) fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8). |
(18) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri b'mod konġunt mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (11). |
(19) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (12) fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri b'mod konġunt mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (13) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (14). |
(20) |
Fir-rigward ta' Ċipru, it-taqsimiet 2.1 u 2.2 ta' din ir-Rakkomandazzjoni jikkostitwixxu att li jibni fuq jew li huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
(21) |
Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, it-taqsimiet 2.1 u 2.2 ta' din ir-Rakkomandazzjoni jikkostitwixxu att li jibni fuq jew li huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. |
(22) |
Fir-rigward tal-Kroazja, it-taqsimiet 2.1 u 2.2 ta' din ir-Rakkomandazzjoni jikkostitwixxi att li jibni fuq jew li huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA:
QAFAS ĠENERALI
(a) |
Filwaqt li jitqies li din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex forza legalment vinkolanti, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħtu effett lill-miżuri stipulati fiha f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, speċjalment dik li jkollha forza legalment vinkolanti; |
(b) |
Jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni ma tinftehimx li qed tfittex li taffettwa r-regoli nazzjonali li jipprevedu setgħat, rwoli, kompetenzi, limitazzjonijiet, salvagwardji jew kondizzjonijiet li ma humiex indirizzati speċifikament f'din ir-Rakkomandazzjoni u li japplikaw għall-attivitajiet rilevanti ta' kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi skont l-atti tal-liġi tal-Unjoni b'forza legalment vinkolanti, inkluż il-KIFS u d-Deċiżjonijiet ta' Prüm, u għal-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni; |
(c) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija konformi mal-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 TUE inkluż id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess imparzjali kif ukoll għall-istandards għolja tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, speċjalment fid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15); |
(d) |
L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jadottaw regoli u jikkonkludu ftehimiet li jipprevedu kooperazzjoni aktar mill-qrib mill-miżuri stipulati f'din ir-Rakkomandazzjoni; |
(e) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (16) (Napli II). |
SKOP U KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali tal-infurzar tal-liġi bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
Il-kooperazzjoni operazzjonali tal-infurzar tal-liġi tkopri sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru joperaw fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fil-kuntest ta' azzjonijiet transkonfinali u azzjonijiet tranżnazzjonali oħra bejn żewġ Stati Membri jew aktar, pereżempju matul insegwiment transkonfinali, sorveljanza transkonfinali, viġilanzi konġunti jew operazzjonijiet konġunti oħra, jew f'konnessjoni mal-istaġun turistiku jew avveniment tal-massa.
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
"awtorità tal-infurzar tal-liġi" tfisser l-awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) TFUE; |
(b) |
"insegwiment transkonfinali" tfisser operazzjoni tal-infurzar tal-liġi li fiha uffiċjali ta' awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru jsegwu, f'dak l-Istat Membru, persuna waħda jew aktar u, matul dak l-insegwiment, jaqsmu l-fruntiera lejn Stat Membru ieħor u jkomplu b’dak l-insegwiment fit-territorju ta' dak l-Istat Membru wieħed jew aktar wara li l-persuna jew il-persuni jkunu qasmu l-fruntiera; |
(c) |
"sorveljanza transkonfinali" tfisser operazzjoni tal-infurzar tal-liġi li fiha l-uffiċjali ta' awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru jżommu persuna waħda jew aktar taħt sorveljanza, bħala parti minn investigazzjoni kriminali f'dak l-Istat Membru, u jkomplu s-sorveljanza fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar, wara li l-persuna jew il-persuni jkunu qasmu l-fruntiera; |
(d) |
"operazzjonijiet konġunti" tfisser operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż viġilanzi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra, fil-qasam tal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tal-kriminalità, imwettqa b'mod konġunt minn uffiċjali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' żewġ Stati Membri jew aktar, fejn uffiċjali minn Stat Membru wieħed joperaw fit-territorju ta' Stat Membru ieħor; |
(e) |
"punt uniku ta' kuntatt" tfisser il-korp ċentrali nazzjonali ddeżinjat għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar tal-liġi f'konformità mat-taqsima "Qafas Ġenerali" ta' din ir-Rakkomandazzjoni; |
(f) |
"Ċentru ta' Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana" jew "PCCC" tfisser struttura konġunta ta' infurzar tal-liġi mmirata lejn l-iskambju ta' informazzjoni u l-għoti ta' appoġġ lil attivitajiet oħra ta' infurzar tal-liġi f'żoni tal-fruntieri interni tal-Unjoni, li tkun ġiet stabbilita minn Stat Membru abbażi ta' ftehim bilaterali jew multilaterali ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar u li jinsab fil-viċinanza immedjata tal-fruntieri bejn l-Istati Membri kkonċernati; |
(g) |
"statistika" tirreferi għad-data mhux personali miġbura mill-Istati Membri u rrapportata lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi kif stabbilit fit-taqsima 2. |
2. INDIRIZZAR TAL-OSTAKOLI GĦALL-KOOPERAZZJONI OPERAZZJONALI FL-INFURZAR TAL-LIĠI META L-UFFIĊJALI TAL-INFURZAR TAL-LIĠI JOPERAW FI STAT MEMBRU IEĦOR
2.1. Insegwiment transkonfinali:
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
(b) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jippermettu lill-uffiċjali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta’ Stat Membru ieħor li jwettqu insegwiment transkonfinali fit-territorju tagħhom, jagħmlu dan li ġej:
|
(c) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jikkunsidraw jippermettu uffiċjali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor, li jwettqu insegwiment transkonfinali fit-territorju tagħhom sabiex iwaqqfu u jżommu taħt arrest persuna segwita f'konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, inkluż b'mezzi ta' koerċizzjoni u forza fiżika, u bid-dritt li jwettqu tiftix ta' sigurtà, waqt li jistennew il-wasla tal-uffiċjali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru ospitanti. |
2.2. Sorveljanza transkonfinali
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
(b) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jippermettu lill-uffiċjali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li jkunu qed iwettqu sorveljanza transkonfinali fit-territorju tagħhom, jagħmlu dan li ġej:
|
2.3. Operazzjonijiet konġunti
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jippermettu lill-uffiċjali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor involuti f'operazzjonijiet konġunti mwettqa fit-territorju tagħhom, dment li jingħataw setgħat simili u li jiġu pprovduti tagħmir simili, inklużi uniformijiet, lill-uffiċjali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom stess, li tal-inqas jagħmlu dan li ġej:
|
(b) |
huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jikkoordinaw l-operazzjonijiet konġunti f’każijiet fejn jitwettqu operazzjonijiet multipli mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom; |
(c) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri, fuq bażi annwali, jiġbru data u jikkompilaw statistika dwar il-viġilanzi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra mwettqa mill-awtoritajiet tagħhom tal-infurzar tal-liġi fit-territorju ta' Stati Membri oħra u jirrapportaw dik l-istatistika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dik l-istatistika annwali tinkludi:
|
3. ĊENTRI TA' KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA U TAD-DWANA
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri li jospitaw jew jipparteċipaw f'PCCC, jiżguraw li, minbarra l-fokus eżistenti tagħhom fuq l-iskambju ta' informazzjoni, il-PCCCs iwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
(b) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi u jadottaw l-aħjar prattiki rigward tali kooperazzjoni mal-Istati ġirien tagħhom, fuq bażi bilaterali jew multilaterali, inkluż permezz ta' għases tal-pulizija konġunti u PCCCs. |
4. PJATTAFORMA TA' APPOĠĠ GĦAL VIĠILANZI KONĠUNTI U OPERAZZJONIJIET KONĠUNTI OĦRA
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jistabbilixxu pjattaforma ta' appoġġ li tippermetti l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ċentralizzata tal-ħtiġijiet ta’ kull Stat Membru mingħajr it-trażmissjoni ta' xi data personalifir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ viġilanzi konġunti jew operazzjonijiet konġunti oħra:
|
(b) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
5. ŻGURAR TA' AĊĊESS EFFETTIV GĦALL-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-uffiċjali tal-awtoritajiet tagħhom tal-infurzar tal-liġi involuti fil-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali tal-infurzar tal-liġi koperta minn din ir-Rakkomandazzjoni u li jaġixxu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor:
|
(b) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw komunikazzjoni sigura f'ħin reali bejn il-fruntieri jew bl-użu tas-soluzzjonijiet tekniċi li għandhom jingħataw, pereżempju, mill-Europol, minn gruppi ta' esperti apposta jew minn proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, jew mill-interkonnessjoni ta' sistemi miruta ma' Stati Membri ġirien. |
6. TAĦRIĠ KONĠUNT U ŻVILUPP PROFESSJONALI RELATATI MAL-KOOPERAZZJONI OPERAZZJONALI TRANSKONFINALI FL-INFURZAR TAL-LIĠI
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
(a) |
jinkludu l-possibbiltà ta’ kors dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi fil-korsijiet ta’ taħriġ inizjali biex il-kadetti tal-infurzar tal-liġi jiġi familjarizzati mal-kultura Ewropea tal-infurzar tal-liġi; |
(b) |
sakemm dan ikun raġonevolment implimentabbli fl-istrutturi nazzjonali, flimkien mal-Istati Membri ġirien, jistabbilixxu korsijiet konġunti ta' taħriġ inizjali u programmi ta' skambju għall-kadetti tagħhom tal-infurzar tal-liġi dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi; |
(c) |
ifittxu li jfasslu jew jaġġustaw, f'kooperazzjoni mas-CEPOL fuq talba tal-Istati Membri, il-korsijiet nazzjonali tagħhom dwar il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi, li jintużaw għat-taħriġ nazzjonali fl-iżvilupp professjonali kontinwu tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi; |
(d) |
jistabbilixxu korsijiet u inizjattivi konġunti kontinwi ta' żvilupp professjonali għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex jiżviluppaw ħiliet u għarfien dwar il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi, b'mod partikolari dwar il-liġi rilevanti, ir-regoli ta' involviment, l-għodod, it-tekniki, il-mekkaniżmi, il-proċeduri u l-aħjar prattiki; |
(e) |
ifittxu li jfasslu u joffru perkorsi tal-karriera għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jikkompletaw korsijiet ta’ taħriġ inizjali konġunti, programmi ta' skambju jew korsijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi; |
(f) |
jipprovdu taħriġ lingwistiku u taħriġ lill-uffiċjali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li x'aktarx ikunu involuti f'kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi dwar proċeduri operazzjonali, il-liġi amministrattiva u kriminali, il-proċeduri kriminali ta' Stati Membri oħra u l-awtoritajiet li għandhom jikkuntattjaw fi Stati Membri oħra; |
(g) |
b'kunsiderazzjoni dovuta għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri, ifittxu li jallinjaw il-portafoll ta' taħriġ mal-prijoritajiet marbuta mal-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi kif jinsabu fil-EU-STNAs; |
(h) |
jinformaw lis-CEPOL dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal taħriġ fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali fl-infurzar tal-liġi u jappoġġaw l-attivitajiet rilevanti tas-CEPOL, sabiex is-CEPOL tkun tista' tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi; |
(i) |
jikkunsidraw il-possibbiltà li jinħolqu programmi ta' taħriġ u skambju konġunti pan-Ewropej fuq skala kbira u fit-tul għall-kadetti tal-infurzar tal-liġi u għall-uffiċjali fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali tal-infurzar tal-liġi. |
7. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
(a) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiddiskutu u jmexxu 'l quddiem il-kwistjonijiet koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni, b'mod partikolari kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tagħha; |
(b) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ finanzjarju disponibbli permezz tal-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) (iFond għas-Sigurtà Interna – Pulizija) biex itejbu u jintensifikaw il-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali; |
(c) |
Huwa rrakkomandat li, meta jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri, malli jkun raġonevolment possibbli wara d-data tal-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u fejn rilevanti, jibdew il-proċess ta' rieżami tar-regoli nazzjonali u tal-ftehimiet bilaterali u multilaterali tagħhom dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi ma' Stati Membri oħra. |
(d) |
Huwa rakkomandat li, mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tal-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tivvaluta l-effett mogħti lil din ir-Rakkomandazzjoni mill-Istati Membri u, wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri, tippubblika rapport u tippreżentah lill-Kunsill. |
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
É. DUPOND-MORETTI
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(2) Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).
(3) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1);
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(9) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis' ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008. p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f' isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis' ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
(12) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat b'mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
(15) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(16) ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.
(17) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(18) Id-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (GU L 136, 31.5.1999, p. 20).
(19) Matul kriżijiet u emerġenzi (l-aktar marbuta ma' diżastri jew inċidenti kbar), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz affettwat jista' jitlob protezzjoni ċivili jew assistenza umanitarja permezz tal-UCPM. L-ERCC imbagħad jikkoordina, jiffaċilita u jikkofinanzja r-rispons tal-Istati Membri għat-talba għal assistenza.
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
ANNESS
Lista ta' reati kriminali msemmija fis-subtaqsimiet 2.1 u 2.2
— |
Parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali; |
— |
terroriżmu; |
— |
traffikar ta’ bnedmin; |
— |
sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal; |
— |
traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi; |
— |
traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi; |
— |
korruzzjoni, inkluż tixħim; |
— |
frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definit fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ; |
— |
ħasil ta’ flus ta’ rikavat minn attività kriminali; |
— |
falsifikazzjoni ta’ flus, inkluż tal-euro; |
— |
kriminalità tal-informatika; |
— |
kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċijiet ta’ annimali fil-periklu u fi speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu; |
— |
faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati; |
— |
omiċidju volontarju u offiżi gravi fuq il-persuna; |
— |
kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem; |
— |
ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u teħid ta’ ostaġġi; |
— |
razziżmu u ksenofobija; |
— |
serq organizzat jew bl-użu ta’ armi; |
— |
traffikar illeċitu f’beni kulturali, inkluż oġġetti antiki u opri tal-arti; |
— |
frodi b’għemil qarrieqi; |
— |
rikattar organizzat u estorsjoni; |
— |
falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti; |
— |
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom; |
— |
falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas; |
— |
traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir; |
— |
traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi; |
— |
traffikar ta’ vetturi misruqin; |
— |
stupru; |
— |
ħruq doluż; |
— |
reati li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; |
— |
ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru/bastimenti, inġenji tal-ispazju; |
— |
sabotaġġ. |
(1) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).