Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 32022D2571
Council Decision (EU) 2022/2571 of 24 October 2022 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the EEA Joint Committee concerning the amendment to Annex XI (Electronic communication, audiovisual services and information society) and Protocol 37 (containing the list provided for in Article 101) to the EEA Agreement (Audiovisual Media Services Directive) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2571 tal-24 ta' Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2571 tal-24 ta' Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ST/12530/2022/INIT
ĠU L 331, 27.12.2022, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
En vigueur: Cet acte a été modifié. Version consolidée actuelle: 27/12/2022
27.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2571
tal-24 ta' Novembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE, li fih dispożizzjonijiet dwar komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni, u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) ("Protokoll 37) tal-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
L-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. HUBÁČKOVÁ
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru […]
ta’ […]
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness XI u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 5p (id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Jiżdied dan li ġej: “, kif emendat minn:
|
2. |
L-adattamenti (a), (b) u (c) jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-adattamenti (b), (c) u (d). |
3. |
L-adattament li ġej jiddaħħal qabel l-adattament (b):
|
4. |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (d):
|
Artikolu 2
It-test tal-punt 39 tal-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi sostitwit b’li ġej:
“Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 462 tat-3.2.2014 dwar l-istabbiliment tal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva u d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).”
Artikolu 3
It-test tad-Direttiva (UE) Nru 2018/1808 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi ..., […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69.
(*1) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/1808 fil-Ftehim
[għall-adozzjoni mad-Deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni fil-ĠU]
Id-Direttiva (UE) 2018/1808 fiha dispożizzjonijiet b’referenzi għad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għad-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI, li huma adottati skont it-Titolu V TFUE. Ta’ min ifakkar li l-inkorporazzjoni ta’ atti b’dispożizzjonijiet bħal dawn fil-Ftehim dwar iż-ZEE hi mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-leġiżlazzjoni tal-UE adottata skont it-Titolu V TFUE taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
Fir-rigward tar-referenzi għall-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541, għall-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2011/93/UE u għall-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI, il-Partijiet Kontraenti, fil-kuntest tal-valuri komuni li ilhom jeżistu u l-identità Ewropea, jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali tal-Istati tal-EFTA huma applikati b’mod funzjonalment ekwivalenti.