Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0530(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2022 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika 2022/C 211/02

ST/8716/2022/INIT

ĠU C 211, 30.5.2022, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Mejju 2022

li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

(2022/C 211/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2020 (2), il-Kunsill ħatar żewġ membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (il-’’Bord’’) għal mandat ta’ tliet snin mill-1 ta’ Frar 2021.

(2)

Wieħed mit-tliet membri tal-Bord maħtur mill-Kunsill, is-Sur Jørgen ELMESKOV, irriżenja qabel ma skada l-mandat tiegħu.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord.

(4)

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE jgħid li l-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Martine DURAND hija b’dan maħtura membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal mandat ta’ tliet snin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2020 li taħtar żewġ membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 445, 22.12.2020, p. 3).


Top