This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2431
Council Decision (CFSP) 2022/2431 of 12 December 2022 amending Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People’s Republic of Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2431 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2431 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ST/15562/2022/INIT
ĠU L 318I, 12.12.2022, p. 25–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 318/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2431
tat-12 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1). |
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill iddikjara li l-Unjoni kienet ser tqis rispons xieraq ulterjuri għall-azzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) li jdgħajfu r-reġim globali tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, b’mod partikolari permezz ta' miżuri restrittivi awtonomi addizzjonali. |
(3) |
Fit-22 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2397 (2017), fejn afferma mill-ġdid li r-RDPK ma għandhiex twettaq aktar illanċjar bl-użu tat-teknoloġija tal-missili ballistiċi, testijiet nukleari, jew kwalunkwe provokazzjoni oħra; għandha immedjatament tissospendi l-attivitajiet kollha marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi tagħha u f'dak il-kuntest tistabbilixxi mill-ġdid l-impenji eżistenti minn qabel għal moratorju fuq l-illanċjar kollu tal-missili; għandha immedjatament tabbanduna l-armi nukleari kollha u l-programmi nukleari eżistenti kollha b'mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u immedjatament twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati; u għandha tabbanduna kwalunkwe arma eżistenti oħra ta' qerda massiva u programmi ta' missili ballistiċi b'mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli. |
(4) |
Bejn il-5 ta' Jannar u t-18 ta' Novembru 2022, ir-RDPK illanċjat mill-inqas 63 missila ballistika, inkluż diversi missili ballistiċi interkontinentali. |
(5) |
Fil-5 ta' Novembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni fejn ikkundanna ż-żieda sinifikanti tal-isparar ta' missili illegali mir-RDPK, fosthom missila ballistika interkontinentali u missila ballistika ta' medda qasira li waqgħet 'l isfel mil-Linja ta' Demarkazzjoni tat-Tramuntana. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara li dawk l-azzjonijiet irrappreżentaw eskalazzjoni perikoluża fil-ksur mir-RDPK tal-UNSCRs u turija allarmanti tal-intenzjoni tar-RDPK li tkompli ddgħajjef ir-reġim globali tan-nonproliferazzjoni, li hija ta' theddida serja għan-nazzjonijiet kollha u ddgħajjef il-paċi u s-sigurtà internazzjonali u reġjonali. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li dawk l-azzjonijiet jitolbu rispons reżolut mill-KSNU u appella għall-implimentazzjoni sħiħa tas-sanzjonijiet li jipprevjenu lir-RDPK milli takkwista finanzjament, għarfien u materjali li jappoġġaw il-programm illegali tagħha għall-armi. Fid-19 ta' Novembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni oħra f'isem l-Unjoni, fejn ikkundanna l-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali mir-RDPK li waqgħet fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Ġappun fit-18 ta' Novembru u reġa' appella lir-RDPK biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-UNSCRs. Ir-Rappreżentant Għoli tenna wkoll il-ħtieġa għal rispons xieraq mill-KSNU u fakkar fid-dmir li l-Membri kollha tan-NU għandhom jieħdu azzjoni biex jimplimentaw bis-sħiħ is-sanzjonijiet imposti mill-KSNU. |
(6) |
Fid-dawl tal-fatt li r-RDPK kompliet bl-attivitajiet tagħha marbuta mal-missili ballistiċi, bi ksur tal-UNSCRs rilevanti u b'nuqqas ta' rispett lejhom b'mod sfaċċat, jenħtieġ li tmien individwi u erba' entitajiet (inkluż żewġ bastimenti) jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(7) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|