Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1414

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/8550

    ĠU L 217, 22.8.2022, p. 49–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1414/oj

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 217/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1414

    tal-4 ta’ Diċembru 2020

    dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III

    (notifikata bid-dokument C(2020) 8550)

    (It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-Portugall, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-2015 (“monitoraġġ tal-2015”) (2), bil-ħsieb li teżamina jekk l-iskema Zona Franca da Madeira (“l-iskema ZFM” jew “Reġim III”), approvata mill-Kummissjoni bħala għajnuna reġjonali kompatibbli, irrispettatx ir-regoli applikabbli u, b’mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2007 (3) (“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007”), applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 (4) (“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013”), applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Fl-ewwel pass, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-qafas legali tal-iskema (5), u fit-tieni pass eżaminat l-implimentazzjoni tagħha billi għażlet kampjun ta’ 26 benefiċjarju li bbenefikaw mill-iskema ZFM fis-snin 2012 u 2013.

    (2)

    Il-Portugall issottometta informazzjoni fl-4 ta’ Mejju 2015. Is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu talba għal informazzjoni addizzjonali fil-5 ta’ Ġunju, li l-Portugall wieġeb għaliha fis-6 ta’ Lulju. Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni bagħtet talba oħra għal informazzjoni li l-Portugall wieġeb għaliha fid-29 ta’ Ottubru. Fid-29 ta’ Frar 2016, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu talba għal informazzjoni addizzjonali li l-Portugall wieġeb għaliha fl-1, fit-8 u fit-12 ta’ April 2016. Wara t-talbiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għal informazzjoni supplimentari fid-29 ta’ Marzu u fil-11 ta’ Awwissu 2017, il-Portugall issottometta informazzjoni fit-2 ta’ Mejju u fil-11 ta’ Settembru 2017, rispettivament. Wara konferenza telefonika li kellha mal-awtoritajiet Portugiżi fis-26 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni bagħtet lill-Portugall talba oħra għal informazzjoni fis-27 ta’ Ottubru, li għaliha l-Portugall wieġeb fil-21 u fit-22 ta’ Novembru 2017. Wara laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Portugiżi fl-4 ta’ Diċembru 2017, il-Portugall talab estensjoni tal-iskadenza biex jissottometti l-informazzjoni nieqsa sal-aħħar ta’ Diċembru 2017. Fis-7 ta’ Diċembru 2017, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu lill-Portugall il-mistoqsijiet li dwarhom kienu għadhom mistennija t-tweġibiet. Il-Portugall bagħat informazzjoni fit-2 ta’ Frar 2018. Wara talba tal-Portugall, fis-27 ta’ Marzu 2018 saret laqgħa oħra bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Portugiżi.

    (3)

    Permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Portugall li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-iskema ZFM (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”) (6).

    (4)

    Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Lulju 2018, l-awtoritajiet Portugiżi nnotaw li t-test sħiħ tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ kien jikkostitwixxi, fil-fehma tagħhom, informazzjoni kunfidenzjali u talbu lill-Kummissjoni sabiex tastjeni milli tippubblika dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u tippubblika biss sommarju konċiż tagħha, bit-test li huma pproponew.

    (5)

    Permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Settembru 2018, il-Portugall ipprovda lista tal-kumpaniji kollha rreġistrati fiż-ZFM għall-perjodu mill-2007 sal-2014 u l-lista tal-akbar 25 benefiċjarju tal-għajnuna fis-snin mill-2007 sal-2011 u l-2014, kif mitlub fil-punti 1 u 2 tal-paragrafu 64 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. Il-Portugall talab ukoll estensjoni tal-iskadenza biex jissottometti l-informazzjoni nieqsa sal-aħħar ta’ Settembru 2018. Il-kummenti tal-Portugall dwar il-proċedura ta’ ftuħ skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE u dwar l-informazzjoni mitluba fil-punti 3 sa 7 tal-paragrafu 64 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ġew sottomessi fis-26 ta’ Settembru 2018.

    (6)

    Permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Frar 2019 (7), wara diskussjonijiet estensivi mal-Portugall dwar kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità relatati mad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u mingħajr ftehim dwarhom, il-Kummissjoni infurmat lill-Portugall li kienet iddeċidiet li tirrifjuta t-talba għall-kunfidenzjalità ppreżentata mill-awtoritajiet Portugiżi u li tippubblika d-deċiżjoni kif adottata fis-6 ta’ Lulju 2018. Il-Portugall astjena milli jintroduċi azzjoni kontra d-deċiżjoni fil-Qrati tal-Unjoni u qabel mal-pubblikazzjoni tagħha permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Marzu 2019.

    (7)

    Fil-15 ta’ Marzu 2019, id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta’ għajnuna.

    (8)

    Wara t-talba tal-Portugall, saret laqgħa oħra bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Portugiżi fl-10 ta’ April 2019. Matul il-laqgħa, il-Portugall ġie mfakkar jipprovdi l-informazzjoni nieqsa mitluba fil-paragrafu 64 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. Wara dik il-laqgħa, permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ April 2019, il-Portugall ipprovda data dwar il-kontrolli tat-taxxa mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa dwar il-benefiċjarji taż-ZFM. Barra minn hekk, il-Portugall ipprovda, għall-istess perjodu, data dwar id-diverġenzi identifikati fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-kumpaniji taż-ZFM u elementi addizzjonali dwar il-korrezzjonijiet fuq it-taxxa dovuta mill-kontribwenti taż-ZFM.

    (9)

    Il-Kummissjoni rċiviet kummenti min-naħa tal-partijiet interessati. Permezz ta’ ittri datati t-23 ta’ Mejju u t-12 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni għaddiethom lill-Portugall, li ngħata l-opportunità li jirreaġixxi. Il-kummenti tal-Portugall waslu permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Ġunju 2019.

    2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-ISKEMA TA’ GĦAJNUNA

    2.1.   L-iskema ZFM skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007

    (10)

    Wara n-notifika sottomessa mill-Portugall, fl-2007 il-Kummissjoni approvat l-iskema ZFM (9) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (10) (Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali, “2007 RAG”). Il-kumpaniji rreġistrati u awtorizzati skont l-iskema qabel il-31 ta’ Diċembru 2013 (11) jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa korporattiva jew minn eżenzjonijiet oħra tat-taxxa, kif deskritt fil-premessa 12 ta’ din id-Deċiżjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2020.

    (11)

    Il-Kummissjoni approvat l-iskema ZFM bħala għajnuna operatorja kompatibbli li għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp reġjonali u d-diversifikazzjoni tal-istruttura ekonomika ta’ Madeira. Peress li r-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (“ARM”) huwa reġjun ultraperiferiku definit mill-Artikolu 299(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (‘Trattat tal-KE’) (issa l-Artikolu 349 tat-TFUE), huwa eliġibbli għall-għajnuna operatorja reġjonali skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE). L-għajnuna operatorja reġjonali hija maħsuba biex tikkumpensa, għall-impriżi li jsegwu l-attività ekonomika tagħhom f’dak ir-reġjun, il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi strutturali tar-reġjuni ultraperiferiċi (12).

    (12)

    L-iskema ZFM, kif approvata mill-Kummissjoni fl-2007, awtorizzat l-għajnuna fil-forma ta’ taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu korporattiv (13) fuq il-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet imwettqa b’mod effettiv u materjali f’Madeira (14), eżenzjoni mit-taxxi muniċipali u lokali, kif ukoll eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment pagabbli fuq proprjetà immobbli għall-istabbiliment ta’ negozju fiż-ZFM (15), sal-ammonti massimi ta’ għajnuna bbażati fuq il-limiti massimi tal-bażi taxxabbli mqiegħda fuq il-bażi taxxabbli annwali tal-benefiċjarji. Dawn il-limiti ġew stabbiliti abbażi tan-numru ta’ impjiegi li l-benefiċjarju jkollu kull sena fiskali, kif ġej:

    Numru ta’ impjiegi maħluqa/miżmuma/sena

    Limiti massimi tal-bażi taxxabbli f’EUR

    Ammont massimu ta’ għajnuna f’EUR

    1 -2

    2 000 000

    420 000

    3 -5

    2 600 000

    546 000

    6 -30

    16 000 000

    3 360 000

    31 -50

    26 000 000

    5 460 000

    51 -100

    40 000 000

    8 400 000

    > 100

    150 000 000

    31 500 000

    (13)

    Taħt ċerti kundizzjonijiet (16), il-kumpaniji rreġistrati fiż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Industrijali tal-iskema ZFM jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ulterjuri ta’ 50 % fit-taxxa korporattiva fuq l-introjtu.

    (14)

    L-aċċess għall-iskema ZFM kien ristrett għal attivitajiet f’lista inkluża fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, ibbażata fuq in-nomenklatura statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea, NACE Rev. 1.1 (17): l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-annimali (Taqsima A, kodiċijiet 01.4 u 02.02), l-akkwakultura tas-sajd u servizzi relatati (it-Taqsima B, il-kodiċi 05), l-industrija tal-manifattura (it-Taqsima D), il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, tal-gass u tal-ilma (it-Taqsima E, il-kodiċi 40), il-kummerċ bl-ingrossa (it-Taqsima G, il-kodiċijiet 50 u 51), it-trasport u l-komunikazzjoni (it-Taqsima I, il-kodiċijiet 60-64), l-attivitajiet relatati ma’ proprjetà immobbli, kiri u servizzi lil kumpaniji (Taqsima K, kodiċijiet 70-74), l-edukazzjoni għolja u/jew l-edukazzjoni għall-adulti (Taqsima M, kodiċijiet 80.3 u 80.4), attivitajiet oħrajn ta’ servizzi kollettivi (Taqsima O, kodiċijiet 90, 92 u 93.01) (18). Jekk ikun hemm xi tibdil fil-lista, minħabba li s-sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ dan it-tip jistgħu jiżviluppaw ulterjorment, l-awtoritajiet Portugiżi qablu li jinnotifikawhom kif xieraq lill-Kummissjoni (19).

    (15)

    L-attivitajiet kollha li jinvolvu l-intermedjazzjoni finanzjarja, l-assigurazzjoni u l-attivitajiet awżiljarji finanzjarji u relatati mal-assigurazzjoni (it-Taqsima J, il-kodiċijiet NACE 65-67), kif ukoll l-attivitajiet kollha ta’ servizzi intragrupp (iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, teżor u distribuzzjoni) li jistgħu jitwettqu skont it-Taqsima K, il-kodiċi 74 (servizzi pprovduti prinċipalment lill-kumpaniji) ġew esklużi mill-applikazzjoni tal-iskema (20). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 inkludiet ukoll l-impenn tal-awtoritajiet Portugiżi li jipprovdu lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-kumpaniji li kienu ġew irrifjutati għar-reġistrazzjoni fl-iskema ZFM u r-raġunijiet għal dawk ir-rifjuti (21).

    2.2.   L-iskema ZFM skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013

    (16)

    Wara notifika mill-Portugall, fl-2013 il-Kummissjoni awtorizzat żieda ta’ 36,7 % tal-limiti massimi bażi li fuqhom ikun japplika t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv. Għalhekk, mis-sena 2013, il-limiti massimi tal-bażi taxxabbli u l-ammonti massimi tal-għajnuna kienu kif ġej:

    Numru ta’ impjiegi maħluqa/miżmuma/sena

    Limiti massimi tal-bażi taxxabbli f’EUR (2013-2014)

    Ammont massimu ta’ għajnuna f’EUR (2013-2014)

    1 -2

    2 730 000

    546 000

    3 -5

    3 550 000

    710 000

    6 -30

    21 870 000

    4 374 000

    31 -50

    35 540 000

    7 108 000

    51 -100

    54 680 000

    10 936 000

    > 100

    205 500 500

    41 100 000

    (17)

    Skont in-notifika li wasslet għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013, l-awtoritajiet Portugiżi indikaw li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha tal-iskema kif approvati fl-2007 baqgħu l-istess (22).

    2.3.   L-iskema ZFM stabbilita mill-Portugall u l-fehmiet meħuda mill-Portugall fil-monitoraġġ tal-2015

    (18)

    Ir-Reġim III ġie mmonitorjat għas-snin 2012 u 2013 taħt il-monitoraġġ tal-2015 (23). L-informazzjoni pprovduta mill-Portugall matul il-monitoraġġ u l-investigazzjoni ex officio sussegwenti (“investigazzjoni tal-2016”) kellha r-riżultati li ġejjin:

    2.3.1.   L-oriġini tal-profitti li jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu

    (19)

    Kif imsemmi fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013, it-tnaqqis fit-taxxa permess skont l-iskema ZFM japplika biss għall-“profitti li jirriżultaw minn attivitajiet li jitwettqu effettivament u materjalment f’Madeira” (24). Matul il-monitoraġġ tal-2015, il-Kummissjoni talbet kjarifika dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-kundizzjoni. Matul il-monitoraġġ tal-2015 u l-investigazzjoni tal-2016 deher li xi kumpaniji rreġistrati fl-iskema ZFM u inklużi fil-kampjun ibbenefikaw mit-taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu korporattiv fuq il-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet li ma twettqux “effettivament u materjalment […] f’Madeira”.

    (20)

    Din is-sitwazzjoni ġiet ikkonfermata mill-Portugall, li f’dan ir-rigward, indika li, f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv, il-persuni taxxabbli bl-uffiċċju prinċipali tagħhom jew bil-post ta’ ġestjoni effettiva f’Madeira jiġu ntaxxati hemmhekk fuq il-qligħ kollu tagħhom, irrispettivament minn jekk l-attività tagħhom iġġeneratx qligħ, użatx inputs u/jew ġarrbitx kostijiet f’post differenti minn dak tal-uffiċċju prinċipali tagħhom jew tal-post ta’ ġestjoni effettiva, sakemm il-qligħ, l-inputs u l-kostijiet imsemmija jkunu ġew riċevuti, allokati u mġarrba mill-impriża u marbuta mal-attività tagħha. Dak il-qligħ jinkiseb kollu kemm hu fit-territorju Portugiż kif ukoll barra minnu, u dment li dan ikun ġie ġġenerat minn attivitajiet li kienu awtorizzati fiż-ZFM u mwettqa minn entitajiet bl-uffiċċju prinċipali tagħhom jew bil-post ta’ ġestjoni effettiva f’Madeira, dak il-qligħ jiġi ddikjarat u jitqies għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa u l-ammont li għalih tiġi applikata r-rata tat-taxxa rilevanti (25).

    (21)

    Sabiex jiġi żgurat li l-qligħ ikun ġie ddikjarat b’mod korrett għall-finijiet tat-taxxa, il-Portugall spjega li l-iskema ZFM kienet teħtieġ kontabilità separata bejn il-qligħ ikkunsidrat bħala ġġenerat fit-territorju Portugiż, li kien soġġett għat-taxxa normali fuq l-introjtu, u l-qligħ meqjus bħala ġġenerat barra mit-territorju Portugiż, li kien soġġett għar-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv tal-iskema ZFM. Tal-ewwel jikkonsisti fil-qligħ li l-benefiċjarji taż-ZFM jiksbu minn tranżazzjonijiet ma’ residenti fit-territorju Portugiż, jew fiż-żona ġeografika tiegħu, li tinkludi l-ARM, iżda teskludi ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles ta’ Madeira stess. Tal-aħħar jikkonsisti fil-qligħ li l-benefiċjarji taż-ZFM jiksbu mit-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ entitajiet mhux residenti fit-territorju nazzjonali kif ukoll dak iġġenerat fiż-ZFM innifisha (26).

    (22)

    Il-Portugall ressaq l-argument li fid-dawl tal-kodiċijiet tan-NACE awtorizzati fl-ambitu tal-iskema ZFM, u n-natura u l-ambitu prinċipalment internazzjonali tal-attivitajiet imwettqa fiż-ZFM, il-kundizzjoni li l-attivitajiet twettqu b’mod effettiv u materjalment f’Madeira ma kinitx tfisser u lanqas ma tista’ tfisser li l-attivitajiet iridu jkunu ristretti, mil-lat ġeografiku, għat-territorju ta’ Madeira u għall-qligħ miksub biss f’dik iż-żona ġeografika (27). Għalhekk, skont il-Portugall, l-“interpretazzjoni restrittiva” tal-Kummissjoni naqset milli tirrifletti s-sitwazzjoni attwali, ma kinitx konsistenti mal-iskop ta’ skemi għar-reġjuni ultraperiferiċi, li kien li jiġi attirat investiment minn ġewwa u minn barra s-suq uniku, u kienet inkonsistenti wkoll mal-libertà fundamentali tal-istabbiliment u tal-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ kompetittività tar-Reġim III meta mqabbel ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra li jikkompetu ma’ Madeira kien wieħed mir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni approvat iż-żieda tal-limiti massimi tal-iskema fl-2013: dan wera li l-attirar ta’ impriżi internazzjonali u mhux biss reġjonali kien u huwa importanti ħafna għall-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi.

    (23)

    Barra minn hekk, il-Portugall iddikjara li l-attività tista’ titqies bħala effettivament u materjalment imwettqa fl-ARM, jekk fil-fatt twettqet hemmhekk u jekk il-kumpanija kellha uffiċċju xieraq, persunal u riżorsi adegwati u ċentru attwali u effettiv ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet hemmhekk. Il-Portugall ressaq l-argument ukoll li dan ma jfissirx li r-riżorsi umani kollha tal-kumpanija meħtieġa neċessarjament iwettqu l-kompiti kollha tagħhom hemmhekk jew li l-attività tagħha trid tkun ristretta biss għaż-żona ġeografika ta’ Madeira. Finalment, il-Portugall iddikjara li l-attivitajiet “effettivament u materjalment imwettqa f’Madeira” kif definiti fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 ma setgħux jinftiehmu li jirreferu biss għal attivitajiet li jseħħu fit-territorju tal-ARM (28).

    (24)

    Barra minn hekk, il-Portugall indika li d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali, li abbażi tagħhom ġew iddeterminati t-taxxa dovuta u t-tnaqqis fit-taxxa, ġew stabbiliti fuq l-awtovalutazzjoni tal-benefiċjarji. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma preżunti mill-awtoritajiet tat-taxxa li huma veri u preċiżi u sussegwentement huma vvalidati fil-livell ċentrali mill-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana. F’każ ta’ dubji, din il-preżunzjoni tieqaf, u tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jitolbu informazzjoni addizzjonali biex jivvalutaw jekk id-dħul soġġett għar-rata mnaqqsa effettivament jinvolvix tranżazzjonijiet ma’ persuni mhux residenti (29).

    (25)

    Finalment, il-Portugall iddikjara li l-kontrolli kienu twettqu permezz ta’ spezzjonijiet tat-taxxa f’każ ta’ dubju dwar jekk l-attività kinitx ġenwina u kinitx attwalment qiegħda sseħħ u li kien hemm fis-seħħ kooperazzjoni internazzjonali ma’ awtoritajiet tat-taxxa oħra u li ġiet skambjata informazzjoni f’dak ir-rigward (30).

    2.3.2.   Il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi fir-reġjun

    (26)

    L-iskema ZFM kif awtorizzata mill-Kummissjoni stabbiliet in-numru ta’ impjiegi maħluqa u miżmuma fir-reġjun mill-benefiċjarji bħala wieħed mill-kriterji fundamentali ta’ kompatibbiltà tagħha, li jorbot l-għajnuna massima ps’isermissibbli man-numru ta’ impjiegi bħala kontribut għall-iżvilupp reġjonali.

    (27)

    Fil-monitoraġġ tal-2015 u fl-investigazzjoni sussegwenti tal-2016, deher li xi kumpaniji rreġistrati fl-iskema ZFM, li bbenefikaw mit-taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu korporattiv, ma setgħux jagħtu prova tal-ħolqien/iż-żamma effettiva ta’ impjiegi fir-reġjun, ta’ kalkolu oġġettiv tan-numru ta’ impjiegi jew tal-fatt li l-impjegati ddikjarati wettqu l-attività tagħhom f’Madeira.

    (28)

    Fl-implimentazzjoni tiegħu tal-iskema ZFM, il-Portugall informa li huwa kkunsidra bħala impjiegi maħluqa b’mod validu kwalunkwe tip ta’ relazzjoni ta’ xogħol prevista mill-Kodiċi nazzjonali tax-xogħol (31), li skontha r-relazzjoni ta’ impjieg tista’ tiġi stabbilita fi kwalunkwe waħda mill-forom previsti mil-liġi (32). Fuq din il-bażi, huwa aċċetta bħala impjiegi validi għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema ZFM kwalunkwe impjieg ta’ kwalunkwe natura legali irrispettivament mill-għadd ta’ sigħat, jiem, u xhur ta’ xogħol attiv fis-sena. Peress li membri tal-bord u x-xogħol part-time huma permessi mil-liġi nazzjonali, il-postijiet tal-impjegati part-time (ta’ kwalunkwe tip) u tal-membri tal-bord li ġew irrapportati li kienu okkupati f’aktar minn kumpanija benefiċjarja waħda, tqiesu bħala impjiegi validi għall-fini tal-kalkolu tal-vantaġġ massimu tat-taxxa għal kull kumpanija benefiċjarja li ddikjarathom.

    (29)

    Għalhekk, għall-finijiet tal-kalkolu tal-benefiċċju tat-taxxa tal-benefiċjarji taż-ZFM, il-Portugall la kkunsidra, u lanqas ivverifika, l-ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (“FTEs”) (33), iżda biss in-numru ta’ impjiegi ddikjarati mill-benefiċjarji fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali tagħhom (il-formola 22, “Modelo 22” (34)), u f’ċerti każijiet, fid-dikjarazzjonijiet sottomessi mill-kumpaniji benefiċjarji rilevanti għat-taxxa minn ras il-għajn fuq l-introjtu tal-impjegati tagħhom (il-formola 10, “Modelo 10”, il-formola 30, “Modelo 30”, jew id-dikjarazzjoni tas-salarju ta’ kull xahar, declaração mensal de remunerações, “DMR” (35)): dawn id-dikjarazzjonijiet tal-aħħar jistgħu jippermettu kontroverifika mal-informazzjoni dwar l-impjiegi ddikjarati f’“Modelo 22” (36). Dawn id-dikjarazzjonijiet kollha huma preżunti li huma veri skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tal-Liġi Ġenerali dwar it-Taxxa (“Lei Geral Tributária”). Jekk l-entitajiet ma jikkonformawx mal-obbligi tad-dikjarazzjoni tagħhom, jew billi jonqsu milli jissottomettuhom jew billi jissottomettu informazzjoni żbaljata, japplikaw il-penali stabbiliti fil-Liġi Ġenerali dwar ir-reati tat-taxxa (“Regime Geral das Infrações Tributárias”(37).

    (30)

    Mill-2013, id-“DMR” kienet tinkludi dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar (38), u l-Portugall indika li kien iqis biss in-numru ta’ impjiegi ddikjarati f’Diċembru ta’ kull sena, irrispettivament minn jekk l-impjegati rilevanti kinux jaħdmu jew le fil-kumpanija għas-sena sħiħa. Meta ġie mitlub jipprovdi kalkoli tal-għadd ta’ impjiegi bħala FTEs skont id-definizzjoni tar-RAG tal-2007, il-Portugall ressaq l-argument li din id-definizzjoni ta’ impjieg ma kinitx tapplika għall-għajnuna operatorja reġjonali iżda biss għall-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment approvati skont ir-RAG tal-2007, peress li ma kinitx inkluża speċifikament fit-taqsima dwar l-għajnuna operatorja tar-RAG tal-2007 iżda fit-taqsima dwar l-għajnuna għall-investiment. Huwa ressaq l-argument ukoll li d-definizzjoni tal-għadd tal-persunal inkluża fl-Artikolu 5 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (39) (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, “GBER 2008”) kienet relatata biss mad-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-GBER tal-2008 u ma kinitx tapplika għar-Reġim III, peress li kienet soġġetta għal deċiżjoni ad hoc. Il-Portugall ressaq l-argument ukoll li l-għan ewlieni tal-iskema ZFM approvata ma kienx il-ħolqien ta’ impjiegi jew il-kumpens tal-ispejjeż tal-pagi, iżda pjuttost il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f’reġjun ultraperiferiku permezz tal-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu (40).

    (31)

    Fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-2016, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-Portugall jipprovdi n-numru tas-sigurtà soċjali tal-impjegati kollha impjegati mill-benefiċjarji taż-ZFM fis-snin 2012 u 2013 sabiex jiġi vverifikat għadd doppju possibbli tal-impjiegi. Għalkemm il-Portugall ipprovda d-data inkwistjoni, huwa indika li ma kinitx rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema ZFM minħabba li kienet skema tat-taxxa u l-kontrolli twettqu permezz ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa (41).

    (32)

    Barra minn hekk, il-Portugall indika li l-kumpaniji benefiċjarji ma kellhomx għalfejn jipprovdu lill-amministrazzjoni tat-taxxa kwalunkwe evidenza dwar ir-relazzjoni ta’ impjieg li kellhom mal-impjegati ddikjarati, peress li l-valutazzjoni tat-taxxa saret abbażi tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa (“Modelos”) imsemmija fil-premessa 29 ta’ din id-Deċiżjoni (42). Tali informazzjoni tista’ tintalab biss mill-amministrazzjoni tat-taxxa f’każ li jkollha informazzjoni li twassal għal suspett ta’ żbalji, ommissjonijiet, ineżattezzi, eċċ (43). L-Artikolu 16 tal-Kodiċi Portugiż dwar ix-xogħol jipprevedi l-protezzjoni tal-privatezza tal-ħajja personali, li ma jippermettix aċċess awtomatiku għad-data personali inkluża f’relazzjoni ta’ impjieg, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data (44). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 59(2) u mal-Artikolu 75(1) tal-Lei Geral Tributária, il-kontribwenti jitqiesu li jaġixxu b’rieda tajba. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet li jissottomettu, kif ukoll id-data u l-valutazzjonijiet tal-kontijiet jew taż-żamma tal-kotba tagħhom, huma preżunti li huma veri u mwettqa b’rieda tajba (45).

    (33)

    Barra minn hekk, il-Portugall issottometta informazzjoni li turi li għal xi wħud mill-benefiċjarji tal-għajnuna taż-ZFM inklużi fil-kampjun tal-monitoraġġ tal-2015 u tal-investigazzjoni sussegwenti tal-2016, parti mill-impjiegi li għalihom ingħataw benefiċċji tat-taxxa kienu jinsabu barra minn Madeira (xi wħud saħansitra barra mill-Unjoni). Il-Portugall indika li għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema ZFM, il-prattika tiegħu kienet li jitqiesu l-impjiegi maħluqa ġewwa jew barra r-reġjun ta’ Madeira, sakemm l-impjiegi jkunu nħolqu mill-kumpanija rreġistrata fiż-ZFM, ma kienx meħtieġ li dawn jinsabu fir-reġjun. Peress li l-kumpaniji u l-impjegati huma liberi, f’konformità mal-liġi tax-xogħol Portugiża, li jiddefinixxu kuntrattwalment il-post fejn l-impjegat se jipprovdi s-servizzi tiegħu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema ZFM, il-post tax-xogħol jista’ jkun jinsab fi kwalunkwe post, anki barra Madeira u l-Portugall. Il-Portugall ikkunsidra wkoll li d-data tal-“impjegati” pprovduta fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa kkonċernati ma kellha l-ebda relazzjoni man-nazzjonalità tagħhom (jiġifieri n-nazzjonalità hija irrilevanti għall-finijiet tat-taxxa) (46). Barra minn hekk, skont il-Portugall, l-impjegati tal-kumpaniji benefiċjarji taż-ZFM li jaħdmu fuq bażi permanenti barra mill-Portugall huma oġġettivament impjegati tal-kumpanija benefiċjarja u jikkontribwixxu permezz tal-ħidma tagħhom għall-ġenerazzjoni ta’ dħul għall-kumpanija benefiċjarja u, għalhekk, l-impjiegi tagħhom iridu jingħaddu bħala “impjiegi maħluqa u miżmuma” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema ZFM (47).

    (34)

    Dwar il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi fir-rigward tan-numru ta’ impjiegi maħluqa u miżmuma mill-benefiċjarji taż-ZFM, il-Portugall indika li f’każ ta’ diskrepanzi bejn l-informazzjoni fuq dikjarazzjonijiet differenti, kienu il-“Modelo 10” u l-“Modelo 30”, kif ukoll id-“DMR” (mill-1 ta’ Jannar 2013) li ħadu preċedenza fuq il-“Modelo 22” (48). Wara t-talba għal informazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar diversi diskrepanzi li nstabu fil-monitoraġġ tal-2015, il-Portugall iddikjara li l-“Modelo 22” tippermetti kwantifikazzjoni biss għall-karigi li jiġġeneraw taxxa minn ras il-għajn li nħolqu u li nżammu matul il-perjodu rilevanti. Dan jista’ jirriżulta f’diskrepanzi mal-“Modelos” l-oħrajn, b’mod partikolari fil-każ ta’ dħul tal-impjegati taħt ċertu limitu li ma ġġenerax taxxa minn ras il-għajn. Barra minn hekk, il-Portugall qal li l-awtoritajiet tat-taxxa talbu lill-kumpaniji rilevanti biex jikkoreġu l-għadd ta’ impjiegi ddikjarati fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali tagħhom, mingħajr ma qatt ġiet ikkontestata l-evidenza attwali tal-eżistenza tal-impjiegi.

    (35)

    Il-Portugall indika wkoll li matul l-applikazzjoni tar-Reġim III, anke f’każ li l-benefiċjarji naqsu milli jiddikjaraw in-numru ta’ impjiegi maħluqa fir-reġjun, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali tqiesu bħala sottomessi b’mod validu u, konsegwentement, il-valutazzjoni tat-taxxa dovuta u tal-ammont tat-tnaqqis fit-taxxa ma kinitx affettwata.

    (36)

    Finalment, il-Portugall ressaq l-argument li, għal tip speċifiku ta’ kumpaniji azzjonarji - is-“Sociedades Gestoras de Participações Sociais” (“SGPS”) -, l-iskema ZFM ma kinitx teħtieġ il-ħolqien ta’ impjiegi sabiex dawn il-kumpaniji jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa korporattiva. Skont il-Portugall, ir-rinunzja tar-rekwiżit tal-ħolqien tal-impjiegi għall-SGPS ġiet inkluża fl-abbozz tad-Digriet Liġi (49) mehmuż man-notifika. Fil-fehma tagħhom, l-approvazzjoni tal-iskema tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 għalhekk approvatha b’mod impliċitu flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-istess liġi.

    3.   MOTIVI GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

    (37)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-iskema ZFM kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-iskema, kif implimentata mill-Portugall, mas-suq intern.

    (38)

    Fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq bażi preliminari li l-iskema ZFM implimentata mill-Portugall favur il-kumpaniji taż-ZFM kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (50). Hija tiġi deċiża mill-Istat u hija imputabbli għalih (51). L-għajnuna hija selettiva minħabba li tagħti vantaġġ lill-kumpaniji stabbiliti fiż-ZFM peress li tippermetti lill-kumpaniji taż-ZFM jiksbu tnaqqis fit-taxxa normalment dovuta fuq l-introjtu korporattiv, li ma jistax jiġi ġġustifikat mil-loġika tas-sistema tat-taxxa (52). Sal-punt li l-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM wettqu attivitajiet li kienu miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-iskema ZFM kienet toħloq distorsjoni jew heddedt li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, peress li setgħet ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarji tal-iskema ZFM meta mqabbla ma’ kumpaniji oħra li kienu jikkompetu magħhom (53).

    (39)

    Fir-rigward tal-legalità tal-iskema ZFM, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar żewġ kwistjonijiet (54):

    (i)

    l-oriġini ġeografika tal-profitti, u

    (ii)

    il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi mhux ivverifikati fir-reġjun.

    (40)

    F’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013, l-iskema ZFM ġiet approvata bil-kundizzjoni li t-tnaqqis permess fit-taxxa fuq l-introjtu jiġi applikat għall-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet effettivament u materjalment imwettqa fir-reġjun. Din il-kundizzjoni fundamentali hija strettament marbuta mal-għan tal-għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi (jiġifieri l-kumpens tal-kostijiet addizzjonali li jġarrbu l-kumpaniji f’dawn ir-reġjuni minħabba l-iżvantaġġi strutturali tar-reġjuni) u tispjega wkoll għaliex l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 kienet ibbażata fuq l-istudju dwar il-kostijiet addizzjonali li l-kumpaniji jġarrbu fir-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira (55).

    (41)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li jekk il-kumpaniji ma wettqux l-attivitajiet tagħhom f’Madeira, dawn ma ġarrbu l-ebda kost addizzjonali minħabba l-attività tagħhom f’reġjun ultraperiferiku. Għalhekk, ma setgħux jitqiesu bħala benefiċjarji validi tal-iskema ZFM approvata u ma kinux intitolati għal għajnuna operatorja reġjonali.

    (42)

    Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Portugall ma pprovda l-ebda evidenza dwar il-kontrolli possibbli li kienu wettqu l-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti fir-rigward tal-oriġini tad-dħul iddikjarat u soġġett għat-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu. Barra minn hekk, kif muri mill-każ ta’ kull benefiċjarju kampjun tal-iskema, il-Portugall ma ssottomettiex informazzjoni dwar il-post tal-attività effettiva, iżda llimita lilu nnifsu biss biex jissottometti l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-benefiċjarji f’Madeira. Billi l-Portugall irrikonoxxa li kien prinċipalment l-introjtu li ġej minn attivitajiet barra l-Portugall li kien soġġett għal tnaqqis fit-taxxa, diġà kien hemm indikazzjoni qawwija li ma kinitx ġiet osservata l-kundizzjoni ta’ kompatibbiltà rilevanti dwar l-oriġini tal-profitti li jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu. Barra minn hekk, ix-xogħol irrapportat tal-impjegati barra minn Madeira jew saħansitra mill-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ impjegati minħabba l-għadd ogħla ta’ duplikazzjonijiet, kif muri fil-monitoraġġ tal-2015, ipprovdew ukoll indikazzjoni qawwija li l-benefiċċji tat-taxxa mogħtija lill-benefiċjarji taż-ZFM jistgħu ma jkunux relatati mal-profitti ġġenerati fir-reġjun.

    (43)

    Fir-rigward tal-kriterju ta’ kompatibbiltà rilevanti għall-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi fir-reġjun ta’ Madeira, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod preliminari li l-Portugall kien applika l-iskema ZFM, għad-durata kollha tagħha, b’mod li kien kuntrarju għall-objettiv tal-iskema approvata, kif ukoll għall-kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013. Il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi mhux ivverifikati ntwerew mir-riżultati tal-monitoraġġ tal-2015, li indika li: (i) l-impjegati li ħadmu għal parti mis-sena fiskali tqiesu bħala impjegati kompletament okkupati, (ii) l-impjegati u l-membri tal-bord tqiesu simultanjament bħala impjegati validi f’aktar minn kumpanija waħda taż-ZFM, u (iii) l-impjegati li jaħdmu barra minn Madeira u anki barra mill-Unjoni tqiesu għall-kalkolu tal-ħolqien tal-impjiegi li jagħti aċċess għat-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu previst mill-iskema, u l-elementi kollha ġew kkonfermati mill-Portugall bħala prattika komuni fl-investigazzjoni tal-2016.

    (44)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-kunċett ta’ “impjieg” u l-metodu għall-kalkolu tal-impjiegi maħluqa u miżmuma fir-reġjun ma kinux konformi mad-definizzjonijiet, mal-kundizzjonijiet u mal-prinċipji stabbiliti fir-RAG tal-2007.

    (45)

    Fuq bażi preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-attivitajiet imwettqa mill-impjegati barra mir-reġjun ma setgħux jitqiesu bħala materjalment u effettivament imwettqa f’Madeira, anki jekk id-dħul iġġenerat jista’ jiġi allokat lil kumpaniji li jinsabu fiż-ZFM.

    (46)

    Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li l-kontrolli tat-taxxa implimentati mill-awtoritajiet tat-taxxa Portugiżi pprovdew indikazzjoni qawwija li fil-prattika, il-Portugall ma żgura l-ebda kontroll xieraq tal-konformità mal-kriterji fundamentali ta’ kompatibbiltà stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013. Fil-fatt, il-Portugall ma pprovda l-ebda prova li kien wettaq kontrolli barra mill-ambitu tal-monitoraġġ tas-servizzi tal-Kummissjoni; in-natura ta’ dawk il-kontrolli dehret fi kwalunkwe każ kompletament relatata mat-taxxa u mhux relatata mal-kriterji ta’ hawn fuq; u [30 %-40 %] (*1) tal-impjegati kollha ddikjarati bħala impjegati tal-benefiċjarji taż-ZFM għas-snin 2012 u 2013, ġew magħduda bħala li jaħdmu f’aktar minn kumpanija benefiċjarja waħda taż-ZFM għall-finijiet li jiġi stabbilit it-tnaqqis fit-taxxa għall-benefiċjarji.

    (47)

    Finalment, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar in-nuqqas ta’ żamma tal-impjiegi maħluqa u dan abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-2015, li wrew varjazzjoni importanti ħafna tal-impjegati li kienu okkupati kull xahar mill-benefiċjarji tal-iskema ZFM.

    (48)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-għotjiet individwali taħt l-iskema ZFM jistgħux jitqiesu kompatibbli, jekk kienu eżentati b’mod sħiħ mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, “GBER 2014”) (56), li jista’ japplika b’mod retroattiv għal għajnuna individwali mogħtija qabel ma daħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-GBER tal-2014, dment li l-kundizzjonijiet rilevanti kienu ġew issodisfati (57).

    (49)

    Ir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (“ARM”) huwa reġjun ultraperiferiku ddeżinjat mill-Artikolu 349 tat-TFUE. F’konformità mal-Artikolu 15(4) tal-GBER tal-2014, huwa eliġibbli għall-għajnuna operatorja reġjonali skont id-deroga prevista mill-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, sakemm: (i) il-benefiċjarji għandhom l-attività effettiva tagħhom fir-reġjun ultraperiferiku, u (ii) l-ammont annwali tal-għajnuna ma jaqbiżx perċentwal massimu tal-valur miżjud gross maħluq kull sena, jew il-kostijiet tax-xogħol annwali mġarrba, jew il-fatturat annwali realizzat, mill-benefiċjarju fir-reġjun.

    (50)

    L-iskema ZFM tikkonsisti f’benefiċċji tat-taxxa kif deskritt fil-premessa 12 ta’ din id-Deċiżjoni, li għandhom l-effett li jnaqqsu l-ispejjeż li l-kumpaniji jkollhom iġarrbu bħala parti mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Għalhekk tikkostitwixxi għajnuna operatorja favur il-kumpaniji li jistgħu jibbenefikaw minnha fiż-ZFM. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Portugall matul il-monitoraġġ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-benefiċjarji tal-iskema implimentata mill-Portugall mhux neċessarjament kellhom l-attività tagħhom f’Madeira. Barra minn hekk, fuq bażi preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ammonti ta’ għajnuna involuti ma kinux neċessarjament relatati mal-valur miżjud gross, mal-kostijiet tax-xogħol jew mal-fatturat iġġenerat f’Madeira (58).

    (51)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni esprimiet il-fehma preliminari li l-iskema ZFM, kif implimentata mill-Portugall, ma tikkonformax mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013 u, fi kwalunkwe każ, mar-RAG tal-2007, peress li ż-żewġ kwistjonijiet imsemmija fil-premessa 39 ta’ din id-Deċiżjoni kienu jirriflettu l-kundizzjonijiet fundamentali għall-approvazzjoni tal-għajnuna operatorja reġjonali skont ir-RAG tal-2007. Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji li l-għajnuniet individwali mogħtija skont l-iskema jistgħu jitqiesu kompatibbli abbażi tal-GBER tal-2014 dwar l-għajnuna operatorja fir-reġjuni ultraperiferiċi (59). Finalment, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-iskema ZFM, kif implimentata mill-Portugall, tista’ titqies kompatibbli direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, peress li l-awtoritajiet Portugiżi dehru li applikawha b’mod li ma kienx jikkumpensa għall-iżvantaġġi strutturali li l-kumpaniji jistgħu effettivament iġarrbu fl-attività tagħhom f’Madeira (60).

    4.   INFORMAZZJONI SOTTOMESSA WARA D-DEĊIŻJONI TA’ FTUĦ U KUMMENTI MILL-PORTUGALL

    4.1.   Informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-Portugall matul l-investigazzjoni fil-fond

    (52)

    Bid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall jipproduċi informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ZFM matul id-durata tagħha (2007 sa 2014) (61). B’mod partikolari, il-Portugall kien meħtieġ jipprovdi:

    lista tal-kumpaniji kollha rreġistrati fiż-ZFM għall-perjodu mill-2007 sal-2014, li tindika l-ammonti ta’ għajnuna riċevuti kull sena;

    lista tal-impjegati kollha impjegati minn kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM (2007 sa 2014);

    lista tal-akbar 25 riċevitur tal-għajnuna taż-ZFM skont ir-Reġim III fis-snin 2007 sa 2011 u 2014 (li tindika l-ammonti ta’ għajnuna riċevuti kull sena u n-numru ta’ impjegati kkunsidrati għall-għoti tat-tnaqqis fit-taxxa u l-proviżjoni ta’ evidenza dokumentarja rilevanti);

    prova tal-oriġini tal-introjtu għall-benefiċjarji kollha tal-kampjun taż-ZFM magħżula matul il-monitoraġġ għas-snin 2012 u 2013, kif ukoll għall-akbar 25 riċevitur tal-għajnuna taż-ZFM għas-snin 2007 sa 2011 u 2014 (inkluża evidenza dokumentarja rilevanti);

    prova tal-post effettiv ta’ attività għall-benefiċjarji kollha tal-kampjun taż-ZFM għall-perjodu 2007 sa 2014 (inkluża evidenza dokumentarja rilevanti);

    kalkolu tan-numru ta’ impjegati tal-benefiċjarji kollha tal-kampjun taż-ZFM (is-snin 2007 sa 2014) f’ekwivalenti ta’ full-time abbażi tad-definizzjoni stabbilita fil-paragrafu 58 u fin-nota 52 f’qiegħ il-paġna tar-RAG tal-2007 (inkluża evidenza dokumentarja rilevanti);

    argumentazzjoni mhux ipprovduta qabel fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-iskema ZFM implimentata mill-Portugall abbażi tal-GBER tal-2014 jew tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE.

    (53)

    Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Portugall li, fin-nuqqas ta’ dik l-informazzjoni, hija jkollha tadotta deċiżjoni bbażata fuq l-informazzjoni fil-pussess tagħha (62).

    (54)

    Permezz ta’ ittri datati l-11 u s-26 ta’ Settembru 2018 (63) u l-24 ta’ April 2019, rispettivament, il-Portugall ipprovda informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ZFM u ppreżenta l-kummenti tiegħu dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (55)

    Fil-11 ta’ Settembru 2018, il-Portugall issottometta data dwar il-kumpaniji kollha rreġistrati fiż-ZFM għad-durata kollha tal-iskema (mill-2007 sal-2014). Huwa pprovda wkoll l-ammonti ta’ għajnuna riċevuti kull sena għal kull benefiċjarju sal-2014. Il-Portugall ipprovda wkoll lista tal-akbar 25 benefiċjarju tal-għajnuna taż-ZFM fis-snin 2007 sa 2011 u 2014 (64), inkluż l-indikazzjoni tal-ammonti ta’ għajnuna riċevuti. Barra minn hekk, permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Settembru 2018 għas-snin 2007 sal-2014, il-Portugall ipprovda lista ta’ impjegati tal-kumpaniji kollha rreġistrati fiż-ZFM (65). Madankollu, dik l-informazzjoni ma tippermettix verifika sħiħa tal-kwistjonijiet problematiċi identifikati fil-monitoraġġ: (i) il-membri tal-bord u l-ħaddiema li għandhom tali funzjonijiet simultanjament f’ħafna kumpaniji taż-ZFM, (ii) l-inċidenza ta’ għadd doppju ta’ impjiegi, u (iii) l-impjiegi part-time meqjusa għall-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi u l-benefiċċji sħaħ tat-taxxa mogħtija lill-kumpaniji taż-ZFM.

    (56)

    Il-Portugall ma pprovdiex informazzjoni dwar in-numru ta’ impjegati li tqiesu għall-għotja tat-tnaqqis fit-taxxa għas-snin 2008, 2009 u 2010 (66), u pprovda informazzjoni mhux kompluta għas-snin 2011 u 2014 (67). Barra minn hekk, għal kull sena, l-informazzjoni sottomessa dwar in-numru ta’ impjegati hija ppreżentata f’termini mhux ċari: (i) sorsi differenti, u (ii) perjodi differenti ta’ dikjarazzjoni mingħajr relazzjoni sempliċi bejn in-numru ta’ impjiegi maħluqa/miżmuma u l-ammont ta’ għajnuna riċevuta f’kull perjodu.

    (57)

    Barra minn hekk, il-Portugall ma pprovdiex l-informazzjoni, id-data u l-evidenza dokumentarja ta’ appoġġ li ġejjin (68) li huma meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna:

    prova tad-dokumentazzjoni użata biex jiġi vverifikat in-numru ta’ impjegati; għas-snin sal-2010, il-Portugall speċifika li ma kien hemm l-ebda obbligu għall-kumpaniji li jiddikjaraw in-numru ta’ impjegati fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħhom;

    prova tal-oriġini tal-introjtu tal-benefiċjarji tal-kampjun magħżul matul l-investigazzjoni preliminari (69) u tal-akbar 25 benefiċjarju tal-iskema ZFM tas-snin 2007 sa 2009 (70);

    prova tal-post effettiv ta’ attività tal-impjegati tal-benefiċjarji tal-iskema ZFM;

    kalkolu tan-numru ta’ impjegati tal-benefiċjarji kollha tal-kampjun tal-iskema ZFM magħżula matul il-monitoraġġ għas-snin 2012 u 2013, kif ukoll tal-akbar 25 benefiċjarju tal-għajnuna fis-snin 2007 sal-2011 u 2014, f’FTEs abbażi tad-definizzjoni stabbilita fil-paragrafu 58 u fin-nota 52 f’qiegħ il-paġna tar-RAG tal-2007.

    (58)

    Fil-laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni fl-10 ta’ April 2019 imsemmija fil-premessa 8 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Portugall ġie mfakkar dwar il-passi proċedurali tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali li kienet għaddejja u mfakkar fl-impenn ta’ kooperazzjoni reċiproka minn Settembru 2017, li sa dak iż-żmien ma kienx wassal għal riżultati li jagħtu l-frott. Barra minn hekk, il-Portugall ġie mistieden jipprovdi l-informazzjoni nieqsa f’konformità mal-paragrafu 64 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, li tippermetti lis-servizzi tal-Kummissjoni jkollhom sett sħiħ ta’ fatti/informazzjoni dwar l-iskema ZFM.

    (59)

    Permezz ta’ ittra tal-24 ta’ April 2019 (71), biex tiġi indirizzata l-fehma preliminari tal-Kummissjoni dwar l-inadegwatezza tal-kontrolli tat-taxxa (72), il-Portugall issottometta data dwar il-kontrolli tat-taxxa mwettqa bejn l-2015 u l-2018 dwar il-benefiċjarji taż-ZFM (73) permezz ta’ spezzjonijiet tat-taxxa. Fil-perjodu kkonċernat, inbdew [300-600] spezzjoni tat-taxxa u tlestew [300-600] spezzjoni tat-taxxa. Il-korrezzjonijiet tat-taxxa rrapportati jammontaw għal madwar EUR [100-250] miljun. Il-Portugall irrapporta wkoll diverġenzi rigward [100-300] dikjarazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarji taż-ZFM. Madankollu, fir-rigward tal-ispezzjonijiet tat-taxxa magħluqa għall-iskema ZFM (Reġim III), l-informazzjoni pprovduta ma ppermettitx li tiġi stabbilita r-rabta bejn il-kontrolli u l-korrezzjonijiet tat-taxxa rrapportati u ż-żewġ kwistjonijiet li dwarhom inbdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    (60)

    Barra minn hekk, il-Portugall irrikonoxxa li l-kriterji għall-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar, bl-għan li jiġi eliminat kwalunkwe dubju dwar l-interpretazzjoni tagħhom, billi jiġi evitat l-abbuż tal-għajnuna inkwistjoni u billi jiġu introdotti garanziji ulterjuri li l-kontabilità tal-impjiegi tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ Madeira (74). F’dan ir-rigward, il-Portugall ippreżenta abbozz ta’ Ordni (“projeto de despacho da Vice-Presidência do Governo Regional da Madeira”) li jiċċara l-kunċett ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” f’konformità mad-definizzjonijiet fir-RAG tal-2007 (75).

    (61)

    F’dan il-kuntest, il-Portugall irrikonoxxa li l-introduzzjoni ta’ bidliet leġiżlattivi fl-iskema ZFM kienet meħtieġa biex jiġi evitat abbuż potenzjali. Barra minn hekk, il-Portugall ippreżenta sett ta’ miżuri leġiżlattivi, regolatorji u spettivi lill-iskema ZFM li għalih talab il-qbil tal-Kummissjoni permezz ta’ rakkomandazzjoni li tipproponi miżuri xierqa lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 22(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (76). Alternattivament, il-Portugall ippreveda li tali emendi legali jenħtieġ li jiġu approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (“deċiżjoni kondizzjonali”), kif previst fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (77).

    (62)

    F’dan ir-rigward, wara l-kjarifika tal-kunċett ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” indikat fil-premessa 60 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Portugall ippropona emendi għall-bażi ġuridika tal-iskema ZFM (78): (i) l-esklużjoni tal-SGPS (79); (ii) il-konsenja tad-dħul mit-taxxa korporattiva taż-ZFM għall-objettivi tal-politika tas-saħħa u tal-edukazzjoni; (iii) il-ħolqien ta’ klawżola speċifika kontra l-abbuż għall-iskema ZFM f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (80) dwar prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern fir-rigward ta’ diskrepanzi ibridi ma’ pajjiżi terzi; u (iv) id-definizzjoni ta’ kriterji biex jiġu identifikati kontribwenti kbar fiż-ZFM li s-sitwazzjoni tat-tassazzjoni tagħhom teħtieġ monitoraġġ permanenti mill-Uffiċċju taż-Żona Ħielsa (“Gabinete da Zona Franca”) (81) bħala komplement għall-attivitajiet ta’ spezzjoni tat-tassazzjoni li għandhom jitwettqu fuq bażi annwali.

    4.2.   Kummenti mill-Portugall

    (63)

    Il-kummenti ppreżentati mill-Portugall fl-ittra tas-26 ta’ Settembru 2018 huma miġbura fil-qosor fil-premessi li ġejjin.

    (64)

    Il-Portugall jargumenta li deċiżjoni negattiva dwar l-iskema ZFM jkollha effetti drammatiċi u irreparabbli fuq is-sostenibbiltà ekonomika ta’ Madeira (82). Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-istatus tar-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira, li huwa rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

    (65)

    Il-Portugall jargumenta wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra fil-valutazzjoni tagħha l-impatt ekonomiku tal-iskema ZFM fl-iżvilupp tar-reġjun (83), b’mod partikolari billi tikkunsidra l-effett ekonomiku tagħha fuq il-kummerċ nazzjonali, Ewropew u internazzjonali (84).

    (66)

    Finalment, il-Portugall iqis li l-investigazzjoni fil-fond li għaddejja tiddiskrimina lil Madeira kontra ġuriżdizzjonijiet oħra, li japplikaw rati preferenzjali tat-taxxa fuq l-introjtu u jaħarbu mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (85).

    L-eżistenza tal-għajnuna

    (67)

    Il-Portugall iqis li l-iskema ZFM ma tinvolvix riżorsi tal-Istat (jiġifieri żieda fin-nefqa jew saħansitra tnaqqis fid-dħul għall-baġit pubbliku). L-iskema ma tikkorrispondix għal “nefqa tat-taxxa reali” iżda sempliċiment għal nefqa tat-taxxa virtwali jew anke għal finzjoni kontabilistika (“telf teoretiku tad-dħul mit-taxxa”) (86). Il-Portugall ikompli jispjega li l-kumpaniji huma stabbiliti biss fiż-ZFM, u jinvestu hemmhekk, wara l-eżistenza tal-ħelsien mit-taxxa. Inkella, mingħajr il-benefiċċju tat-taxxa, ma kinux jistabbilixxu fiż-ZFM jew iħallsu t-taxxi tas-soltu applikabbli fil-Portugall kontinentali jew f’Madeira (87).

    (68)

    Il-Portugall jargumenta li l-iskema ZFM tifforma parti mill-ekonomija ġenerali tal-iskema tat-taxxa Portugiża (88). Il-Portugall iqis ukoll li, skont il-prattika tal-Kummissjoni (89), rata tat-taxxa baxxa applikata fi Stat Membru sħiħ jew f’reġjun awtonomu jenħtieġ li titqies bħala miżura ġenerali u, għalhekk, ma tagħtix vantaġġ lill-kumpaniji stabbiliti fiż-ZFM (90).

    (69)

    Il-Portugall iqis ukoll li l-iskema ZFM ma hijiex selettiva minħabba li l-miżura ma hijiex “favur ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti” skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Portugall jargumenta li, skont l-Artikolu 36(6) tal-Istatut dwar l-Inċentivi tat-Taxxa (Estatuto dos Benefícios Fiscais, “EBF”), il-kumpaniji kollha involuti f’attivitajiet kummerċjali, industrijali, marittimi jew servizzi oħra (jekk mhux espliċitament esklużi mill-iskema, kif huwa l-każ ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni u finanzjarji) x’aktarx li jiġu stabbiliti fiż-ZFM. Għalhekk, il-benefiċċji tat-taxxa li jgawdu l-benefiċjarji taż-ZFM ma jikkonformawx mal-kundizzjoni tas-selettività, li hija essenzjali għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. Finalment, ma jistax jiġi konkluż li teżisti s-selettività de facto, peress li l-benefiċċji tat-taxxa rilevanti ma humiex limitati għal ċerti kategoriji jew setturi b’karatteristiċi komuni.

    (70)

    Il-Portugall jikkonkludi li l-iskema ZFM trid titqies bħala miżura ġenerali aktar milli miżura ta’ għajnuna mill-Istat (91). Il-miżura li qiegħda tiġi eżaminata ma tinvolvix vantaġġ selettiv għall-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM u tista’ tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa. Finalment, il-Portugall iqis li l-Kummissjoni għandha l-oneru tal-prova biex tiddetermina jekk l-iskema ZFM tinvolvix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    (71)

    Barra minn hekk, il-Portugall jargumenta li jekk l-iskema ZFM jenħtieġ li tinvolvi “għajnuna”, din trid tiġi kkwalifikata bħala “għajnuna eżistenti”. L-iskema ZFM kienet teżisti qabel l-adeżjoni tal-Portugall mal-KEE (92) u l-iskema ma għaddiet minn l-ebda bidla sostanzjali barra mill-qafas tan-negozjati dwar l-għajnuna eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-iskema ZFM ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Min-naħa l-oħra, minflok, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibda l-proċedura ta’ miżuri xierqa (93), li tista’ tinvolvi t-tibdil tal-kontenut tal-iskema ta’ għajnuna, l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti jew il-kjarifika tagħha. Inkella, il-Portugall jipproponi li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni pożittiva soġġetta għal kundizzjonijiet (“deċiżjoni kondizzjonali”) (94).

    L-oriġini tal-profitti li jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu

    (72)

    Il-Portugall jirrikonoxxi li d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013 jipprevedu li l-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu korporattiv tapplika għal “profitti li jirriżultaw minn attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira” (95). Madankollu, il-Portugall jirrifjuta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li, jekk il-kumpaniji ma jwettqux l-attivitajiet tagħhom f’Madeira, ma jġarrbu l-ebda kost addizzjonali minħabba l-attività tagħhom f’reġjun ultraperiferiku u, konsegwentement, ma humiex intitolati għal għajnuna operatorja reġjonali (96).

    (73)

    Il-Portugall ifakkar li l-kostijiet addizzjonali kkwantifikati mġarrba mill-kumpaniji fir-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira (97) ġew aġġustati għad-dimensjoni ekonomika taż-ZFM, li ġiet rikonoxxuta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 (98). Barra minn hekk, l-implimentazzjoni attwali tal-iskema ZFM hija kompletament koerenti ma’ dik li tirriżulta mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013, li kkonkludew li “l-miżura tippermetti li jiġu kkumpensati l-kostijiet addizzjonali tal-kumpaniji li jinsabu fir-reġjun ultraperiferiku msemmi” (99). Il-Portugall jargumenta wkoll li l-benefiċċji tat-taxxa taż-ZFM huma sostanzjalment anqas mill-“kostijiet addizzjonali” u l-kundizzjoni li l-attivitajiet jenħtieġ li jitwettqu “effettivament u materjalment f’Madeira” hija riflessa fl-obbligu tal-liċenzjar taż-ZFM u l-konformità ma’ rekwiżiti legali oħra, li jagħmlu lill-kumpaniji rreġistrati fl-iskema ZFM (ir-Reġim III) benefiċjarji leġittimi tal-iskema u intitolati għal għajnuna operatorja reġjonali (100)

    (74)

    Il-Portugall itenni li “iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’Madeira” jenħtieġ li jfisser biss li l-attività titwettaq f’Madeira jekk titwettaq hemmhekk b’uffiċċju rreġistrat, b’ċentru ta’ ġestjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet mingħajr rekwiżit għal kapital uman kollu permanenti hemmhekk. Il-Portugall iqis li meta l-Kummissjoni tirrikjedi l-implimentazzjoni effettiva f’Madeira ta’ attivitajiet li skont id-definizzjoni huma internazzjonali, din tkun qed tiċħad ir-rabta ta’ tali attivitajiet internazzjonali mar-reġjun, rikonoxxuta mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013 (101).

    (75)

    Barra minn hekk, il-Portugall itenni l-fehma tiegħu li r-rekwiżit li l-attivitajiet jitwettqu effettivament u materjalment f’Madeira, la jfisser, u lanqas ma jista’ jfisser, li l-attivitajiet iridu jkunu ristretti, mil-lat ġeografiku, għat-territorju ta’ Madeira u għall-qligħ miksub biss f’dik iż-żona ġeografika. Għalhekk, l-“interpretazzjoni restrittiva” tal-Kummissjoni ma hijiex konsistenti mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Unjoni dwar “ċentru ewlieni tal-interessi” (102), mal-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u mal-ġurisprudenza tal-Unjoni dwar l-“effett konsegwenzjali” (103), u mal-libertà fundamentali tal-istabbiliment u tal-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital tal-Unjoni.

    (76)

    Il-Portugall jikkonkludi wkoll li l-imputabbiltà sseħħ b’referenza għall-post tal-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija jew għall-post tal-ġestjoni effettiva tagħha. Dan huwa konsistenti bis-sħiħ mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, li tipprevedi li “l-iskema tapplika mingħajr distinzjoni għall-kumpaniji residenti u mhux residenti fil-Portugall” (104). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013 tirrikonoxxi wkoll li l-attivitajiet tal-kumpaniji liċenzjati taż-ZFM huma essenzjalment internazzjonali fin-natura tagħhom, peress li “l-attivitajiet imwettqa minn dawk il-kumpaniji huma miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali” (105). Għalhekk, ir-riinterpretazzjoni tal-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 li l-attivitajiet rilevanti jistgħu jiġu implimentati bis-sħiħ biss fil-limiti ġeografiċi stretti ta’ Madeira tikkontradixxi l-iskema ZFM innifisha u r-RAG tal-2007 bħala strument ewlieni biex jiġi attirat l-investiment li joriġina fis-suq intern u barra minnu. Tikkontradixxi wkoll l-għan tal-Artikolu 349 tat-TFUE, li jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri (tat-taxxa) speċifiċi biex jattiraw l-investiment u b’hekk iwasslu għall-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija.

    (77)

    Barra minn hekk, il-Portugall jikkonforma mal-impenji tiegħu skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-OECD dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u trasferiment tal-profitti (106) (“Pjan ta’ Azzjoni BEPS”) li huwa ffirma fl-2016. Il-Pjan ta’ Azzjoni BEPS jinkludi l-kunċett ta’ “attività sostanzjali”, li tillimita l-applikazzjoni ta’ skemi preferenzjali għal qligħ li għandu konnessjoni kawżali mal-kostijiet imġarrba mill-kumpanija għall-iżvilupp tal-assi sottostanti.

    (78)

    Il-Portugall iqis li l-Kummissjoni fl-eżami tagħha tal-legalità tal-iskema ZFM jenħtieġ li tikkunsidra l-kriterju dwar l-“attività sostanzjali” kif definit fir-regoli tal-OECD u, b’mod partikolari, il-“Prinċipji ta’ gwida ġenerali dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri skont il-Pjan ta’ Azzjoni BEPS (107)”. Il-Portugall iqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi fil-valutazzjoni tagħha l-istrumenti legali eżistenti tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi, b’mod partikolari r-regoli dwar l-abbuż ta’ arranġamenti ġenwini stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2016/1164. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transfruntiera soġġetti għar-rapportar introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (108).

    (79)

    Il-Portugall jispjega li r-regoli dwar l-evitar tat-taxxa introdotti bid-Direttiva (UE) 2016/1164 għandhom l-għan li japplikaw għal arranġamenti mhux ġenwini (jiġifieri sitwazzjonijiet fejn kumpaniji stabbiliti f’żoni b’taxxa baxxa u li ma jwettqu l-ebda tip ta’ attività ekonomika jiġu ntaxxati b’rata aktar baxxa jew saħansitra b’rata ta’ taxxa żero). F’konformità ma’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi indikat li, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-legalità tal-kumpaniji stabbiliti fiż-ZFM, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża fuq klawżoli ġenerali kontra l-abbuż fil-fażi ta’ valutazzjoni tal-għoti tal-għajnuna mill-Istat. Il-Portugall iqis li ma huwiex aċċettabbli li jiġi konkluż li l-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil kumpaniji liċenzjati fiż-ZFM, li jikkostitwixxi “ħelsien mit-taxxa”, ifisser neċessarjament li tali kumpaniji jinsabu f’arranġament mhux ġenwin (109).

    (80)

    Finalment, il-Portugall jiddeskrivi s-sistema ta’ kontroll tat-taxxa fis-seħħ fir-rigward tal-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM (110). Barra minn hekk, il-Portugall jiddeskrivi l-verifika tar-rekwiżit kontabilistiku separat fir-rigward tal-qligħ taż-ZFM (111), u fuq din il-bażi jikkontesta l-fehma tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ li jista’ jkun hemm dubji dwar l-effettività tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tat-taxxa (112).

    Il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi fir-reġjun

    (81)

    Il-Portugall jispjega li l-introduzzjoni tal-limitazzjonijiet relatati man-numru minimu ta’ impjiegi hija intrinsika għal loġika simili ta’ miżura kontra l-abbuż: l-għan kien li jiġu evitati kumpaniji, li ma għandhomx attività ekonomika sostanzjali, milli jieħdu vantaġġ mhux dovut f’Madeira. Madankollu, dan ma jimponix u lanqas ma jilleġittimizza interpretazzjoni tar-rekwiżiti tax-xogħol barra mill-kuntest tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli.

    (82)

    Minbarra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni (113), il-Portugall jargumenta li d-dritt tal-Unjoni ma jadottax kunċett uniformi ta’ “kuntratt tax-xogħol” jew ta’ “relazzjoni tax-xogħol” jew ta’ “ħaddiem” (114) jew, konsegwentement ta’ “impjieg”. Il-kunċett rilevanti ta’ “impjieg” huwa stabbilit fil-liġi tax-xogħol Portugiża (115), li ma tmurx kontra d-dritt applikabbli tal-Unjoni.

    (83)

    Il-Portugall dejjem ikkunsidra li r-rekwiżit għall-entitajiet liċenzjati li joperaw fiż-ZFM biex joħolqu jew biex iżommu l-impjiegi huwa osservat biss sakemm jiġi stabbilit kuntratt tax-xogħol ma’ kumpanija stabbilita fiż-ZFM (116). Il-forom ta’ xogħol kontraenti li jiffurmaw parti mir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali ma jistgħux jiġu injorati, b’mod partikolari l-impjieg temporanju kif ukoll il-libertà (fundamentali) tal-moviment għall-ħaddiema.

    (84)

    Il-Portugall jargumenta wkoll li l-ispirtu tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (117) u tal-ġurisprudenza tal-Unjoni (118) huwa li jiġu aċċettati u protetti d-diversi tipi ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg (kemm jekk ikunu temporanji kif ukoll permanenti) u l-mobilità tal-ħaddiema fl-Istati Membri billi jitqies dak il-fenomenu (il-mobilità), inkluż bħala element pożittiv għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Istati Membri. Bl-istess mod, l-Unjoni tirrikonoxxi b’mod wiesa’ l-libertà tal-kumpaniji li jipprovdu servizzi minn Stati Membri oħra, li jibagħtu temporanjament lill-impjegati tagħhom f’dawk l-Istati Membri, li għal darb’oħra tirrifletti n-natura mobbli tar-relazzjonijiet attwali ta’ impjieg, mingħajr ma dan jimplika nuqqas ta’ verifika tal-attività ekonomika sostantiva tal-kumpaniji. Għalhekk, il-Portugall ma jaċċettax li l-legalità tal-iskema ZFM tiddependi direttament fuq il-ħolqien ta’ ċertu numru ta’ impjiegi, u lanqas fuq il-bażi ta’ kunċett retrograd ta’ “impjieg”, li huwa bbażat esklużivament fuq il-kunċett ta’ spazju (post fiżiku) li fih l-impjegati jwettqu l-kompiti tagħhom, u fuq bażi permanenti (119).

    (85)

    Il-Portugall jirreferi għan-negozjati mal-Kummissjoni fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tar-Reġim II tal-Kummissjoni tal-2002 (120), li warajhom il-Portugall aċċetta li jinkludi l-limiti massimi taxxabbli relatati man-numru ta’ impjiegi; madankollu, dan ma fissirx li din il-kundizzjoni kienet kundizzjoni sine qua non u l-Portugall qatt ma implimenta l-iskema bil-ħsieb li kienet hekk (121).

    (86)

    Finalment, il-Portugall iqis li ż-ZFM ma hijiex skema ta’ għajnuna għall-impjiegi iżda skema ta’ għajnuna għad-diversifikazzjoni u għall-modernizzazzjoni ta’ Madeira. L-għan tal-iskema ZFM huwa primarjament li tikkontribwixxi għall-Prodott Domestiku Gross (“PDG”) reġjonali. Il-kontribuzzjoni tal-iskema għall-PDG ta’ Madeira turi r-rabta qawwija bejn l-attivitajiet ekonomiċi mwettqa mill-kumpaniji taż-ZFM u r-reġjun.

    Definizzjoni tan-numru ta’ impjiegi maħluqa

    (87)

    Il-Portugall itenni li l-kunċetti ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” u “unitajiet tax-xogħol annwali” (ALU) stabbiliti fil-paragrafu 58 u fin-nota 52 f’qiegħ il-paġna tar-RAG tal-2007 ma japplikawx għall-iskema ZFM. Id-definizzjonijiet japplikaw biss għall-“għajnuna għall-investiment reġjonali” (ir-raba’ taqsima tar-RAG tal-2007) u mhux għall-għajnuna operatorja (il-ħames taqsima tar-RAG tal-2007). Barra minn hekk, il-Portugall jenfasizza li ma hemm l-ebda preċedent fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ALU għall-għajnuna reġjonali f’reġjun ultraperiferiku, bil-maqlub ta’ dak li ddikjarat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (122). Skont l-awtoritajiet Portugiżi, minħabba l-karattru eċċezzjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi, jenħtieġ li tiġi aċċettata definizzjoni differenti ta’ ħolqien ta’ impjiegi. Il-Portugall ifakkar, b’mod aktar globali, li r-RAG tal-2007 kif ukoll il-kundizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013 ma humiex vinkolanti. Fi kwalunkwe każ, sa fejn huwa kkonċernat il-kunċett tal-ħolqien tal-impjiegi fir-RAG tal-2007, il-Portugall qatt ma impenja ruħu li japplika dan il-kunċett. Għalhekk, il-kalkolu tal-impjiegi maħluqa u miżmuma fir-reġjun jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fir-RAG tal-2007 jew għall-għadd ta’ persunal iddeterminat skont l-Artikolu 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (123).

    Impjiegi li jinsabu barra mir-reġjun ta’ Madeira

    (88)

    Il-Portugall isostni ulterjorment li l-attività tal-benefiċjarji taż-ZFM jenħtieġ li ma sseħħx neċessarjament fir-reġjun peress li l-iskema għandha l-għan li tattira investiment barrani u li tiżviluppa s-servizzi internazzjonali. Interpretazzjoni restrittiva li tillimita l-attività għat-territorju ta’ Madeira tneħħi l-inċentiv għall-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, u b’hekk titreġġa’ lura l-loġika tal-iżvilupp reġjonali li jrid jiġi promoss. Il-Portugall jikkonkludi li l-impjiegi limitati esklużivament għal Madeira jew il-ġbir tad-dħul mit-taxxa ma kinux it-tħassib primarju tal-iskema ZFM.

    Kontrolli tal-ħolqien/taż-żamma tal-impjiegi

    (89)

    Il-Portugall itenni li hemm biżżejjed kontroll tal-ħolqien/taż-żamma tal-impjiegi taż-ZFM permezz tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali “Modelos 10, 30 u DMR (dikjarazzjoni dwar ir-rapport ta’ kull xahar)” u d-dikjarazzjoni dwar l-impjiegi maħluqa/miżmuma kif indikat fil-“Modelo 22”, l-Anness D, il-qasam 6 (obbligatorju biss għar-riċevituri tal-iskema ZFM) (124). Dawn id-dikjarazzjonijiet, f’konformità mal-liġi tax-xogħol Portugiża, se jippermettu l-verifika tal-impjiegi eżistenti fil-bidu u fi tmiem is-sena finanzjarja.

    (90)

    Il-Portugall iqis li s-sistema tat-taxxa Portugiża tinkorpora diversi strumenti li jippermettu kontroll effettiv tal-iskema ZFM. Il-kumpaniji stabbiliti fiż-ZFM huma soġġetti għal spezzjoni mill-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana (“AT”), mill-Gvern Reġjonali, mill-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi u mid-dipartimenti tat-taxxa l-oħra kollha, inkluż id-Direttorat ta’ Frodi u Investigazzjoni ta’ Azzjoni Speċjali, id-Direttorat tal-Ispezzjoni tat-Taxxa u l-Unità tal-Kontribwenti l-Kbar. Barra minn hekk, ir-reati amministrattivi jew saħansitra l-proċedimenti kriminali huma instigati kull meta tinstab attività illegali. Is-superviżjoni, l-ispezzjoni u l-kontroll tal-legalità tal-attivitajiet imwettqa fiż-ZFM kienu prijorità fil-pjanijiet nazzjonali ta’ spezzjoni tat-taxxa.

    (91)

    Finalment, il-Portugall iqis il-fehmiet preliminari tal-Kummissjoni li d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa differenti ma jistgħux jintużaw bħala bażi għal kalkolu preċiż tan-numru ta’ impjiegi miżmuma minn kull benefiċjarju taż-ZFM u lanqas ma jistgħu jintużaw bħala alternattiva valida tad-definizzjoni ta’ impjiegi skont it-tifsira tar-RAG tal-2007 (125), jikkostitwixxu ksur tar-rispett dovut lill-funzjonijiet tal-Istat kif previst fl-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Kontribut għall-iżvilupp reġjonali

    (92)

    Il-Portugall jenfasizza l-kontribut tal-iskema ZFM għall-iżvilupp reġjonali tar-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira u jipprevedi għal dak il-għan studju (126) li juri l-piż taż-ZFM fl-internazzjonalizzazzjoni u fid-diversifikazzjoni tal-ekonomija ta’ Madeira. Il-Portugall jargumenta wkoll li l-miżura applikata tikkonforma mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u tal-2013 u mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Portugall jikkonkludi wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta, b’mod konsistenti, l-iskema ZFM kontra l-politiki tal-Unjoni dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi fir-rigward tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

    Applikazzjoni retroattiva tal-GBER tal-2014

    (93)

    Il-Portugall itenni li l-GBER tal-2014 ma jistax japplika b’mod retroattiv għal għotjiet ta’ għajnuna individwali skont l-iskema ZFM għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom, jekk dak ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jeżentahom. Il-Portugall iqis ukoll li interpretazzjoni flessibbli tal-GBER tal-2014 ma teħtieġx li l-benefiċjarji taż-ZFM ikollhom l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom esklużivament fir-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira. Il-Portugall jikkonkludi li l-implimentazzjoni tal-iskema ZFM trid tkun ibbażata fuq ir-RAG tal-2007, li kien fis-seħħ dak iż-żmien.

    Irkupru u ksur tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali

    (94)

    Il-Portugall jargumenta li l-iskema ZFM ġiet approvata mill-Kummissjoni diversi drabi fil-passat. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa issa ma setgħux jintalbu jirkupraw l-għajnuna.

    (95)

    Il-Portugall iqis ukoll li l-benefiċċji kollha tat-taxxa ngħataw b’rispett sħiħ tal-iskema ZFM. Konsegwentement, interpretazzjoni differenti ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ ċarezza, preċiżjoni jew prevedibbiltà tal-effetti fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Unjoni (127). Il-Portugall u r-riċevituri tal-għajnuna assumew li setgħu jafdaw li l-iskema ZFM implimentata kienet koperta b’mod leġittimu mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013. Il-Portugall jikkonkludi li l-kumpaniji li rċevew għajnuna skont ir-Reġim III kisbu d-dritt għaċ-ċertezza u s-sigurtà legali u għall-aspettattivi leġittimi li ma jkunux soġġetti għal xi deċiżjoni ta’ rkupru.

    5.   OSSERVAZZJONIJIET MINN PARTIJIET TERZI INTERESSATI U KUMMENTI MILL-PORTUGALL

    5.1.   Osservazzjonijiet minn partijiet terzi interessati

    (96)

    Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn 102 partijiet interessati (ċittadini, kumpaniji jew assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji). Il-kumpaniji taż-ZFM u l-impjegati tagħhom ippreżentaw il-maġġoranza tal-osservazzjonijiet (94 minn 102). Dawn il-partijiet interessati enfasizzaw it-tħassib tagħhom dwar it-terminazzjoni jew it-tnaqqis tal-operazzjoni taż-ZFM, li jirriżultaw f’telf kbir ta’ impjiegi u impatt negattiv fuq l-ekonomija reġjonali. Barra minn hekk, huma ressqu l-argument li n-natura tal-attivitajiet żviluppati mill-kumpaniji taż-ZFM jenħtieġ li ma tkunx ristretta għat-territorju ta’ Madeira, mhux biss minħabba li d-daqs tas-suq tagħha kien pjuttost żgħir, iżda l-aktar minħabba li l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija ta’ reġjun ultraperiferiku kienet waħda mill-għanijiet taż-ZFM mill-bidu tagħha. Barra minn hekk, huma kkonkludew li l-fehma tal-Kummissjoni dwar “il-post fejn twettqu l-attivitajiet ekonomiċi” kienet interpretazzjoni restrittiva tal-kundizzjonijiet operattivi taż-ZFM f’kuntest ta’ ekonomija miftuħa u globali.

    (97)

    Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti minn seba’ assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji settorjali (128) u mill-kumpanija li timmaniġġja ż-ZFM stess (129). Huma kkritikaw b’mod unanimu dak li huma jqisu bħala l-interpretazzjoni restrittiva tal-Kummissjoni tar-rabta tal-ammont tal-għajnuna mal-ħolqien u ż-żamma ta’ impjiegi reali f’Madeira u l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu għal introjtu li jirriżulta minn “attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira”.

    (98)

    L-argumenti mressqa mill-partijiet interessati sabiex jappoġġaw il-fehmiet tagħhom dwar l-eżistenza tal-għajnuna, l-oriġini tal-profitti u l-ħolqien tal-impjiegi huma miġbura fil-qosor fil-premessi li ġejjin.

    (99)

    Parti interessata waħda biss, l-Assoċjazzjoni Kummerċjali u Industrijali ta’ Funchal (Associação Comercial e Industrial do Funchal, “ACIF”) (130), targumenta li t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv ma jikkostitwixxix għajnuna. Hija tqis li t-tnaqqis tat-taxxa jirrappreżenta sempliċement id-differenzjal ta’ taxxi mhux miġbura fuq l-introjtu li, fin-nuqqas ta’ dan it-tnaqqis tat-taxxa, ma jkunx jeżisti. L-iskema ZFM tinvolvi purament spiża tat-taxxa teoretika u artifiċjali, li hija bbaġitjata u kkalkolata kull sena għal skopijiet ta’ kontabilità biss, peress li ma tikkorrispondix għal spiża tat-taxxa attwali jew għal tnaqqis fid-dħul miġbur. L-eliminazzjoni tal-benefiċċji tat-taxxa taż-ZFM ma twassalx għall-ġbir tal-imsemmi differenzjal fit-taxxa. L-ACIF tqis ukoll li, jekk Madeira jkollha titqabbel ma’ pajjiżi Ewropej oħra li għandhom sistemi tat-taxxa kompetittivi, li ma jiffaċċjawx l-istess restrizzjonijiet permanenti u li ma jillimitawx il-benefiċċji tat-taxxa għall-impjiegi maħluqa, jenħtieġ li jiġi konkluż li ma hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku marbut mal-iskema ZFM ta’ Madeira. F’dan ir-rigward, huwa improbabbli ħafna li l-iskema ZFM se tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (100)

    Il-partijiet interessati jargumentaw li l-post fejn jinsabu l-attivitajiet u l-impjiegi li huma ta’ natura internazzjonali fir-reġjun ta’ Madeira qed jillimita b’mod żbaljat l-appoġġ favur ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira għas-sempliċi kumpens tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-kumpaniji f’Madeira minħabba l-iżvantaġġi naturali tagħha kif stabbiliti fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

    (101)

    Il-partijiet interessati jqisu li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tinjora l-fatt li l-kumpaniji kollha stabbiliti fiż-ZFM jistgħu jibbenefikaw mill-iskema biss jekk ikollhom stabbiliment permanenti f’Madeira, filwaqt li jitqies il-mudell tal-Konvenzjoni tal-OECD għall-evitar tat-tassazzjoni doppja (131), u jkollhom id-domiċilju u l-post effettiv tan-negozju kkombinati tagħhom fir-reġjun.

    (102)

    Barra minn hekk, il-partijiet interessati jsostnu li għadd kbir ta’ attivitajiet li bħalissa jitwettqu minn kumpaniji taż-ZFM minbarra attivitajiet immaterjali jridu jitwettqu f’post differenti mill-kwartieri ġenerali tagħhom. Limitazzjoni ta’ tali possibbiltà tikkostitwixxi trattament diskrezzjonali u negattiv ta’ Madeira, li huwa inkomprensibbli u mhux raġonevoli, speċjalment fil-każ ta’ inċentivi li ma humiex nefqa fiskali effettiva – iżda pjuttost nefqa virtwali jew apparenti – u lanqas telf ta’ dħul mit-taxxa għar-reġjun ta’ Madeira.

    (103)

    Numru limitat biss ta’ partijiet interessati jsostnu li l-Kummissjoni qed tipprojbixxi l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija ta’ Madeira billi, minflok, tħeġġeġ iżolazzjoniżmu ekonomiku tar-reġjun, li jikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ta’ ekonomija tas-suq u l-integrazzjoni ta’ reġjuni anqas favoriti fih.

    (104)

    Il-partijiet interessati jqisu wkoll bħala abbużiva s-sottomissjoni tal-iskema ZFM għad-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-prinċipji stabbiliti fir-RAG tal-2007 f’termini ta’ definizzjoni u kalkolu tal-impjiegi, peress li l-iskema ta’ għajnuna ġiet approvata bħala għajnuna operatorja reġjonali u mhux bħala għajnuna għall-investiment. Konsegwentement, ma huwiex xieraq li jiġu applikati, lanqas b’mod analogu, il-kriterji u l-kunċetti definiti fil-punt 58 u fin-nota 52 ta’ qiegħ il-paġna tar-RAG tal-2007 għall-valutazzjoni tal-għajnuna reġjonali operatorja mill-Istat, inkluża l-għajnuna awtorizzata għall-iskema ZFM. Finalment, il-partijiet interessati jsostnu li l-kunċett ta’ “impjieg” irid jitqies skont id-definizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kodiċi Portugiż dwar ix-xogħol.

    (105)

    Il-partijiet interessati jinnotaw ukoll li, skont id-dispożizzjonijiet tal-GBER, il-kunċett ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” huwa previst esklużivament mill-Artikolu 14, li jirregola l-għajnuna għall-investiment reġjonali, u mill-Artikolu 17, li jirregola l-għajnuna għall-investiment għall-SMEs. Fiż-żewġ każijiet, għad-delimitazzjoni tal-kostijiet eliġibbli tagħhom, il-“kostijiet stmati tal-pagi li jirriżultaw mill-ħolqien tal-impjiegi, bħala riżultat ta’ investiment inizjali, jiġu kkalkolati fuq perjodu ta’ sentejn”. Il-partijiet interessati jikkonkludu li “l-għajnuna mogħtija lill-kumpaniji taż-ZFM ma għandhiex x’taqsam mal-kostijiet tal-pagi, ma taqa’ taħt l-ebda investiment inizjali u ma hijiex limitata għal perjodu ta’ sentejn”.

    (106)

    Numru limitat biss ta’ partijiet interessati jargumentaw li l-kunċett ta’ “numru ta’ unitajiet annwali tas-sena tax-xogħol (AWU)” huwa stabbilit biss fl-Artikolu 5 tal-Anness I tal-GBER tal-2014 (kif kien il-każ skont il-GBER tal-2008). Barra minn hekk, huma jargumentaw li l-kunċett huwa maħsub biex “jipproteġi” lill-SMEs billi jipprevjeni lill-impjegati kollha tagħhom milli jitqiesu “effettivi” u jingħaddu bħala “impjegat sħiħ”, b’mod partikolari biex jiġi evitat li jinqabeż in-numru massimu ta’ ħaddiema aċċettabbli għall-fini taż-żamma tal-istatus ta’ SME (132).

    (107)

    Barra minn hekk, il-partijiet interessati jargumentaw li r-“rekwiżit tal-AWUs” għall-karigi maniġerjali tal-kumpaniji li jibbenefikaw mill-iskema ma għandu l-ebda sens loġiku u legali. Skont ir-regoli nazzjonali applikabbli li jirregolaw il-membri tal-korpi korporattivi maniġerjali (133), it-twettiq ta’ tali kompiti/dmirijiet f’aktar minn kumpanija waħda huwa legali. Għalhekk, l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li “tipprojbixxi” t-twettiq ta’ tali kompiti/dmirijiet f’aktar minn kumpanija waħda mhux biss tagħmel ħsara lill-qafas legali nazzjonali, iżda tinjora l-kontenut funzjonali tad-dmirijiet/karigi inkwistjoni u l-karatteristiċi tal-persuni li jimlew tali karigi.

    (108)

    Il-partijiet interessati jsostnu li l-karigi u l-kompiti maniġerjali involuti ma jeħtiġux permanenza u disponibbiltà sħiħa u esklużiva, peress li tali dmirijiet tal-uffiċċju normalment jimtlew minn persuni bi kwalifiki għoljin u b’ħiliet għolja, li spiss iwettqu attivitajiet professjonali u kummerċjali oħra. Hemm każijiet bla tmiem ta’ amministraturi/diretturi u/jew maniġers-intraprendituri marbuta ma’ diversi kumpaniji, li jikkontribwixxu bl-għarfien espert u bil-ħiliet professjonali tagħhom għall-iżvilupp ta’ tali kumpaniji. Il-partijiet interessati jikkonkludu wkoll li, għall-kuntrarju tal-fehma tal-Kummissjoni, ma hemm l-ebda regola u lanqas limitazzjoni fir-rigward tal-akkumulazzjoni possibbli ta’ karigi/dmirijiet f’aktar minn kumpanija waħda stabbilita fiż-ZFM. Għalhekk, id-detenturi tal-bordijiet maniġerjali tal-kumpanija jitqiesu bħala “impjegati effettivi” sakemm ir-regoli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’dak l-għan jiġu rrispettati.

    (109)

    Numru limitat biss ta’ partijiet interessati jsostnu diskriminazzjoni pożittiva favur Madeira ibbażata fuq l-istatus ta’ reġjun ultraperiferiku tagħha kif rikonoxxut mill-Artikolu 349 tat-TFUE u jenfasizzaw l-importanza taż-ZFM fl-ekonomija ta’ Madeira (134) (inkluża l-kwantifikazzjoni tal-impatt fuq ir-reġjun, jekk il-biċċa l-kbira tan-negozji jew in-negozji kollha li bħalissa qed joperaw hemm iwaqqfu n-negozjar (135)).

    (110)

    Finalment, għadd limitat ta’ partijiet interessati jsostnu li kwalunkwe rkupru jkun qed jikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma jargumentaw li jekk tikkonkludi li l-iskema implimentata mill-Portugall tikkostitwixxi għajnuna illegali, il-Kummissjoni tikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali (136) u l-aspettattivi leġittimi kif stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Unjoni (137).

    5.2.   Kummenti mill-Portugall

    (111)

    Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti li rċeviet mingħand il-partijiet interessati lill-Portugall fit-23 ta’ Mejju u fit-12 ta’ Ġunju 2018. Ir-rispons tal-Portugall għal dawk il-kummenti jista’ jinġabar fil-qosor kif ġej (138).

    (112)

    Il-Portugall jenfasizza li l-kummenti kollha riċevuti mingħand il-partijiet interessati jiddikjaraw b’mod ċar il-kompatibbiltà tal-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall mas-suq intern. Dawn il-kummenti jenfasizzaw ukoll l-importanza taż-ZFM għall-iżvilupp reġjonali, il-koeżjoni tat-territorju, l-impjieg tar-reġjun ta’ Madeira kif ukoll il-kontribut tiegħu biex jitnaqqsu l-konsegwenzi tal-istatus ultraperiferiku ta’ Madeira. Għalhekk huma jqisu bħala mhux mixhuda bi prova r-riskji u s-sitwazzjonijiet li wasslu għall-konklużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni.

    (113)

    Il-Portugall jinnota wkoll li n-numru u t-tifsira tal-kummenti riċevuti juru n-nuqqas ta’ effett apprezzabbli tal-iskema fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew fuq il-kompetizzjoni.

    (114)

    Barra minn hekk, il-Portugall iqis il-kummenti pożittivi ġenerali li waslu, in-nuqqas ta’ kummenti minn ġuriżdizzjonijiet li jikkompetu mal-iskema ZFM, u n-nuqqas ta’ kummenti minn kumpaniji li ma jibbenefikawx mill-iskema bħala indikaturi b’saħħithom li l-iskema ġiet implimentata kif xieraq.

    (115)

    Il-Portugall iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis in-natura legali tal-ARM bħala reġjun ultraperiferiku skont it-termini u għall-finijiet tal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Att ta’ Adeżjoni tal-Portugall mal-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), meta titqies id-diskriminazzjoni pożittiva li tirriżulta mill-iskema approvata kif ġustifikata.

    (116)

    Il-Portugall iqis ukoll li ż-ZFM hija ta’ importanza kbira kemm għall-Istat kif ukoll għall-modernizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp tar-reġjun ta’ Madeira, peress li tirrappreżenta kontribut deċiżiv għas-sistemi ekonomiċi u finanzjarji u għandha impatt rilevanti għall-ekonomija u l-finanzi nazzjonali. Tali modernizzazzjoni u żvilupp ma kinux ikunu possibbli mingħajr l-eżistenza tal-impjiegi maħluqa u żviluppati b’mod effettiv fir-reġjun flimkien ma’ investimenti materjali.

    (117)

    Il-Portugall jenfasizza li d-diversità tal-attivitajiet imwettqa fiż-ZFM, l-għadd ta’ impjiegi diretti u indiretti maħluqa, l-investimenti (domestiċi u barranin) imwettqa, il-konsum iġġenerat, il-kontribut qawwi tat-taxxi miġbura għall-baġit reġjonali kif ukoll l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija reġjonali huma kruċjali għas-sostenibbiltà ekonomika u soċjali ta’ Madeira. Dan jirriżulta wkoll mill-istudji ekonomiċi annessi mal-kummenti ppreżentati mill-ACIF.

    (118)

    Barra minn hekk, il-Portugall jesprimi l-fehma tiegħu li l-kummenti mill-partijiet interessati jikkonfermaw li l-awtoritajiet Portugiżi eżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-iskema. Sa ċertu punt, il-kummenti ppreżentati juru li l-kontroll eżerċitat mill-awtoritajiet Portugiżi fir-rigward tal-benefiċjarji tal-iskema ZFM kien aktar esiġenti mir-rekwiżiti tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    (119)

    Finalment, il-Portugall jargumenta li l-Artikolu 36 tal-EBF jeħtieġ il-ħolqien tal-impjiegi mingħajr ma jsemmi b’mod espliċitu li dawn l-impjiegi jridu jinħolqu fir-reġjun. Il-Portugall jargumenta wkoll li l-ħolqien tal-impjiegi ma kienx maħsub bħala mod biex jiġi vverifikat kif kull kumpanija kkontribwiet speċifikament għall-iżvilupp tar-reġjun; minflok, dan tqies biss bħala kriterju ta’ attività ekonomika sostanzjali, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD u tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) (139), bl-għan li jiġu esklużi l-kumpaniji fantażma (140).

    6.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

    6.1.   Eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

    (120)

    Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

    (121)

    Għaldaqstant, sabiex miżura ta’ appoġġ titqies bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin b’mod kumulattiv: (i) trid tiġi ffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat u trid tkun imputabbli lill-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ selettiv lir-riċevituri tagħha billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; (iii) trid toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni; u (iv) irid ikollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (122)

    Fil-premessi li ġejjin, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-iskema ZFM implimentata mill-Portugall favur il-benefiċjarji taż-ZFM tissodisfax il-kriterji msemmija fil-premessa 121 u konsegwentement tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

    6.1.1.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

    (123)

    Il-Portugall iqis li l-iskema ZFM ma tinvolvix riżorsi tal-Istat minħabba li ma tikkorrispondix għal “nefqa reali tat-taxxa” iżda sempliċiment għal nefqa virtwali tat-taxxa (“telf teoretiku tad-dħul mit-taxxa”) u, għalhekk, ma hijiex miżura ta’ għajnuna mill-Istat (141).

    (124)

    Parti interessata waħda, l-ACIF, tqajjem argumenti simili u tqis li l-iskema ma tikkostitwixxix għajnuna (142).

    (125)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Kostituzzjoni Portugiża tirrikonoxxi lil Madeira bħala “Reġjun Awtonomu” bl-istatus politiku u amministrattiv (“Estatuto Político-Administrativo da Região Autónoma da Madeira” (143), “Estatuto”) u istituzzjonijiet awtonomi tagħha stess. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, skont l-Artikolu 5(1) tal-Estatuto tagħha, ir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (ARM) igawdi, fost l-oħrajn, minn awtonomija finanzjarja, ekonomika u fiskali. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Estatuto jiżgura l-eżistenza ta’ “sistema tat-taxxa reġjonali” speċifika, li tinkludi wkoll b’mod espliċitu ż-ZFM (144). It-taxxi u l-imposti miġbura mill-awtoritajiet reġjonali huma d-dħul tal-ARM (145) u d-dħul mit-taxxa huwa, fost l-oħrajn, dak li jirriżulta mill-introjtu u mill-qligħ ta’ persuni ġuridiċi u mid-dazju tal-boll (146). L-ARM għandu l-kompetenza fiskali tiegħu stess u s-setgħa li jadatta d-dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali għal karatteristiċi reġjonali partikolari (147). Barra minn hekk, il-Parlament reġjonali għandu s-setgħa li jnaqqas ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv stabbilita fuq bażi annwali mill-Parlament nazzjonali għat-territorju Portugiż (148). Finalment, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 36 tal-EBF jirregola l-qafas legali taż-ZFM (149).

    (126)

    Kif deskritt fil-premessi 12 u 13 ta’ din id-Deċiżjoni, l-iskema ZFM tikkonċerna tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu korporattiv u eżenzjonijiet oħra tat-taxxa li normalment jitħallsu lill-Istat Portugiż (150). B’mod partikolari, tippermetti taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu korporattiv meta mqabbla mat-taxxa normalment pagabbli fuq l-introjtu korporattiv skont il-Kodiċi tat-Taxxa fuq l-Introjtu Korporattiv – Introjtu u Qligħ ta’ Persuni Kollettivi (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Coletivas, “CIRC”) (151), inkluż, taħt ċerti kundizzjonijiet, tnaqqis ieħor ta’ 50 % fuq it-taxxa fuq l-introjtu korporattiv.

    (127)

    Għall-Istat, telf ta’ dħul mit-taxxa huwa ekwivalenti għal konsum ta’ riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ nefqa fiskali. Billi jippermetti tnaqqis fit-taxxa mis-CIRC f’konformità mal-iskema ZFM approvata mill-Artikolu 36 tal-EBF, il-Portugall jirrinunzja dħul li kien jikseb kieku ma kienx ippromulga din id-dispożizzjoni fiskali. It-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu korporattiv jingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Din il-miżura daħlet fis-seħħ fil-forma ta’ regolament tal-Istat (l-Istatut dwar l-Inċentivi tat-Taxxa, Estatuto dos Benefícios Fiscais‘EBF’ li huwa att parlamentari) li huwa att legali attribwibbli għall-Istat Portugiż. Peress li dan il-benefiċċju tat-taxxa jingħata mill-awtoritajiet Portugiżi, huwa imputabbli lill-Istat.

    (128)

    Il-kunċett ta’ “għajnuna” jħaddan mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll miżuri li, f’diversi forom, inaqqsu l-imposti li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, għalhekk, mingħajr ma huma sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom l-istess effett (152).

    (129)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv (inkluż it-tnaqqis addizzjonali ta’ 50 % tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv għall-kumpaniji li jwettqu attivitajiet industrijali fiż-żona industrijali taż-ZFM) jingħata minn riżorsi tal-Istat u jiġi imputabbli lill-Istat (153).

    6.1.2.   Vantaġġ selettiv

    (130)

    Il-Portugall iqis li l-iskema ZFM ma hijiex selettiva minħabba li l-miżura ma hijiex “favur ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti” skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Portugall iqis li l-kumpaniji kollha involuti f’attivitajiet kummerċjali, industrijali, marittimi jew attivitajiet oħra ta’ servizz x’aktarx li jiġu stabbiliti fiż-ZFM. Huwa jressaq l-argument li l-iskema ZFM tifforma parti mill-ekonomija ġenerali tal-iskema tat-taxxa Portugiża u li l-miżura ma tinvolvix vantaġġ selettiv għall-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM. Għalhekk, din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-iskema ZFM pjuttost jenħtieġ li tkun kwalifikata bħala miżura ġenerali (154).

    (131)

    Skont il-ġuriżprudenza stabbilita tal-Unjoni, sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat tikkostitwix għajnuna mill-Istat, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-impriżi benefiċjarji jirċevux vantaġġ ekonomiku li ma kinux jiksbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat. Miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li tqiegħed lir-riċevituri f’pożizzjoni aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn tammonta għal għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (155). Bl-istess mod, miżura li tippermetti lil ċerti impriżi tnaqqis fit-taxxa normalment dovuta tista’ tammonta għal għajnuna mill-Istat.

    (132)

    L-iskema ZFM hija skema ta’ għajnuna reġjonali, li, kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, awtorizzat għajnuna fil-forma ta’ taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu korporattiv fuq il-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira u eżenzjonijiet oħra tat-taxxa kif deskritti fil-premessa 12 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (133)

    F’konformità mal-Premessa 127 ta’ din id-Deċiżjoni, l-iskema ZFM hija rregolata mill-Artikolu 36 tal-EBF (156).

    (134)

    L-impriżi fir-reġjun ta’ Madeira kienu soġġetti għal diversi rati korporattivi (normali) ta’ tassazzjoni fuq l-introjtu matul il-perjodu mill-2007 sal-2014 taħt liġijiet baġitarji reġjonali suċċessivi (157). Il-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM jibbenefikaw minn tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv fuq il-profitti (158) jew minn eżenzjonijiet oħra tat-taxxa sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-iskema ZFM tippermetti lill-benefiċjarji jiffrankaw l-ispejjeż tagħhom. Din id-deroga hija stabbilita bl-għan speċifiku li tkun ta’ benefiċċju għal u tippromwovi attivitajiet imwettqa mill-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM, u li tpoġġi lil dawn il-kumpaniji f’pożizzjoni aktar favorevoli minn kumpaniji oħra li jinsabu x’imkien ieħor fil-pajjiż jew fl-ARM.

    (135)

    Għalhekk, il-miżura li qed tiġi eżaminata tagħti vantaġġ biss lill-kumpaniji stabbiliti fiż-ZFM. Minħabba l-ambitu ġeografiku tagħha, il-miżura li qiegħda tiġi eżaminata hija selettiva, peress li hija disponibbli biss għall-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM limitata.

    (136)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, billi ttaffi imposta fiskali li normalment jenħtieġ li titħallas, l-iskema ZFM tagħti vantaġġ selettiv lill-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    6.1.3.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

    (137)

    Il-Portugall ma argumentax direttament li l-miżura ma kinitx toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u ma kinitx taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (159). Min-naħa l-oħra, l-ACIF, waħda mill-partijiet interessati, ressqet l-argument li kien improbabbli ħafna li l-iskema ZFM toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (160).

    (138)

    Miżura mogħtija mill-Istat titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta tkun tista’ ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma’ impriżi oħra li jikkompeti magħhom (161). Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE hija b’hekk preżunta hekk kif l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f’setturi liberalizzati fejn hemm, jew jista’ jkun hemm, kompetizzjoni (162). Meta l-għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn din l-għajnuna (163).

    (139)

    Sa fejn il-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM iwettqu attivitajiet li huma miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali, il-miżura inkwistjoni ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom u thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u għalhekk tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    6.1.4.   Il-klassifikazzjoni tal-għajnuna eżistenti u l-miżuri xierqa

    (140)

    Il-Portugall jargumenta li l-iskema ZFM jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala għajnuna eżistenti, jekk din jenħtieġ li tinvolvi “għajnuna”. Il-Portugall jargumenta wkoll li ż-ZFM ġiet stabbilita fl-1980 (164), qabel l-adeżjoni tal-Portugall mal-KEE fl-1986, u ma għaddiet mill-ebda bidla sostanzjali barra mill-qafas tan-negozjati dwar l-għajnuna eżistenti. Għalhekk jenħtieġ li din tiġi kklassifikata bħala skema ta’ “għajnuna eżistenti” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (165).

    (141)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Portugall iqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi miżuri xierqa biex tiżgura l-kompatibbiltà kontinwata tal-iskema ZFM mas-suq intern, u dan jista’ jinvolvi t-tibdil tal-kontenut tal-iskema ta’ għajnuna, l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti jew il-kjarifika ta’ rekwiżiti eżistenti (166).

    (142)

    L-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jiddefinixxi l-“għajnuna eżistenti” bħala “l-għajnuna kollha li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE fl-Istati Membri rispettivi, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li daħlu fis-seħħ qabel, u għadhom applikabbli wara, id-dħul fis-seħħ tat-TFUE fl-Istati Membri rispettivi”.

    (143)

    L-Artikolu 26 u t-taqsima 10 tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Portugall (167) jipprovdu adattamenti għall-atti adottati mill-istituzzjonijiet, li jinkludu, taħt it-taqsima tal-leġiżlazzjoni doganali, iż-“Zona Franca da Madeira”. L-Att ta’ Adeżjoni tal-Portugall ma jipprevedix li ż-ZFM jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 108(1) tat-TFUE).

    (144)

    Barra minn hekk, l-ewwel notifika tal-iskema ZFM (ir-Reġim I) skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kienet fl-1986, li l-Kummissjoni approvat bid-Deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 1987. Mill-1987, l-iskema ZFM kellha diversi estensjonijiet u skemi suċċessuri approvati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fl-2002 u fl-2007, rispettivament (168). Barra minn hekk, l-iskema ZFM kienet soġġetta għal bidliet sostanzjali fir-reġimi suċċessivi I, II u III. Ir-Reġim I ma kienx jeħtieġ il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi. Dan ir-rekwiżit ġie introdott taħt ir-Reġim II (marbut mal-limiti massimi tal-bażi taxxabbli stabbiliti fuq il-bażi taxxabbli annwali tal-benefiċjarji) u miżmum fir-Reġim III. Ir-Reġim II eskluda l-attivitajiet kollha li jinvolvu l-intermedjazzjoni finanzjarja, l-assigurazzjoni u attivitajiet awżiljarji finanzjarji u relatati mal-assigurazzjoni kif ukoll attivitajiet ta’ servizzi intragrupp (ċentri ta’ koordinazzjoni, teżor u distribuzzjoni) (169). Huwa introduċa wkoll tnaqqis progressiv tal-għajnuna fis-sistema billi żied ir-rati tat-taxxa applikabbli (1 % fl-2003 u fl-2004, 2 % fl-2005 u fl-2006, u 3 % mill-2007). Finalment, introduċa l-benefiċċju addizzjonali ta’ tnaqqis ta’ 50 % fit-taxxa fuq l-introjtu korporattiv għall-kumpaniji li jinsabu fiż-żona ta’ kummerċ ħieles industrijali taż-ZFM. Skont ir-Reġim III, b’mod partikolari wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013, ġiet approvata żieda ta’ 36,7 % tal-limiti massimi tal-bażi taxxabbli li fuqhom jista’ japplika t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv.

    (145)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-miżura f’dan il-każ ma tikkostitwixxix għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (UE) 2015/1589. Għalhekk, l-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament, li abbażi tiegħu, il-Portugall jeħtieġ li l-Kummissjoni tillimita lilha nnifisha għall-adozzjoni ta’ “miżuri xierqa”, ma huwiex applikabbli.

    6.1.5.   Għajnuna de minimis

    (146)

    F’każijiet fejn benefiċjarji individwali tal-iskema ZFM ikunu rċevew vantaġġ li ma jaqbiżx il-limiti speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (170), dak il-vantaġġ ma huwiex se jitqies bħala għajnuna mill-Istat u għalhekk ma jaqax taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 107(1) tat-TFUE), diment li l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti minn dak ir-regolament jiġu ssodisfati. Bl-istess mod, il-benefiċjarji tal-iskema ZFM li rċevew vantaġġ li ma jaqbiżx il-limiti speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (171) (li japplika b’mod retroattiv għall-każ preżenti bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) tiegħu) ma rċevewx għajnuna mill-Istat li taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dment li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti minn dak ir-regolament jiġu ssodisfati.

    (147)

    Abbażi tad-data kwantitattiva pprovduta mill-Portugall, jidher li f’ħafna każijiet, l-ammont ta’ għajnuna riċevuta mill-benefiċjarji taż-ZFM huwa taħt il-limitu de minimis ta’ EUR 200 000.

    Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

    (148)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżura implimentata mill-Portugall favur il-kumpaniji taż-ZFM tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    (149)

    Inċidentalment, jenħtieġ li jiżdied li l-Portugall ma kkontestax is-sejba tal-eżistenza tal-għajnuna milħuqa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2007. (172).

    6.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

    6.2.1.   Il-konformità tal-iskema ZFM mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013

    (150)

    Il-Portugall iqis li l-iskema ZFM kif implimentata mill-awtoritajiet Portugiżi hija konsistenti mal-impenji li għamel il-Portugall fiż-żmien tan-notifika u konsistenti mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    L-oriġini tal-profitti li jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu

    (151)

    L-iskema ZFM ġiet ivvalutata abbażi tar-RAG tal-2007 bħala għajnuna operatorja reġjonali u approvata mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013. L-iskema ZFM awtorizzat għajnuna fil-forma ta’ taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu korporattiv fuq il-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira u ta’ eżenzjoni minn taxxi oħra, sa ammonti massimi ta’ għajnuna, ikkalkolati fuq il-limiti massimi tal-bażi taxxabbli abbażi tan-numru ta’ impjiegi miżmuma kull sena fiskali mill-benefiċjarji.

    (152)

    Matul il-proċess ta’ notifika li wassal għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, il-Portugall ma kkontestax li t-tnaqqis fiskali previst fl-iskema jkun ristrett għal attivitajiet imwettqa f’Madeira, kif imfakkar fil-paragrafu 32 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (173).

    (153)

    Ir-RAG tal-2007 jippermettu għajnuna operatorja reġjonali biss f’każijiet eċċezzjonali (174): “tali għajnuna tista’ tingħata f’reġjuni eliġibbli skont id-deroga fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE), sakemm: (i) tkun iġġustifikata f’termini tal-kontribut tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tagħha, u (ii) il-livell tagħha jkun proporzjonali għall-iżvantaġġi li tfittex li ttaffi” (175).

    (154)

    Ma hemm l-ebda kwistjoni li Madeira hija reġjun ultraperiferiku għall-finijiet tal-Artikolu 349 tat-TFUE u għalhekk huwa eliġibbli skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE.

    (155)

    Madankollu, il-kontribuzzjoni ta’ skema ta’ għajnuna operatorja għall-iżvilupp reġjonali ta’ reġjun għandha tiġi vvalutata b’relazzjoni u fi proporzjon mal-iżvantaġġi ta’ dan ir-reġjun, li fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi huma żvantaġġi strutturali u permanenti rikonoxxuti mit-TFUE, bħar-remotezza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija diffiċli u l-klima, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, kif stabbilit fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

    (156)

    Kif imfakkar fil-paragrafu 30 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ir-“raison d’être” tal-għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi huwa li tikkumpensa l-kostijiet addizzjonali li jġarrbu l-kumpaniji f’dawn ir-reġjuni minħabba dawn l-iżvantaġġi.

    (157)

    Fil-valutazzjoni tal-iskema ZFM, il-kostijiet addizzjonali ġew identifikati u kkwantifikati abbażi ta’ studju ppreżentat mill-awtoritajiet Portugiżi. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura saret abbażi ta’ dawn il-kostijiet addizzjonali kkwantifikati, fil-livell aggregat taż-ZFM, u fil-livell ta’ kull benefiċjarju rreġistrat fiż-ZFM (176).

    (158)

    Dwar l-oriġini tal-profitti li jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu, il-Portugall jargumenta li dan għandu jiġi vvalutat fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-iskema għall-iżvilupp reġjonali tal-ARM u jenħtieġ li ma jkunx ġeografikament ristrett għar-reġjun peress li dan jillimita l-iskema ta’ appoġġ għal sempliċi kumpens tal-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-kumpaniji li jinsabu fiż-ZFM (177). Il-Portugall jargumenta wkoll li l-iskema kif implimentata hija konsistenti mal-istandards internazzjonali tat-taxxa u li l-kumpaniji fiż-ZFM iwettqu attività sostanzjali skont it-tifsira tal-Pjan ta’ Azzjoni BEPS tal-OECD u huma soġġetti għal rekwiżiti legali tat-taxxa u soġġetti għal ħafna kontrolli (178). Din il-pożizzjoni hija ġeneralment appoġġata mill-partijiet interessati (179).

    (159)

    Għall-kuntrarju ta’ dak li jgħid il-Portugall (180), il-kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM iġarrbu kostijiet addizzjonali bħal dawn biss jekk iwettqu l-attivitajiet tagħhom effettivament u materjalment f’Madeira, li jimplika li l-profitti tagħhom jirriżultaw minn operazzjonijiet li huma direttament mgħobbija b’tali kostijiet addizzjonali. Tipi oħra ta’ profitti, mhux mgħobbija b’dawn il-kostijiet minħabba li twettqu bħala riżultat ta’ attivitajiet imwettqa barra mir-reġjun, ma jistgħux jitqiesu fil-bażi taxxabbli li tibbenefika mill-miżura tat-taxxa.

    (160)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Portugall iddikjara b’mod ċar matul il-monitoraġġ tal-2015 u kkonferma matul l-investigazzjoni formali li l-benefiċjarji mhux neċessarjament kellhom iwettqu l-attività tagħhom fir-reġjun u li anki l-attivitajiet imwettqa barra mir-reġjun ibbenefikaw minn għajnuna skont l-iskema (ara l-premessi 20 u 21 ta’ din id-Deċiżjoni).

    (161)

    Il-Kummissjoni tqis li l-hekk imsejħa “restrizzjoni ġeografika” tal-oriġini tal-profitti denunzjata mill-Portugall hija sempliċi traduzzjoni fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u tal-2013 tal-prinċipji bażiċi ddikjarati fir-RAG tal-2007 u li l-implimentazzjoni tal-iskema ZFM dwar l-oriġini tal-profitti ma hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna operatorja f’dawk il-Linji Gwida.

    (162)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda dubju dwar il-konsistenza tal-iskema mal-istandards internazzjonali tat-taxxa u r-rekwiżiti legali tat-taxxa. Għall-finijiet tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-effettività u l-materjalità tal-attività mwettqa mill-benefiċjarji għandhom jiġu vvalutati b’rabta mal-prinċipji RAG tal-2007 dwar l-għajnuna operatorja msemmija fil-premessi 156 u 157 ta’ din id-Deċiżjoni, u mhux b’rabta mal-ftehimiet tat-taxxa tal-OECD, li jsegwu l-għanijiet tat-taxxa tagħhom stess.

    (163)

    Bl-istess mod, il-Kummissjoni tindika li r-rekwiżit legali ta’ kontabilità separata għall-introjtu ġġenerat fiż-ZFM għal finijiet ta’ taxxa, deskritt fil-premessa (21) ta’ din id-Deċiżjoni ma huwiex, bħala tali, biżżejjed biex jindirizza d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-bażi taxxabbli adegwata għall-iskema ZFM, peress li l-ġenerazzjoni tal-introjtu fiż-ZFM soġġetta għal dan ir-rekwiżit ma hijiex definita b’rabta mal-prinċipji tar-RAG tal-2007 dwar l-għajnuna operatorja.

    (164)

    Għall-kuntrarju, tali separazzjoni tal-kontijiet sempliċiment turi li r-rata tat-taxxa aktar baxxa ġiet applikata għall-qligħ li jirriżulta minn tranżazzjonijiet bejn, fuq naħa, il-benefiċjarji tal-għajnuna u, fuq in-naħa l-oħra, l-entitajiet residenti fiż-ZFM kif ukoll l-entitajiet residenti barra mit-territorju nazzjonali Portugiż. Madankollu, tali separazzjoni tal-kontijiet ma tippermetti l-ebda konklużjoni dwar jekk dawk it-tranżazzjonijiet irriżultawx minn attivitajiet imwettqa effettivament jew materjalment, mill-benefiċjarji tal-għajnuna, ġewwa jew barra Madeira.

    (165)

    Finalment, il-Kummissjoni tinnota li l-kontrolli tat-taxxa fil-fond, imwettqa fir-rigward tal-bażi taxxabbli u l-oriġini tal-profitt, twettqu fid-dawl tal-approċċ tal-awtoritajiet Portugiżi li ġie mfakkar fil-premessa 158 ta’ din id-Deċiżjoni u ma kkunsidrawx ir-rabta bejn il-profitti eliġibbli u l-kostijiet addizzjonali mġarrba fiż-ZFM, kif implikat mir-RAG tal-2007 u mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013 li segwew.

    (166)

    Il-Kummissjoni tqis, għalhekk, li l-argumenti mressqa mill-Portugall fir-rigward tal-konsistenza mar-regoli tat-tassazzjoni, ir-rekwiżiti legali u l-kontrolli relatati mat-taxxa ma humiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-iskema ZFM fir-rigward tar-RAG tal-2007 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    (167)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha dwar l-oriġini tal-profitti li jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa fiż-ZFM ma tneħħewx, u tikkonkludi li l-implimentazzjoni tal-iskema ZFM fir-rigward ta’ dan il-kriterju tikser id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    Il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi fir-reġjun

    (168)

    Kif imfakkar fil-premessa 151 ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammonti massimi ta’ għajnuna li l-benefiċjarji rreġistrati fiż-ZFM jistgħu jibbenefikaw minnhom skont l-iskema ta’ għajnuna operatorja reġjonali approvata huma kkalkolati fuq il-limiti massimi tal-bażi taxxabbli bbażati fuq l-impjiegi miżmuma kull sena fiskali mill-benefiċjarji.

    (169)

    Il-Kummissjoni tindika li r-rekwiżit tal-ħolqien/taż-żamma tal-impjiegi kien kundizzjoni għall-aċċess għall-iskema u kien inkorporat fil-metodu tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna fl-iskema ZFM kif innotifikat mill-Portugall (181), u approvat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    (170)

    Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, il-ġenerazzjoni ta’ impjiegi fl-iskema ZFM ġiet ivvalutata bħala li tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali (182).

    (171)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi kienu parti intrinsika mill-iskema ZFM reġjonali approvata. Konsegwentement, l-għadd ta’ impjiegi huwa parametru tal-ammont tal-għajnuna u kejl tal-kontribuzzjoni tal-iskema għall-iżvilupp reġjonali u, għaż-żewġ għanijiet, jenħtieġ li jkun ibbażat fuq metodu oġġettiv mixhud bi prova użat fil-prattika tad-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (172)

    Il-Portugall jirrifjuta d-definizzjoni restrittiva ta’ impjiegi f’FTEs jew f’ALUs użata mill-Kummissjoni għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta’ għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-Portugall jargumenta li d-“definizzjoni ta’ impjiegi” tiegħu hija konsistenti mar-regoli nazzjonali u internazzjonali dwar ix-xogħol, li l-benefiċjarji kienu soġġetti għal diversi kontrolli, li r-riżultati tagħhom ġew kondiviżi mal-Kummissjoni, u li l-implimentazzjoni tal-iskema hija għalhekk konformi mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    (173)

    Għall-kuntrarju ta’ dak li jargumenta l-Portugall (183), il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tal-metodu stabbilit fil-paragrafu 58 tar-RAG tal-2007, u speċjalment in-nota 52 f’qiegħ il-paġna relatata biex jiġi kkalkolat in-numru ta’ impjiegi maħluqa/miżmuma, jiġifieri “in-numru ta’ impjegati jfisser in-numru ta’ unitajiet tax-xogħol annwali (ALU), jiġifieri n-numru ta’ persuni impjegati full-time f’sena, filwaqt li x-xogħol part-time u staġunali huma frazzjonijiet tal-ALU”, hija xierqa, anke jekk din id-definizzjoni tiġi inkluża biss fit-taqsima tar-RAG tal-2007 li għandha x’taqsam mal-għajnuna għall-investiment reġjonali. Dan il-metodu huwa msemmi wkoll fl-Artikolu 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (184), li hija ta’ applikazzjoni ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u b’mod partikolari tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li dawk ir-Rakkomandazzjonijiet ġew inklużi b’mod konsistenti bħala l-Anness I tal-GBER tal-2008, kif ukoll tal-GBER tal-2014.

    (174)

    Għall-kuntrarju tal-argument tal-Portugall, definizzjoni bħal din ta’ impjiegi f’FTEs u f’ALUs hija l-aħjar mod biex jiġu inklużi mingħajr diskriminazzjoni t-tipi kollha ta’ relazzjonijiet u kuntratti tax-xogħol, impjiegi permanenti jew temporanji, impjegati u membri tal-bord taħt diversi kuntratti tax-xogħol ma’ kumpaniji differenti, teleħaddiema, filwaqt li ż-żmien effettivament użat mill-impjegat għall-kumpanija fiż-ZFM jiġi kkalkolat b’mod oġġettiv u verifikabbli. Il-Kummissjoni tibqa’ newtrali fir-rigward tan-natura tar-relazzjoni tax-xogħol skont il-liġi nazzjonali, sakemm il-komputazzjoni tal-impjiegi għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat issir b’mod oġġettiv.

    (175)

    Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, irrispettivament mid-definizzjoni fin-nota 52 f’qiegħ il-paġna tar-RAG tal-2007, il-Portugall ma applika l-ebda definizzjoni ta’ impjieg li effettivament tgħodd in-numru ta’ impjiegi maħluqa u miżmuma f’Madeira. Kif imsemmi fil-premessa (28) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Portugall aċċetta bħala impjiegi validi skont l-iskema ZFM kwalunkwe impjieg ta’ kwalunkwe natura legali irrispettivament min-numru ta’ sigħat, jiem, u xhur ta’ xogħol attiv fis-sena, iddikjarat mill-benefiċjarji fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali tagħhom. Dan għamlu mingħajr ma vverifika u ttraduċa f’FTEs ir-realtà tal-ħin li jqattal-impjegat għal kull benefiċjarju.

    (176)

    Fid-dawl tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-2015 u tal-informazzjoni pprovduta mill-Portugall matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Portugiżi, abbażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-benefiċjarji, ma kinux f’pożizzjoni li jivverifikaw ir-realtà u lanqas il-permanenza tal-impjiegi ddikjarati kif mitlub mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u tal-2013, preċiżament minħabba n-nuqqas ta’ metodoloġija tal-computing oġġettiva komuni applikabbli għall-każijiet kollha ta’ relazzjonijiet tax-xogħol.

    (177)

    Finalment, il-Kummissjoni tindika li l-Portugall ma kkonfermax li l-impjiegi kollha rreġistrati għall-applikazzjoni tal-iskema ZFM kellhom impjegati li jikkontribwixxu għal attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira. L-awtoritajiet Portugiżi indikaw li f’xi każijiet l-ommissjoni li jiġu ddikjarati għadd ta’ impjegati fid-dikjarazzjonijiet annwali ma affettwatx il-valutazzjoni tat-taxxa dovuta u tal-benefiċċju tat-taxxa; f’xi każijiet oħra, matul il-monitoraġġ tal-2015, kien hemm evidenza ta’ impjiegi barra miż-ZFM, minn Madeira u anke barra mill-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Portugall ma pprovdiex informazzjoni dwar il-post effettiv tal-attività tal-impjegati tal-benefiċjarji kollha taż-ZFM, minkejja diversi talbiet mill-Kummissjoni (185).

    (178)

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Portugall ipprovda dokumentazzjoni li turi li saru ħafna kontrolli fuq il-benefiċjarji tal-iskema ZFM. Għall-kuntrarju tal-argument tal-Portugall, il-Kummissjoni qatt ma qajmet dubji dwar l-effettività tal-kontrolli tat-taxxa mwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi per se, iżda biss dwar l-effettività tagħhom fir-rigward tal-kalkolu preċiż tan-numru ta’ impjiegi miżmuma minn kull benefiċjarju taż-ZFM u l-valutazzjoni tar-rabta bejn l-impjiegi maħluqa u l-attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira. Id-dokumentazzjoni kondiviża mal-Kummissjoni tikkonferma r-realtà tal-kontrolli għal finijiet ta’ taxxa. Madankollu, id-data miġbura ma hijiex rilevanti minn perspettiva ta’ għajnuna mill-Istat, peress li l-kontrolli ma vverifikawx iż-żewġ problemi li huma involuti f’dan il-każ: il-kalkolu akkurat tan-numru ta’ impjiegi miżmuma minn kull benefiċjarju taż-ZFM u r-rabta bejn l-impjiegi maħluqa u l-attivitajiet imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira minn tali benefiċjarju.

    (179)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha fir-rigward tal-kriterju tal-ħolqien/taż-żamma tal-impjiegi fiż-ZFM ma ġewx eliminati, u tikkonkludi li l-implimentazzjoni tal-iskema ZFM fir-rigward ta’ dan il-kriterju tikser id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    Konklużjoni

    (180)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall tikser id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013, li awtorizzaw ir-Reġim III, u għalhekk hija illegali.

    6.2.2.   Il-kompatibbiltà tal-iskema ZFM mar-RAG tal-2007

    (181)

    Il-Portugall jargumenta li qatt ma aċċetta l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tagħha tal-2007 u tal-2013 fir-rigward tal-oriġini tal-profitti u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Portugall iqis ukoll li dawn ir-rekwiżiti ma humiex vinkolanti, peress li dawk id-Deċiżjonijiet ġew adottati abbażi tar-RAG tal-2007, li l-Portugall iqis ukoll bħala mhux vinkolanti (186).

    (182)

    Il-Portugall jargumenta wkoll li d-definizzjoni tal-ħolqien tal-impjiegi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 fir-rigward tal-FTEs u l-ALUs ma hijiex imsemmija fit-taqsima tar-RAG tal-2007 dwar l-għajnuna operatorja, u l-Kummissjoni ma tiċħadx dan (187). Għalhekk, fil-fehma tal-awtoritajiet Portugiżi, l-iskema ZFM jenħtieġ li tiġi vvalutata biss abbażi tal-paragrafi 76 sa 83 tar-RAG tal-2007.

    (183)

    Il-Kummissjoni tindika li l-Portugall aċċetta r-RAG tal-2007 u l-miżuri xierqa sussegwenti (188) f’ittra tal-10 ta’ Mejju 2006, li timplika li r-regoli stabbiliti fir-RAG tal-2007 kellhom jiġu rrispettati minn kwalunkwe skema ta’ għajnuna reġjonali (189).

    (184)

    Il-paragrafi 76 u 80 tar-RAG tal-2007 awtorizzaw l-għajnuna operatorja fir-reġjuni ultraperiferiċi diment li: (i) din kienet maħsuba sabiex tikkumpensa, għall-kumpaniji, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw, fit-twettiq tal-attività ekonomika, mill-fatturi identifikati fl-Artikolu 299(2) [attwalment l-Artikolu 349] tat-TFUE, (ii) kienet iġġustifikata f’termini ta’ kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali, u (iii) kienet proporzjonata għall-iżvantaġġi li kienet qed tfittex li ttaffi.

    (185)

    Għalhekk, sal-punt li l-iskema ZFM ibbenefikat kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom ma kinux imwettqa effettivament u materjalment fir-reġjun u għalhekk ma ġarrbux l-ispejjeż addizzjonali msemmija fir-RAG tal-2007, l-implimentazzjoni tal-iskema ma kinitx konformi mar-rekwiżiti imsemmija fil-premessa 184 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (186)

    Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-kundizzjoni dwar il-ħolqien/iż-żamma tal-impjiegi fir-rigward tal-kunċett tal-ħolqien tal-impjiegi kif stabbilit fit-taqsima dwar l-għajnuna għall-investiment tar-RAG tal-2007 jew fil-prattika tal-każ tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni, l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall fi kwalunkwe każ ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-RAG tal-2007 dwar l-għajnuna operatorja minħabba nuqqas ta’ konnessjoni bejn l-oriġini tal-profitti u l-ispejjeż addizzjonali effettivi.

    Konklużjoni

    (187)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall tikser id-dispożizzjonijiet tar-RAG tal-2007 u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna illegali li ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

    6.2.3.   Kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE

    (188)

    Il-Portugall jargumenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-impatt tal-iskema ZFM “b’mod konsistenti mal-politiki tal-UE dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi fir-rigward tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” u tqis li hija “l-aktar strument ta’ politika ekonomika effiċjenti biex jiġu xprunati l-koeżjoni, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà ekonomika ta’ Madeira” (190).

    (189)

    Skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, l-għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, fid-dawl tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom, tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern.

    (190)

    Fir-RAG tal-2007, il-Kummissjoni stabbiliet il-kundizzjonijiet li skonthom, l-għajnuna reġjonali tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern u stabbiliet il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE. Skont il-ġuriżprudenza, (191) meta l-Kummissjoni tadotta regoli ta’ kondotta u tħabbar, permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom, li minn issa ’l quddiem dawn se japplikaw għall-każijiet li huma relatati magħhom, din timponi limitu fuq l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha u, fil-prinċipju, ma tistax tiddevja minn dawk ir-regoli mingħajr ma tinstab li jkun qed tikser il-prinċipji ġenerali tal-liġi, bħat-trattament ugwali jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għalhekk, il-Kummissjoni hija marbuta li tivvaluta l-każ preżenti skont il-linji gwida applikabbli, jiġifieri r-RAG tal-2007, ħlief jekk l-awtoritajiet Portugiżi kellhom juru li ċirkostanzi eċċezzjonali, differenti minn dawk previsti fir-RAG tal-2007, kienu jeħtieġu li l-Kummissjoni tivvaluta l-iskema ZFM direttament skont it-Trattat. Madankollu, f’dan il-każ, l-awtoritajiet Portugiżi lanqas biss invokaw, u wisq inqas urew, ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn. Għalhekk, anke jekk il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall kellha titwettaq skont ir-RAG tal-2007, il-Kummissjoni madankollu se tivvaluta, għal raġunijiet ta’ kompletezza, fil-premessi li ġejjin, jekk l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall tistax titqies kompatibbli direttament abbażi tat-TFUE.

    Kontribut għal objettiv ta’ interess komuni

    (191)

    Il-Portugall jargumenta li l-iskema ZFM tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-ARM, rikonoxxut bħala reġjun ultraperiferiku mit-TFUE. L-awtoritajiet Portugiżi pprovdew elementi dwar l-impatt tal-iskema fuq livell makroekonomiku.

    (192)

    B’mod partikolari, l-awtoritajiet Portugiżi saħqu fuq il-kontribuzzjoni importanti tal-iskema ZFM għall-konsolidazzjoni baġitarja tal-ARM. Skont l-Awtorità tat-Taxxa Reġjonali ta’ Madeira, il-kontribut mill-kumpaniji taż-ZFM għall-baġit reġjonali ta’ Madeira kien, bħala medja, ta’ madwar [10-20] % fil-perjodu 2012-2018 (192).

    (193)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, għall-kuntrarju tal-fehma preliminari tagħha ddikjarata fil-paragrafu 33 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, l-iskema ZFM tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali ta’ Madeira, reġjun ultraperiferiku, u għalhekk għal objettiv ta’ interess komuni.

    Adegwatezza u proporzjonalità

    (194)

    L-għajnuna operatorja hija maħsuba biex teħles impriża mill-kostijiet li normalment ikollha ġġarrab fil-ġestjoni ta’ kuljum jew fl-attivitajiet normali tagħha (193).

    (195)

    Għalhekk, din it-tip ta’ għajnuna tista’ tingħata b’mod eċċezzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi eliġibbli skont id-deroga fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE [issa 107 (3)(a) tat-TFUE], sa fejn tkun maħsuba biex tikkumpensa l-kostijiet addizzjonali li jinħolqu fit-twettiq ta’ attività ekonomika mill-fatturi identifikati fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE [issa l-Artikolu 349 tat-TFUE] (194).

    (196)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-kumpaniji li bbenefikaw mill-iskema kif implimentata ġew meħlusa minn imposti normali tat-taxxa għalkemm ċerti kumpaniji kienu wettqu attivitajiet li għalihom ma ġarrbu l-ebda kost addizzjonali minħabba l-iżvantaġġi strutturali tar-reġjun kif ġie vvalutat fit-taqsimiet 6.2.1 u 6.2.2 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (197)

    F’dan il-kuntest, peress li ma kinitx implimentata b’mod li jindirizza d-diffikultajiet strutturali li l-kumpaniji jistgħu effettivament iġarrbu fl-attività tagħhom f’Madeira, l-iskema ZFM ma tistax titqies bħala xierqa, u lanqas proporzjonali fir-rigward tal-prinċipji/kundizzjonijiet tal-għajnuna operatorja reġjonali li għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi (l-Artikolu 349 tat-TFUE) fid-dawl tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom.

    Konklużjoni

    (198)

    Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall tikser l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna illegali li ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

    6.2.4.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-GBER tal-2014

    (199)

    Il-Portugall iqis li l-GBER tal-2014 ma japplikax b’mod retroattiv għal għotjiet ta’ għajnuna individwali skont l-iskema ZFM għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom (195). Il-Portugall iqis ukoll li interpretazzjoni flessibbli tal-GBER tal-2014 ma teħtieġx li l-benefiċjarji taż-ZFM ikollhom l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom f’Madeira. L-għotjiet ta’ għajnuna individwali jridu jiġu eżaminati skont il-kundizzjonijiet tal-għajnuna operatorja reġjonali previsti mir-RAG tal-2007 u huma koperti wkoll mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013.

    (200)

    Peress li l-iskema ġiet implimentata mill-Portugall bi ksur tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u tal-2013 u ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont ir-RAG tal-2007, il-Kummissjoni trid teżamina jekk għotjiet individwali skont dik l-iskema jistgħux, madankollu, jitqiesu kompatibbli (196) skont il-GBER tal-2014, li jista’ japplika b’mod retroattiv għall-għajnuna individwali, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti (197).

    (201)

    B’konformità mal-Artikolu 15(4) tal-GBER tal-2014, “[f]ir-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta’ għajnuna operatorja jikkumpensaw għall-ispejjeż operatorji addizzjonali mġarrba f’dawk ir-reġjuni bħala effett dirett ta’ wieħed jew iktar mill-iżvantaġġi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-attività ekonomika tagħhom f’reġjun ultraperiferiku sakemm l-ammont ta’ għajnuna annwali għal kull benefiċjarju taħt l-iskemi kollha ta’ għajnuna operatorja implimentati skont dan ir-Regolament ma jkunx iktar minn wieħed mill-persentaġġi li ġejjin: (a) 35 % tal-valur miżjud gross maħluq annwalment mill-benefiċjarju fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat; (b) 40 % tal-ispejjeż annwali kollha tal-lavranti mġarrba mill-benefiċjarju fir- reġjun ultraperiferiku kkonċernat; (c) 30 % tal-fatturat nett annwali tal-benefiċjarju magħmul mill-benefiċjarju fir-reġjun l-iktar imbiegħed ikkonċernat”. Kif imsemmi f’dan l-artikolu, ir-raġuni għal din l-awtorizzazzjoni eċċezzjonali ta’ għajnuna operatorja għal kumpanija hija li tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-attività tagħha fir-reġjun ultraperiferiku.

    (202)

    Ir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira huwa reġjun ultraperiferiku deżinjat mill-Artikolu 349 tat-TFUE. Għalhekk, abbażi tal-Artikolu 15(4) tal-GBER tal-2014, huwa eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont id-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, sakemm: (i) il-benefiċjarji jkollhom l-attività tagħhom fir-reġjun ultraperiferiku, u (ii) l-ammont annwali tal-għajnuna ma jaqbiżx persentaġġ massimu tal-valur miżjud gross annwali, jew il-kostijiet tax-xogħol annwali jew il-fatturat annwali tal-benefiċjarju mġarrab/imwettaq fir-reġjun.

    (203)

    Il-Kummissjoni tindika li l-miżura implimentata tikkonsisti f’benefiċċji tat-taxxa, li għandhom l-effett li jnaqqsu l-ispejjeż li l-kumpaniji jkollhom iġarrbu bħala parti mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Għalhekk, din tikkostitwixxi għajnuna operatorja favur il-kumpaniji li jistgħu jibbenefikaw minnha fiż-ZFM.

    (204)

    Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Portugall matul il-monitoraġġ tal-2015, il-benefiċjarji tal-iskema ZFM implimentata mill-Portugall mhux neċessarjament għandhom l-attività effettiva tagħhom f’Madeira. Barra minn hekk, l-ammonti tal-għajnuna involuti ma humiex neċessarjament relatati mal-valur miżjud gross, mal-kostijiet tax-xogħol jew mal-fatturat iġġenerat f’Madeira.

    Konklużjoni

    (205)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għotjiet ta’ għajnuna individwali skont l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall jiksru d-dispożizzjonijiet tal-GBER tal-2014.

    Konklużjoni

    (206)

    Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ZFM kif implimentata mill-Portugall tikkostitwixxi għajnuna illegali li ma hijiex kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE.

    (207)

    Għalhekk, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni kondizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589, kif issuġġerit mill-Portugall (198), ma hijiex mezz xieraq biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma fit-Taqsima 6.2 ta’ din id-Deċiżjoni.

    7.   L-IRKUPRU, IĊ-ĊERTEZZA LEGALI U L-ASPETTATTIVI LEĠITTIMI

    7.1.   L-irkupru

    (208)

    F’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġuriżprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jenħtiġx li jabolixxi jew li jbiddel l-għajnuna meta jkun sab li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (199). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (200).

    (209)

    F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ġaladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, b’hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u tiġi restawrata s-sitwazzjoni ta’ qabel il-ħlas tal-għajnuna (201).

    (210)

    F’konformità mal-ġuriżprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jiddikjara li “[fejn] jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

    (211)

    B’hekk, minħabba li l-miżura inkwistjoni ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u trid titqies bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, din jenħtieġ li tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħha. Jenħtieġ li l-irkupru jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv. L-ammont li jrid jiġi rkuprat jenħtieġ li jinkludi l-imgħax sal-irkupru effettiv.

    Identifikazzjoni tal-benefiċjarji li mingħandhom għandha tiġi rkuprata l-għajnuna

    (212)

    L-għajnuna illegali u inkompatibbli trid tiġi rkuprata mill-intrapriżi li fil-fatt ibbenefikaw minnha. Madankollu, meta l-Kummissjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tidentifika, fid-deċiżjoni nnifisha, l-impriżi kollha li jkunu rċevew għajnuna illegali u inkompatibbli, dan ikollu jsir fil-bidu tal-implimentazzjoni tal-proċess ta’ rkupru mill-Istat Membru kkonċernat, li jkollu jħares lejn is-sitwazzjoni individwali ta’ kull impriża kkonċernata.

    (213)

    F’dan il-każ partikolari, il-benefiċjarji potenzjali tal-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli huma dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi rreġistrati fiż-ZFM mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2014. Minn dan il-grupp inizjali ta’ benefiċjarji, l-awtoritajiet Portugiżi jenħtieġ li jeskludu mill-irkupru dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom tista’ tingħata prova li: (i) huma kkonformaw mal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jibbenefikaw mill-iskema ZFM kif approvata fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u l-2013, li jfisser li l-introjtu tagħhom kien relatat ma’ attività mwettqa effettivament u materjalment f’Madeira u l-impjiegi effettivament maħluqa/miżmuma fir-reġjun; jew (ii) il-vantaġġ totali riċevut għal kull benefiċjarju taħt l-iskema ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1998/2006 (202) jew fir-Regolament Nru 1407/2013 (203), sakemm dawn il-vantaġġi jkunu konformi wkoll mal-kundizzjonijiet l-oħrajn stabbiliti f’dawk ir-regolamenti; jew (iii) l-għajnuna individwali riċevuta minn benefiċjarju partikolari tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (204), bħall-GBER tal-2014.

    (214)

    Il-bqija tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li bbenefikaw mill-iskema ZFM huma l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat implimentata illegalment li mingħandhom l-awtoritajiet Portugiżi huma meħtieġa jirkupraw il-vantaġġ tal-għajnuna riċevuta.

    Kwantifikazzjoni tal-għajnuna

    (215)

    Il-Kummissjoni ma hijiex legalment meħtieġa li tiffissa l-ammont eżatt li għandu jiġi rkuprat, speċjalment meta ma jkollhiex id-data meħtieġa biex tagħmel dan. Minflok, huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru jiddetermina l-ammont rekuperabbli mingħajr diffikultà eċċessiva.

    (216)

    Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija li ġejja jenħtieġ li tintuża mill-Portugall biex jiddetermina l-ammont ta’ għajnuna inkompatibbli li trid tiġi rkuprata mingħand kull benefiċjarju:

    (a)

    għandu jiġi ddeterminat, għal kull sena, l-għadd ta’ impjiegi, f’ALU, maħluqa u miżmuma fir-reġjun għal kull benefiċjarju;

    (b)

    għandha tiġi ddeterminata, għal kull sena, il-bażi taxxabbli fir-rigward tal-introjtu relatat mal-attività mwettqa effettivament u materjalment f’Madeira;

    (c)

    għandha tiġi applikata r-rata tat-taxxa taż-ZFM għal din il-bażi taxxabbli filwaqt li jitqies in-numru ta’ impjiegi maħluqa identifikati fil-punt (a), abbażi tat-tabelli ta’ kalkolu ppreżentati fil-premessi 12 u 16 ta’ din id-Deċiżjoni;

    (d)

    l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun daqs l-ammont effettiv riċevut għal kull benefiċjarju fis-sena nieqes l-ammont effettivament relatat mal-attività f’Madeira ikkalkolat fil-punt (c).

    (217)

    Fil-każijiet kollha fejn ikun meħtieġ irkupru, dak l-irkupru għandu jidħol fis-seħħ miż-żmien meta l-vantaġġ ikun ingħata lill-benefiċjarji, jiġifieri, mid-data tal-att legali li jagħti lill-benefiċjarji d-dritt li jibbenefikaw minn tali skema, mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta’ limitazzjoni għall-irkupru tal-għajnuna previst mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

    (218)

    Is-somom li għandhom jiġu rkuprati jenħtieġ li jġarrbu mgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru effettiv tagħhom. Jenħtieġ li l-imgħax jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (205).

    (219)

    Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Portugall kellu diffikultà f’li jipprovdi informazzjoni affidabbli biex jidentifika l-benefiċjarji u biex jivvaluta jekk u kemm għajnuna rċevew taħt l-iskema. Ma jistax jiġi eskluż li meta tiġi stabbilita l-lista finali tal-benefiċjarji u l-ammonti ta’ għajnuna korrispondenti li jridu jiġu rkuprati, kif previst mill-metodu deskritt fil-premessa 216 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Portugall jista’ jerġa’ jkollu bżonn ta’ żmien addizzjonali. F’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli (206), fir-rigward taż-żmien għall-irkupru mingħand benefiċjarji individwali tal-ammonti ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, l-awtoritajiet Portugiżi jenħtieġ li jkollhom erba’ xhur biex jissottomettu lista finali ta’ benefiċjarji flimkien mal-pjan ta’ implimentazzjoni tal-proċess ta’ rkupru, u tmien xhur biex fil-fatt jimplimentaw l-irkupru.

    7.2.   Iċ-ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi

    (220)

    Il-Portugall iqis li l-kumpaniji li rċevew għajnuna skont l-iskema ZFM kisbu d-dritt għal ċertezza legali u għal aspettattivi leġittimi li ma jkunux soġġetti għal xi deċiżjoni ta’ rkupru (207).

    (221)

    Numru limitat ta’ partijiet interessati terzi qajmu argument simili (208).

    (222)

    Hija ġuriżprudenza stabbilita li l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi huwa prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE. Dan il-prinċipju ġie aċċettat progressivament fl-ordni legali tal-Unjoni permezz tal-ġuriżprudenza, li ddeskrivietu bħala “stat tad-dritt superjuri” għall-protezzjoni tal-individwi (209), bħala “wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Komunità” (210) u bħala “prinċipju ġenerali” (211). Huwa meqjus bħala l-korollarju tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, li jirrikjedi li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni trid tkun ċerta u l-applikazzjoni tagħha prevedibbli minn persuni soġġetti għaliha, fis-sens li tfittex, fejn ir-regoli jinbidlu, li tiżgura l-protezzjoni ta’ sitwazzjonijiet li b’mod leġittimu jidħlu fihom persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar b’mod partikolari (212). Kif deskritt fil-premessi 12 sa 17 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u tal-2013 biex l-iskema ZFM titqies kompatibbli mas-suq intern kienu ċari, u l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti kienet prevedibbli b’mod ċar. Konsegwentement, deċiżjoni ta’ rkupru f’dan il-każ tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju taċ-ċertezza legali.

    (223)

    Skont il-ġuriżprudenza stabbilita tal-Unjoni, id-dritt li wieħed jibbaża fuq il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jippresupponi li jkunu ngħataw assigurazzjonijiet preċiżi, inkondizzjonati u konsistenti li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli lill-persuna kkonċernata minn istituzzjoni tal-UE (213). Madankollu, persuna ma tistax tinvoka ksur ta’ dak il-prinċipju sakemm ma tkunx ingħatat assigurazzjonijiet preċiżi mill-amministrazzjoni (214).

    (224)

    Konsegwentement, ma jista’ jkun hemm l-ebda aspettattiva leġittima li għajnuna hija legali sakemm ma tkunx ingħatat f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108 tat-TFUE, peress li negozjant diliġenti normalment jenħtieġ li jkun jista’ jiddetermina jekk dik il-proċedura ġietx segwita (215).

    (225)

    Kif jidher minn din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tikkontestax l-eżistenza u l-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna li kienet approvat fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2007 u tal-2013. Din id-Deċiżjoni hija relatata mal-implimentazzjoni tal-iskema ZFM sa fejn ma kinitx konformi mat-termini ta’ dawk id-deċiżjonijiet (jiġifieri sa fejn f’xi każijiet ippermettiet kumpaniji rreġistrati fiż-ZFM li jibbenefikaw minn għajnuna fil-forma ta’ rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni għal profitti li jirriżultaw minn attivitajiet mhux imwettqa effettivament u materjalment f’Madeira, u kkalkulati fuq il-bażi ta’ numru mhux verifikabbli ta’ impjiegi maħluqa jew miżmuma fiż-ZFM). Il-fatt li l-Kummissjoni approvat l-iskema ZFM bid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2007 u tal-2013 ma jwassalx għall-konklużjoni li l-Kummissjoni tagħti assigurazzjonijiet preċiżi, inkondizzjonati u konsistenti li r-Reġim III kien se jiġi ttrattat bħala għajnuna kompatibbli inkluż f’sitwazzjonijiet fejn it-termini tal-approvazzjoni ma jiġux irrispettati.

    (226)

    Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li kienet talbet l-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni espliċita fl-abbozz ta’ liġi nnotifikat mill-Portugall fit-28 ta’ Ġunju 2006 li tistabbilixxi li t-tnaqqis fit-taxxa jkun ristrett għall-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet imwettqa f’Madeira (216). Il-Portugall naqas milli jagħmel dan peress li qies li tali dispożizzjoni ma kinitx meħtieġa minħabba li dan il-fatt ħareġ mill-bażi legali taż-ZFM (217) ..

    (227)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Portugall u l-benefiċjarji tal-iskema ZFM ma jistgħux jiddikjaraw b’mod validu li s-sejba li l-iskema ZFM, kif implimentata mill-Portugall, tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli mas-suq intern tikser il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi jew ċertezza legali, li jipprekludi l-irkupru ta’ dik l-għajnuna inkompatibbli.

    8.   KONKLUŻJONI

    (228)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Portugall implimenta b’mod illegali l-iskema ZFM bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li l-għajnuna mogħtija lil benefiċjarji individwali skont din l-iskema hija inkompatibbli mas-suq intern,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iskema ta’ għajnuna “Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III”, sal-punt li ġiet implimentata mill-Portugall bi ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)3037 final u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)4043 final, ġiet implimentata illegalment mill-Portugall bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkompatibbli mas-suq intern.

    Artikolu 2

    L-għajnuna individwali mogħtija skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ma tikkostitwixxix għajnuna jekk, meta tingħata, tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li huwa applikabbli fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna.

    Artikolu 3

    L-għajnuna individwali mogħtija skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 li, fiż-żmien li tingħata, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jew stabbiliti minn regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588, hija kompatibbli mas-suq intern sal-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għal dak it-tip ta’ għajnuna.

    Artikolu 4

    1.   Il-Portugall għandu jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji.

    2.   Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru effettiv tagħhom.

    3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

    4.   Il-Portugall għandu jabolixxi l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli sal-punt imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jħassar il-pagamenti ta’ għajnuna pendenti kollha b’effett mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    1.   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

    2.   Il-Portugall għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien tmien xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    1.   Fi żmien erba’ xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Portugall għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    il-lista tal-benefiċjarji li rċevew l-għajnuna abbażi tal-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali tal-għajnuna li kull wieħed minn dawk il-benefiċarji rċieva abbażi tal-iskema;

    (b)

    l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax tal-irkupru) li jrid jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju;

    (c)

    deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ppjanati sabiex tinżamm konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

    2.   Il-Portugall għandu jżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna mogħtija skont l-iskema u msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata għalkollox. Huwa għandu jissottometti minnufih, fuq talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

    Il-Portugall għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ mgħaxijiet tal-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

    Il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-identità tal-benefiċjarji tal-għajnuna inkompatibbli u l-ammonti tal-għajnuna u tal-imgħax tal-irkupru rkuprati fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/1589.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Margrethe VESTAGER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU C 101, 15.3.2019, p. 7.

    (2)  Skont l-Artikolu 108(1) tat-TFUE, “Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement mal-Istati Membri is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżiżtu f’dawk l-Istati”. Ara wkoll l-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9). Għal dak il-għan, il-Kummissjoni teżamina regolarment, abbażi ta’ kampjun ta’ skemi, jekk l-Istati Membri japplikawx b’mod korrett ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kemm f’termini ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll f’termini tal-għotjiet ta’ għajnuna individwali, dawn tal-aħħar ibbażati fuq kampjun ta’ benefiċjarji. Il-monitoraġġ tal-2015 kopra s-snin 2012 u 2013.

    (3)  Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 240,12.10.2007, p. 1).

    (4)  Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 220, 1.8.2013, p. 1).

    (5)  L-Artikolu 36 tal-Istatut dwar l-Inċentivi tat-Taxxa (Estatuto dos Benefícios Fiscais, “EBF”) approvat mid-Digriet Liġi Nru 215/89 tal-1 ta’ Lulju 1989, kif ippubblikat mill-ġdid mid-Digriet Liġi Nru 108/2008 tas-26 ta’ Ġunju, u emendat bil-Liġi Nru 83/2013 tad-9 ta’ Diċembru. Ara wkoll id-Digriet Liġi Nru 165/86 tas-26 ta’ Ġunju, kif emendat mill-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 55/2013 tat-8 ta’ Awwissu, u l-Ordni Nru 46/2010 tat-18 ta’ Awwissu tas-Segretarjat Reġjonali għall-Finanzi (Secretaria Regional do Plano e das Finanças).

    (6)  Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 101, 15.3.2019, p. 7).

    (7)  C(2019) 1066 final (mhux soġġett għal pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

    (8)  Għajnuna mill-Istat – il-Portugall — Għajnuna mill-Istat SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) – Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III — Stedina biex jintbagħtu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 101, 15.3.2019, p. 7).

    (9)  L-iskema ZFM tinkludi ċ-Ċentru Internazzjonali tan-Negozju ta’ Madeira (IBCM), ir-Reġistru Internazzjonali tat-Trasport Marittimu (MAR) u ż-Żona Industrijali tal-Kummerċ Ħieles (IFTZ). Ġiet approvata għall-ewwel darba fl-1987 (Reġim I) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 1987 fil-każ N 204/86 (SG(87) D/6736); imbagħad ġiet estiża fl-1992 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 1992 fil-każ E 13/91 (SG(92) D/1118) u fl-1995 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 1995 fil-każ E 19/94 (SG(95) D/1287). L-iskema suċċessur tagħha (Reġim II) ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2002 fil-każ N222/A/2002 (ĠU C 65, 19.3.2003, p. 23). Fl-2007, it-tielet skema suċċessur (Reġim III) ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2007 fil-każ N 421/2006 (ĠU C 240, 12.10.2007, p. 1), li ġiet emendata fl-2013 (emenda tar-Reġim III) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 fil-każ SA.34160 (2011/N) (ĠU C 220, 1.8.2013, p. 1). Fl-2013, it-tul ta’ żmien tagħha ġie estiż sat-30 ta’ Ġunju 2014 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2013 fil-każ SA. 37668 (2013/N) (ĠU C 37, 7.2.2014, p. 10) u fl-2014 (estensjoni tar-Reġim III sa tmiem l-2014) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2014 fil-każ SA. 38586 (2014/N) (ĠU C 210, 4.7.2014, p. 27).

    (10)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

    (11)  Wara ż-żewġ estensjonijiet approvati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, din id-data ta’ skadenza ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    (12)  Il-periferiċità, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq għadd żgħir ta’ prodotti.

    (13)  3 % mill-2007 sal-2009, 4 % mill-2010 sal-2012, u 5 % mill-2013 sal-2020.

    (14)  Il-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (15)  Il-paragrafu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007. Ara wkoll l-Artikolu 36(1) u (10) u l-Artikolu 33(4) sa (8) u (11) tal-EBF.

    (16)  Mill-inqas tnejn minn dawn li ġejjin: (a) il-modernizzazzjoni tan-nisġa ekonomika reġjonali permezz ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi marbuta ma’ prodotti, mal-manifattura jew ma’ metodi tan-negozju; b) id-diversifikazzjoni tal-ekonomija reġjonali, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ attivitajiet ġodda b’valur miżjud għoli; c) l-impjieg ta’ riżorsi umani bi kwalifiki għoljin; d) it-titjib fil-kundizzjonijiet ambjentali; u e) il-ħolqien ta’ mill-inqas 15-il impjieg ġdid li jinżammu għal mill-inqas ħames snin (il-paragrafu 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 u l-Artikolu 36(5) tal-EBF).

    (17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 29/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 6, 10.1.2002, p. 3).

    (18)  Il-paragrafu 25 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (19)  Il-paragrafu 29 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (20)  Il-paragrafu 26 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (21)  Il-paragrafu 32 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (22)  Il-paragrafu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013.

    (23)  Nota 2 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (24)  Nota 14 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (25)  Ittra mill-Portugall tal-11 ta’ Settembru 2017 (2017/085166), pp. 20-23.

    (26)  Ittra mill-Portugall tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 22.

    (27)  Ittri mill-Portugall tal-31 ta’ Marzu 2016 (2016/031779), p. 6, u tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 18.

    (28)  Ittri mill-Portugall tal-31 ta’ Marzu 2016, p. 6, u tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 23.

    (29)  Ittra mill-Portugall tal-21 ta’ Novembru 2017 (2017/110431), p. 7.

    (30)  Ittri mill-Portugall tat-2 ta’ Mejju 2017 (2017/042449), p. 11; tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 25, u tal-21 ta’ Novembru 2017, pp. 28-29.

    (31)  Il-Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar 2009.

    (32)  Inkluż skjerament/stazzjonar (l-Artikoli 7 u 8), kuntratt ma’ diversi impjegaturi (l-Artikolu 101), kuntratt ta’ terminu fiss u telexogħol (l-Artikolu 139), kuntratt ta’ durata indefinita (l-Artikolu 147), xogħol part time (l-Artikolu 150), xogħol intermittenti (l-Artikolu 157), sekondar (l-Artikolu 161), xogħol temporanju (l-Artikolu 172), self (l-Artikolu 288), assenjazzjoni okkażjonali (l-Artikolu 289), eċċ. Ara l-ittra mill-Portugall tat-2 ta’ Mejju 2017, p. 7.

    (33)  Abbażi tad-definizzjoni stabbilita fil-paragrafu 58 u fin-nota 52 f’qiegħ il-paġna tar-RAG tal-2007. (jiġifieri“in-numru ta’ impjegati jfisser in-numru ta’ unitajiet tax-xogħol annwali (ALU), jiġifieri n-numru ta’ persuni impjegati full-time (FTE) f’sena, filwaqt li x-xogħol part-time u staġunali huma frazzjonijiet tal-ALU.” Il-kunċett ta’ ALU jissemma’ wkoll fl-Artikolu 5 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014) bħala “unitajiet ta’ ħidma annwali (AWU)”. Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna 39 u 56 hawn taħt.

    (34)  Skont l-Artikolu 117 u l-Artikolu 127 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq l-Introjtu Korporattiv (“CIRC”), il-“Modelo 22” (Anness D, qasam 6 – “Entitajiet liċenzjati fiż-ZFM”) tiġi sottomessa kull sena mill-kumpaniji biex jindikaw in-numru ta’ impjiegi maħluqa/miżmuma sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 36 tal-EBF. Skont l-awtoritajiet Portugiżi, dan jippermetti biss il-kwantifikazzjoni tal-impjiegi li jiġġeneraw taxxa minn ras il-għajn li jinħolqu u jinżammu matul il-perjodu (id-Deċiżjoni Nru 16566-A/2012 tal-Kabinett tal-Ministru għall-Finanzi). Ara l-ittra mill-Portugall tal-21 ta’ Novembru 2017, pp. 3-4.

    (35)  Il-“Modelo 10” tiġi ppreżentata mill-kumpaniji biex jiddikjaraw dħul annwali taxxabbli, eżentat u mhux taxxabbli miksub minn persuni taxxabbli (impjegati tal-kumpanija) soġġett għat-taxxa fuq id-dħul mis-sors, li huma residenti Portugiżi għal finijiet ta’ taxxa. Il-“Modelo 30” hija l-istess tip ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa iżda għad-dħul ta’ persuni taxxabbli (impjegati tal-kumpanija) li ma humiex residenti fil-Portugall. Skont l-awtoritajiet Portugiżi, din id-dikjarazzjoni tat-taxxa fiha biss informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ residenza tal-kontribwent, li tista’ ma tikkoinċidix mal-pajjiż li fih iwettqu l-attivitajiet tagħhom bħala impjegati taħt id-direzzjoni tal-kumpanija li għaliha jaħdmu. Id-“DMR” li daħlet fis-seħħ mis-sena fiskali 2013 (Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 6/2013 tal-10 ta’ Jannar 2013) għandha l-istess funzjoni iżda biss għad-dħul li ġej minn xogħol dipendenti u fuq bażi ta’ kull xahar. Din tinkludi wkoll informazzjoni dwar it-taxxa minn ras il-għajn, il-kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-iskemi tas-sigurtà soċjali u s-subsistemi legali għas-saħħa u għat-trade unions (ara l-ittra mill-Portugall tal-21 ta’ Novembru 2017, pp. 2-3). Dawn id-dikjarazzjonijiet kollha jitqiesu mill-awtoritajiet tat-taxxa Portugiżi bħala “obbligi anċillari”, peress li ma jwasslux għal valutazzjoni tat-taxxa.

    (36)  Ittri mill-Portugall tad-29 ta’ Ottubru 2015 (2015/107167), tat-2 ta’ Mejju 2017, pp. 8-9, u tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 25.

    (37)  Ittra mill-Portugall tal-21 ta’ Novembru 2017, p. 2.

    (38)  Nota 35 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (39)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 87 u l-Artikolu 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

    (40)  Ittri mill-Portugall tal-11 ta’ Settembru 2017, pp. 15-16, u tal-21 ta’ Novembru 2017, pp. 5-6.

    (41)  Ittri mill-Portugall tat-2 ta’ Mejju 2017, p. 7, tal-11 ta’ Settembru 2017, pp. 14 u 17, u tal-21 ta’ Novembru 2017, p. 1.

    (42)  Ittri mill-Portugall tas-6 ta’ Lulju 2015 (2015/065783), p. 8, tal-31 ta’ Marzu 2016, p. 19, u tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 17.

    (43)  Ittri mill-Portugall tad-29 ta’ Ottubru 2015, p. 11, tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 25, u tal-21 ta’ Novembru 2017, p. 7. Kull meta jitqies li huwa meħtieġ, l-Awtorità nazzjonali tat-taxxa titlob lill-kumpaniji jissottomettu l-kuntratt tal-impjieg tal-impjegati tagħhom. Jekk il-kuntratt tal-impjieg ma jkunx disponibbli (f’ħafna każijiet ir-relazzjoni tax-xogħol tkun magħmula mingħajr ma tiġi formalizzata bil-miktub – kuntratti indefiniti u full-time – u japplika għaliha l-prinċipju tal-libertà tal-forma skont il-liġi Portugiża (l-Artikolu 219 tal-Kodiċi Ċivili)), il-persuna taxxabbli tista’ tkun meħtieġa turi l-eżistenza tar-relazzjoni ta’ impjieg b’mezzi oħra. B’mod partikolari, ara l-ittri mill-Portugall tal-31 ta’ Marzu u tat-2 ta’ Mejju 2017, pp. 5 u 9, rispettivament.

    (44)  Ittra mill-Portugall tal-11 ta’ Settembru 2017, pp. 16-17.

    (45)  Ittra mill-Portugall tal-21 ta’ Novembru 2017, pp. 7-8.

    (46)  Ittra mill-Portugall tal-21 ta’ Novembru 2017, p. 4.

    (47)  Ittra mill-Portugall tal-31 ta’ Marzu 2016, pp. 5-6.

    (48)  Ittri mill-Portugall tat-2 ta’ Mejju 2017, p. 9, u tal-21 ta’ Novembru 2017, p. 2.

    (49)  L-Artikolu 36(8) tal-abbozz tad-Digriet Liġi li jemenda d-Digriet Liġi Nru 163/2003 tal-24 ta’ Lulju 2003, id-Digriet Liġi Nru 215/1989 tal-1 ta’ Lulju 1989, u d-Digriet Liġi Nru 500/80 tal-20 ta’ Ottubru 1980. Ara l-ittra mill-Portugall tat-28 ta’ Ġunju 2006 (1900/80392).

    (50)  Paragrafu 54 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (51)  Paragrafu 51 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (52)  Paragrafu 52 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (53)  Paragrafu 53 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (54)  Paragrafu 63 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (55)  “Towards a Diversification Strategy for Madeira Autonomous Region – Recommendations to overcome the problem of ultra-peripherality, final report”, ECORYS-NEI (Netherlands Economic Institute), Rotterdam, 2004.

    (*1)  Informazzjoni kunfidenzjali

    (56)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

    (57)  L-Artikolu 58 tal-GBER tal-2014.

    (58)  Paragrafu 60 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (59)  Paragrafu 61 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (60)  Paragrafu 62 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (61)  Il-paragrafu 64, il-punti 1 sa 7, tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. Għalhekk, lil hinn mis-sentejn li kienu soġġetti għall-monitoraġġ tal-2015 (jiġifieri 2012 u 2013). Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 64 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ kienet diġà ġiet inkluża f’talbiet ripetittivi u bla suċċess għal informazzjoni indirizzati lill-Portugall matul l-investigazzjoni tal-2016; b’mod partikolari, dwar (i) prova tal-oriġini tal-introjtu kkunsidrat għall-kalkolu tal-bażi taxxabbli għall-benefiċjarji kollha taż-ZFM tal-kampjun, (ii) prova tal-post tal-attività effettiva għall-benefiċjarji kollha taż-ZFM, (iii) kalkolu tan-numru ta’ impjegati (inklużi l-pożizzjonijiet maniġerjali) għall-kampjun kollu tal-benefiċjarji taż-ZFM f’ekwivalenti ta’ full-time u (iv) prova tal-kontroll tal-attivitajiet tal-kampjun tal-benefiċjarji taż-ZFM għall-perjodu 2012 u 2013, ara l-ittri tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Frar 2016 (D/020793), tad-29 ta’ Marzu 2017 (D/030362), tal-11 ta’ Awwissu 2017 (D/069475) u tat-2 ta’ Ottubru 2017 (D/099275).

    (62)  Il-paragrafu 64, it-tieni paragrafu, tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (63)  Ittri tal-11 ta’ Settembru 2018 (2018/144207) u tas-26 ta’ Settembru 2018 (2018/153989).

    (64)  L-informazzjoni għas-snin 2012 u 2013 ġiet ipprovduta taħt il-monitoraġġ tal-2015.

    (65)  Informazzjoni bbażata fuq data pprovduta mill-Awtorità tas-Sigurtà Soċjali u tat-Taxxa fis-6 ta’ Awwissu 2018.

    (66)  Il-“Modelo 22” mill-2007 sal-2010 ma talbitx dik l-informazzjoni mill-kontribwenti.

    (67)  Għas-sena 2011, hemm informazzjoni għal 25 minn 62 benefiċjarju tal-għajnuna. Għall-2014, hemm informazzjoni għal 25 minn 526 riċevitur tal-għajnuna.

    (68)  Informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 64, il-punti 3 sa 6, tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (69)  Fir-rigward tal-paragrafu 64(3) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Portugall jispjega li tali informazzjoni ntalbet lill-benefiċjarji taż-ZFM mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa. Madankollu, tali “informazzjoni għadha ma hijiex disponibbli”. Ara l-ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 127, p. 30.

    (70)  Il-Portugall ma pprovdiex l-akbar 25 benefiċjarju tal-għajnuna taż-ZFM għas-snin mill-2007 sal-2009 minħabba li r-riċevituri tal-għajnuna kienu inqas minn 25 kull sena: 2007:0; 2008:9 u 2009:20.

    (71)  Ittra mill-Portugall tal-24 ta’ April 2019 (2019/055874).

    (72)  Il-paragrafi 36, 44 u 45 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (73)  Ir-rapportar ikopri wkoll ir-Reġim IV, l-iskema ZFM suċċessura (2015-2020) li qiegħda tiġi implimentata mill-Portugall mill-1 ta’ Jannar 2015 taħt il-GBER tal-2014.

    (74)  Ittra mill-Portugall tal-24 ta’ April 2019, p. 4.

    (75)  L-abbozz ta’ Ordni għandu l-għan li jiżgura li: (i) ix-xogħol part-time jitqies biss fi proporzjon mal-għadd ta’ sigħat maħduma (“ekwivalenti għal ingaġġ full-time”), (ii) ir-rabta bejn il-ħaddiem u r-reġjun ta’ Madeira tiġi żgurata, u (iii) il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi permezz ta’ xogħol temporanju ma jitqisux fid-definizzjoni. B’mod differenti mill-ewwel verżjoni tal-abbozz ta’ Ordni ppreżentat fis-6 ta’ April 2018, il-verżjoni attwali tapplika wkoll għar-Reġim III (l-“abbozz ta’ Ordni tal-2018” applikat biss għar-Reġim IV).

    (76)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

    (77)  Ittra mill-Portugall tal-24 ta’ April 2019, p. 3.

    (78)  L-Artikolu 36 tal-EBF ikopri kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam tal-kompetenza leġiżlattiva riżervata tal-Parlament nazzjonali (jiġifieri t-taxxi u l-vantaġġi tat-taxxa). Ara l-Artikolu 165(1)(i) tal-Kostituzzjoni Portugiża. Il-Portugall irrikonoxxa li l-emendi proposti li għandhom l-għan li jintroduċu “skema ġdida” għaż-ZFM jeħtieġu aktar atti legali approvati mill-Parlament nazzjonali u ma jistgħux jiġu implimentati sempliċiment permezz ta’ miżuri amministrattivi. Ara l-ittra mill-Portugall tal-24 ta’ April 2019, p. 4.

    (79)  Il-premessa 36 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (80)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).

    (81)  Id-Digriet Regolatorju Nru 14/2015/M tad-19 ta’ Awwissu 2015. F’konformità mal-Artikolu 8(1), il-missjoni tal-uffiċċju hija li jissorvelja u jikkoordina l-attivitajiet imwettqa fiż-ZFM.

    (82)  Fl-2016, iż-ZFM ippermettiet il-ġbir ta’ kważi EUR [100-200] miljun f’taxxa korporattiva (kważi [15-25] % tat-taxxi totali miġbura f’dik is-sena fir-reġjun). Dan jimplika r-rilokazzjoni ta’ aktar minn [1 000-2 000] kumpanija rreġistrati fiż-ZFM għal reġjuni jew għal pajjiżi oħra u żieda qawwija fil-qgħad fir-reġjun (fl-2014, kien hemm [4 000-6 000] impjieg dirett, indirett u indott fiż-ZFM, li ammontaw għal [1-10] % tal-impjiegi totali f’Madeira). Ara l-ittri mill-Portugall tat-2 ta’ Mejju 2017, p. 6, u tas-26 ta’ Settembru 2018 (Anness I), p. 62.

    (83)  Fil-perjodu 2012-2015, bħala medja, l-attività taż-ZFM, skont l-informazzjoni pprovduta mid-Direttorat tal-Istatistika Reġjonali ta’ Madeira (“Direção Regional de Estatística da Madeira”), kienet tirrappreżenta madwar [1-10] % tal-Valur Miżjud Gross (GVA) u [0,5-10] % tal-impjiegi tal-AMR. L-attivitajiet marbuta mal-kummerċ, it-trasport u l-ħżin u mal-akkomodazzjoni u l-catering ikkontribwew l-aktar għall-GVA totali tal-kumpaniji stabbiliti fiż-ZFM (madwar [70-80] %). L-attivitajiet tal-manifattura, marbuta mal-industrija, ikkontribwew l-aktar għall-impjiegi totali ġġenerati fir-reġjun ([30-40] %). Fl-2014, iż-ZFM ammontat għal [1-10] % tal-valur miżjud iġġenerat fir-reġjun, jiġifieri madwar EUR [200-400] miljun, “Tax and economic analysis report - Madeira Free Trade Zone”, Ernest & Young, Settembru 2018, pp. 60-62 (Anness I tal-ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018)”.

    (84)  Fl-2014, il-kumpaniji taż-ZFM żguraw 79 % tal-esportazzjonijiet (EUR [50-200] miljun). Fl-2016, meta mqabbla mal-2014, l-esportazzjonijiet lejn il-komunità Ewropea żdiedu minn [20 000-30 000] għal [30 000-40 000] elf euro. Is-setturi tal-ikel u tal-agrikoltura rrappreżentaw il-volum ewlieni tal-esportazzjonijiet, segwiti mis-setturi tal-makkinarju u tat-tessuti, u dawn kellhom effetti pożittivi innegabbli fuq l-iżvilupp tal-ekonomija Ewropea. Ara “Tax and economic analysis report”, Ernest & Young, 24 ta’ Settembru 2018, p. 68.

    (85)  Malta, il-Lussemburgu, in-Netherlands u Ċipru. Ara l-ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, pp. 14-16.

    (86)  Il-Baġits Ġenerali tal-Istat tal-1999 sal-2004 jiddikjaraw: “Din l-eżenzjoni … tirrappreżenta taxxa mhux imposta fuq l-introjtu li, fin-nuqqas ta’ dan il-benefiċċju, ma tkunx teżisti” (Baġit Ġenerali tal-Istat tal-2002), jew “it-tneħħija tal-iskema attwali … ċertament ma twassalx biex jinkiseb dan id-dħul mit-taxxa” (Baġit Ġenerali tal-Istat tal-2004).

    (87)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 50, p. 18.

    (88)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 29, p. 13, u ittra mill-Portugall tal-11 ta’ Settembru 2017, p. 30.

    (89)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1252 tad-19 ta’ Settembru 2018 dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa SA. 38945 (2015/C) (ex 2015/NN) mogħtija mil-Lussemburgu favur Mc Donald’s Europe (ĠU L 195, 23.7.2019, p. 20).

    (90)  ‘Tax and economic analysis report’, Ernest & Young, 24 ta’ Settembru 2018, p. 67.

    (91)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 28, p. 13, u “Tax and economic analysis report”, Ernest & Young, Settembru 2018, pp. 66-68.

    (92)  Il-paragrafu 10 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (93)  L-Artikolu 22(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2015/1589. Ara l-premessa 61 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (94)  L-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2015/1589. Ara l-ittra mill-Portugall tal-24 ta’ April 2019, p. 3. Ara wkoll il-premessa 61 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (95)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 88, p. 20.

    (96)  Paragrafu 30 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (97)  Nota 55 f’qiegħ il-paġna hawn fuq. Il-kostijiet addizzjonali minimi li jirriżultaw mill-pożizzjoni remota ta’ Madeira huma ta’ 26 % tal-Valur Miżjud Gross (GVA) tas-settur privat jew 16,7 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta’ Madeira, b’total ta’ madwar EUR 400 miljun fl-1998. Ara l-paragrafi 46 u 48 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (98)  Il-paragrafu 51 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (99)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 124.

    (100)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 125.

    (101)  Il-paragrafi 11, 25, 72 u 73 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007, u l-paragrafi 24, 26 u 28 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013.

    (102)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2006, Eurofood IFSC, C-341/04, ECLI:EU:C:2006:281, il-paragrafi 34-36, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Diċembru 2010, Weald Leasing, C-103/09, ECLI:EU:C:2010:804, il-paragrafu 44.

    (103)  Attivitajiet barra minn reġjun partikolari jistgħu jkunu ta’ benefiċċju b’mod sinifikanti għar-reġjun ikkonċernat. Skont il-Portugall, il-Kummissjoni rrikonoxxiet dan il-prinċipju f’deċiżjoni tal-2007 relatata mad-dipartimenti Franċiżi ekstra-Ewropej, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5115 final tas-27 ta’ Ottubru 2007 dwar il-każ SA N522/2006 Franza – Loi de programme pour l’outre-mer –Aide fiscale, it-taqsimiet 2.8.3 u 2.8.8., pp. 24 u 25. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2012, GAMP, C-579/11, ECLI:EU:C:2012:833, il-paragrafi 30 sa 39.

    (104)  Il-paragrafu 22, in-nota 9 f’qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (105)  Il-paragrafu 22 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2013.

    (106)  L-Azzjoni 5 “Counter Harmful Tax Practices More Effectively, Taking into Account Transparency and Substance”, u l-Azzjoni 6 “Prevent Treaty Abuse” (http://www.oecd.org/tax/beps/action-plan-on-base-erosion-and-profit-shifting-9789264202719-en.htm).

    (107)  L-Azzjoni 5 tar-Rapport u l-Linji Gwida BEPS mill-Forum dwar il-Kompetizzjoni tat-Taxxa Dannuża tal-OECD, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ attività sostanzjali fil-kuntest ta’ reġimi mhux tal-PI (https://www.oecd.org/tax/beps/beps-actions/action5/).

    (108)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

    (109)  ‘Tax and economic analysis report’, Ernest & Young, 24 ta’ Settembru 2018, p. 66.

    (110)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafi 282 sa 318.

    (111)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafi 296 sa 298.

    (112)  Paragrafu 34 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (113)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16), id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82 22.3.2001, p. 16), jew id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

    (114)  Il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro mogħtija fis-27 ta’ Jannar 2005, Celtec, C-478/03, ECLI:EU:C:2005:66.

    (115)  Il-Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar 2009, kif emendata mil-Liġi Nru 14/2018 tad-19 ta’ Marzu 2018.

    (116)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 222.

    (117)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9); ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1), u d-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8).

    (118)  Il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2003, Collins, C-138/02, ECLI:EU:C:2003:409.

    (119)  “Tax and economic analysis report”, Ernest & Young, Settembru 2018, p. 54.

    (120)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 4811 tal-11 ta’ Diċembru 2002, għajnuna mill-Istat N 222/A/02 – il-Portugall – Skema ta’ għajnuna relatata maż-Zona Franca da Madeira għall-perjodu mill-2003 sal-2006 (ĠU C 65, 19.3.2003, p. 23) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 92 tal-4 ta’ April 2003 (Għajnuna mill-Istat N222/B/2002 – il-Portugall - Regime de auxílios da Zona Franca da Madeira para o período 2003-2006). Ara wkoll l-ittra D/52122 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2002 u l-ittra ta’ tweġiba Portugiża tat-3 ta’ Ġunju 2002 (1580).

    (121)  L-impenn għandu jiġi interpretat kontra l-pożizzjoni li l-Portugall iddikjara fil-“proċess ta’ negozjar” tal-iskema ta’ għajnuna. Il-Portugall ressaq l-argument li l-iskema ZFM jenħtieġ li titqies fuq il-proporzjonalità għall-kostijiet addizzjonali li jġarrbu l-kumpaniji fir-reġjun ultraperiferiku ta’ Madeira (“ir-restrizzjoni tal-idea tal-proporzjonalità għall-kostijiet addizzjonali kwantifikabbli sempliċi jfisser li titnaqqas l-importanza tal-Artikolu 349 tat-TFUE (ex-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE)”). Ara l-ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, pp. 22-24.

    (122)  Il-paragrafu 41 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (123)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (C(2003) 1422) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

    (124)  Il-premessa 29 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (125)  Il-paragrafu 42 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (126)  Nota 55 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (127)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Frar 1996, Duff et, C-63/93, ECLI:EU:C:1996:51, il-paragrafu 20, u l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Cosmas tat-8 ta’ Ġunju 1995, ECLI:EU:C:1995:170; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2007, Britannia Alloys & Chemicals vs Il-Kummissjoni, C-76/06 P, ECLI:EU:C:2007:326, il-paragrafu 79; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Novembru 2008, Förster, C-158/07, ECLI:EU:C:2008:630, il-paragrafu 67.

    (128)  Associação Comercial e Industrial do Funchal (‘ACIF’), Câmara do Comércio e Indústria dos Açores (‘CCIA’), Confederação de Comércio e Serviços de Portugal (‘CCP’), Confederação da Indústria Portuguesa (‘CIP’), Confederação de Turismos de Portugal (‘CTP’), l-Assoċjazzjoni Portugiża tas-Sidien tal-Vapuri Internazzjonali Ewropej (‘EISAP’) u ‘EURODOM’ (assoċjazzjoni rappreżentattiva tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi).

    (129)  Sociedade de Desenvolvimento da Madeira S.A. (“SDM”). Mill-1984, l-SDM, hija l-kumpanija responsabbli, f’isem il-Gvern Reġjonali ta’ Madeira (“kuntratt ta’ konċessjoni”), għall-ġestjoni, għall-amministrazzjoni u għall-promozzjoni taż-ZFM (imsejħa wkoll iċ-“Ċentru Internazzjonali tan-Negozju ta’ Madeira”, “IBC”).

    (130)  L-ACIF hija assoċjazzjoni tan-negozju li tirrappreżenta 800 kumpanija assoċjata mis-setturi kollha ta’ attività (63 % fin-negozjar u s-servizzi, 23 % fl-industrija, u 14 % fit-turiżmu).

    (131)  OECD Model Tax Convention on Income and Capital: condensed version 2017 (https://www.oecd-ilibrary.org/taxation/model-tax-convention-on-income-and-on-capital-condensed-version_20745419

    (132)  Ara l-ittra mill-ACIF tat-12 ta’ April 2019, l-Anness I dwar id-difiża taż-ZFM u l-kumpaniji tagħhom, p. 26.

    (133)  It-twettiq ta’ dawn id-dmirijiet ma jistax jiġi remunerat. Ir-remunerazzjoni hija stabbilita liberament mill-kumpanija u mhux neċessarjament tikkorrelata mal-għadd ta’ sigħat attwalment maħduma jew mar-remunerazzjoni li jaqilgħu impjegati oħra. Ma hemm l-ebda prestazzjoni fuq bażi esklużiva, sakemm ma tkunx imposta mill-kumpanija u aċċettata mid-detentur tal-bord maniġerjali. Dawn id-dmirijiet, bħala regola, jitwettqu fuq eżenzjoni mis-sigħat tax-xogħol, u ma huma soġġetti għall-ebda limitu minimu jew massimu tal-perjodu tax-xogħol.

    (134)  Fil-31 ta’ Diċembru 2017, fir-rigward tal-impjiegi, kien hemm [5 000-10 000] persuna impjegata fiż-ZFM ([1 000-3 000] fis-servizzi Internazzjonali; [100-1 000] fiż-żona industrijali, u [4 000-6 000] fir-Reġistru Internazzjonali tat-Trasport Marittimu). Fl-2018, skont id-data miġbura direttament permezz ta’ stħarriġ imwettaq mill-ACIF, kien hemm [1 000-3 000] impjegat fil-parti tas-servizzi internazzjonali taż-ZFM. Fil-31 ta’ Diċembru 2018, [1 000-3 000] kumpanija ġew stabbiliti fiż-ZFM. Skont id-data miġbura mill-Awtorità tat-Taxxa ta’ Madeira, fl-2018 iż-ZFM iġġenerat dħul mit-taxxa dirett lir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira ta’ EUR [50 000-200 000], li jikkorrispondu għal [10-20] % tad-dħul mit-taxxa globali miġbur fir-reġjun. Skont id-data mill-Bank tal-Portugall tal-2013, iż-ZFM kien responsabbli ta’ [10-20] % tal-investiment dirett fil-Portugall. Ara d-difiża tal-ACIF taż-ZFM u l-kumpaniji li jinsabu fiha, pp. 29-35 (l-Anness I mehmuż mal-ittra mill-ACIF tat-12 ta’ April 2019).

    (135)  Fl-ammissjoni li l-kumpaniji kollha li bħalissa huma installati fiż-ZFM iwaqqfu l-attività tagħhom fir-reġjun (ix-xenarju 1), huwa stmat li se jkun hemm tnaqqis fil-GVA ta’ bejn [1-10] % u [10-20] %, bħala perċentwal tal-GVA fl-2015, u tnaqqis fl-impjiegi ta’ bejn [1 000-4 000] u [5 000-7 000] impjieg. Jekk tinżamm xi ftit mill-attività attwali, iżda l-kumpaniji responsabbli għal [80-90] % tal-GVA attwalment iġġenerat fiż-ZFM iwaqqfu l-attività tagħhom (ix-xenarju 2), l-effetti previsti jikkorrispondu wkoll għal kriżi, bi tnaqqis ta’ minn [1-10] % sa [1-10] % u telf ta’ bejn [1 000-3 000] u [4 000-6 000] impjieg. Ara l-ittra mill-ACIF tat-12 ta’ April 2018, pp. 36-37, u l-istudju mehmuż ikkummissjonat mill-ACIF liċ-Ċentru għall-Istudji Applikati tal-Università Kattoliku Portugiża f’Liżbona: CONFRARIA, João, ‘Impacto do Centro Internacional de Negócios da Madeira na economia da Região’, Universidade Católica de Lisboa – Centro de Estudos Aplicados, 4 ta’ April 2019, p. 1-25.

    (136)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2012, SIAT, C-318/10, ECLI:EU:C:2012:415; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2013, Itelcar, C-282/12, ECLI:EU:C:2013:629; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington Hungary and Others, C-98/14, ECLI:EU:C:2015:386.

    (137)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2005, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-506/03, ECLI:EU:C:2005:715, il-paragrafu 58; u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2014, Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni, T-57/11, ECLI:EU:T:2014:1021, il-paragrafu 189.

    (138)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Ġunju 2019 (2019/082914).

    (139)  Fl-1 ta’ Diċembru 1997, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, adottaw riżoluzzjoni dwar Kodiċi tal-Kondotta għat-tassazzjoni tal-intrapriżi, bl-għan li tiġi limitata l-kompetizzjoni dannuża fit-taxxa. Il-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) ġie stabbilit fil-qafas tal-Kunsill mill-Kunsill tal-ECOFIN fid-9 ta’ Marzu 1998 biex jivvaluta l-miżuri tat-taxxa li jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kodiċi tal-Kondotta (ĠU C 99, 1.4.1998, p. 1). Ara https://www.consilium.europa.eu/mt/council-eu/preparatory-bodies/code-conduct-group/.

    (140)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Ġunju 2019, p. 3.

    (141)  Il-premessa 67 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (142)  Il-premessa 99 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (143)  Il-Liġi Nru 13/91 tal-5 ta’ Ġunju 1991, kif emendata mil-Liġi Nru 130/99 tal-21 ta’ Awwissu 1999 u l-Liġi 12/2000 tal-21 ta’ Ġunju 2000.

    (144)  L-Artikolu 107(4) u l-Artikolu 146 tal-Estatuto.

    (145)  L-Artikolu 108(b) tal-Estatuto.

    (146)  L-Artikolu 112(1)(b) u (e) tal-Estatuto. Ara wkoll l-Artikolu 26 tal-Liġi Nru 2/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 (il-Liġi tal-Finanzi tar-Reġjuni Awtonomi, Lei das Finanças das Regiões Autónomas,“LFRA”).

    (147)  L-Artikoli 55 u 56 tal-LFRA.

    (148)  L-Artikolu 59(2) tal-LFRA.

    (149)  L-Artikolu 146(4) tal-Estatuto u l-Artikolu 59(6) tal-LFRA.

    (150)  L-Artikolu 5, l-Artikolu 26 u l-Artikolu 59(2), (3), (4) u (6) tal-LFRA. Għall-perjodu mill-2007 sal-2013, ara l-Liġi Nru 1/2007, tad-19 ta’ Frar, kif emendata bil-Liġi Nru 1/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010, bil-Liġi Nru 2/2010 tas-16 ta’ Ġunju u bil-Liġi Nru 64/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012.

    (151)  3 % mill-2007 sal-2009, 4 % mill-2010 sal-2012, 5 % mill-2013 sal-2020, minflok 29 % fl-2007, 20 % mill-2008 sal-2011, 25 % mill-2012 sal-2013, 23 % fl-2014 u 21 % mill-2015 sal-2020.

    (152)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline and Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, C-143/99, ECLI:EU:C:2001:598, il-paragrafu 38; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Marzu 1994, Banco Exterior de España, C-387/92, ECLI:EU:C:1994:100, il-paragrafu 13; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Diċembru 1998, Ecotrade, C-200/97, ECLI:EU:C:1998:579, il-paragrafu 34.

    (153)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 24; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2006, Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni, T-351/02, ECLI:EU:T:2006:104, il-paragrafu 103.

    (154)  Ara l-premessi 68 u 69 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (155)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 132.

    (156)  Nota 5 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (157)  29 % fl-2007 (l-Artikolu 12 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 3/2007/M tad-9 ta’ Jannar 2007); 20 % mill-2008 sal-2011 (l-Artikolu 15 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 2/2008/M tas-16 ta’ Jannar 2008, l-Artikolu 14 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 45/2008/M tal-31 ta’ Diċembru 2008, l-Artikolu 13 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 34/2009/M tal-31 ta’ Diċembru 2009 u l-Artikolu 14 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 2/2011/M tal-10 ta’ Jannar 2008); 25 % mill-2012 sal-2013 (l-Artikolu 2 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 20/2011/M tas-26 ta’ Diċembru 2011, u l-Artikolu 16 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 42/2012/M tal-31 ta’ Diċembru 2012); 23 % fl-2014 (l-Artikolu 18 tad-Decreto Legislativo Regional Nru 31-A/2013/M tal-31 ta’ Diċembru 2013).

    (158)  Nota 15 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (159)  Il-premessa 113 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (160)  Il-Premessa 99 in fine ta’ din id-Deċiżjoni.

    (161)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta Settembru 1980, Philip Morris, C-730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafu 80.

    (162)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta et. vs Il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafu 141 sa 147.

    (163)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ April 2001, Regione autonoma Friuli-Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni, T-288/97, ECLI:EU:T:2001:115, il-paragrafu 41.

    (164)  Digriet Liġi Nru 500/80 tal-20 ta’ Ottubru 1980 u d-Digriet Regolatorju Reġjonali Nru 53/82 tat-23 ta’ Awwissu 1982. Ara wkoll id-Digriet Liġi Nru 502/85 tat-30 ta’ Diċembru 1985 u d-Digriet Liġi Nru 165/86 tas-26 ta’ Ġunju 1986.

    (165)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 67.

    (166)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 85.

    (167)  L-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti għat-Trattati (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23).

    (168)  Ara n-nota 9 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (169)  Ara l-preambolu tad-Digriet Liġi 163/2003 tal-24 ta’ Lulju 2003.

    (170)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5). Dan ir-Regolament applika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 (ara l-Artikolu 6).

    (171)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

    (172)  Fil-kuntest tan-notifika tal-iskema ZFM ippreżentata lill-Kummissjoni fl-2006, il-Portugall jirreferi għall-iskema ZFM bħala “skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali”. Ara l-ittra mill-Portugall tat-28 ta’ Ġunju 2006 (1900/80932); b’mod partikolari s-sottotaqsimiet 2.1 u 10 tal-formola ta’ notifika ġenerali, is-sottotaqsima 1.2 tal-iskeda ta’ informazzjoni supplimentari, il-preambolu tal-abbozz ta’ liġi nnotifikat, il-memorandum ta’ spjegazzjoni u l-preambolu tad-Digriet Liġi Nru 163/2003 tal-24 ta’ Lulju 2003. Ara wkoll l-ittri mill-Portugall tad-29 ta’ Ottubru 2015, p. 22, tal-31 ta’ Marzu 2016, p. 4, u tal-21 ta’ Novembru 2017, pp. 5-6.

    (173)  Ittra mill-Portugall tad-19 ta’ Diċembru 2006.

    (174)  2007 RAG, il-paragrafu 6.

    (175)  2007 RAG, il-paragrafu 76.

    (176)  Il-paragrafi 53 u 59 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (177)  Il-premessa 74 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (178)  Il-premessa 77 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (179)  Il-premessi 100 u 101 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (180)  Il-premessi 73 u 74 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (181)  Ittra mill-Portugall tat-28 ta’ Ġunju 2006 (notifika tar-Reġim III).

    (182)  Il-paragrafu 64 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007.

    (183)  Il-premessa 87 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (184)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju C(2003) 1422 (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

    (185)  Il-premessi 52 u 57 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (186)  Ittra tal-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2019, il-paragrafi 106, 107, u 272.

    (187)  Il-paragrafu 41 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (188)  Il-Kummissjoni pproponiet miżuri xierqa biex temenda jew tabolixxi skemi ta’ għajnuna reġjonali eżistenti preċedenti fid-dawl tar-regoli adottati l-ġodda, kif dejjem ikun il-każ wara l-adozzjoni ta’ linji gwida ġodda.

    (189)  State Aid: Guidelines on national regional aid for 2007-2013: Acceptance by 24 Member States of the Commission’s proposal of the appropriate measures pursuant to Article 88(1) of the EC Treaty (2006/C 153/04) (ĠU C 153, 1.7.2006, p. 1).

    (190)  Ittra mill-Portugall tas-26 ta’ Settembru 2018, il-paragrafu 209.

    (191)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Marzu 2016, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-431/14 P, ECLI:EU:T:2016:145, il-paragrafi 69 u 70.

    (192)  “Centro Internacional de Negócios da Madeira”, Sociedade de Desenvolvimento da Madeira, Statistika, Diċembru 2018.

    (193)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava and Others, v Commission, T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 to T-88/02, ECLI:EU:C:2009:314, il-paragrafu 226.

    (194)  2007 RAG, il-paragrafu 80.

    (195)  L-Artikolu 58(1) tal-GBER tal-2014.

    (196)  Il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li ssir analiżi tal-karattru tal-għajnuna tal-iskema, minħabba li l-Portugall qatt ma argumenta li l-iskema ZFM ma kinitx tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1, li ma għadux fis-seħħ).

    (197)  L-Artikolu 58(1) tal-GBER tal-2014.

    (198)  Il-premessa 71 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (199)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-paragrafu 13.

    (200)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-paragrafu 66.

    (201)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-paragrafi 64 u 65.

    (202)  Nota 170 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (203)  Nota 171 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

    (204)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).

    (205)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1). Ara, b’mod partikolari, l-emenda tal-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(3) mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).

    (206)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli (2019/C 247/01) (ĠU C 247, 23.7.2019, p. 1), il-paragrafi 68 u 72.

    (207)  Il-premessi 94 u 95 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (208)  Il-premessa 110 ta’ din id-Deċiżjoni.

    (209)  Is-sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Mejju 1975, CNTA vs Commission, 74/74, ECLI:EU:C:1975:59, il-paragrafu 44.

    (210)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2005, VEMW et, C-17/03, ECLI:EU:C:2005:362, il-paragrafu 73.

    (211)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2001, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-403/99, ECLI:EU:C:2001:507, il-paragrafu 35.

    (212)  Ara, għal dak il-għan, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2000, Rombi and Arkopharma, C-107/97, ECLI:EU:C:2000:253, il-paragrafu 66 u l-ġuriżprudenza ċċitata fih, u l-Konklużjoni tal-Avukat Ġenerali Léger tad-9 ta’ Frar 2006, Ir-Renju tal-Belġju u Forum 187 ABSL vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, kawżi magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:89, il-paragrafu 367.

    (213)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Lulju 2011, Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, C-194/09 P, ECLI:EU:C:2011:497, il-paragrafu 71 u l-ġuriżprudenza ċċitata fih; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2005, Branco vs Il-Kummissjoni, T-347/03, ECLI:EU:T:2005:265, il-paragrafu 102 u l-ġurisprudenza ċċitata fih; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2006, Cementbouw Handel & Industrie vs Il-Kummissjoni, T-282/02, ECLI:EU:T:2006:64, il-paragrafu 77; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2009, CPEM vs Il-Kummissjoni, T-444/07, ECLI:EU:T:2009:227, il-paragrafu 126.

    (214)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Frar 2006, TEA-CEGOS et vs Il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda T-376/05 u T-383/05, ECLI:EU:T:2006:47, il-paragrafu 88 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha. Ara wkoll b’analoġija s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Novembru 2009, Franza u France Télécom vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi magħquda T-427/04 u T-17/05, ECLI:EU:T:2009:474, il-paragrafu 261.

    (215)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Marzu 1997, Land Rheinland-Pfalz vs Alcan Deutschland, C-24/95, ECLI:EU:C:1997:163, il-paragrafu 25 u l-ġuriżprudenza ċċitata fih.

    (216)  Ittra tad-9 ta’ Novembru 2006 (D/54422).

    (217)  Ittra ta’ tweġiba mill-Portugall tad-19 ta’ Diċembru 2006.


    Top