This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1928
Commission Decision (EU) 2022/1928 of 11 October 2022 confirming the participation of Ireland in Regulation (EU) 2022/585 of the European Parliament and of the Council amending Regulations (EU) No 514/2014 laying down general provisions on the Asylum, Migration and Integration Fund and on the instrument for financial support for police cooperation, preventing and combating crime, and crisis management, (EU) No 516/2014 establishing the Asylum, Migration and Integration Fund and (EU) 2021/1147 establishing the Asylum, Migration and Integration Fund
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1928 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1928 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
C/2022/7116
ĠU L 265, 12.10.2022, p. 81–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1928
tal-11 ta’ Ottubru 2022
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika tal-Irlanda dwar ix-xewqa li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1),
Billi:
(1) |
Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Lulju 2022, l-Irlanda nnotifikat formalment ix-xewqa tagħha, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2022/585. |
(2) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni l-aktar bikrija possibbli tar-Regolament (UE) 2022/585 u biex jiġi żgurat li l-Irlanda tista’ tagħmel użu sħiħ mill-flessibbiltà pprovduta fih, huwa xieraq li jiġi previst li l-parteċipazzjoni fakultattiva tal-Irlanda tkun effettiva mid-data tan-notifika formali tax-xewqa tagħha li taċċetta u li tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2022/585. |
(4) |
Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għaldaqstant jenħtieġ li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 hija kkonfermata.
2. Ir-Regolament (UE) 2022/585 għandu japplika għall-Irlanda mill-14 ta’ Lulju 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN