EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0254

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/254 tas-17 ta’ Diċembru 2021 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Repubblika tal-Korea taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (notifikata bid-dokument C(2021) 9316) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/9316

ĠU L 44, 24.2.2022, p. 1–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/254/oj

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/254

tas-17 ta’ Diċembru 2021

skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Repubblika tal-Korea taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(notifikata bid-dokument C(2021) 9316)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(3) tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi r-regoli għat-trasferiment tad-data personali minn kontrolluri jew minn proċessuri fl-Unjoni lejn pajjiżi terzi u lejn organizzazzjonijiet internazzjonali sa fejn tali trasferimenti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Ir-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali tad-data huma stabbiliti fil-Kapitolu V (l-Artikoli 44 sa 50) ta’ dak ir-Regolament. Filwaqt li l-fluss tad-data personali lejn u minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huwa essenzjali għall-espansjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u tal-kummerċ transfruntieri, il-livell ta’ protezzjoni mogħti lid-data personali fl-Unjoni ma jistax jiġi mminat mit-trasferimenti lejn pajjiżi terzi (2).

(2)

Skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jiżgura(w) livell adegwat ta’ protezzjoni. Skont din il-kundizzjoni, it-trasferimenti tad-data personali lejn pajjiż terz jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri, kif previst fl-Artikolu 45(1) u fil-premessa 103 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(3)

Kif speċifikat fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza trid tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tal-ordinament ġuridiku tal-pajjiż terz, li tkopri kemm ir-regoli applikabbli għall-importaturi tad-data kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-aċċess għal data personali mill-awtoritajiet pubbliċi. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-pajjiż terz inkwistjoni jiggarantix livell ta’ protezzjoni “essenzjalment ekwivalenti” għal dak żgurat fl-Unjoni Ewropea (il-premessa 104 tar-Regolament (UE) 2016/679). Jekk dan ikunx il-każ irid jiġi evalwat fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679, kif ukoll fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Kif iċċarat il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan ma jeħtieġx li jinstab livell identiku ta’ protezzjoni (4). B’mod partikolari, il-mezzi li l-pajjiż terz inkwistjoni juża għall-protezzjoni tad-data personali jistgħu jkunu differenti minn dawk użati fl-Unjoni, dment li juru bil-provi, fil-prattika, li jkunu effettivi fl-iżgurar ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni (5). Għalhekk, l-istandard tal-adegwatezza ma jeħtieġx replikazzjoni minn punt sa punt tar-regoli tal-Unjoni. Minflok, it-test huwa dwar jekk, permezz tas-sustanza tad-drittijiet dwar il-privatezza u l-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tagħhom, is-sistema barranija meqjusa b’mod sħiħ tilħaqx il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni (6). L-adegwatezza referenzjali tal-Bord Ewropew għall-protezzjoni tad-data, li tfittex li tiċċara aktar dan l-istandard, tipprovdi wkoll gwida f’dan ir-rigward (7).

(5)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-liġi u l-prattika tal-Korea. Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (8)- (208), il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika tal-Korea tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali trasferita minn kontrollur jew proċessur fl-Unjoni (8) lil kontrolluri tal-informazzjoni personali (eż. persuni fiżiċi jew ġuridiċi, organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet pubbliċi) li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni personali (l-Att Nru 10465 tad-29 ta' Marzu 2011, kif emendat l-aħħar mill-Att Nru 16930 tal-4 ta' Frar 2020). Dan jinkludi kemm kontrolluri u wkoll proċessuri (msejħa "appaltaturi" (9)) fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679. Is-sejba ta' adegwatezza ma tkoprix l-ipproċessar ta’ data personali għall-attivitajiet missjunarji minn organizzazzjonijiet reliġjużi u għan-nomina ta' kandidati minn partijiet politiċi, jew l-ipproċessar ta' informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu minn kontrolluri li huma suġġetti għas-sorveljanza mill-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji.

(6)

Din il-konklużjoni tikkunsidra s-salvagwardji addizzjonali stabbiliti fin-Notifika Nru 2021-5 (l-Anness I) u r-rappreżentazzjonijiet, l-assigurazzjonijiet u l-impenji uffiċjali mill-Gvern tal-Korea lill-Kummissjoni (l-Anness II).

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha l-effett li t-trasferimenti lill-kontrolluri tal-informazzjoni personali fir-Repubblika tal-Korea jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri. Ma taffettwax l-applikazzjoni diretta tar-Regolament (UE) 2016/679 għal tali entitajiet meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet marbuta mal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti fl-Artikolu 3 tiegħu.

2.   REGOLI LI JAPPLIKAW GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DATA PERSONALI

2.1   Il-qafas tal-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea

(8)

Is-sistema legali li tirregola l-privatezza u l-protezzjoni tad-data fil-Korea hi stabbilita fil-Kostituzzjoni Koreana promulgata fis-17 ta’ Lulju 1948. Filwaqt li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ma huwiex stabbilit b’mod espliċitu fil-Kostituzzjoni, huwa madankollu rikonoxxut bħala dritt bażiku, derivat mid-drittijiet kostituzzjonali għad-dinjità tal-bniedem u t-tfittxija tal-kuntentizza (l-Artikolu 10), il-ħajja privata (l-Artikolu 17) u l-privatezza tal-komunikazzjoni (l-Artikolu 18). Dan ġie kkonfermat kemm mill-Qorti Suprema kif ukoll (10) mill-Qorti Kostituzzjonali (11). Restrizzjonijiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali (inkluż id-dritt għall-privatezza) jistgħu jkunu imposti biss b'liġi, meta meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali jew għaż-żamma tal-ordni pubbliku għall-benesseri pubbliku, u ma jistgħux jaffetwaw l-essena tad-dritt jew libertà inkwistjoni (l-Artikolu 37(2)).

(9)

Minkejja li l-Kostituzzjoni f’diversi postijiet tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini Koreani, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin huma s-suġġett ta’ drittijiet bażiċi (12). B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u tal-valur ta’ persuna bħala bniedem, kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza, huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, mhux biss taċ-ċittadini (13). Barra minn hekk, skont ir-rappreżentazzjonijiet uffiċjali mill-Gvern tal-Korea (14), huwa ġeneralment rikonoxxut li l-Artikoli 12 sa 22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-drittijiet tal-privatezza) jipprevedu drittijiet bażiċi tal-bniedem (15). Għalkemm sa issa ma teżisti l-ebda ġurisprudenza speċifikament dwar id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini barranin, il-fatt li huwa msejjes fuq il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u t-tfittxija tal-kuntentizza jimmilita favur din il-konklużjoni (16).

(10)

Barra minn hekk, il-Korea adottat serje ta’ liġijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-data li jipprovdu salvagwardji għall-individwi kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom (17). Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-liġijiet rilevanti huma:

L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (PIPA);

l-Att dwar l-Użu u l-Protezzjoni tal-Informazzjoni dwar il-Kreditu (18);

l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet.

(11)

Il-PIPA jipprovdi l-qafas legali ġenerali għall-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea. Dan huwa ssupplimentat b’Digriet ta’ Infurzar (id-Digriet tal-President Nru 23169 tad-29 ta’ Settembru 2011, emendat l-aħħar bid-Digriet tal-President Nru 30892 tal-4 ta’ Awwissu 2020) (id-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA), li bħall-PIPA huwa legalment vinkolanti u infurzabbli.

(12)

Barra minn hekk, in-“Notifiki” regolatorji adottati mill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (PIPC) jipprovdu aktar regoli dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-PIPA. Abbażi tal-Artikolu 5 (Obbligi tal-Istat) u l-Artikolu 14 tal-PIPA (Kooperazzjoni Internazzjonali), il-PIPC adottat in-notifika Nru 2021-5 tal-1 ta’ Settembru 2020 (kif emendata bin-Nru 2021-1 tal-21 ta’ Jannar 2021, u n-Notifika Nru 2021-5 tas-16 ta’ Novembru 2021, in-Notifika Nru 2021-5) dwar l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-PIPA. Din in-Notifika tipprovdi kjarifiki li japplikaw għal kwalunkwe proċessar tad-data personali skont il-PIPA kif ukoll salvagwardji addizzjonali għad-data personali ttrasferita lill-Korea abbażi ta’ din id-Deċiżjoni. In-Notifika hija legalment vinkolanti fuq il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u infurzabbli kemm mill-PIPC kif ukoll mill-qrati (19). Ksur tar-regoli stabbiliti fin-Notifika jinvolvi ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PIPA li jikkomplementaw. Għalhekk, il-kontenut tas-salvagwardji addizzjonali huwa analizzat bħala parti mill-valutazzjoni tal-Artikoli rilevanti tal-PIPA. Fl-aħħar nett, gwida ulterjuri dwar il-PIPA u d-Digriet tal-Infurzar tiegħu, li jinforma l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data mill-PIPC, hija pprovduta fil-Manwal u l-Linji Gwida tal-PIPA adottati mill-PIPC (20).

(13)

Barra minn hekk, l-Att dwar l-Użu u l-Protezzjoni tal-Informazzjoni dwar il-Kreditu (CIA) jistabbilixxi regoli speċifiċi li japplikaw kemm għall-operaturi kummerċjali “ordinarji” kif ukoll għal entitajiet speċjalizzati (bħal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji) meta jipproċessaw informazzjoni personali dwar il-kreditu, li hija informazzjoni meħtieġa biex tiġi ddeterminata l-affidabbiltà kreditizja tal-partijiet għal tranżazzjonijiet finanzjarji jew kummerċjali. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-isem, id-dettalji tal-kuntatt, it-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-istatus tal-assigurazzjoni, jew il-bilanċ tas-self meta tali informazzjoni tintuża biex tiġi ddeterminata l-affidabbiltà kreditizja ta’ individwu (21). Min-naħa l-oħra, fejn tali informazzjoni tintuża għal skopijiet oħra (bħar-riżorsi umani), il-PIPA japplika fl-intier tiegħu. Dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tad-data tas-CIA, is-superviżjoni tal-konformità issir parzjalment mill-PIPC (għall-organizzazzjonijiet kummerċjali, ara l-Artikolu 45-3 tas-CIA. u parzjalment mill-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji (22) (għas-settur finanzjarju, inkluż l-aġenziji tal-gradazzjoni tal-kreditu, banek, kumpaniji tal-assigurazzjoni, banek mutwi, kumpaniji finanzjarji speċjalizzati fil-kreditu, kumpaniji tal-finanzjament tat-titoli, unjonijiet ta' kreditu, eċċ, ara l-Artikolu 45(1) tas-CIA flimkien mal-Artikolu 36-2 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA u l-Artikolu 38 tal-Att dwar il-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji). F’dan ir-rigward, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huwa limitat għall-operaturi kummerċjali li huma soġġetti għas-sorveljanza tal-PIPC (23). Ir-regoli speċifiċi tas-CIA li japplikaw f’dan il-kuntest (ir-regoli ġenerali tal-PIPA japplikaw fejn ma teżisti l-ebda regola speċifika) huma deskritti fit-Taqsima 2.3.11.

2.2   Kamp ta' applikazzjoni ratione materiae u ratione personae tal-PIPA

(14)

Ħlief kif previst speċifikament mod ieħor f’atti oħra, il-protezzjoni tad-data personali hija rregolata mill-PIPA (l-Artikolu 6). Il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione personae tiegħu huwa ddeterminat mill-kunċetti definiti ta’ “informazzjoni personali”, “ipproċessar” u “kontrollur tal-informazzjoni personali”.

2.2.1   Definizzjoni ta’ data personali

(15)

L-Artikolu 2(1) tal-PIPA jiddefinixxi l-informazzjoni personali bħala informazzjoni relatata ma’ individwu ħaj li tidentifika l-individwu direttament, pereżempju permezz ta’ ismu, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu bħala resident jew l-immaġni tiegħu, jew indirettament, jiġifieri fejn l-informazzjoni li minnha nnifisha ma tistax tidentifika individwu partikolari tista’ faċilment tiġi kkombinata ma’ informazzjoni oħra. Jekk l-informazzjoni tistax tiġi kkombinata “faċilment” jiddependi fuq jekk tali kombinament huwiex raġonevolment probabbli, filwaqt li titqies il-possibbiltà li tinkiseb informazzjoni oħra kif ukoll il-ħin, il-kost u t-teknoloġija meħtieġa biex jiġi identifikat individwu.

(16)

Barra minn hekk, informazzjoni psewdonima – jiġifieri informazzjoni li ma tistax tidentifika individwu speċifiku mingħajr l-użu jew il-kombinament tagħha ma’ informazzjoni addizzjonali biex tiġi rrestawrata fl-istat oriġinali tagħha – titqies bħala data personali skont il-PIPA (l-Artikolu 2(1) lit. c) tal-PIPA). Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni li hija kompletament “anonimizzata” hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-PIPA (l-Artikolu 58-2 tal-PIPA). Dan huwa l-każ għal informazzjoni li ma tistax tidentifika individwu speċifiku, anke jekk tkun ikkombinata ma’ informazzjoni oħra, filwaqt li jitqiesu l-ħin, il-kost u t-teknoloġija raġonevolment meħtieġa għall-identifikazzjoni.

(17)

Dan jikkorrispondi għall-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-kunċetti tiegħu ta’ “data personali”, “psewdonimizzazzjoni” (24) u “informazzjoni anonimizzata” (25).

2.2.2   Definizzjoni tal-ipproċessar

(18)

Il-kunċett ta’ “proċessar” huwa definit b’mod wiesa’ fil-PIPA li jkopri l-“ġbir, il-ġenerazzjoni, il-konnessjoni, l-interlokkjar, ir-reġistrazzjoni, il-ħżin, iż-żamma, l-ipproċessar tal-valur miżjud, l-editjar, it-treġġigħ lura, l-output, il-korrezzjoni, l-irkupru, l-użu, il-provvediment, u d-divulgazzjoni, il-qerda tal-informazzjoni personali u attivitajiet simili oħra” (26). Għalkemm ċerti dispożizzjonijiet fil-PIPA jirreferu biss għal tipi speċifiċi ta’ proċessar, bħal “użu”, “provvediment” jew “ġbir” (27), il-kunċett ta’ “użu” huwa interpretat bħala li jinkludi kwalunkwe tip ta’ proċessar għajr “ġbir” jew “provvediment” (lil terzi). Din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-“użu” b’hekk tiżgura li ma jkun hemm l-ebda lakuna fil-protezzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ proċessar. Għalhekk, il-kunċett tal-ipproċessar jikkorrispondi għall-istess kunċett skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.2.3   Kontrollur tal-informazzjoni personali u “appaltatur”

(19)

Il-PIPA japplika għal “kontrolluri ta’ informazzjoni personali” (kontrollur). Simili għar-Regolament (UE) 2016/679, dan jinkludi kwalunkwe istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni jew individwu li jipproċessa data personali direttament jew indirettament biex joperaw fajls tad-data personali (28). F’dan il-kuntest, “fajl ta’ informazzjoni personali” tfisser kwalunkwe “sett jew settijiet ta’ informazzjoni personali rranġati jew organizzati b’mod sistematiku bbażat fuq ċerta regola għal aċċess faċli għall-informazzjoni personali” (l-Artikolu 2(4) tal-PIPA) (29). Internament, il-kontrollur huwa obbligat li jħarreġ lill-persuni involuti fl-ipproċessar taħt id-direzzjoni tiegħu, bħall-uffiċjali tal-kumpanija jew l-impjegati, u li jeżerċita kontroll u superviżjoni xierqa (l-Artikolu 28(1) tal-PIPA).

(20)

L-obbligi speċifiċi japplikaw meta kontrollur (l-“esternalizzatur”) jesternalizza l-ipproċessar tad-data personali lil terzi (l-“appaltatur”). B’mod partikolari, l-esternalizzazzjoni trid tkun irregolata minn arranġament legalment vinkolanti (tipikament kuntratt) (30) li jistabbilixxi l-ambitu tax-xogħol esternalizzat, l-iskop tal-ipproċessar, is-salvagwardji tekniċi u maniġerjali li jridu jiġu applikati, is-superviżjoni mill-kontrollur, ir-responsabbiltà (bħall-kumpens għad-danni kkawżati minn ksur tal-obbligi kuntrattwali) kif ukoll il-limitazzjonijiet għal kwalunkwe sottoproċessar (31) (l-Artikolu 26(1), (2) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 28(1) tad-Digriet tal-Infurzar) (32).

(21)

Barra minn hekk, il-kontrollur għandu jippubblika, u jaġġorna kontinwament, id-dettalji dwar ix-xogħol esternalizzat u l-identità tal-appaltatur, jew, sa fejn l-ipproċessar esternalizzat jikkonċerna attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, jinnotifika direttament lill-individwi bl-informazzjoni rilevanti (l-Artikolu 26(2), (3) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 28(2)-(5) tad-Digriet tal-Infurzar) (33).

(22)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 26(4) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 28(6) tad-Digriet tal-Infurzar, il-kontrollur huwa obbligat li “jeduka” lill-appaltatur dwar il-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa u jissupervizza, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet, jekk jikkonformax mal-obbligi kollha tal-kontrollur skont il-PIPA (34) kif ukoll skont il-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni. Meta l-appaltatur jikkawża dannu minħabba ksur tal-PIPA, l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjonijiet tiegħu jiġu attribwiti lill-kontrollur għall-finijiet tar-responsabbiltà bħal fil-każ ta’ impjegat (l-Artikolu 26(6) tal-PIPA).

(23)

Għalkemm il-PIPA għalhekk ma jużax kunċetti differenti għal “kontrolluri” u “proċessuri”, ir-regoli dwar l-esternalizzazzjoni jipprovdu obbligi u salvagwardji essenzjalment ekwivalenti bħal dawk li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-kontrolluri u l-proċessuri skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.2.4   Dispożizzjonijiet speċjali għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni

(24)

Filwaqt li l-PIPA japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn kwalunkwe kontrollur, ċerti dispożizzjonijiet fihom regoli speċifiċi (bħala lex specialis) għall-ipproċessar tad-data personali ta’ “utenti” minn “fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni” (35). Il-kunċett ta’ “utenti” jkopri individwi li jużaw servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (l-Artikolu 2(1) lit. 4 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Utilizzazzjoni tan-Network tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, l-Att dwar in-Network). Dan jeħtieġ li l-individwu jew juża direttament servizzi tat-telekomunikazzjoni pprovduti minn operatur tat-telekomunikazzjoni tal-Korea jew juża servizzi ta’ informazzjoni (36) pprovduti kummerċjalment (jiġifieri għal profitt) minn entità li min-naħa tagħha tiddependi fuq is-servizzi ta’ operatur tat-telekomunikazzjoni liċenzjat/irreġistrat fil-Korea (37). Fiż-żewġ każijiet, l-entità marbuta bid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-PIPA hija waħda li toffri servizz online direttament lil individwu (jiġifieri utent).

(25)

Min-naħa l-oħra, sejba ta’ adegwatezza tikkonċerna esklużivament il-livell ta’ protezzjoni mogħti lid-data personali ttrasferita minn kontrollur/proċessur fl-Unjoni lil entità f’pajjiż terz (hawnhekk: ir-Repubblika tal-Korea). F’dan l-aħħar xenarju, l-individwi fl-Unjoni normalment ikollhom relazzjoni diretta biss mal-“esportatur tad-data” fl-Unjoni u mhux ma’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni tal-Korea (38). Għalhekk, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-PIPA fir-rigward tad-data personali tal-utenti tas-servizzi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-aktar, se japplikaw biss f’sitwazzjonijiet limitati għal data personali ttrasferita skont din id-Deċiżjoni.

2.2.5   Eżenzjoni minn ċert dispożizzjonijiet tal-PIPA

(26)

L-Artikolu 58(1) tal-PIPA jeskludi l-applikazzjoni ta’ parti mill-PIPA (jiġifieri l-Artikoli 15 sa 57) fir-rigward ta’ erba’ kategoriji tal-ipproċessar tad-data (39). B’mod partikolari, il-partijiet tal-PIPA li jittrattaw ir-raġunijiet speċifiċi għall-ipproċessar, ċerti obbligi tal-protezzjoni tad-data, ir-regoli dettaljati għall-eżerċizzju tad-drittijiet individwali kif ukoll ir-regoli li jirregolaw is-soluzzjoni tat-tilwim mill-Kumitat tal-Medjazzjoni tat-Tilwim dwar l-Informazzjoni Personali ma japplikawx. Dispożizzjonijiet bażiċi oħra tal-PIPA jibqgħu applikabbli, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data (l-Artikolu 3 tal-PIPA) – inklużi pereżempju l-prinċipji tal-legalità, l-ispeċifikazzjoni tal-iskop u l-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data, il-preċiżjoni u s-sigurtà tad-data – u d-drittijiet individwali (tal-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u s-sospensjoni, ara l-Artikolu 4 tal-PIPA). Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jimponi obbligi speċifiċi fuq dawk l-attivitajiet ta’ proċessar, jiġifieri fir-rigward tal-minimizzazzjoni tad-data, iż-żamma limitata tad-data, il-miżuri ta’ sigurtà u t-trattament tal-ilmenti (40). B’konsegwenza ta’ dan, l-individwi xorta jistgħu jippreżentaw ilment lill-PIPC jekk dawn il-prinċipji u l-obbligi ma jiġux irrispettati u l-PIPC għandha s-setgħa li tieħu azzjoni ta’ infurzar f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

(27)

L-ewwel nett, l-eżenzjoni parzjali tkopri d-data personali miġbura skont l-Att dwar l-Istatistika għall-ipproċessar mill-istituzzjonijiet pubbliċi. Skont il-kjarifiki li waslu mill-Gvern tal-Korea, id-data personali pproċessata f’dan il-kuntest normalment tikkonċerna liċ-ċittadini Koreani u tista’ tinkludi biss b’mod eċċezzjonali informazzjoni dwar il-barranin, prinċipalment fil-każ ta’ statistika dwar id-dħul u t-tluq mit-territorju, jew dwar investimenti barranin. Madankollu, anke f’dawn is-sitwazzjonijiet, tali data normalment ma tiġix ittrasferita minn kontrolluri/proċessuri fl-Unjoni, iżda minflok tinġabar direttament mill-awtoritajiet pubbliċi fil-Korea (41). Barra minn hekk, simili għal dak li huwa previst fil-premessa 162 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-ipproċessar ta' data skont l-Att dwar l-Istatistika huwa suġġett għal bosta kundizzjonijiet u salvalgwardji. B'mod partikolari, l-Att dwar l-Istatistika jimponi obbligi speċifiċi, bħal biex ikunu żgurata l-akkuratezza, il-konsistenza u l-imparzjalità; tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-individwi; tiġi protetta l-informazzjoni ta’ dawk li wieġbu għal mistoqsijiet statistiċi anki bil-għan ta’ prevenzjoni li tali informazzjoni tintuża għal kwalunkwe għan ieħor għajr dak tal-ġbir tal-istatistika u biex il-membri tal-persunal jiġu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità. (42) Awtoritajiet pubbliċi li jipproċessaw l-istatistika jridu jikkonformaw ukoll, fost l-oħrajn, mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop u s-sigurtà (l-Artikoli 3 u 58 (4) tal-PIPA) u jippermettu lill-individwi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom (ta' aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni. ara l-Artikolu 4 tal-PIPA). Finalment, id-data trid tkun proċessata f'forma anonimizzata u psewdonimizzata jekk dan jippermetti li jkun sodisfatt l-iskop tal-ipproċessar (l-Artikolu 3(7) tal-PIPA).

(28)

It-tieni, l-Artikolu 58(1) tal-PIPA jirreferi għal data personali miġbura jew mitluba għall-analiżi ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonali. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-konsegwenzi ta’ din l-eżenzjoni parzjali huma deskritti f’aktar dettall fil-premessa (149).

(29)

It-tielet, l-eżenzjoni parzjali tapplika għad-data personali pproċessata temporanjament fejn dan ikun meħtieġ b’mod urġenti għas-sikurezza u s-sigurtà pubblika, inkluża s-saħħa pubblika. Din il-kategorija hija interpretata strettament mill-PIPC u, skont l-informazzjoni riċevuta, qatt ma ntużat. Tapplika biss f'emerġenzi li jeħtieġu azzjoni urġenti, pereżempju biex jiġu traċċati aġent infettiv, jew biex ikunu salvati jew mgħejuna vittmi ta' diżastri naturali (43). Anki f'dawk is-sitwazzjonijiet, l-eżenzjoni parzjali tkopri biss l-ipproċessar ta' data personali għal perjodu limitat biex titwettaq tali azzjoni. Sitwazzjonijiet fejn dan jista’ japplika għat-trasferimenti tad-data koperti minn din id-Deċiżjoni huma saħansitra aktar limitati, minħabba l-probabbiltà baxxa li d-data personali ttrasferita mill-Unjoni lill-operaturi Koreani tkun tat-tip li jista’ jagħmel l-ipproċessar sussegwenti tagħha “meħtieġ b’mod urġenti” għal emerġenzi bħal dawn.

(30)

Fl-aħħar nett, l-eżenzjoni parzjali tapplika għad-data personali miġbura jew użata mill-istampa, għal attivitajiet ta’ missjonijiet minn organizzazzjonijiet reliġjużi, jew għan-nomina ta’ kandidati minn partiti politiċi. L-eżenzjoni tapplika biss meta d-data personali tiġi pproċessata mill-istampa, mill-organizzazzjonijiet reliġjużi jew mill-partiti politiċi għal dawk l-għanijiet speċifiċi (jiġifieri l-attivitajiet tal-ġurnalisti, ix-xogħol tal-missjonijiet u n-nomina ta’ kandidati politiċi). Fejn dawk l-entitajiet jipproċessaw data personali għal skopijiet oħra, bħall-ġestjoni tar-riżorsi umani jew l-amministrazzjoni interna, il-PIPA japplika b’mod sħiħ.

(31)

Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istampa għal attivitajiet tal-ġurnalisti, l-ibbilanċjar bejn il-libertà tal-espressjoni u drittijiet oħra (inkluż id-dritt għall-privatezza) huwa pprovdut mill-Att dwar l-Arbitraġġ u r-Rimedji, eċċ. għal Dannu Kkawżat minn Rapporti tal-Istampa (l-Att dwar l-Istampa) (44). B’mod partikolari, l-Artikolu 5 tal-Att dwar l-Istampa jipprevedi li l-istampa (jiġifieri kwalunkwe organizzazzjoni tax-xandir, gazzetta, gazzetta perjodika jew online), kwalunkwe servizz tal-aħbarijiet fuq l-internet, jew organizzazzjoni tax-xandir multimedia fuq l-internet ma jistgħux jiksru l-privatezza tal-individwi. Madankollu, jekk iseħħ ksur tal-privatezza, dan irid jiġi rrimedjat minnufih f’konformità mal-proċeduri speċifiċi stabbiliti fl-Att. F’dan ir-rigward, l-Att jagħti lill-individwi li jġarrbu dannu minħabba rapport tal-istampa għadd ta’ drittijiet, bħal li jiksbu l-pubblikazzjoni ta’ korrezzjoni ta’ dikjarazzjoni falza, rettifika permezz ta’ dikjarazzjoni kontradittorja jew rapport ieħor (fejn rapport tal-istampa jikkonċerna allegazzjonijiet ta’ reati li l-individwu aktar tard jiġi illiberat minnhom) (45). It-talbiet minn individwi jistgħu jiġu solvuti minn strumenti tal-istampa direttament (permezz ta’ ombudsman) (46), permezz ta’ konċiljazzjoni jew arbitraġġ (quddiem Kummissjoni speċjalizzata ta’ Arbitraġġ għall-Istampa) (47) jew quddiem il-qrati. L-individwi jistgħu jiksbu wkoll kumpens meta jġarrbu dannu monetarju, ksur ta’ dritt ta’ personalità, jew kwalunkwe diffikultà emozzjonali oħra minħabba att illegali tal-istampa (bl-intenzjoni jew b’negliġenza) (48). L-istampa hija eżentata mir-responsabbiltà skont l-Att sal-punt li rapport tal-istampa li jinterferixxi mad-drittijiet ta’ individwu ma jmurx kontra l-valuri soċjali u jiġi ppubblikat jew bil-kunsens tal-individwu kkonċernat, jew fl-interess pubbliku (u hemm biżżejjed raġunijiet biex jitqies li r-rapport jikkorrispondi għall-verità) (49).

(32)

Billi l-ipproċessar tad-data personali mill-istampa għall-attivitajiet tal-ġurnalisti huwa għalhekk suġġett għal salvagwardji speċifiċi li jirriżultaw mill-Att dwar l-Istampa, ma hemm l-ebda salvagwardja addizzjonali bħal din li tinkwadra l-użu tal-eċċezzjonijiet għall-attivitajiet ta’ proċessar minn organizzazzjonijiet reliġjużi u partiti politiċi b’mod komparabbli mal-Artikoli 85, 89 u 91 tar-Regolament (UE) 2016/679. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu esklużi kemm l-organizzazzjonijiet reliġjużi sa fejn jipproċessaw data personali għall-attivitajiet tal-missjonijiet kif ukoll il-partiti politiċi sa fejn jipproċessaw data personali fil-kuntest tan-nomina ta’ kandidati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.3   Salvagwardji, drittijiet u obbligi

2.3.1   Legalità u ġustizzja tal-ipproċessar

(33)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b’mod legali u ġust.

(34)

Dan il-prinċipju huwa stabbilit mill-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA u huwa msaħħaħ mill-Artikolu 59 tal-PIPA, li jipprojbixxi l-ipproċessar tad-data personali “bi frodi, b’mezzi mhux xierqa jew inġusti”, “mingħajr awtorità legali” jew “lil hinn mill-awtorità xierqa (50)”. Dawn il-prinċipji ġenerali ta’ proċessar legali huma elaborati fl-Artikoli 15 sa 19 tal-PIPA li jistabbilixxu l-bażijiet legali differenti għall-ipproċessar (il-ġbir, l-użu u l-provvediment lil terzi), inklużi ċ-ċirkostanzi li taħthom dan jista’ jinvolvi bidla fl-għan (l-Artikolu 18 tal-PIPA).

(35)

Skont l-Artikolu 15(1) tal-PIPA, kontrollur jista’ jiġbor biss data personali (fil-ambitu tal-għan tal-ġbir) għal għadd limitat ta’ raġunijiet legali. Dawn huma (1) il-kunsens tas-suġġett tad-data (51) (lit. 1); (2) il-ħtieġa li jiġi eżegwit u mwettaq kuntratt mas-suġġett tad-data (lit. 4); (3) awtorizzazzjoni speċjali fil-liġi jew ħtieġa għall-konformità ma’ obbligu legali (lit. 2); il-ħtieġa (52) li istituzzjoni pubblika twettaq il-kompiti fil-ġuriżdizzjoni tagħha kif stabbilit mil-liġi; (4) il-ħtieġa ċara għall-protezzjoni tal-ħajja, tal-persuna jew tal-interessi tal-proprjetà tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi minn periklu imminenti (biss jekk is-suġġett tad-data ma jkunx f’pożizzjoni li jesprimi l-intenzjoni tiegħu jew tagħha, jew ma jkunx jista’ jinkiseb kunsens minn qabel) (lit. 5); (5) il-ħtieġa li jinkiseb l-“interess ġustifikabbli” tal-kontrollur jekk ikun “manifestament superjuri” għall-interessi tas-suġġett tad-data (u biss meta l-ipproċessar ikollu “relazzjoni sostanzjali” mal-interess leġittimu u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa raġonevoli) (lit. 6) (53). Dawn ir-raġunijiet għall-ipproċessar huma essenzjalment ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679, inkluża r-raġuni ta’ “interess ġustifikabbli” li hija ugwali għar-raġuni ta’ “interess leġittimu” fl-Artikolu 6(1)(f) tar-Regolament (UE) 2016/679.

(36)

Ladarba tinġabar, id-data personali tista’ tintuża fl-ambitu tal-iskop tal-ġbir (l-Artikolu 15(1) tal-PIPA), jew “fl-ambitu raġonevolment relatat” mal-fini tal-ġbir, filwaqt li jitqiesu l-iżvantaġġi possibbli kkawżati lis-suġġett tad-data u sakemm ikunu ġew adottati l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa (eż. kriptaġġ) (l-Artikoli 15(3) tal-PIPA). Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-iskop tal-użu huwiex “raġonevolment relatat” mal-iskop tal-ġbir oriġinali, id-Digriet tal-Infurzar jistabbilixxi kriterji speċifiċi, li huma simili għal dawk tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679. B’mod partikolari, irid ikun hemm rilevanza konsiderevoli għall-iskop oriġinali; l-użu addizzjonali jrid ikun prevedibbli (pereżempju fid-dawl taċ-ċirkostanzi li fihom tkun inġabret l-informazzjoni); u, fejn ikun possibbli, id-data trid tiġi psewdonimizzata (54). Il-kriterji speċifiċi użati minn kontrollur f’din il-valutazzjoni jridu jiġu divulgati minn qabel fil-politika dwar il-privatezza (55). Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-privatezza (ara l-Premessa (94)) huwa speċifikament meħtieġ li jirrevedi jekk ikunx hemm użu ulterjuri f’dawk il-parametri.

(37)

Regoli simili (iżda pjuttost aktar stretti) japplikaw għall-provvediment tad-data lil terzi. Skont l-Artikolu 17(1) tal-PIPA, il-provvediment tad-data personali lil terzi huwa permess abbażi ta’ kunsens (56) jew, fi ħdan l-iskop tal-ġbir, fejn l-informazzjoni tkun inġabret fuq waħda mir-raġunijiet legali fl-Artikolu 15(1) lit. 2, 3, u 5 tal-PIPA. Dan jeskludi b’mod partikolari kwalunkwe divulgar ibbażat fuq l-“interess ġustifikabbli” tal-kontrollur. Lil hinn minn dan, l-Artikolu 17(4) tal-PIPA jippermetti l-provvediment lil terzi “fl-ambitu raġonevolment relatat” għall-fini tal-ġbir, filwaqt li jitqiesu mill-ġdid l-iżvantaġġi possibbli kkawżati lis-suġġett tad-data u sakemm ikunu ġew adottati l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa (bħall-kriptaġġ). L-istess fatturi bħal dawk deskritti fil-premessa (36) jridu jitqiesu biex jiġi vvalutat jekk il-provvediment ikunx fl-ambitu relatat b’mod raġonevoli mal-iskop tal-ġbir u l-istess salvagwardji (jiġifieri fir-rigward tat-trasparenza permezz tal-politika dwar il-privatezza u l-involviment tal-uffiċjal tal-privatezza) japplikaw.

(38)

Ir-riċeviment ta’ data personali minn kontrollur tad-data tal-Korea mill-Unjoni titqies bħala “ġbir” skont it-tifsira tal-Artikolu 15 tal-PIPA. In-Notifika Nru 2021-5 (it-Taqsima I tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni) tiċċara li l-għan li għalih ġiet ittrasferita d-data mill-entità kkonċernata tal-UE jikkostitwixxi l-għan tal-ġbir għall-kontrollur tad-data tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, il-kontrolluri tad-data Koreani li jirċievu data personali mill-Unjoni huma fil-prinċipju meħtieġa jipproċessaw tali informazzjoni fl-ambitu tal-iskop tat-trasferiment, f’konformità mal-Artikolu 17 tal-PIPA.

(39)

Japplikaw limitazzjonijiet speċjali fil-każ li l-kontrollur ifittex li juża d-data personali jew jipprovdiha lil terzi għal skop differenti mill-iskop tal-ġbir (57). Skont l-Artikolu 18(2) tal-PIPA, kontrollur privat jista’ (58) eċċezzjonalment juża data personali jew jipprovdiha lil terzi għal skop differenti: (1) abbażi tal-kunsens addizzjonali (jiġifieri separat) tas-suġġett tad-data; (2) meta dan ikun ipprovdut minn dispożizzjonijiet statutorji speċjali; jew (3) meta dan ikun manifestament meħtieġ għall-protezzjoni tal-ħajja, tal-persuna jew tal-interessi tal-proprjetà tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi minn periklu imminenti (biss jekk is-suġġett tad-data ma jkunx f’pożizzjoni li jesprimi l-intenzjoni tiegħu jew tagħha, u ma jkunx jista’ jinkiseb kunsens minn qabel) (59).

(40)

L-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jużaw ukoll data personali jew jipprovduha lil terzi għal għan differenti f’ċerti sitwazzjonijiet. Dan jinkludi każijiet fejn inkella jkun impossibbli għall-istituzzjonijiet pubbliċi li jwettqu d-dmirijiet statutorji tagħhom kif stabbiliti mil-liġi, suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-PIPC. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jipprovdu data personali lil awtorità jew qorti oħra, fejn dan ikun meħtieġ għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati jew att ta’ akkuża; sabiex qorti twettaq il-funzjonijiet tagħha relatati ma’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti; jew għall-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali, jew ordni ta’ kura jew kustodja (60). Huma jistgħu jipprovdu wkoll data personali lil gvern barrani jew lil organizzazzjoni internazzjonali biex jikkonformaw ma’ obbligu legali li jirriżulta minn trattat jew minn konvenzjoni internazzjonali, f’liema każ ikollhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti għat-trasferimenti tad-data transfruntiera (ara l-premessa (90)).

(41)

Għalhekk, il-prinċipji tal-legalità u tal-ġustizzja tal-ipproċessar huma implimentati fil-qafas legali tal-Korea b’mod essenzjalment ekwivalenti għar-Regolament (UE) 2016/679, billi jippermettu l-ipproċessar biss abbażi ta’ raġunijiet leġittimi u definiti b’mod ċar. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha msemmija, l-ipproċessar huwa permess biss jekk ma jkunx probabbli li “jikser b’mod inġust” l-interessi tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi, li teħtieġ bilanċ tal-interessi. Barra minn hekk, l-Artikolu 18(5) tal-PIPA jippreskrivi salvagwardji addizzjonali meta l-kontrollur jipprovdi d-data personali lil terzi, li tista’ tinkludi talba biex jiġu ristretti l-għan u l-metodu tal-użu, jew biex jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi ta’ sigurtà. Min-naħa tagħhom, it-terzi huma meħtieġa jimplimentaw il-miżuri mitluba.

(42)

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 28-2 tal-PIPA jippermetti l-ipproċessar (ulterjuri) ta’ informazzjoni psewdonimizzata mingħajr il-kunsens tal-individwu kkonċernat għall-għanijiet tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika (61) u tal-arkivjar fl-interess pubbliku, suġġett għal salvagwardji speċifiċi. B’mod simili għar-Regolament (UE) 2016/679 (62), il-PIPA għalhekk jiffaċilita (aktar) l-ipproċessar tad-data personali għal tali għanijiet fil-qafas li jipprevedi salvagwardji xierqa biex jiġu protetti d-drittijiet tal-individwi. Minflok ma wieħed jibbaża fuq psewdonimizzazzjoni bħala salvagwardja possibbli l-PIPA jimponiha bħala prekundizzjoni sabiex jitwettqu ċerti attivitajiet ta’ proċessar għall-għanijiet tal-istatistika, ir-riċerka xjentifika u l-arkivjar fl-interess pubbliku (bħal li tkun tista’ tiġi pproċessata d-data mingħajr kunsens jew li jiġu kkombinati settijiet tad-data differenti).

(43)

Barra minn hekk, il-PIPA jimponi għadd ta’ salvagwardji speċifiċi, b’mod partikolari f’termini ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa, iż-żamma tar-rekords, il-limitazzjonijiet fuq il-kondiviżjoni tad-data u l-indirizzar tar-riskji possibbli ta’ identifikazzjoni mill-ġdid. Il-kombinament tad-diversi salvagwardji deskritti fil-premessi (44) - (48) tiżgura li l-ipproċessar tad-data personali f’dan il-kuntest ikun suġġett għal protezzjonijiet essenzjalment ekwivalenti meta mqabbla ma’ dawk li jkunu meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

(44)

L-ewwel nett, u l-aktar importanti, l-Artikolu 28-5(1) tal-PIPA jipprojbixxi l-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata bl-għan li jiġi identifikat individwu partikolari. Jekk madankollu tiġi ġġenerata informazzjoni li tista’ tidentifika lil individwu waqt l-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata, il-kontrollur irid jissospendi minnufih l-ipproċessar u jeqred tali informazzjoni (l-Artikolu 28-5(2) tal-PIPA). In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa suġġett għal multi amministrattivi u jikkostitwixxi reat kriminali (63). Dan ifisser li, anke f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun prattikament possibbli li jiġi identifikat mill-ġdid l-individwu, tali identifikazzjoni mill-ġdid hija legalment ipprojbita.

(45)

It-tieni, meta tiġi pproċessata (aktar) informazzjoni psewdonimizzata għal tali għanijiet, il-kontrollur huwa meħtieġ jistabbilixxi miżuri teknoloġiċi, maniġerjali u fiżiċi speċifiċi biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni (inkluż il-ħżin u l-ġestjoni b’mod separat tal-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi restawrata l-informazzjoni psewdonimizzata għall-istat oriġinali tagħha) (64). Barra minn hekk, iridu jinżammu rekords tal-informazzjoni psewdonimizzata pproċessata, l-iskop tal-ipproċessar, l-istorja tal-użu u kwalunkwe riċevitur terz (l-Artikolu 29-5(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(46)

It-tielet u l-aħħar nett, il-PIPA jipprevedi salvagwardji speċifiċi biex tiġi evitata l-identifikazzjoni ta’ individwi minn terzi fil-każ fejn l-informazzjoni tiġi kondiviża. B’mod partikolari, meta jipprovdu informazzjoni psewdonimizzata lil terzi għall-iskopijiet tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika jew tal-arkivjar fl-interess pubbliku, il-kontrolluri jistgħu ma jinkludux informazzjoni li tista’ tintuża biex jiġi identifikat individwu speċifiku (l-Artikolu 28-2(2) tal-PIPA) (65).

(47)

B’mod aktar speċifiku, filwaqt li l-PIPA jippermetti l-kombinament ta’ informazzjoni psewdonimizzata (ipproċessata minn kontrolluri differenti) għall-iskopijiet tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika jew tal-arkivjar fl-interess pubbliku, huwa jirriżerva dik is-setgħa lil istituzzjonijiet speċjalizzati mgħammra b’faċilitajiet speċifiċi ta’ sigurtà (l-Artikolu 28-3(1) tal-PIPA) (66). Meta japplika għal kombinament ta’ data psewdonimizzata, kontrollur irid jissottometti dokumentazzjoni dwar, fost l-oħrajn, id-data li għandha tiġi kkombinata, l-iskop tal-kombinament, kif ukoll il-miżuri ta’ sigurtà proposti għall-ipproċessar tad-data kkombinata (67). Sabiex jippermetti l-kombinament, il-kontrollur għandu jibgħat id-data li għandha tiġi kkombinata lill-istituzzjoni speċjalizzata u jipprovdi “ċavetta tal-kombinament” (jiġifieri l-informazzjoni li ntużat għall-psewdonimizzazzjoni) lill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea (68). Din tal-aħħar tiġġenera “data tal-link għaċ-ċavetta tal-kombinament” (li tippermetti r-rabta taċ-ċwievet tal-kombinament ta’ applikanti differenti sabiex jinkiseb kombinament tas-settijiet tad-data) u tipprovdihom lill-istituzzjoni speċjalizzata (69).

(48)

Il-kontrollur li jitlob kombinament jista’ janalizza l-informazzjoni kkombinata fil-bini tal-istituzzjoni speċjalizzata, fi spazju fejn jiġu applikati miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi u amministrattivi speċifiċi (l-Artikolu 29-3 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Il-kontrolluri li jikkontribwixxu sett tad-data għal tali kombinament jistgħu jieħdu biss id-data kkombinata barra mill-istituzzjoni speċjalizzata wara psewdonimizzazzjoni jew anonimizzazzjoni ulterjuri tad-data kkombinata, u bl-approvazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni (l-Artikolu 28-3(2) tal-PIPA) (70). Meta tikkunsidra jekk tagħtix tali approvazzjoni jew le, l-istituzzjoni tivvaluta r-rabta bejn id-data kkombinata u l-iskop tal-ipproċessar u jekk ikunx tfassal pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-użu ta’ tali data (71). L-esportazzjoni tal-informazzjoni kkombinata barra l-istituzzjoni ma tkunx permessa jekk l-informazzjoni jkun fiha data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwu (72). Fl-aħħar nett, il-kombinament u r-rilaxx tad-data psewdonimizzata mill-istituzzjoni speċjalizzata huma ssorveljati mill-PIPC (l-Artikolu 29-4(3) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

2.3.2   Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tad-data personali

(49)

Jenħtieġ li jkunu jeżistu salvagwardji speċifiċi fejn ikunu qed jiġu pproċessati “kategoriji speċjali” tad-data.

(50)

Il-PIPA fih regoli speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data sensittiva (73), li hija ddefinita bħala data personali li tiżvela informazzjoni dwar l-ideoloġija, it-twemmin, l-ammissjoni għal trade union jew minn partit politiku jew l-irtirar minnhom, opinjonijiet politiċi, saħħa, u l-ħajja sesswali ta’ individwu, kif ukoll informazzjoni personali oħra li x’aktarx thedded il-privatezza tas-suġġett tad-data“notevolment” u li ġiet preskritta bħala informazzjoni sensittiva mid-Digriet tal-President. (74) Skont il-kjarifiki riċevuti mill-PIPC, il-ħajja sesswali hija interpretata li tkopri wkoll l-orjentazzjoni jew il-preferenzi sesswali tal-individwu (75). Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tad-Digriet tal-Infurzar iżid kategoriji oħra mal-ambitu tad-data sensittiva, b’mod partikolari informazzjoni dwar id-DNA miksuba mill-ittestjar ġenetiku u data li tikkostitwixxi fedina kriminali. L-emenda riċenti tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA kompliet twessa’ l-kunċett tad-data sensittiva, billi tinkludi wkoll data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika u informazzjoni bijometrika (76). Wara dik l-emenda, il-kunċett ta’ data sensittiva skont il-PIPA huwa essenzjalment ekwivalenti għal dak fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(51)

Skont l-Artikolu 23(1) tal-PIPA u b’mod simili għal dak li huwa pprovdut skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-ipproċessar tad-data sensittiva huwa ġeneralment ipprojbit, sakemm ma tkunx tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet enumerati (77). Dawn jillimitaw l-ipproċessar għal każijiet fejn il-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data f’konformità mal-Artikoli 15 u 17 tal-PIPA u jikseb kunsens separat (jiġifieri separat mill-kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali oħra), jew fejn l-ipproċessar ikun meħtieġ jew permess mill-istatut. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jipproċessaw ukoll informazzjoni bijometrika, informazzjoni dwar id-DNA miksuba mill-ittestjar ġenetiku, informazzjoni personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika u data li tikkostitwixxi rekord tal-fedina penali għal dawk ir-raġunijiet li huma esklużivament disponibbli għalihom (pereżempju, fejn ikun meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ reati jew fejn ikun meħtieġ għal qorti biex tipproċedi b’każ) (78). Bħala tali, il-bażijiet legali disponibbli għall-ipproċessar tad-data sensittiva huma aktar limitati minn tipi oħra tad-data personali, u saħansitra aktar restrittivi fid-dritt tal-Korea milli huma skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

(52)

Barra minn hekk, l-Artikolu 23(2) tal-PIPA – li n-nuqqas ta’ konformità miegħu jista’ jwassal għal sanzjonijiet (79) – jenfasizza l-importanza partikolari li tiġi żgurata sigurtà xierqa meta tiġi ttrattata data sensittiva sabiex “ma tkunx tista’ tintilef, tinsteraq, tiġi divulgata, iffalsifikata, alterata jew danneġġata.” Filwaqt li dan huwa rekwiżit ġenerali skont l-Artikolu 29 tal-PIPA, l-Artikolu 3(4) jagħmilha ċara li l-livell ta’ sigurtà jrid jiġi adattat għat-tip ta’ data personali li tiġi pproċessata, li jfisser li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji partikolari involuti fl-ipproċessar tad-data sensittiva. Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-data għandu dejjem jitwettaq “b’mod li jimminimizza l-possibbiltà ta’ ksur” tal-privatezza tas-suġġett tad-data, u jekk ikun possibbli “fl-anonimità” (l-Artikolu 3(6) u (7) tal-PIPA). Dawn ir-rekwiżiti huma partikolarment rilevanti fejn l-ipproċessar jikkonċerna data sensittiva.

2.3.3   Limitazzjoni tal-iskop

(53)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata għal skop speċifiku u sussegwentement tintuża biss dment li l-użu ma jkunx inkompatibbli mal-iskop tal-ipproċessar.

(54)

Dan il-prinċipju huwa żgurat mill-Artikolu 3(1) u (2) tal-PIPA, li jistipulaw li l-kontrollur għandu “jispeċifika u jespliċita” l-iskop tal-ipproċessar, għandu jipproċessa d-data personali b’mod xieraq meħtieġ għal dan il-għan u ma għandux jużah lil hinn minn dan l-iskop. Il-prinċipju ġenerali tal-limitazzjoni tal-iskop huwa kkonfermat ukoll fl-Artikoli 15(1), 18(1), 19 u – għall-proċessuri (l-hekk imsejħa “appaltaturi”) – fl-Artikolu 26(1) lit. 1, (5) u (7) tal-PIPA. B’mod partikolari, id-data personali tista’ fil-prinċipju tintuża u tiġi pprovduta biss lil terzi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-għan li għalih tkun inġabret (l-Artikolu 15(1) u 17(1) lit. 2). L-ipproċessar għal skop kompatibbli, jiġifieri “fl-ambitu raġonevolment relatat mal-iskop inizjali tal-ġbir”, jista’ jsir biss jekk ma jaffettwax b’mod negattiv is-suġġetti tad-data kkonċernati u jekk jiġu adottati miżuri ta’ sigurtà meħtieġa (bħall-kriptaġġ) (l-Artikoli 15(3) u 17(4) tal-PIPA). Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ipproċessar ulterjuri huwiex għal skop kompatibbli, id-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jelenka kriterji speċifiċi li huma simili għal dawk ipprovduti mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, ara l-premessa (36).

(55)

Kif spjegat fil-premessa (38), l-għan tal-ġbir fil-każ ta’ kontrolluri Koreani li jirċievu data personali mill-Unjoni huwa l-għan li għalih tiġi ttrasferita d-data. Bidla fl-iskop mill-kontrollur hija permessa biss b’mod eċċezzjonali, f’każijiet speċifiċi (enumerati) (l-Artikolu 18(2) lit. 1-3 tal-PIPA, ara wkoll il-premessa (39)). Sakemm bidla ta' skop tkun awtorizzata mil-liġi, tali liġijiet, min-naħa tagħhom, iridu jirrispettaw id-dritt fundamentali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità stipulati fil-Kostituzzjoni Koreana. Barra minn hekk, l-Artikolu 18(2) u (5) tal-PIPA jipprevedi salvagwardji addizzjonali, b’mod partikolari r-rekwiżit li tali bidla fl-iskop ma tridx “tikser b’mod inġust fuq l-interess ta’ suġġett tad-data”, u b’hekk dejjem teħtieġ bilanċ tal-interessi. Dan jipprevedi livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak skont l-Artikolu 5(1) lit. B) u l-Artikolu 6, flimkien mal-premessa 50 tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.3.4   Akkuratezza u minimizzazzjoni tad-data

(56)

Jenħtieġ li d-data tkun akkurata u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata. Din jenħtieġ li tkun ukoll adegwata, relevanti u limitata għal dak li huwa neċessarju b’rabta mal-iskopijiet li għaliha tiġi proċessata.

(57)

Il-prinċipju tal-preċiżjoni huwa rikonoxxut b’mod simili fl-Artikolu 3(3) tal-PIPA, li jirrikjedi li d-data personali tkun “preċiża, kompluta u aġġornata sal-punt meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet” li għalihom tiġi pproċessata d-data. Il-minimizzazzjoni tad-data hija meħtieġa skont l-Artikoli 3(1), (6) u 16(1) tal-PIPA, li jistipulaw li l-kontrollur għandu (biss) jiġbor data personali “sal-minimu meħtieġ” għall-iskop maħsub, u li jkollu l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward. Jekk ikun possibbli li jiġi ssodisfat l-għan tal-ġbir billi tiġi pproċessata l-informazzjoni f’forma anonimizzata, il-kontrolluri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jagħmlu dan (l-Artikolu 3(7) tal-PIPA).

2.3.5   Limitazzjoni tal-ħżin

(58)

Fil-prinċipju d-data jenħtieġ li tinżamm għal mhux aktar minn kemm ikun meħtieġ għall-għanijiet li għalihom tiġi proċessata d-data personali.

(59)

Il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-ħżin huwa pprovdut bl-istess mod mill-Artikolu 21(1) tal-PIPA (80), li jirrikjedi li l-kontrollur “jeqred” (81) id-data personali mingħajr dewmien mal-kisba tal-iskop tal-ipproċessar jew mal-iskadenza tal-perjodu taż-żamma (skont liema jiġi l-ewwel), sakemm ma tkunx meħtieġa żamma ulterjuri mill-istatut (82). Fil-każ tal-aħħar, id-data personali rilevanti “għandha tinħażen u tiġi ġestita separatament minn informazzjoni personali oħra” (l-Artikolu 21(3) tal-PIPA).

(60)

L-Artikolu 21(1) tal-PIPA ma japplikax meta data psewdonimizzata tkun ipproċessata għal għanijiet statistiċi, riċerka xjentifika jew arkivjar fl-interess pubbliku (83). Sabiex jiġi żgurat il-prinċipju taż-żamma limitata tad-data anke f’dan il-każ, in-Notifika 2021-5 tirrikjedi li l-kontrolluri jirrendu anonima l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 58-2 tal-PIPA jekk id-data ma tkunx inqerdet malli jiġi ssodisfat l-iskop speċifiku tal-ipproċessar (84).

2.3.6   Sigurtà tad-data

(61)

Id-data personali jenħtieġ li tiġi proċessata b’mod li jiżgura s-sigurtà tagħha, inkluża protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra telf, qerda jew ħsara aċċidentali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-operaturi tan-negozji jieħdu miżuri tekniċi jew organizzazzjonali xierqa sabiex jipproteġu d-data personali minn theddidiet possibbli. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu vvalutati filwaqt li jitqiesu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, il-kostijiet relatati u n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar, kif ukoll ir-riskji għad-drittijiet tal-individwi.

(62)

Prinċipju simili ta’ sigurtà huwa stabbilit fl-Artikolu 3(4) tal-PIPA, li jirrikjedi li l-kontrolluri “jimmaniġġjaw l-informazzjoni personali b’mod sikur skont il-metodi ta’ proċessar, it-tipi, eċċ. ta’ informazzjoni personali, filwaqt li titqies il-possibbiltà ta’ ksur dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data u s-severità tar-riskji rilevanti”. Barra minn hekk, il-kontrollur “għandu jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod li jimminimizza l-possibbiltà ta’ ksur tal-privatezza ta’ suġġett tad-data”, u f’dan il-kuntest għandu jagħmel ħiltu biex jipproċessa d-data personali fl-anonimità jew f’forma psewdonimizzata, jekk possibbli (l-Artikolu 3(6) u (7) tal-PIPA).

(63)

Dawn ir-rekwiżiti ġenerali huma elaborati aktar fl-Artikolu 29 tal-PIPA, li jistabbilixxi li kull kontrollur “għandu jieħu tali miżuri tekniċi, maniġerjali u fiżiċi bħal li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni intern u jippreserva r-rekords tar-reġistru, eċċ. li huma meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza kif preskritt mid-Digriet tal-President sabiex l-informazzjoni personali ma tkunx tista’ tintilef, tinsteraq, tiġi divulgata, falsifikata, alterata jew danneġġata.” L-Artikolu 30(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jispeċifika dawk il-miżuri billi jirreferi għal (1) il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni intern għall-ipproċessar sikur tad-data personali, (2) il-kontrolli u r-restrizzjonijiet tal-aċċess, (3) l-adozzjoni ta’ teknoloġija tal-kriptaġġ biex id-data personali tinħażen u tiġi trażmessa b’mod sikur (4) programmi ta’ sigurtà tar-rekords tal-login (5), u (6) miżuri fiżiċi bħal sistema ta’ ħżin jew ta’ għeluq sikuri (85).

(64)

Barra minn hekk, japplikaw obbligi speċifiċi jekk iseħħ ksur tad-data (l-Artikolu 34 tal-PIPA flimkien mal-Artikoli 39 u 40 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (86). B’mod partikolari, il-kontrollur huwa meħtieġ jinnotifika lis-suġġetti tad-data li jkunu ntlaqtu ħażin bid-dettalji tal-ksur mingħajr dewmien, inkluża informazzjoni dwar il-kontromiżuri (obbligatorji) meħuda mill (87)-kontrollur u x’jistgħu jagħmlu s-suġġetti tad-data biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ ħsara (l-Artikolu 34(1), (2) tal-PIPA) (88). Meta l-ksur tad-data jikkonċerna mill-inqas 1 000 suġġett tad-data, il-kontrollur għandu, mingħajr dewmien, jirrapporta wkoll il-ksur tad-data u l-kontromiżuri meħuda lill-PIPC u lill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea, li jistgħu jipprovdu assistenza teknika (l-Artikolu 34(3) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Il-kontrolluri huma responsabbli għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-data, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att Ċivili dwar ir-responsabbiltà għad-danni (ara wkoll it-Taqsima 2.5 dwar ir-rimedju) (89).

(65)

Fil-konformità mal-obbligi tas-sigurtà tiegħu, il-kontrollur irid ikun assistit minn uffiċjal tal-privatezza, li l-kompiti tiegħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-bini ta’ sistema ta’ kontroll intern “għall-prevenzjoni tad-divulgazzjoni, l-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali” (l-Artikolu 31(2) lit. 4 tal-PIPA). Barra minn hekk, il-kontrollur għandu d-dmir li jwettaq “kontroll u superviżjoni xierqa” ta’ dawk mill-persunal tiegħu li jipproċessaw data personali, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni sikura tiegħu; dan jinkludi t-taħriġ meħtieġ (“edukazzjoni”) tal-impjegati (l-Artikolu 28(1), (2) tal-PIPA). Fl-aħħar nett, fil-każ ta’ sottoproċessar, il-kontrollur irid jimponi rekwiżiti fuq “appaltatur” fost l-oħrajn fir-rigward tal-ġestjoni sikura tad-data personali (“salvagwardji tekniċi u maniġerjali”), u jrid jissupervizza kif dawn jiġu implimentati permezz ta’ spezzjonijiet (l-Artikolu 26(1) u (4) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 28(1) lit. 3, 4 u (6) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

2.3.7   Trasparenza

(66)

Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jiġu informati dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

(67)

Dan huwa żgurat b’modi differenti fis-sistema Koreana. Minbarra d-dritt għall-informazzjoni skont l-Artikolu 4 lit. 1 (b’mod ġenerali) u l-Artikolu 20(1) tal-PIPA (għad-data personali miġbura minn terzi), kif ukoll id-dritt ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 tal-PIPA, il-PIPA jinkludi rekwiżit ta’ trasparenza ġenerali fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA) u rekwiżiti speċifiċi ta’ trasparenza fil-każ fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens (l-Artikoli 15(2), 17(2) u 18(3) tal-PIPA) (90). Barra minn hekk, l-Artikolu 20(2) tal-PIPA jirrikjedi li ċerti kontrolluri – dawk li l-ipproċessar tagħhom jaqbeż ċerti limiti (91) – jinnotifikaw lis-suġġett tad-data li d-data personali tiegħu jkunu rċevewha minn terzi dwar is-sors tal-informazzjoni, l-iskop tal-ipproċessar u d-dritt tas-suġġett tad-data li jitlob sospensjoni tal-ipproċessar, sakemm tali notifika ma tkunx impossibbli minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ kuntatt. L-eċċezzjonijiet japplikaw għal ċerti fajls tad-data personali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari fajls li fihom data pproċessata għas-sigurtà nazzjonali, interessi nazzjonali oħra partikolarment importanti (“gravi”), jew għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, jew fejn in-notifika x’aktarx tikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ persuna oħra, jew tagħmel ħsara inġustament lill-proprjetà u lil interessi oħra ta’ persuna oħra, madankollu biss meta l-interessi pubbliċi jew privati involuti jkunu “manifestament superjuri” għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kkonċernati (l-Artikolu 20(4) tal-PIPA). Dan jeħtieġ bilanċ tal-interessi.

(68)

Barra minn hekk, l-Artikolu 3(5) tal-PIPA jippreskrivi li l-kontrolluri għandhom jagħmlu l-politika ta’ privatezza tagħhom (u kwistjonijiet oħra relatati mal-ipproċessar tad-data personali) pubblika. Dan ir-rekwiżit huwa speċifikat aktar fl-Artikolu 30 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 31 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, il-politika dwar il-privatezza pubblika trid tinkludi fost l-oħrajn (1) it-tipi tad-data personali pproċessata, (2) l-iskop tal-ipproċessar, (3) il-perjodu taż-żamma, (4) jekk id-data personali tiġix ipprovduta lil terzi (92), (5) kwalunkwe sottoproċessar, (6) informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data u kif għandu jiġi eżerċitat u (7) informazzjoni ta’ kuntatt (inkluż l-isem tal-uffiċjal tal-privatezza jew tad-dipartiment intern responsabbli biex jiżgura l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u t-trattament tal-ilmenti). Il-politika dwar il-privatezza trid issir disponibbli għall-pubbliku b’tali mod li s-suġġetti tad-data“jistgħu jirrikonoxxuha b’faċilità” (l-Artikolu 30(2) tal-PIPA) (93) u trid tiġi aġġornata kontinwament (l-Artikolu 31(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(69)

L-istituzzjonijiet pubbliċi huma soġġetti għal obbligu addizzjonali li jirreġistraw, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja mal-PIPC: (1) l-isem tal-istituzzjoni pubblika, (2) ir-raġunijiet u l-għanijiet għall-ipproċessar tal-fajls tad-data personali, (3) id-dettalji tad-data personali li tiġi rreġistrata, (4) il-metodu tal-ipproċessar, (5) il-perjodu taż-żamma, (6) l-għadd ta’ suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tinżamm, (7) id-dipartiment li jittratta t-talbiet għas-suġġetti tad-data u (8) ir-riċevituri tad-data personali meta d-data tiġi pprovduta b’mod regolari jew b’mod ripetut (l-Artikolu 32(1) tal-PIPA) (94). Il-fajls tad-data personali rreġistrati jiġu ppubblikati mill-PIPC u jridu jiġu referenzjati wkoll mill-istituzzjonijiet pubbliċi fil-politika tagħhom dwar il-privatezza (l-Artikoli 30(1) u 32(4) tal-PIPA).

(70)

Biex tissaħħaħ it-trasparenza għas-suġġetti tad-data fl-Unjoni li d-data personali tagħhom tiġi ttrasferita lill-Korea abbażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-Taqsima 3(i) u (ii) tan-Notifika 2021-5 (l-Anness I) timponi rekwiżiti ta’ trasparenza addizzjonali. L-ewwel nett, meta jirċievu data personali mill-Unjoni abbażi ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrolluri Koreani jridu jinnotifikaw lis-suġġetti tad-data kkonċernati mingħajr dewmien żejjed (u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mit-trasferiment) bl-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet li jittrasferixxu u jirċievu l-informazzjoni, id-data personali (jew il-kategoriji tad-data personali) ittrasferita, l-iskop tal-ġbir mill-kontrollur tal-Korea, il-perjodu ta’ żamma u d-drittijiet disponibbli taħt il-PIPA. It-tieni, meta tiġi pprovduta data personali riċevuta mill-Unjoni abbażi ta’ din id-Deċiżjoni lil terzi, is-suġġetti tad-data jridu jiġu informati inter alia dwar ir-riċevitur, id-data personali jew il-kategoriji tad-data personali li għandhom jiġu pprovduti, il-pajjiż li għalih tiġi pprovduta d-data (fejn applikabbli), kif ukoll id-drittijiet disponibbli taħt il-PIPA (95). B’dan il-mod, in-Notifika tiżgura li l-individwi tal-UE jkomplu jiġu informati dwar il-kontrolluri speċifiċi li jipproċessaw l-informazzjoni tagħhom u jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-konfront tal-entitajiet rilevanti.

(71)

It-Taqsima 3(iii) tan-Notifika (l-Anness I) tippermetti ċerti eċċezzjonijiet limitati u kwalifikati għal dawn l-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali li huma essenzjalment ekwivalenti għal dawk ipprovduti skont ir-Regolament (UE) 2016/679. B’mod partikolari, in-Notifika tas-suġġetti tad-data fl-Unjoni ma hijiex meħtieġa (1) fejn u sakemm ikun meħtieġ li tiġi ristretta n-notifika għal ċerti raġunijiet ta’ interess pubbliku (pereżempju fejn l-informazzjoni tiġi pproċessata għall-għanijiet tas-sigurtà nazzjonali jew tal-investigazzjonijiet kriminali pendenti), sa fejn dawn l-objettivi ta’ interess pubbliku jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data; (2) is-suġġett tad-data diġà għandu l-informazzjoni; (3) fejn u sakemm in-notifika x’aktarx tikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna tal-individwu jew ta’ persuna oħra, jew tikser b’mod inġust l-interessi ta’ proprjetà ta’ persuna oħra, fejn dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data; jew (4) fejn ma jkun hemm l-ebda dettalji ta’ kuntatt għall-individwi kkonċernati, jew ikun meħtieġ sforz sproporzjonat biex dawn jiġu nnotifikati. Fid-determinazzjoni dwar jekk huwiex possibbli jew le li s-suġġett tad-data jiġi kkuntattjat, jew jekk dan jinvolvix sforzi eċċessivi, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni mal-esportatur tad-data fl-Unjoni.

(72)

Ir-regoli fil-premessi (67) - (71) għalhekk jiżguraw livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti fir-rigward tat-trasparenza fir-rigward ta’ dak li huwa previst skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.3.8   Drittijiet individwali

(73)

Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jkollhom ċerti drittijiet li jistgħu jiġu infurzati kontra l-kontrollur jew il-proċessur, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għad-data, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar u d-dritt li d-data tiġi rrettifikata u titħassar. Fl-istess ħin, tali drittijiet jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet, sa fejn dawn ir-restrizzjonijiet ikunu meħtieġa u proporzjonati sabiex jissalvagwardjaw objettivi importanti ta’ interess pubbliku ġenerali.

(74)

Skont l-Artikolu 3(5) tal-PIPA, il-kontrollur għandu jiggarantixxi d-drittijiet tas-suġġett tad-data elenkati fl-Artikolu 4 tal-PIPA u speċifikati aktar fl-Artikoli 35 sa 37, 39 u 39-2 tal-PIPA.

(75)

L-ewwel nett, l-individwi għandhom drittijiet għall-informazzjoni u għall-aċċess. Meta l-kontrollur ikun ġabar data personali minn terzi – kif dejjem ikun il-każ fejn id-data tiġi ttrasferita mill-Unjoni – is-suġġetti tad-data ġeneralment ikollhom id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar (1) is-“sors” tad-data personali miġbura (jiġifieri t-trasferent), (2) l-għan tal-ipproċessar u (3) il-fatt li s-suġġett tad-data huwa intitolat li jitlob sospensjoni tal-ipproċessar (l-Artikolu 20(1) tal-PIPA). Japplikaw eċċezzjonijiet limitati, jiġifieri fejn tali notifika x’aktarx tikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ individwu ieħor, jew “tagħmel ħsara inġustament lill-proprjetà u lil interessi oħra” ta’ persuna oħra, iżda biss meta dawn l-interessi ta’ terzi jkunu “espliċitament superjuri” għad-drittijiet tas-suġġett tad-data (l-Artikolu 20(4) lit. 2 tal-PIPA).

(76)

Barra minn hekk, l-Artikolu 35(1) u (3) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 41(4) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jipprovdi lis-suġġetti tad-data bid-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni personali tagħhom (96). Id-dritt ta’ aċċess ikopri l-konferma dwar l-ipproċessar, l-informazzjoni dwar it-tip tad-data pproċessata, l-iskop tal-ipproċessar, il-perjodu taż-żamma, kif ukoll kwalunkwe divulgazzjoni lil terzi, u l-għoti ta’ kopja tal-informazzjoni personali pproċessata (l-Artikolu 4 lit. 3 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 41(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (97). L-aċċess jista’ jkun limitat (aċċess parzjali) (98) jew miċħud biss meta dan ikun previst mil-liġi (99), fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew ksur mhux iġġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (l-Artikolu 35(4) tal-PIPA) (100). Dan tal-aħħar jimplika li jenħtieġ li jsir ibbilanċjar bejn id-drittijiet u l-libertajiet protetti b’mod kostituzzjonali tal-individwu, minn naħa waħda, u ta’ persuni oħra, min-naħa l-oħra. Meta l-aċċess ikun limitat jew miċħud, il-kontrollur jeħtieġlu jinnotifika lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet għal dan u kif jappella d-deċiżjoni (l-Artikoli 41(5), 42(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(77)

It-tieni, is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-korrezzjoni jew għat-tħassir (101) tad-data personali tagħhom, “sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn statuti oħra” (l-Artikolu 36(1) u (2) tal-PIPA) (102). Malli jirċievi talba, il-kontrollur irid jinvestiga l-kwistjoni mingħajr dewmien, jieħu l-miżuri meħtieġa (103) u jinnotifika lis-suġġett tad-data b’dan fi żmien 10 ijiem; meta t-talba ma tkunx tista’ tintlaqa’, dan ir-rekwiżit ta’ notifika jkopri r-raġunijiet għaċ-ċaħda u kif wieħed għandu jappella (ara l-Artikolu 36(4) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (104).

(78)

Fl-aħħar nett, is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għas-sospensjoni tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, mingħajr dewmien (105), sakemm ma tapplikax waħda mill-eċċezzjonijiet enumerati (l-Artikolu 37(1), (2) tal-PIPA) (106). Il-kontrollur jista’ jiċħad it-talba (1) meta din tkun awtorizzata speċifikament bil-liġi jew meħtieġa (“inevitabbli”) biex tikkonforma mal-obbligi legali, (2) fejn is-sospensjoni x’aktarx tikkawża dannu lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra, (3) fejn ikun impossibbli għal istituzzjoni pubblika li twettaq il-funzjoni tagħha kif preskritta mil-liġi mingħajr ma tipproċessa l-informazzjoni, jew (4) meta s-suġġett tad-data jonqos milli jittermina b’mod espliċitu l-kuntratt sottostanti mal-kontrollur minkejja li ma jkunx prattikabbli li jitwettaq il-kuntratt mingħajr tali proċessar tad-data. F’dan il-każ, il-kontrollur irid, mingħajr dewmien, jinnotifika lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet għaċ-ċaħda u kif għandu jappella (l-Artikolu 37(2) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 44(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Skont l-Artikolu 37(4) tal-PIPA, il-kontrollur għandu, mingħajr dewmien, “jieħu l-miżuri meħtieġa inkluża l-qerda tal-informazzjoni personali rilevanti” meta jikkonforma mat-talba għal sospensjoni (107).

(79)

Id-dritt għas-sospensjoni japplika wkoll fejn id-data personali tintuża għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, jiġifieri sabiex jiġu promossi l-oġġetti jew is-servizzi, jew jiġi mitlub ix-xiri tagħhom. Barra minn hekk, tali proċessar ulterjuri ġeneralment jeħtieġ il-kunsens (addizzjonali) speċifiku tas-suġġett tad-data (ara l-Artikolu 15(1) lit. 1, l-Artikolu 17(2) lit. 1 tal-PIPA) (108). Meta jitlob dan il-kunsens, il-kontrollur irid jinforma lis-suġġett tad-data b’mod partikolari dwar l-użu maħsub tad-data għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta – jiġifieri l-fatt li jista’ jiġi kkuntattjat biex jippromwovi oġġetti jew servizzi jew jitlob ix-xiri tagħha – b’“mod espliċitu rikonoxxibbli” (l-Artikolu 22(2), (4) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 17(2) lit. 1 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(80)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tad-drittijiet individwali, il-kontrollur irid jistabbilixxi proċeduri ddedikati u jħabbarhom pubblikament (l-Artikolu 38(4) tal-PIPA). (109) Dan jinkludi proċeduri biex jitqajmu oġġezzjonijiet kontra ċ-ċaħda ta’ talba (l-Artikolu 38(5) tal-PIPA). Il-kontrollur irid jiżgura li l-proċedura għall-eżerċitar tad-drittijiet tkun “favorevoli għas-suġġett tad-data” u mhux aktar diffiċli minn dik għall-ġbir tad-data personali; dan jinkludi wkoll l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-proċedura fuq is-sit web tagħha (l-Artikoli 41(2), 43(1) u 44(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). (110) L-individwi jistgħu jawtorizzaw rappreżentant biex jippreżenta talba bħal din (l-Artikolu 38(1) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 45 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Filwaqt li l-kontrollur huwa intitolat li jimponi tariffa (u, fil-każ ta’ talba għall-kopji bil-posta tad-data personali, posta), l-ammont għandu jiġi ddeterminat “fl-ispejjeż reali meħtieġa għall-ipproċessar ta’ [it-talba]”; ma tista’ tiġi imposta l-ebda tariffa (jew posta) meta l-kontrollur ikun ikkawża t-talba (l-Artikolu 38(3) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 47 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(81)

Il-PIPA u d-Digriet tal-Infurzar tiegħu ma fihomx dispożizzjonijiet legali li jindirizzaw il-kwistjoni ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-suġġett tad-data u bbażati biss fuq il-proċessar awtomatizzat tad-data personali. Madankollu, rigward data personali li nġabret fl-Unjoni, kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq proċessar awtomatizzat tipikament tittieħed mill-kontrollur tad-data fl-Unjoni (li għandu relazzjoni diretta mas-suġġett tad-data kkonċernat) u, b’hekk, hu suġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 (111). Dan jinkludi xenarji ta’ trasferiment li fihom l-ipproċessar jitwettaq minn operatur ta’ negozju barrani (eż. Korean) li jaġixxi bħala aġent (proċessur) f’isem il-kontrollur fl-Unjoni (jew sottoproċessur li jaġixxi f’isem il-proċessur tal-Unjoni, li jkun irċieva d-data mingħand kontrollur tal-Unjoni li jkun ġabarha) li abbażi ta’ dan imbagħad jieħu d-deċiżjoni. Għaldaqstant, hu improbabbli li n-nuqqas ta’ regoli speċifiċi dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati fil-PIPA jaffettwa l-livell ta’ protezzjoni tad-data personali ttrasferita skont din id-Deċiżjoni.

(82)

Bħala eċċezzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza fuq talba (l-Artikolu 20) u d-drittijiet individwali (l-Artikoli 35 sa 37), kif ukoll ir-rekwiżit ta’ notifika individwali għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (l-Artikolu 39-8 tal-PIPA), ma japplikawx fir-rigward ta’ informazzjoni psewdonimizzata, meta din tiġi pproċessata għall-finijiet tal-istatistika, ir-riċerka xjentifika jew l-arkivjar fl-interess pubbliku (l-Artikolu 28-7 tal-PIPA). (112) F'konformità mal-approċċ tal-Artikolu 11(2) (flimkien mal-premessa 57) tar-Regolament (UE) 2016/679, dan huwa ġustifikat mill-fatt li, biex tkun żgurata t-trasparenza jew jingħataw drittijiet individwali, il-kontrollur ikollu jidentifika jekk xi data tkunx relatata mal-individwu li jagħmel it-talba, li huwa espressament projbit mill-PIPA (l-Artikolu 28-5(1) PIPA). Barra minn hekk, meta tali ridentifikazzjoni tinvolvi t-tħassir tal-psewdonimizzazzjoni għas-sett tad-data(psewdonimizzata) kollha kemm hi, u b'hekk tesponi l-informazzjoni personali tal-individwi kkonċernati l-oħra kollha għal riskji akbar. Filwaqt li r-Regolament (UE) 2016/679 jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn l-identifikazzjoni mill-ġdid hija prattikament impossibbli l-PIPA jadotta approċċ aktar strett billi jipprojbixxi b’mod espliċitu l-identifikazzjoni mill-ġdid fis-sitwazzjonijiet kollha fejn tiġi pproċessata informazzjoni psewdonimizzata.

(83)

Is-sistema Koreana, kif deskritta fil-premessi (74) sa (82), għalhekk fiha regoli dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data li jipprovdu livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.3.9   Trasferimenti ulterjuri

(84)

Il-livell ta’ protezzjoni mogħti lil data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lil kontrolluri fir-Repubblika tal-Korea ma jistax jiġi mfixkel mit-trasferiment ulterjuri ta’ tali data lil riċevituri f’pajjiż terz.

(85)

Tali “trasferimenti ulterjuri”, jikkostitwixxu trasferimenti internazzjonali mir-Repubblika tal-Korea mill-perspettiva tal-kontrollur Korean. F’dan ir-rigward, il-PIPA jiddistingwi bejn l-esternalizzazzjoni tal-ipproċessar lil appaltatur (jiġifieri proċessur) u l-forniment tad-data personali lil terzi (113).

(86)

L-ewwel nett, meta l-ipproċessar tad-data personali jiġi esternalizzat lil entità li tinsab f’pajjiż terz, il-kontrollur tal-Korea jrid jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-PIPA dwar l-esternalizzazzjoni (l-Artikolu 26 tal-PIPA). Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ strument legalment vinkolanti li, fost l-oħrajn, jillimita l-ipproċessar mill-appaltatur għall-għanijiet tax-xogħol esternalizzat, jimponi salvagwardji u jillimita s-sottoproċessar (ara l-Artikolu 26(1) tal-PIPA); u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ix-xogħol esternalizzat. Barra minn hekk, il-kontrollur huwa obbligat li “jeduka” lill-appaltatur dwar miżuri ta’ sigurtà meħtieġa u li jissupervizza, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet, il-konformità mal-obbligi kollha tal-kontrollur skont il-PIPA (114) kif ukoll il-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni.

(87)

Jekk l-appaltatur jikkawża dannu billi jipproċessa d-data personali bi ksur tal-PIPA, dan jiġi attribwit lill-kontrollur għal għanijiet ta’ responsabbiltà, kif ikun il-każ tal-impjegati tal-kontrollur (l-Artikolu 26(6) tal-PIPA). Għalhekk, il-kontrollur tal-Korea jibqa’ responsabbli għad-data personali li tkun ġiet esternalizzata u jrid jiżgura li l-proċessur barrani jipproċessa l-informazzjoni f’konformità mal-PIPA. Jekk l-appaltatur jipproċessa l-informazzjoni bi ksur tal-PIPA, il-kontrollur tal-Korea jista’ jinżamm responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu tiegħu li jiżgura l-konformità mal-PIPA, bħal permezz tas-superviżjoni tiegħu tal-appaltatur. Is-salvagwardji inklużi fil-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni u r-responsabbiltà tal-kontrollur tal-Korea għall-azzjonijiet tal-appaltatur jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni meta l-ipproċessar tad-data personali jiġi esternalizzat lil entità barra mill-Korea.

(88)

It-tieni, il-kontrolluri Koreani jistgħu jipprovdu data personali lil parti terza li tinsab barra mill-Korea. Filwaqt li l-PIPA jinkludi għadd ta’ raġunijiet legali li jippermettu l-provvediment lil terzi b’mod ġenerali, jekk it-terzi jkunu jinsabu barra mill-Korea, il-kontrollur fil-prinċipju (115) jrid jikseb il-kunsens tas-suġġett tad-data (116) wara li jkun ipprovda lis-suġġett tad-data b’informazzjoni dwar (1) it-tip tad-data personali, (2) ir-riċevitur tad-data personali, (3) l-iskop tat-trasferiment fis-sens tal-iskop tal-ipproċessar segwit mir-riċevitur, (4) il-perjodu ta’ żamma għall-ipproċessar mir-riċevitur kif ukoll (5) il-fatt li s-suġġett tad-data jista’ jiċħad il-kunsens (l-Artikolu 17(2), (3) tal-PIPA). In-Notifika 2021-5, fit-taqsima tagħha dwar it-trasparenza (ara l-premessa (70)), tirrikjedi li l-individwi jiġu infurmati dwar il-pajjiż terz li lilu se tiġi pprovduta d-data tagħhom. Dan jiżgura li s-suġġetti tad-data fl-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata b’mod sħiħ dwar jekk jagħtux il-kunsens tagħhom jew le għall-provvediment lil terzi barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kontrollur ma jidħolx f’kuntratt mat-terzi riċeventi bi ksur tal-PIPA, li jfisser li jenħtieġ li l-kuntratt ma jkunx fih obbligi li jikkontradixxu r-rekwiżiti imposti mill-PIPA fuq il-kontrollur (117).

(89)

Mingħajr il-kunsens tal-individwu, id-data personali tista’ tiġi pprovduta lil terzi (barra mill-pajjiż) fejn l-iskop tad-divulgazzjoni jibqa’ “fil-kamp ta’ applikazzjoni relatat b’mod raġonevoli” mal-iskop inizjali tal-ġbir (l-Artikolu 17(4) tal-PIPA, ara l-premessa (36)). Madankollu, fid-deċiżjoni dwar jekk (jew le) id-divulgazzjoni tad-data personali għal skop “relatat”, il-kontrollur jenħtieġ li jqis jekk id-divulgazzjoni tikkawżax żvantaġġi għall-individwu u jekk ikunux ittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa (bħall-kriptaġġ). Minħabba li l-pajjiż terz li lilu tiġi ttrasferita d-data personali ma jistax joffri protezzjonijiet simili għal dawk ipprovduti taħt il-PIPA, it-Taqsima 2 tan-Notifika 2021-5 tirrikonoxxi li tali żvantaġġi jistgħu jirriżultaw u jistgħu jiġu evitati biss jekk il-kontrollur tal-Korea u r-riċevitur barrani, permezz ta’ strument legalment vinkolanti (bħal kuntratt), jiżguraw livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għall-PIPA, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(90)

Ir-regoli speċjali japplikaw għal divulgazzjoni “barra mill-iskop”, jiġifieri l-provvediment tad-data lil terzi għal għan ġdid (mhux relatat), li jista’ jsir biss għal waħda mir-raġunijiet tal-Artikolu 18(2) tal-PIPA, kif deskritt fil-premessa (39). Madankollu, anke taħt dawk il-kundizzjonijiet, il-provvediment lil terzi huwa eskluż jekk x’aktarx li “jikser b’mod inġust” l-interessi tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi, li teħtieġ bilanċ tal-interessi. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 18(5) tal-PIPA, il-kontrollur jeħtieġlu japplika salvagwardji addizzjonali, li jistgħu jinkludu t-talba lit-terzi biex jirrestrinġu l-iskop u l-metodu tal-ipproċessar, jew biex jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta’ sigurtà. Għal darb’oħra, minħabba li l-pajjiż terz li lilu tiġi ttrasferita d-data personali ma jistax joffri protezzjonijiet simili għal dawk ipprovduti taħt il-PIPA, it-Taqsima 2 tan-Notifika 2021-5 tirrikonoxxi li tali “ksur inġust” tal-interessi tal-individwu jew ta’ terzi jista’ jinħoloq u jista’ jiġi evitat biss jekk il-kontrollur tal-Korea u r-riċevitur barrani, permezz ta’ strument legalment vinkolanti (bħal kuntratt), jiżguraw livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għall-PIPA, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(91)

Ir-regoli fil-premessi (86) - (90) għalhekk jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni meta d-data personali tiġi ttrasferita ’il quddiem (lil “appaltatur” jew terzi) mir-Repubblika tal-Korea b’mod li huwa essenzjalment ekwivalenti għal dak previst taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.3.10   Responsabbiltà

(92)

Skont il-prinċipju tar-responsabbiltà, l-entitajiet li jipproċessaw id-data huma meħtieġa jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa sabiex jikkonformaw b’mod effettiv mal-obbligi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data u jkunu jistgħu juru tali konformità, b’mod partikolari lill-awtorità superviżorja kompetenti.

(93)

Skont l-Artikolu 3(6), (8) tal-PIPA, il-kontrollur jeħtieġlu jipproċessa d-data personali “b’mod li tiġi mminimizzata l-possibbiltà ta’ ksur” tal-privatezza tas-suġġett tad-data, u għandu jagħmel ħiltu biex jikseb il-fiduċja tas-suġġett tad-data billi josserva u jeżegwixxi tali dmirijiet u responsabbiltajiet kif previsti fil-PIPA u statuti oħra. Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ pjan ta’ ġestjoni interna (l-Artikolu 29 tal-PIPA) kif ukoll taħriġ u superviżjoni xierqa tal-persunal (l-Artikolu 28 tal-PIPA).

(94)

Bħala mezz biex tiġi żgurata r-responsabbiltà, l-Artikolu 31 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 32 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA joħloq obbligu għall-kontrolluri biex jaħtru uffiċjal tal-privatezza li “jieħu r-responsabbiltà komprensiva għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali”. B’mod partikolari, tali uffiċjal tal-privatezza għandu l-kompitu li jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin: (1) l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-protezzjoni tad-data personali u t-tfassil tal-politika dwar il-privatezza, (2) it-twettiq ta’ stħarriġ regolari dwar l-istatus u l-prattiki tal-ipproċessar tad-data personali, bil-għan li jittejbu kwalunkwe nuqqasijiet, (3) l-immaniġġjar tal-ilmenti u l-kumpens ta’ rimedju, (4) l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll intern biex jiġu evitati id-divulgar, l-abbuż jew l-użu ħażin tad-data personali, (5) it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ programm edukattiv, (6) il-protezzjoni, il-kontroll u l-ġestjoni ta’ fajls tad-data personali, u (7) il-qerda tad-data personali ladarba l-iskop tal-ipproċessar ikun inkiseb jew il-perjodu taż-żamma jkun skada. Fit-twettiq ta’ dawn id-dmirijiet, l-uffiċjal tal-privatezza jista’ jispezzjona l-istatus tal-ipproċessar tad-data personali u s-sistemi relatati u jista’ jitlob informazzjoni dwarhom (l-Artikolu 31(3) tal-PIPA). Jekk l-uffiċjal tal-privatezza jsir konxju minn kwalunkwe ksur tal-PIPA jew ta’ statuti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-data, huwa għandu minnufih jadotta miżuri korrettivi u jirrapporta tali miżuri lill-maniġment (“kap”) tal-kontrollur, jekk ikun meħtieġ (l-Artikolu 31(4) tal-PIPA). Skont l-Artikolu 31(5) tal-PIPA, l-uffiċjal tal-privatezza ma jridx ibati minn żvantaġġi mhux ġustifikati bħala konsegwenza tat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet.

(95)

Barra minn hekk, il-kontrolluri jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom b’mod proattiv biex iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza fil-każ fejn l-operat ta’ fajls tad-data personali jinvolvi riskju għall-privatezza (l-Artikolu 33(8) tal-PIPA). Abbażi tal-Artikolu 33(1), (2) tal-PIPA flimkien mal-Artikoli 35, 36 u 38 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, fatturi bħat-tip u n-natura tad-data pproċessata (b’mod partikolari jekk tikkostitwixxix informazzjoni sensittiva), il-volum tagħha, il-perjodu ta’ żamma, u l-probabbiltà ta’ ksur tad-data se tkun rilevanti fil-valutazzjoni tal-grad ta’ riskju għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data. L-għan tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza huwa li jiġi żgurat li jiġu analizzati l-fatturi ta’ riskju għall-privatezza kif ukoll kwalunkwe kontromiżuri ta’ sikurezza jew oħrajn, u li jiġu indikati kwistjonijiet li jeħtieġu titjib (ara l-Artikolu 33(1) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 38 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(96)

L-istituzzjonijiet pubbliċi huma obbligati jwettqu valutazzjoni tal-impatt meta jipproċessaw ċerti fajls tad-data personali li jippreżentaw riskju ogħla għal ksur possibbli tal-privatezza (l-Artikolu 33(1) tal-PIPA). F’konformità mal-Artikolu 35 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, dan huwa l-każ, fost l-oħrajn, għal fajls li jkun fihom informazzjoni sensittiva dwar mill-inqas 50 000 suġġett tad-data, fajls li se jitqabblu ma’ fajls oħra u b’riżultat ta’ dan se jkun fihom informazzjoni dwar mill-inqas 500 000 suġġett tad-data, jew fajls li jkun fihom informazzjoni dwar mill-inqas miljun suġġett tad-data. Ir-riżultat ta’ valutazzjoni tal-impatt imwettqa minn istituzzjoni pubblika jrid jiġi kkomunikat lill-PIPC (l-Artikolu 33(1) tal-PIPA), li tista’ tipprovdi l-opinjoni tagħha (l-Artikolu 33(3) tal-PIPA).

(97)

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 13 tal-PIPA jistipula li l-PIPC għandha tistabbilixxi l-politiki meħtieġa għall-promozzjoni u l-appoġġ ta’ “attivitajiet ta’ protezzjoni tad-data awtoregolatorji” mill-kontrolluri, fost l-oħrajn permezz tal-edukazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-promozzjoni tal-organizzazzjonijiet involuti fil-protezzjoni tad-data u l-appoġġ għalihom, u billi tassisti lill-kontrolluri fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni tar-regoli awtoregolatorji. Barra minn hekk, għandha tintroduċi u tiffaċilita s-sistema tal-Marka tal-Privatezza Elettronika (ePRIVACY Mark system). F’dan ir-rigward, l-Artikolu 32-2 tal-PIPA flimkien mal-Artikoli 34-2 sa 34-8 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jipprevedi l-possibbiltà li jiġi ċċertifikat li s-sistema(i) ta’ proċessar tad-data personali u ta’ protezzjoni ta’ kontrollur jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-PIPA. Skont dawn ir-regoli, tista’ tingħata ċertifikazzjoni (118) (għal perjodu ta’ tliet snin) jekk il-kontrollur jissodisfa l-kriterji ta’ ċertifikazzjoni ddeterminati mill-PIPC, inkluż l-istabbiliment ta’ salvagwardji maniġerjali, tekniċi u fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali (119). Il-PIPC jenħtieġ li teżamina s-sistemi tal-kontrollur rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni mill-inqas darba fis-sena biex iżomm l-effettività tiegħu, li tista’ twassal għar-revoka taċ-ċertifikazzjoni (l-Artikolu 32(4) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 34-5 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA; l-hekk imsejħa “ġestjoni ta’ segwitu”).

(98)

Għalhekk, il-qafas tal-Korea jimplimenta l-prinċipju tar-responsabbiltà b’mod li jiżgura livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż billi jipprovdi għal mekkaniżmi differenti biex jiżgura u juri l-konformità mal-PIPA.

2.3.11   Regoli speċjali għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar kreditu personali

(99)

Kif deskritt fil-premessa (13), is-CIA jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali mill-operaturi kummerċjali. Meta jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali, l-operaturi kummerċjali għalhekk għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali tal-PIPA, sakemm is-CIA ma jkunx fih regoli aktar speċifiċi. Dan ikun pereżempju l-każ meta jipproċessaw informazzjoni relatata ma’ karta ta’ kreditu jew kont bankarju fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali ma’ individwu. Bħala leġiżlazzjoni settorjali għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu (kemm personali kif ukoll mhux personali), is-CIA mhux biss jimponi salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data (pereżempju f’termini ta’ trasparenza u sigurtà), iżda wkoll b’mod aktar ġenerali jirregola ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tista’ tiġi pproċessata informazzjoni dwar il-kreditu personali. Dan huwa, b’mod partikolari, rifless fir-rekwiżiti dettaljati għall-użu, il-provvediment lil terzi tad-data lil terzi u ż-żamma ta’ tali data.

(100)

Bħall-PIPA, is-CIA jirrifletti l-prinċipju tal-legalità u tal-proporzjonalità. L-ewwel nett, bħala rekwiżit ġenerali, l-Artikolu 15(1) tas-CIA jippermetti biss il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kreditu personali b’mezzi raġonevoli u ġusti u sal-inqas punt meħtieġ biex iservi skop speċifikat, f’konformità mal-Artikolu 3(1)-(2) tal-PIPA. It-tieni, is-CIA jirregola speċifikament il-legalità tal-ipproċessar tal-informazzjoni dwar il-kreditu personali, billi jillimita l-ġbir, l-użu u l-provvediment tagħha lil terzi u b’mod ġenerali jorbot dawk l-attivitajiet ta’ proċessar mar-rekwiżit ta’ kunsens tal-persuna kkonċernata.

(101)

L-informazzjoni dwar il-kreditu personali tista’ tinġabar abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet ipprovduti mill-PIPA jew abbażi ta’ raġunijiet speċifiċi stabbiliti fis-CIA. Minħabba li l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 jippresupponi trasferiment tad-data personali minn kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, iżda ma jkoprix il-ġbir dirett (bħal mill-individwu jew minn sit web) minn kontrollur fil-Korea, il-kunsens biss u r-raġunijiet disponibbli skont il-PIPA huma rilevanti għal din id-Deċiżjoni. Dawk ir-raġunijiet jinkludu, b’mod partikolari, xenarji fejn it-trasferiment ikun meħtieġ biex jitwettaq kuntratt mal-individwu jew għall-interessi leġittimi tal-kontrollur tal-Korea (l-Artikolu 15(1) lit. 4, 6 tal-PIPA) (120).

(102)

Ladarba tinġabar, tista’ tintuża informazzjoni ta’ kreditu personali (1) għall-iskop oriġinali li għalih kienet (direttament) ipprovduta mill-individwu (121); (2) għal skop li jkun kompatibbli mal-iskop oriġinali tal-ġbir (122); (3) biex jiġi ddeterminat jekk għandhiex tiġi stabbilita jew miżmuma relazzjoni kummerċjali mitluba mill-individwu (123); (4) għall-għanijiet tal-istatistika, ir-riċerka u l-arkivjar fl-interess pubbliku (124) jekk l-informazzjoni tkun psewdonimizzata (125); (5) jekk jinkiseb kunsens ulterjuri jew (6) skont il-liġi.

(103)

Jekk operatur kummerċjali jkollu l-ħsieb li jiddivulga informazzjoni ta’ kreditu personali lil terzi, irid jikseb il-kunsens tal-individwu (126) wara li jinforma lill-individwu dwar ir-riċevitur tad-data, l-iskop tal-ipproċessar mir-riċevitur, id-dettalji tad-data li għandha tiġi pprovduta, il-perjodu ta’ ħżin mir-riċevitur u d-dritt li jiġi rrifjutat il-kunsens (l-Artikolu 32(1) tas-CIA u l-Artikolu 28(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA) (127). Dan ir-rekwiżit ta’ kunsens ma japplikax f’sitwazzjonijiet speċifiċi, jiġifieri fejn tiġi divulgata informazzjoni dwar il-kreditu personali (128): (1) lil appaltatur għal finijiet ta’ esternalizzazzjoni (129); (2) lil terzi f’każ ta’ trasferiment ta’ negozju, diviżjoni jew fużjoni; (3) għall-għanijiet tal-istatistika, ir-riċerka u l-arkivjar fl-interess pubbliku, fejn l-informazzjoni tkun psewdonimizzata; (4) għal skop li jkun kompatibbli mal-iskop oriġinali tal-ġbir; (5) lil terzi li jużaw l-informazzjoni biex jiġbru dejn dovut mill-individwu (130); (6) sabiex tinkiseb konformità ma’ ordni tal-qorti; (7) lil prosekutur/uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija f’emerġenza fejn il-ħajja tal-individwu tkun f’periklu jew tkun jew ikun mistenni li jsofri ħsara fil-persuna u ma jkun hemm l-ebda ħin disponibbli biex jinħareġ mandat ġudizzjarju (131); (8) lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti biex jikkonformaw mal-liġijiet tat-tassazzjoni; jew (9) f’konformità ma’ liġijiet oħra. F’każ ta’ divulgazzjoni fuq waħda minn dawn ir-raġunijiet, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jiġi nnotifikat minn qabel (l-Artikolu 32(7) tas-CIA).

(104)

Is-CIA jirregola wkoll b’mod speċifiku d-durata tal-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali abbażi ta’ waħda minn dawk ir-raġunijiet għall-użu jew għall-provvediment lil terzi wara t-tmiem tar-relazzjoni kummerċjali mal-individwu (132). Tista’ tinżamm biss l-informazzjoni li kienet meħtieġa biex tiġi stabbilita jew tinżamm dik ir-relazzjoni, soġġetta għal salvagwardji addizzjonali (din trid tinżamm separatament mill-informazzjoni dwar il-kreditu li tirrigwarda individwi li magħhom tkun għadha għaddejja relazzjoni kummerċjali, protetta minn miżuri speċifiċi ta’ sigurtà u aċċessibbli biss minn individwi awtorizzati) (133). Id-data l-oħra kollha trid titħassar (l-Artikolu 17-2(1) lit. 2 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA). Sabiex jiġi ddeterminat liema data kienet meħtieġa għar-relazzjoni kummerċjali, iridu jitqiesu fatturi differenti, inkluż jekk kienx ikun possibbli li tiġi stabbilita r-relazzjoni mingħajr id-data u jekk hijiex relatata direttament mal-prodotti jew mas-servizzi pprovduti lill-individwu (l-Artikolu 17-2(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA).

(105)

Anke f’każijiet fejn l-informazzjoni dwar il-kreditu personali tista’ fil-prinċipju tinżamm lil hinn mit-tmiem tar-relazzjoni kummerċjali, din trid titħassar fi żmien tliet xhur wara li jintlaħaq l-iskop ulterjuri tal-ipproċessar (134) jew, fi kwalunkwe każ, wara ħames snin (l-Artikolu 20-2 tas-CIA). F’għadd limitat ta’ ċirkostanzi, l-informazzjoni dwar il-kreditu personali tista’ tinżamm għal aktar minn ħames snin, b’mod partikolari fejn ikun meħtieġ biex ikun hemm konformità ma’ obbligu legali; fejn meħtieġ għall-interessi vitali tal-ħajja, tal-persuna jew tal-proprjetà ta’ individwu; għall-arkivjar ta’ informazzjoni psewdonimizzata (li ntużat għall-għanijiet ta’ riċerka xjentifika, statistika jew arkivjar fl-interess pubbliku); jew għal skopijiet ta’ assigurazzjoni (b’mod partikolari għal pagamenti tal-assigurazzjoni jew għall-prevenzjoni ta’ frodi tal-assigurazzjoni) (135). F’dawn il-każijiet eċċezzjonali, japplikaw salvagwardji speċifiċi (bħan-notifika tal-individwu dwar l-użu ulterjuri, is-separazzjoni tal-informazzjoni miżmuma mill-informazzjoni relatata ma’ individwi li magħhom għad hemm relazzjoni kummerċjali, il-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess, ara l-Artikolu 17-2(1)-(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA).

(106)

Is-CIA jispeċifika wkoll il-prinċipji tal-akkuratezza u tal-kwalità tad-data, billi jirrikjedi li l-informazzjoni dwar il-kreditu personali tkun “irreġistrata, modifikata u ġestita” biex tinżamm akkurata u aġġornata (l-Artikolu 18(1) tas-CIA u l-Artikolu 15(3) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA) (136). Meta jipprovdu informazzjoni dwar il-kreditu lil ċerti entitajiet oħra (bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu), l-operaturi kummerċjali huma wkoll speċifikament meħtieġa jivverifikaw l-akkuratezza tal-informazzjoni biex jiżguraw li tiġi rreġistrata u ġestita biss informazzjoni akkurata mir-riċevitur (l-Artikolu 15(1) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA, flimkien mal-Artikolu 18(1) tas-CIA). B’mod aktar ġenerali, is-CIA jirrikjedi li jinżammu rekords dwar il-ġbir, l-użu, id-divulgazzjoni lil terzi u l-qerda ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali (l-Artikolu 20(2) tas-CIA) (137).

(107)

Barra minn hekk, l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar kreditu personali huwa suġġett għal rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tas-sigurtà tad-data. B’mod partikolari, is-CIA jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi, fiżiċi u organizzazzjonali biex jiġi prevenut l-aċċess illegali għas-sistemi tal-kompjuter kif ukoll l-alterazzjoni, il-qerda jew kwalunkwe riskju ieħor għad-data pproċessata (pereżempju permezz ta’ kontrolli tal-aċċess, ara l-Artikolu 19 tas-CIA u l-Artikolu 16 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA). Barra minn hekk, meta tiġi skambjata informazzjoni dwar kreditu personali ma’ terzi, irid jiġi konkluż ftehim li jistabbilixxi miżuri speċifiċi ta’ sigurtà (l-Artikolu 19(2) tas-CIA). Jekk iseħħ ksur ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali, iridu jittieħdu miżuri biex tiġi mminimizzata kwalunkwe ħsara u l-individwi kkonċernati jenħtieġ li jiġu nnotifikati mingħajr dewmien (l-Artikolu 39-4(1)-(2) tas-CIA). Barra minn hekk, il-PIPC trid tiġi infurmata bin-notifika pprovduta lill-individwi u bil-miżuri li ġew implimentati (l-Artikolu 39-4(4) tas-CIA).

(108)

Is-CIA jimponi wkoll obbligi speċifiċi ta’ trasparenza meta jinkiseb il-kunsens għall-użu jew għall-provvediment lil terzi ta’ informazzjoni ta’ kreditu personali (l-Artikolu 32(4) u l-Artikolu 34-2 tas-CIA u l-Artikolu 30-3 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA) u, b’mod aktar ġenerali, qabel ma tiġi pprovduta informazzjoni lil terzi (l-Artikolu 32(7) tas-CIA) (138). Barra minn hekk, l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu informazzjoni fuq talba dwar l-użu u l-provvediment lil terzi tal-informazzjoni ta’ kreditu tagħhom lil terzi fit-tliet snin ta’ qabel it-talba (inklużi l-iskop u d-dati ta’ tali użu/provvediment lil terzi) (139).

(109)

Skont is-CIA, l-individwi għandhom ukoll id-dritt li jaċċessaw l-informazzjoni ta’ kreditu personali tagħhom (l-Artikolu 38(1) tas-CIA) u li jiksbu korrezzjoni tad-data mhux akkurata (l-Artikolu 38(2)-(3) tas-CIA) (140). Barra minn hekk, minbarra d-dritt ġenerali għat-tħassir taħt il-PIPA (ara l-premessa (77)), is-CIA jipprevedi dritt speċifiku għat-tħassir ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali li jkun inżamm lil hinn mill-perjodi ta’ żamma msemmija fil-premessa (104), jiġifieri ħames snin (għal informazzjoni dwar kreditu personali li kienet meħtieġa biex tiġi stabbilita jew miżmuma relazzjoni kummerċjali) jew tliet xhur (għal tipi oħra ta’ informazzjoni dwar kreditu personali) (141). Talba għal tħassir tista’ tiġi miċħuda b’mod eċċezzjonali meta tkun meħtieġa żamma ulterjuri fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-premessa (105). Jekk individwu jitlob it-tħassir, iżda tkun tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet, iridu jiġu applikati salvagwardji speċifiċi għall-informazzjoni dwar il-kreditu kkonċernata (l-Artikolu 38-3(3) tas-CIA u l-Artikolu 33-3 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA). Pereżempju, l-informazzjoni trid tinżamm separatament minn informazzjoni oħra, tista’ tiġi aċċessata biss minn persuna awtorizzata u trid tkun soġġetta għal miżuri speċifiċi ta’ sigurtà.

(110)

Minbarra d-drittijiet imsemmija fil-premessa (109), is-CIA jiggarantixxi lill-individwi d-dritt li jitolbu lil kontrollur biex ma jibqax jikkuntattjahom għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta (l-Artikolu 37(2) tal-Att) u d-dritt għall-portabbiltà tad-data. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, is-CIA jippermetti lill-individwi jitolbu t-trażmissjoni tal-informazzjoni ta’ kreditu personali tagħhom lilhom infushom jew lil ċerti terzi (bħal istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu). L-informazzjoni dwar il-kreditu personali trid tiġi pproċessata u trażmessa lit-terzi f’format li jista’ jiġi pproċessat minn apparat għall-ipproċessar tal-informazzjoni (bħal kompjuter).

(111)

Għalhekk, inkwantu s-CIA fih regoli speċifiċi meta mqabbla mal-PIPA, il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli jiżguraw ukoll livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak mogħti skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.4   Sorveljanza u infurzar

(112)

Sabiex jiġi żgurat li livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data jkun iggarantit fil-prattika, jenħtieġ li tkun fis-seħħ awtorità superviżorja indipendenti inkarigata bis-setgħat li timmonitorja u tinforza l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li din l-awtorità taġixxi b’indipendenza u b’imparzjalità sħiħa fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha.

2.4.1   Sorveljanza indipendenti

(113)

Fir-Repubblika tal-Korea, l-awtorità indipendenti inkarigata mill-monitoraġġ u l-infurzar tal-PIPA hija l-PIPC. Il-PIPC hija magħmula minn Chairperson, Viċi Chairperson u seba’ Kummissarji. Iċ-Chairperson u l-Viċi Chairperson jinħatru mill-President fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru. Mill-Kummissarju, tnejn jinħatru mill-President fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson u ħamsa fuq rakkomandazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali (li minnhom tnejn fuq rakkomandazzjoni mill-partit politiku tal-President u tlieta fuq rakkomandazzjoni mill-partiti politiċi l-oħra (l-Artikolu 7-2(2) tal-PIPA), li jgħin biex jibbilanċja l-partiġġaniżmu fil-proċess tal-ħatra) (142). Din il-proċedura hija konformi mar-rekwiżit applikabbli għall-ħatra tal-membri tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data fl-Unjoni (l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2016/679). Barra minn hekk, il-Kummissarji kollha jridu jastjenu minn kwalunkwe negozju relatat mal-profitt, attivitajiet politiċi u milli jżommu pożizzjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika jew fl-Assemblea Nazzjonali (l-Artikoli 7-6 u 7-7(1) lit. 3 tal-PIPA) (143). Il-Kummissarji kollha huma wkoll suġġetti għal regoli speċifiċi li ma jħalluhomx jipparteċipaw f’deliberazzjonijiet fil-każ ta’ xi kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’ (l-Artikoli 7-11 PIPA). Il-PIPC hija assistita minn Segretarjat (l-Artikolu 7-13) u tista’ tistabbilixxi sottokummissjonijiet (li jikkonsistu minn tliet Kummissarji) biex jittrattaw ksur minuri u kwistjonijiet rikorrenti (l-Artikolu 7-12 tal-PIPA).

(114)

Kull membru tal-PIPC jinħatar għal tliet snin u jista’ jerġa’ jinħatar darba (l-Artikolu 7-4(1) tal-PIPA). Il-Kummissarji jistgħu jitneħħew biss f’ċirkostanzi speċifiċi, jiġifieri jekk ma jkunux għadhom jistgħu jwettqu dmirijiethom minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika fit-tul, jaġixxu bi ksur tal-liġi, jew jissodisfaw waħda mir-raġunijiet għall-iskwalifika mill-kariga (144) (l-Artikolu 7-5 tal-PIPA). Dan jipprovdihom bi protezzjoni istituzzjonali fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom.

(115)

B’mod aktar ġenerali, l-Artikolu 7(1) tal-PIPA jiggarantixxi b’mod espliċitu l-indipendenza tal-PIPC, u l-Artikolu 7-5(2) tal-PIPA jirrikjedi li l-Kummissarji jwettqu dmirijiethom b’mod indipendenti, skont il-liġi u l-kuxjenza tagħhom (145). Is-salvagwardji istituzzjonali u proċedurali deskritti, inkluż fir-rigward tal-ħatra u t-tkeċċija tal-membri tiegħu, jiżguraw li l-PIPC taġixxi b’indipendenza sħiħa, mingħajr influwenza jew struzzjonijiet esterni. Barra minn hekk, bħala aġenzija amministrattiva ċentrali, il-PIPC annwalment tipproċessa l-baġit proprju tagħha ( li jkun rieżaminat mill-Ministeru għall-Finanzi bħala parti mill-baġit nazzjonali kumplessiv qabel l-adozzjoni mill-Assemblea Nazzjonali) u hija responsabbli għal-ġestjoni tal-persunal tagħha stess. Il-PIPC għandha baġit kurrenti ta' madwar EUR 35 miljun u għandha 154 membru tal-persunal (inkluż 40 impjegat speċjalizzat fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, 32 impjegat li jiffukaw fuq l-investigazzjonijiet u 40 espert legali)

(116)

Il-kompiti u s-setgħat tal-PIPC huma prinċipalment previsti fl-Artikoli 7-8 u 7-9, kif ukoll fl-Artikoli 61-66 tal-PIPA (146). B’mod partikolari, il-kompiti tal-PIPC jinkludu konsulenza dwar il-liġijiet u r-regolamenti relatati mal-protezzjoni tad-data, l-iżvilupp ta’ politiki u linji gwida dwar il-protezzjoni tad-data, l-investigazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet individwali, it-trattament tal-ilmenti u l-medjazzjoni tat-tilwim, l-infurzar tal-konformità mal-PIPA, l-iżgurar tal-edukazzjoni u l-promozzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, u l-iskambju u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data ta’ pajjiżi terzi (147).

(117)

Abbażi tal-Artikolu 68 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 62 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, ċerti kompiti tal-PIPC ġew delegati lill-Aġenzija tal-Korea dwar l-Internet u s-Sigurtà, jiġifieri: (1) l-edukazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi, (2) it-taħriġ ta’ speċjalisti u l-iżvilupp ta’ kriterji għall-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-privatezza, (3) it-trattament ta’ talbiet għall-ħatra tal-hekk imsejħa istituzzjoni għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza, (4) it-trattament ta’ talbiet għal aċċess indirett għad-data personali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 35(2) tal-PIPA) u (5) il-kompitu li jintalbu materjali u li jitwettqu spezzjonijiet fir-rigward tal-ilmenti riċevuti permezz tal-hekk imsejjaħ Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza. Fil-kuntest tat-trattament tal-ilmenti permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza, l-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea tittrażmetti l-każ lill-PIPC jew lill-prosekuzzjoni jekk issib li seħħ ksur tal-liġi. Il-possibbiltà li jiġi ppreżentat ilment liċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza ma tipprevjenix lill-individwi milli jippreżentaw ilment direttament mal-PIPC jew milli jirrikorru għall-PIPC jekk iqisu li l-ilment tagħhom ma kienx ittrattat b’mod sodisfaċenti mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea.

2.4.2   Infurzar, inklużi sanzjonijiet

(118)

Bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-PIPA, il-leġiżlatur ta lill-PIPC kemm setgħat investigattivi kif ukoll ta’ infurzar, li jvarjaw minn rakkomandazzjonijiet sa multi amministrattivi. Dawn is-setgħat huma kkumplimentati aktar minn reġim ta’ sanzjonijiet kriminali.

(119)

Fir-rigward tas-setgħat investigattivi, jekk ikun hemm suspett jew ikun ġie rrapportat ksur tal-PIPA, jew fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data kontra l-ksur, il-PIPC tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post u titlob il-materjali rilevanti kollha (bħal artikoli u dokumenti) mill-kontrolluri tad-data personali (l-Artikolu 63 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 60 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (148).

(120)

F’termini ta’ infurzar, skont l-Artikolu 61(2) tal-PIPA, il-PIPC tista’ tipprovdi parir lill-kontrolluri tad-data dwar kif itejbu l-livell ta’ protezzjoni tad-data personali ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ proċessar. Il-kontrolluri tad-data jridu jagħmlu sforzi bona fide biex jimplimentaw tali parir u huma meħtieġa jinfurmaw lill-PIPC bl-eżitu. Barra minn hekk, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun seħħ ksur tal-PIPA u n-nuqqas ta’ azzjoni x’aktarx jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi rrimedjat, il-PIPC tista’ timponi miżuri korrettivi (l-Artikolu 64(1) tal-PIPA) (149). It-Taqsima 5 tan-Notifika 2021-5 (l-Anness I) tiċċara, b’effett vinkolanti, li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati fir-rigward tal-ksur ta’ kwalunkwe dispożizzjoni tal-PIPA li tipproteġi d-drittijiet ta’ privatezza tal-individwi fir-rigward tal-informazzjoni personali (150). Il-miżuri li l-PIPC għandha s-setgħa li tieħu jinkludu l-ordni tal-waqfien tal-imġiba li tikkawża l-ksur, is-sospensjoni temporanja tal-ipproċessar tad-data jew kwalunkwe miżura oħra meħtieġa. In-nuqqas ta’ konformità ma’ miżura korrettiva jista’ jwassal għal sanzjoni permezz ta’ multa ta’ ammont massimu ta’ WON 50 miljun (l-Artikolu 75(2) lit. 13 tal-PIPA).

(121)

Fir-rigward ta’ ċerti awtoritajiet pubbliċi (bħall-Assemblea Nazzjonali, l-aġenziji amministrattivi ċentrali, il-korpi tal-gvern lokali u l-qrati), l-Artikolu 64(4) tal-PIPA jistipula li l-PIPC tista’ “tirrakkomanda” kwalunkwe waħda mill-miżuri korrettivi msemmija fil-premessa (120) u li dawn l-awtoritajiet huma meħtieġa jikkonformaw ma’ tali rakkomandazzjoni sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi straordinarji. Skont it-Taqsima 5 tan-Notifika 2021-5, dan jirreferi għal ċirkostanzi fattwali jew legali straordinarji li l-PIPC ma kinitx konxja minnhom meta għamlet ir-rakkomandazzjoni tagħha. L-awtorità pubblika kkonċernata tista’ tinvoka dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji biss jekk turi b’mod ċar li ma seħħ l-ebda ksur u l-PIPC tiddetermina li dan tabilħaqq ma huwiex il-każ. Apparti dan, l-awtorità pubblika trid issegwi r-rakkomandazzjoni tal-PIPC u “tieħu miżura korrettiva, inkluż li twaqqaf minnufih l-azzjoni, u tikkumpensa għad-danni fil-każ eċċezzjonali fejn ikun sar att illegali.”

(122)

Il-PIPC tista' wkoll titlob lil aġenziji amministrattivi oħrajn li jkollhom kompetenza speċifika skont il-leġiżlazzjoni settorjali (pereżempju saħħa, edukazzjoni) biex iwettqu investigazzjoni - weħedhom jew flimkien mal-PIPC- ta' ksur (suspettat) tal-privatezza minn kontrolluri li joperaw f'dawn is-setturi fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, u li jimponu miżuri korrettivi (l-Artikolu 63(4)-(5) tal-PIPA). F'dan il-każ, il-PIPC tiddetermina r-raġunijiet, l-oġġett u l-ambitu tal-investigazzjoni (151). L-aġenzija amministrattiva rilevanti jenħtieġ li tippreżenta pjan ta’ spezzjoni lill-PIPC u tinnotifika lill-PIPC bir-riżultat tal-ispezzjoni. Il-PIPC tista' tirrakkomanda li tittieħed miżura korrettiva speċifika, li l-aġenzija trid tara li timplimenta. Talba bħal din ma tillimitax il-kompetenza tal-PIPC biex twettaq l-investigazzjoni tagħha stess jew timponi sanzjonijiet.

(123)

Minbarra s-setgħat korrettivi tagħha, il-PIPC tista’ timponi multi amministrattivi bejn WON 10 u 50 miljun għal ksur ta’ diversi rekwiżiti tal-PIPA (l-Artikolu 75 tal-PIPA) (152). Fost l-oħrajn, dan jinkludi n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għal-legalità tal-ipproċessar, in-nuqqas ta’ teħid tal-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, in-nuqqas ta’ notifika tas-suġġetti tad-data f’każ ta’ ksur tad-data, in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għas-sottoproċessar, in-nuqqas ta’ stabbiliment u divulgar ta’ politika dwar il-privatezza, in-nuqqas ta’ ħatra ta’ uffiċjal tal-privatezza, jew in-nuqqas li tittieħed azzjoni fuq talba mis-suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet individwali tiegħu, kif ukoll ta’ ċerti ksur proċedurali (nuqqas ta’ kooperazzjoni matul investigazzjoni). F'każ ta’ ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-PIPA mill-istess kontrollur, tista' tkun imposta multa għal-kull ksur, u l-għadd ta' individwi affettwati ikun ikkunsidrat biex ikun stabbilit il-livell tal-multa.

(124)

Barra minn hekk, fejn jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jiġi suspettat ksur tal-PIPA jew kwalunkwe “statuti oħrajn relatati mal-protezzjoni tad-data”, il-PIPC tista’ tissottometti kwerela lill-aġenzija investigattiva kompetenti (bħal prosekutur, ara l-Artikolu 65(1) tal-PIPA). Barra minn hekk, il-PIPC tista’ jagħti parir lill-kontrollur biex jieħu azzjoni dixxiplinari kontra l-persuna responsabbli (inkluż il-maniġer responsabbli, ara l-Artikolu 65(2) tal-PIPA). Malli jirċievi tali parir, il-kontrollur irid jikkonforma (153) miegħu u jrid jinnotifika lill-PIPC bil-miktub bir-riżultat (l-Artikolu 65 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 58 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(125)

Fir-rigward tal-parir skont l-Artikolu 61, il-miżuri korrettivi skont l-Artikolu 64, l-akkuża jew il-parir għal azzjoni dixxiplinari skont l-Artikolu 65 u l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi skont l-Artikolu 75 tal-PIPA, il-PIPC tista’ tippubblika l-fatti – jiġifieri l-ksur, l-entità li tkun kisret il-liġi u l-miżura/i imposta/i – billi tpoġġihom fuq is-sit web tagħha jew f’gazzetta ta’ kuljum ġenerali mal-pajjiż kollu (l-Artikolu 66 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 61(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (154).

(126)

Fl-aħħar nett, il-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fil-PIPA (kif ukoll “statuti oħrajn relatati mal-protezzjoni tad-data”) hija appoġġata minn reġim ta’ sanzjonijiet kriminali. F’dan ir-rigward, l-Artikoli 70-73 tal-PIPA fihom dispożizzjonijiet kriminali li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ multa (bejn WON 20 u 100 miljun) jew ta’ priġunerija (bis-sentenza massima tvarja bejn 2 u 10 snin). Il-ksur rilevanti jinkludi, fost l-oħrajn, l-użu tad-data personali jew il-provvediment lil terzi ta’ tali data lil terzi mingħajr il-kunsens meħtieġ, l-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva kontra l-projbizzjoni fl-Artikolu 23(1) tal-PIPA, in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza applikabbli li jirriżulta fit-telf, fis-serq, fid-divulgazzjoni, fil-falsifikazzjoni, fit-tibdil jew fil-ħsara, fin-nuqqas li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi kkoreġuta, imħassra jew sospiża d-data personali, jew it-trasferiment illegali tad-data personali lil pajjiż terz (155). Skont l-Artikolu 74 tal-PIPA, f’kull wieħed minn dawn il-każijiet l-impjegat, l-aġent jew ir-rappreżentant tal-kontrollur kif ukoll il-kontrollur innifsu għandhom ikunu responsabbli (156).

(127)

Minbarra s-sanzjonijiet kriminali previsti fil-PIPA, l-użu ħażin tad-data personali jista’ jikkostitwixxi wkoll reat skont l-Att Kriminali. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward tal-ksur tas-segretezza tal-ittri, tad-dokumenti jew tar-rekords elettroniċi (l-Artikolu 316), id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni soġġetta għas-segretezza professjonali (l-Artikolu 317), il-frodi bl-użu tal-kompjuters (l-Artikolu 347-2) kif ukoll l-miżapproprjazzjoni u l-ksur tal-fiduċja (l-Artikolu 355).

(128)

Għalhekk, is-sistema Koreana tikkombina tipi differenti ta’ sanzjonijiet, minn miżuri korrettivi u multi amministrattivi għal sanzjonijiet kriminali, li x’aktarx ikollhom effett ta’ deterrent partikolarment qawwi fuq il-kontrolluri u l-individwi li jittrattaw id-data. Immedjatament wara l-istabbiliment tagħha fl-2020, il-PIPC bdiet tagħmel użu mis-setgħat tagħha. Ir-rapport annwali tal-PIPC tal-2021 juri li l-PIPC diġà ħarġet għadd ta' rakkomandazzjonijiet, multi amministrattivi u ordnijiet korrettivi, kemm kontra s-settur pubbliku (madwar 34 awtorità pubblika) u wkoll kontra operaturi privati (madwar 140 kumpanija) (157). Pereżempju, f’Diċembru 2020, il-PIPC imponiet multa ta’ WON 6,7 biljun fuq kumpanija għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet differenti tal-PIPA (inklużi rekwiżiti ta’ sigurtà, rekwiżiti għall-kunsens għall-forniment u t-trasparenza ta’ terzi) (158) u multa ta’ WON 103,3 miljun f’April 2021 dwar kumpanija tat-teknoloġija tal-AI għall-ksur, fost dispożizzjonijiet oħra, tar-regoli dwar il-legalità tal-ipproċessar, b’mod partikolari l-kunsens, u l-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata (159). F'Awwissu tal-2021, il-PIPC iffinalizzat investigazzjoni oħra tal-attivitajiet ta’ tliet kumpaniji, li waslet għal miżuri korrettivi u l-impożizzjoni ta' multi sa 6,47 biljun won (fost l-oħrajn, għax naqsu milli jinfurmaw lill-individwi dwar id-divulgazzjoni tad-data personali lill-partijiet terzi, inkluż it-trasferimenti għal pajjiżi terzi) (160). Barra minn hekk, diġà qabel ir-riforma reċenti, il-Korea t’Isfel kellha rekord b’saħħtu ta’ infurzar, bl-awtoritajiet responsabbli jagħmlu użu mill-firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ infurzar, inklużi multi amministrattivi, miżuri korrettivi, u “ismijiet u kondiviżjoni” fir-rigward ta’ varjetà ta’ kontrolluri, inklużi fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni (il-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea), kif ukoll operaturi kummerċjali, istituzzjonijiet finanzjarji, awtoritajiet pubbliċi, universitajiet u sptarijiet (il-Ministeru tal-Intern u s-Sikurezza) (161). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema Koreana tiżgura l-infurzar effettiv tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-prattika, u b’hekk tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.5   Rimedju

(129)

Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni adegwata u b’mod partikolari l-infurzar tad-drittijiet individwali, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jingħata rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv, inkluż kumpens għad-danni.

(130)

Is-sistema Koreana tipprovdi lill-individwi b’diversi mekkaniżmi biex jinfurzaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju (ġudizzjarju).

(131)

Bħala l-ewwel pass, l-individwi li jqisu li d-drittijiet jew l-interessi tal-protezzjoni tad-data tagħhom ġew miksura jistgħu jirrikorru għand il-kontrollur rilevanti. Skont l-Artikolu 30(1) lit. 5 PIPA, il-politika dwar il-privatezza tal-kontrollur għandha fost l-oħrajn tinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-data u kif għandhom jiġu eżerċitati. Barra minn hekk, huwa għandu jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt – bħall-isem u n-numru tat-telefon tal-uffiċjal tal-privatezza jew tad-dipartiment responsabbli għall-protezzjoni tad-data – biex jippermetti l-preżentazzjoni tal-ilmenti (“ilmenti”). Fi ħdan l-organizzazzjoni tal-kontrollur, l-uffiċjal tal-privatezza huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-ilmenti, għall-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi f’każ ta’ ksur tal-privatezza u għall-għoti ta’ kumpens bħala rimedju (l-Artikolu 31(2) lit. 3, (4) tal-PIPA). Dan tal-aħħar huwa rilevanti, pereżempju, f’każ ta’ ksur tad-data peress li l-kontrollur irid jinforma lis-suġġett tad-data bil-punt(i) ta’ kuntatt għar-rapportar ta’ kwalunkwe dannu, fost l-oħrajn (l-Artikolu 34(1) lit. 5 tal-PIPA).

(132)

Barra minn hekk, il-PIPA joffri diversi mezzi ta’ rimedji lil individwi kontra l-kontrolluri. L-ewwel nett, kwalunkwe individwu li jqis li d-drittijiet jew l-interessi tal-protezzjoni tad-data tiegħu jew tagħha jkunu nkisru mill-kontrollur jista’ jirrapporta tali ksur lill-PIPC u/jew lil waħda mill-istituzzjonijiet speċjalizzati maħtura mill-PIPC biex jirċievu u jittrattaw l-ilmenti; dan jinkludi l-Aġenzija tal-Korea għall-Internet u s-Sigurtà, li għal dak il-għan topera ċentru ta’ informazzjoni personali (l-hekk imsejjaħ “Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza”) (l-Artikolu 62(1), (2) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 59 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Iċ-Ċentru Telefoniku dwar il-Privatezza jinvestiga u jistabbilixxi ksur, jipprovdi konsulenza dwar l-ipproċessar tad-data personali (l-Artikolu 62(3) tal-PIPA) u jista' jirraporta ksur lill-PIPC (iżda ma jistax jieħu miżuri ta' infurzar hu stess). Iċ-Ċentru Telefoniku dwar il-Privatezza jirċievi għadd kbir ta' lmenti/ talbiet (pereżempju 177 457 fl-2020, 159 255 fl-2019 u 164 497 fl-2018) (162). Skont l-informazzjoni riċevuta mill-PIPC, il-PIPC stess rċeviet madwar 1 000 ilment bejn Awwissu tal-2020 u Awwissu tal-2021. B'rispons għal ilment, il-PIPC tista' toħroġ parir għal titjib, miżuri korrettivi, "akkuża" lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur) jew parir għal-azzjoni dixxiplinarja (ara l-Artikoli 61, 64 u 65 tal-PIPA). Id-deċiżjonijiet tal-PIPC (bħal rifjut li jiġi ttrattat ilment jew rifjut fuq il-mertu ta’ lment) jistgħu jiġu kkontestati skont l-Att dwar il-Tilwim Amministrattiv (163).

(133)

It-tieni, skont l-Artikoli 40 sa 50 tal-PIPA flimkien mal-Artikoli 48-14 sa 57 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu talbiet lill-hekk imsejjaħ “Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Tilwim”, li jikkonsistu minn rappreżentanti maħtura miċ-Chairperson tal-PIPC minn membri tas-Servizz Eżekuttiv Superjuri tal-PIPC u individwi maħtura abbażi tal-esperjenza tagħhom fil-qasam tal-protezzjoni tad-data minn fost ċerti gruppi eliġibbli (ara l-Artikolu 40(2), (3) u (7) tal-PIPA, l-Artikolu 48-14 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (164). Il-possibbiltà li jagħmlu użu mill-medjazzjoni quddiem il-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Tilwim jipprovdi mezz alternattiv biex jinkiseb rimedju, iżda ma jillimitax id-dritt tal-individwu li minflok idur fuq il-PIPC jew il-qrati. Sabiex jeżamina l-każ, il-Kumitat jista’ jitlob lill-partijiet f’tilwima biex jipprovdu l-materjali meħtieġa u/jew jitlob li x-xhieda rilevanti jidhru quddiemu (l-Artikolu 45 tal-PIPA). Ladarba l-kwistjoni tiġi ċċarata, il-Kumitat iħejji abbozz ta’ deċiżjoni ta’ medjazzjoni (165) li dwarha trid taqbel il-maġġoranza tal-membri tiegħu. L-abbozz ta’ medjazzjoni jista’ jinkludi s-sospensjoni tal-ksur, ir-rimedji meħtieġa (inkluż ir-restituzzjoni jew il-kumpens) kif ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur simili (l-Artikolu 47(1) tal-PIPA). Fejn iż-żewġ partijiet jaqblu mal-għoti ta’ medjazzjoni, dan ikollu l-istess effett bħal soluzzjoni fil-qorti (l-Artikolu 47(5) tal-PIPA). L-ebda waħda mill-partijiet ma hija prekluża milli tiftaħ kawża l-qorti waqt li l-medjazzjoni tkun għadha pendenti, f’liema każ din tal-aħħar tiġi sospiża (ara l-Artikolu 48(2) tal-PIPA) (166). Ċifri annwali maħruġa mill-PIPC juru li l-individwi regolarment jużaw il-proċedura quddiem il-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Tilwim, li spiss twassal għal eżitu b'suċċess. Pereżempju, fl-2020, il-Kumitat tratta 126 każ, li minnhom 89 kien riżolti quddiem il-Kumitat (b'77 każ fejn il-partijiet laħqu qbil qabel ma ntemm il-proċess ta' medjazzjoni u 12-il każ fejn il-partijiet aċċettaw il-proposta ta' medjazzjoni), biex wasslu għal rata ta' medjazzjoni ta' 70,6 % (167). B'mod simili, fl-2019, il-Kumitat tratta 139 każ, li minnhom 92 kienu riżolti, biex wasslu għal rata ta' medjazzjoni ta' 62,2 %.

(134)

Barra minn hekk, fejn mill-inqas 50 individwu jġarrbu dannu, jew id-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tad-data jkunu nkisru bl-istess mod jew b’mod simili wara l-istess inċident (tip ta’) (168), suġġett tad-data jew organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-data jistgħu japplikaw għal medjazzjoni kollettiva tat-tilwim f’isem tali kollettività; suġġetti oħra tad-data jistgħu japplikaw biex jingħaqdu ma’ tali medjazzjoni, li titħabbar pubblikament mill-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Tilwim (l-Artikolu 49(1) sa (3) tal-PIPA flimkien mal-Artikoli 52 sa 54 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA) (169). Il-Kumitat tal-Medjazzjoni għat-Tilwim jista’ jagħżel mill-inqas persuna waħda li tirrappreżenta bl-aktar mod xieraq l-interess komuni bħala parti rappreżentattiva (l-Artikolu 49(4) tal-PIPA). Meta l-kontrollur jirrifjuta l-medjazzjoni kollettiva tat-tilwim jew ma jaċċettax deċiżjoni ta’ medjazzjoni, ċerti organizzazzjonijiet (170) jistgħu jippreżentaw kawża fil-forma ta’ azzjoni kollettiva biex jindirizzaw il-ksur (l-Artikoli 51 sa 57 tal-PIPA).

(135)

It-tielet, f’każ ta’ ksur tal-privatezza li jikkawża “dannu” lill-individwu, is-suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju xieraq fi “proċedura fil-pront u ġusta” (l-Artikolu 4 lit. 5 bl-Artikolu 39 tal-PIPA) (171). Il-kontrollur jista’ jiskolpa lilu nnifsu billi jipprova n-nuqqas ta’ ħtija (“intenzjoni inġusta” jew negliġenza). Meta s-suġġett tad-data jġarrab dannu bħala riżultat ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, tibdil jew ħsara fil-/tad-data personali tiegħu jew tagħha, il-Qorti tista’ tiddetermina kumpens sa tliet darbiet tad-dannu attwali, filwaqt li tqis għadd ta’ fatturi (l-Artikolu 39(3), (4) tal-PIPA). Alternattivament, is-suġġett tad-data jista’ jitlob “ammont raġonevoli” ta’ kumpens li ma jaqbiżx WON 3 miljun (l-Artikolu 39-2(1), (2) tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Att Ċivili, jista’ jintalab kumpens minn kwalunkwe persuna “li tikkawża telf jew tikkawża dannu lil persuna oħra permezz ta’ att illegali, intenzjonalment jew b’negliġenza” (172) jew minn persuna “li tkun ikkawżat il-ħsara lill-persuna, lil-libertà jew lill-fama ta’ persuna oħra jew tkun ikkawżat xi tbatija mentali lil persuna oħra” (173). Tali responsabbiltà għad-delitt li tirriżulta mill-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema (174). Jekk id-dannu jkun ġie kkawżat minn azzjoni illegali ta’ awtorità pubblika, talba għal kumpens tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (175). Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ “Kunsill ta’ Kumpens” speċjalizzat, jew direttament mal-qrati Koreani (176). Ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll danni mhux materjali (bħal tbatija mentali) (177). Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini tagħha jiżgura bl-istess mod kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini Koreani (178).

(136)

Ir-raba’, il-Qorti Suprema rrikonoxxiet li l-individwi għandhom dritt li jitolbu rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni għal ksur tad-drittijiet tagħhom skont il-Kostituzzjoni, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (179). F’dan il-kuntest, qorti tista’ pereżempju tordna lill-kontrolluri jissospendu jew iwaqqfu kwalunkwe attività illegali. Barra minn hekk, id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, inklużi d-drittijiet protetti mill-PIPA, jistgħu jiġu eżegwiti permezz ta’ azzjonijiet ċivili. Din l-applikazzjoni orizzontali tal-protezzjoni kostituzzjonali tal-privatezza għar-relazzjonijiet bejn il-partijiet privati ġiet rikonoxxuta mill-Qorti Suprema (180).

(137)

Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw kwerela skont l-Att dwar il-Proċedura Kriminali (l-Artikolu 223) ma’ prosekutur pubbliku jew uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja (181).

(138)

Għalhekk, is-sistema Koreana toffri diversi mezzi biex jinkiseb rimedju, minn għażliet faċilment aċċessibbli u bi prezz baxx (pereżempju billi tikkuntattja liċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza jew permezz ta’ medjazzjoni (kollettiva) sa modi amministrattivi (quddiem il-PIPC) u mezzi ġudizzjarji, anki bil-possibbiltà li jinkiseb kumpens għad-danni.

3.   AĊĊESS U UŻU TA’ DATA PERSONALI TRASFERITA MILL-UNJONI EWROPEA MINN AWTORITAJIET PUBBLIĊI FIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA

(139)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, inklużi s-sorveljanza u l-mekkaniżmi ta’ rimedju individwali disponibbli fid-dritt Korean rigward il-ġbir u l-użu sussegwenti minn awtoritajiet pubbliċi Koreani tad-data personali trasferita lil kontrolluri fil-Korea fl-interess pubbliku, b’mod partikolari għall-għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali u tas-sigurtà nazzjonali (aċċess mill-Gvern). F’dan ir-rigward, il-Gvern Korean ipprovda lill-Kummissjoni b’rappreżentazzjonijiet, b’aċċertamenti u b’impenji uffiċjali ffirmati fl-ogħla livell ministerjali u tal-aġenziji li jinsabu fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

(140)

Fil-valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet li fihom l-aċċess tal-Gvern għad-data trasferita lill-Korea skont din id-Deċiżjoni jissodisfawx it-test ta’ “ekwivalenza essenzjali” skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin.

(141)

L-ewwel nett, kwalunkwe limitazzjoni għad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali trid tkun prevista fil-liġi u l-bażi ġuridika li tippermetti l-interferenza ma’ tali dritt trid tiddefinixxi hija stess il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjoni fuq l-eżerċizzju tad-dritt ikkonċernat (182).

(142)

It-tieni, sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-proporzjonalità, li skontu d-derogi mill-protezzjoni tad-data personali u l-limitazzjonijiet għaliha jridu japplikaw biss sa fejn ikunu strettament meħtieġa f’soċjetà demokratika sabiex jintlaħqu objettivi speċifiċi ta’ interess ġenerali ekwivalenti għal dawk rikonoxxuti mill-Unjoni, il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni li tippermetti l-interferenza trid tistabbilixxi regoli ċari u preċiżi li jirregolaw l-ambitu u l-applikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni u timponi salvagwardji minimi sabiex il-persuni li d-data tagħhom tkun ġiet ittrasferita jkollhom biżżejjed garanziji sabiex jipproteġu b’mod effettiv id-data personali tagħhom kontra r-riskju ta’ abbuż (183). B’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni trid tindika f’liema ċirkustanzi u f’liema kundizzjonijiet tista’ tiġi adottata miżura li tipprovdi għall-ipproċessar ta’ tali data (184) kif ukoll tissuġġetta l-issodisfar ta’ tali rekwiżiti għal sorveljanza indipendenti (185).

(143)

It-tielet, dik il-leġiżlazzjoni u r-rekwiżiti tagħha jridu jkunu legalment vinkolanti skont il-liġi domestika. Dan jikkonċerna l-ewwel nett l-awtoritajiet kollha tal-pajjiż terz inkwistjoni, iżda dawn ir-rekwiżiti legali jridu jkunu infurzabbli wkoll quddiem il-qrati kontra dawk l-awtoritajiet (186). B’mod partikolari, is-suġġetti tad-data jrid ikollhom il-possibbiltà li jieħdu azzjoni legali quddiem qorti indipendenti u imparzjali sabiex ikollhom aċċess għad-data personali tagħhom, jew sabiex jiksbu r-rettifika jew it-tħassir tat-tali data (187).

3.1   Qafas legali ġenerali

(144)

Il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji li japplikaw għall-ġbir u l-użu sussegwenti tad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani jsegwu mill-qafas kostituzzjonali ġenerali, liġijiet speċifiċi li jirregolaw l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi kriminali u s-sigurtà nazzjonali, kif ukoll ir-regoli li japplikaw speċifikament għall-ipproċessar tad-data personali.

(145)

L-ewwel nett, l-aċċess għad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani huwa rregolat minn prinċipji ġenerali ta’ legalità, ħtieġa u proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (188). B’mod partikolari, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali (inkluż id-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza) (189) jistgħu jiġu ristretti biss bil-liġi u meta jkun meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubbliku. Tali restrizzjonijiet ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tad-dritt jew tal-libertà inkwistjoni. Fir-rigward ta’ tfittxijiet u sekwestri speċifikament, il-Kostituzzjoni tipprevedi li dawn jistgħu jsiru biss kif previst mil-liġi, abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef u fir-rigward ta’ proċess ġust (190). Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jinvokaw id-drittijiet u l-libertajiet tagħhom quddiem il-Qorti Kostituzzjonali jekk jemmnu li dawn inkisru mill-awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom (191). Bl-istess mod, individwi li ġarrbu danni minħabba att illegali mwettaq minn uffiċjal pubbliku fil-qadi tad-dmirijiet uffiċjali għandhom id-dritt li jitolbu kumpens ġust (192).

(146)

It-tieni, kif deskritt f’aktar dettall fit-Taqsimiet 3.2.1 u 3.3.1, il-prinċipji ġenerali msemmija fil-premessa (145) huma riflessi wkoll fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw is-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali. Pereżempju, fir-rigward tal-investigazzjonijiet kriminali, l-Att dwar il-Proċedura Kriminali (CPA) jipprevedi li jistgħu jittieħdu miżuri obbligatorji biss fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni (193). B'mod simili, l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza fil-qasam tal-Komunikazzjonijiet (CPPA) jipprojbixxi l-aċċess għall-komunikazzjonijiet privati ħlief abbażi tal-liġi u suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fih. Fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (l-Att dwar l-NIS) jipprevedi li kwalunkwe aċċess għal informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet jew dwar il-pożizzjoni irid jikkonforma mal-liġi u jissuġġetta l-abbuż mis-setgħa u l-ksur tal-liġi għal sanzjonijiet kriminali (194).

(147)

It-tielet, l-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi u ta’ sigurtà nazzjonali, huwa suġġett għal regoli dwar il-protezzjoni tad-data skont il-PIPA (195). Bħala prinċipju ġenerali, l-Artikolu 5(1) tal-PIPA jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jiżviluppaw politiki biex jipprevjenu “l-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u biex itejbu d-dinjità tal-bnedmin u l-privatezza individwali.” Barra minn hekk, kwalunkwe kontrollur irid jipproċessa data personali b’mod li jimminimizza l-possibbiltà ta’ ksur fuq il-privatezza tas-suġġett tad-data (l-Artikolu 3(6) tal-PIPA).

(148)

Ir-rekwiżiti kollha tal-PIPA, kif deskritti fid-dettall fit-Taqsima 2, japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi. Dan jinkludi l-prinċipji ewlenin (bħal-legalità u l-ġustizzja, il-limitazzjoni tal-iskop, il-preċiżjoni, il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-ħżin, is-sigurtà u t-trasparenza), l-obbligi (pereżempju fir-rigward tan-notifika ta’ ksur tad-data u data sensittiva) u d-drittijiet (biex jinkisbu aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni).

(149)

Filwaqt li l-ipproċessar tad-data personali għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali huwa suġġett għal sett aktar limitat ta’ dispożizzjonijiet skont il-PIPA, japplikaw il-prinċipji ewlenin, kif ukoll ir-regoli dwar is-sorveljanza, l-infurzar u r-rimedju (196). B’mod aktar speċifiku, l-Artikoli 3 u 4 tal-PIPA jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data (il-legalità u l-ġustizzja, il-limitazzjoni tal-iskop, il-preċiżjoni, il-minimizzazzjoni tad-data, is-sigurtà u t-trasparenza) u d-drittijiet individwali (id-dritt li tiġi infurmata, id-dritt ta’ aċċess, u d-drittijiet għall-korrezzjoni, għat-tħassir u għas-sospensjoni) (197). Barra minn hekk, l-Artikolu 4(5) tal-PIPA jipprovdi lill-individwi bid-dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar tad-data personali tagħhom fi proċedura fil-pront u ġusta. Dan huwa kkomplementat minn obbligi aktar speċifiċi biex id-data personali tiġi pproċessata biss sal-limitu minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop maħsub u għall-perjodu minimu, biex jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata ġestjoni sikura tad-data u proċessar xieraq (bħas-salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi), kif ukoll biex jiġu stabbiliti miżuri għat-trattament xieraq ta’ lmenti individwali (ilmenti) (198). Fl-aħħar nett, il-prinċipji ġenerali tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità mill-Kostituzzjoni Koreana (ara l-premessa (145)) japplikaw ukoll għall-ipproċessar tad-data personali għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali.

(150)

Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji ġenerali jistgħu jiġu invokati minn individwi quddiem korpi ta’ sorveljanza indipendenti (eż. il-PIPC u/jew il-Kummissjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, ara l-premessi (177) - (178)) u l-qrati (ara l-premessi (179) - (183)) biex jinkiseb rimedju.

3.2   Aċċess u użu mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali

(151)

Id-dritt tar-Repubblika tal-Korea jimponi numru ta’ limitazzjonijiet fuq l-aċċess u fuq l-użu tad-data personali għall-għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, u jipprovdi mekkaniżmi ta’ sorveljanza u ta’ rimedju f’dan il-qasam li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-premessi (141) sa (143) ta’ din id-deċiżjoni. Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jseħħ dan l-aċċess u s-salvagwardji applikabbli għall-użu ta’ dawn is-setgħat huma vvalutati fid-dettall fit-taqsimiet li ġejjin.

3.2.1   Bażijiet ġuridiċi, limitazzjonijiet u salvagwardji

(152)

Id-data personali pproċessata mill-kontrolluri Koreani li tiġi ttrasferita mill-Unjoni skont din id-Deċiżjoni (199) tista’ tinġabar mill-awtoritajiet Koreani għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali fil-kuntest ta’ tfittxija jew sekwestru (abbażi tas-CPA), billi tiġi aċċessata informazzjoni ta’ komunikazzjoni (fuq il-bażi tas-CPPA), jew billi tinkiseb data dwar l-abbonati permezz ta’ talbiet għal divulgazzjoni volontarja (fuq il-bażi tal-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni, TBA) (200).

3.2.1.1   Tfittxijiet u sekwestri

(153)

Is-CPA jipprevedi li tfittxija jew sekwestru jistgħu jsiru biss jekk persuna tkun suspettata b’reat, ikun meħtieġ għall-investigazzjoni u tiġi stabbilita konnessjoni bejn l-investigazzjoni u l-persuna li għandha tiġi mfittxija jew l-oġġett li għandu jiġi spezzjonat jew issekwestrat (201). Barra minn hekk, tfittxija jew sekwestru (bħala kwalunkwe miżura obbligatorja) tista’ tiġi awtorizzata/imwettqa biss sa fejn ikun meħtieġ (202). Jekk tfittxija tikkonċerna diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data meħtieġa nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi sekwestrata aktar milli l-mezz kollu (203). Dan tal-aħħar jista’ jkun issekwestrat biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li tiġi stampata jew ikkupjata d-data meħtieġa separatament, jew meta jitqies, li inkella, sostanzjalment mhux prattikabbli li jitwettaq l-iskop tat-tfittxija (204). Is-CPA għalhekk jistabbilixxi regoli ċari u preċiżi dwar l-ambitu u l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, u b’hekk jiżgura li l-interferenza mad-drittijiet tal-individwi f’każ ta’ tfittxija jew sekwestru tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għal investigazzjoni kriminali speċifika u proporzjonata għall-iskop mixtieq.

(154)

F’termini ta’ salvagwardji proċedurali, is-CPA jirrikjedi li jinkiseb mandat minn qorti biex titwettaq tfittxija jew sekwestru (205). Tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat huwa permess biss b’mod eċċezzjonali, jiġifieri f’ċirkostanzi urġenti (206), in loco fil-mument tal-arrest jew tad-detenzjoni ta’ persuna suspettata b’reat kriminali (207), jew meta oġġett jiġi skartat jew prodott b’mod volontarju minn persuna suspettata jew minn persuna terza (fir-rigward tad-data personali, mill-individwu kkonċernat stess) (208). Tfittxijiet u sekwestri illegali huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali (209) u kwalunkwe evidenza li tinkiseb bi ksur tas-CPA titqies inammissibbli (210). Fl-aħħar nett, l-individwi kkonċernati jenħtieġ li dejjem jiġu nnotifikati dwar tfittxija jew sekwestru (inkluż sekwestru tad-data tagħhom) mingħajr dewmien (211), li min-naħa tiegħu se jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet sostantivi tal-individwu u d-dritt għal rimedju (ara b’mod partikolari l-possibbiltà li tiġi kkontestata l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru, ara l-premessa (180)).

3.2.1.2   L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-komunikazzjoni

(155)

Fuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali Koreani jistgħu jieħdu żewġ tipi ta’ miżuri (212): minn naħa waħda, il-ġbir ta’ “data ta’ konferma tal-komunikazzjoni” (213), li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjoni, il-bidu u t-tmiem tal-ħin tagħhom, in-numru ta’ telefonati ħerġin u deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls tar-reġistru dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (pereżempju mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali); u, min-naħa l-oħra, “miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni”, li jkopru kemm il-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali kif ukoll l-interċettazzjoni diretta tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet (214).

(156)

Id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tiġi aċċessata biss meta jkun meħtieġ biex titwettaq investigazzjoni kriminali jew tiġi eżegwita sentenza (215), abbażi ta’ mandat maħruġ minn qorti (216). F’dan ir-rigward, is-CPPA jeħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata kemm fir-rikors għall-mandat (eż. dwar ir-raġunijiet għat-talba, ir-relazzjoni mal-mira/mal-abbonat u d-data meħtieġa) kif ukoll fil-mandat innifsu (eż. dwar l-objettiv, il-mira u l-ambitu tal-miżura) (217). Il-ġbir mingħajr mandat jista’ jsir biss meta raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, f’liema każ il-mandat irid jinkiseb u jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoni immedjatament wara li tintalab id-data (218). Jekk il-qorti tirrifjuta li tagħti permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqered (219).

(157)

F’termini ta’ salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, is-CPPA jimponi rekwiżiti speċifiċi għaż-żamma tar-rekords u t-trasparenza (220). B’mod partikolari, kemm l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali kif ukoll (221) il-fornituri tat-telekomunikazzjoni (222) jridu jżommu rekords tat-talbiet u tad-divulgazzjonijiet magħmula. Barra minn hekk, fil-prinċipju, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu fil-prinċipju jinnotifikaw lill-individwi bil-fatt li d-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni tagħhom tkun inġabret (223). Tali notifika tista’ tiġi differita biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, abbażi ta’ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwali (224). Awtorizzazzjoni bħal din tista’ tiġi pprovduta biss meta n-notifika x’aktarx li (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku, (2) tikkawża l-mewt jew il-ħsara fil-persuna, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (pereżempju li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħrajn relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhom. F’dawk il-każijiet, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum ladarba r-raġuni(jiet) għad-differiment ma jibqgħux jeżistu (225). Man-notifika, l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data tagħhom (226).

(158)

Japplikaw regoli aktar stretti fir-rigward ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni, li jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed ikunu ppjanati, qed jitwettqu jew twettqu ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA (227). Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jittieħdu biss bħala miżura tal-aħħar istanza u fejn ikun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi evitat t-twettiq ta’ reat, jiġi arrestat kriminal, jew jinġabru l-provi (228). Dawn iridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, biex jiġi żgurat li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjoni jkun limitat kemm jista’ jkun (229). Informazzjoni li tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni ma tiġix aċċettata bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinari (230).

(159)

F’termini ta’ salvagwardji proċedurali, is-CPPA jirrikjedi li jinkiseb mandat tal-qorti sabiex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (231). Għal darb’oħra, is-CPPA jeħtieġ li r-rikors għal mandat u l-mandat innifsu jkun fihom informazzjoni dettaljata (232), inkluż dwar il-ġustifikazzjoni għat-talba, kif ukoll il-komunikazzjonijiet li għandhom jinġabru (li jridu jkunu dawk tas-suspettat li qed jiġi investigat) (233). Tali miżuri jistgħu jittieħdu biss mingħajr mandat f’każ ta’ theddida imminenti ta’ kriminalità organizzata jew meta reat serju ieħor li jista’ jikkawża l-mewt jew il-ħsara serja jkun imminenti, u tkun teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li tiġi segwita l-proċedura regolari (234). Madankollu, f’dak il-każ, talba għal mandat trid tiġi ppreżentata immedjatament wara li tittieħed il-miżura (235). Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu massimu ta’ xahrejn (236) u jistgħu jiġu estiżi biss bl-approvazzjoni tal-qorti jekk il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-miżuri jkomplu jiġu ssodisfati (237). Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (bħal reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali) (238).

(160)

Kif inhu l-każ għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, is-CPPA jirrikjedi li l-fornituri tat-telekomunikazzjoni (239) u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (240) jżommu rekords tal-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, u jipprevedi n-notifika tal-individwu kkonċernat, li tista’ tiġi differita b’mod eċċezzjonali fejn meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku (241).

(161)

Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta’ konformità ma’ bosta mil-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA (inkluż pereżempju l-obbligi għall-kisba ta’ mandat, iż-żamma tar-rekords u n-notifika tal-individwu), kemm fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll l-użu ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni, huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali (242).

(162)

Is-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali biex jiġbru data ta’ komunikazzjoni abbażi tas-CPPA (kemm il-kontenut tal-komunikazzjonijiet u d-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni) huma għalhekk ċirkoskritti minn regoli ċari u preċiżi, u huma soġġetti għal għadd ta’ salvagwardji. Dawn is-salvagwardji b’mod partikolari jiggarantixxu s-sorveljanza tal-eżekuzzjoni ta’ tali miżuri, kemm ex ante (permezz ta’ approvazzjoni ġudizzjarja minn qabel) kif ukoll ex post (permezz ta’ rekwiżiti ta’ żamma tar-rekords u ta’ rapportar), u jiffaċilitaw l-aċċess tal-individwi għal rimedji effettivi (billi jiżguraw li jkunu infurmati dwar il-ġbir tad-data tagħhom).

3.2.1.3   Talbiet għal divulgazzjoni volontarja tad-data tal-abbonati

(163)

Minbarra li jiddependu fuq il-miżuri obbligatorji deskritti fil-premessi (153) - (162), l-awtoritajiet Koreani tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-fornituri tat-telekomunikazzjoni għal “data dwar il-komunikazzjonijiet” fuq bażi volontarja, b’appoġġ għall-proċess kriminali, l-investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza (l-Artikolu 83(3) tat-TBA). Din il-possibbiltà teżisti biss fir-rigward ta’ settijiet limitati tad-data, jiġifieri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni) (243). Peress li l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni tal-Korea biss jitqiesu bħala “utenti” (244), l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea normalment ma jaqgħux taħt din il-kategorija (245).

(164)

Limitazzjonijiet differenti japplikaw għal tali divulgazzjonijiet volontarji, kemm għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi kif ukoll għar-rispons tal-operatur tat-telekomunikazzjoni. Bħala rekwiżit ġenerali, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jridu jaġixxu skont il-prinċipji kostituzzjonali tan-neċessità u tal-proporzjonalità (l-Artikoli 12(1) u 37(2) tal-Kostituzzjoni), anki meta jitolbu informazzjoni fuq bażi volontarja. Barra minn hekk, iridu jikkonformaw mal-PIPA, b’mod partikolari billi jiġbru biss data personali minima, sa fejn ikun meħtieġ biex jinkiseb għan leġittimu, b’mod li jiġi minimizzat l-impatt fuq il-privatezza tal-individwi (bħall-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA). B’mod aktar speċifiku, it-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitluba (246).

(165)

Il-fornituri tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw ma’ dawn it-talbiet u jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA. Dan ifisser, b’mod partikolari, li jridu jibbilanċjaw l-interessi differenti involuti u ma jistgħux jipprovdu d-data jekk dan x’aktarx jikser b’mod inġust l-interessi tal-individwu jew ta’ terzi (247). Dan ikun pereżempju l-każ jekk ikun ċar li l-awtorità rikjedenti abbużat mill-awtorità tagħha (248). L-operaturi tat-telekomunikazzjoni jridu jżommu rekords tad-divulgazzjonijiet skont it-TBA u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT (249).

(166)

Barra minn hekk, f’konformità mat-Taqsima 3 tan-Notifika Nru 2021-5 (l-Anness I), il-fornituri tat-telekomunikazzjoni fil-prinċipju jridu jinnotifikaw lill-individwu kkonċernat meta jikkonformaw volontarjament ma’ talba (250). Min-naħa l-oħra, dan se jippermetti lill-individwu jeżerċita d-drittijiet tiegħu/tagħha u, f’każ li d-data tiegħu/tagħha tiġi żvelata b’mod illegali, jikseb rimedju, jew kontra l-kontrollur (pereżempju għall-iżvelar tad-data bi ksur tal-PIPA jew għar-rispons għal talba li kienet manifestament sproporzjonata) jew kontra l-awtorità tal-infurzar tal-liġi (pereżempju billi aġixxiet lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ u proporzjonat jew għan-nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti proċedurali tat-TBA).

3.2.2   Użu ulterjuri tal-informazzjoni miġbura

(167)

L-ipproċessar tad-data personali miġbura mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali Koreani huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA, inkluż fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1)-(2) tal-PIPA), il-legalità tal-użu u l-provvediment lil partijiet terzi (l-Artikoli 15, 17 u 18 tal-PIPA), it-trasferimenti internazzjonali (l-Artikoli 17 u 18 tal-PIPA, flimkien mat-Taqsima 2 tan-Notifika 2021-5) (251), il-proporzjonalità/il-minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1),(6) tal-PIPA) u l-limitazzjoni tal-ħżin (l-Artikolu 21 tal-PIPA) (252).

(168)

Fir-rigward tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni, is-CPPA jillimita speċifikament l-użu possibbli tagħhom għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ reati serji (253); proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati; talbiet għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan huwa speċifikament permess minn liġijiet oħra (254). Barra minn hekk, il-kontenut miġbur tat-telekomunikazzjoni trażmess fuq l-internet jista’ jinżamm biss bl-approvazzjoni mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (255), bil-għan li jintuża għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ reati serji (256). B’mod aktar ġenerali, is-CPPA jipprojbixxi d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali miksuba minn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, u l-użu ta’ tali informazzjoni biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li kienu soġġetti għall-miżuri (257).

3.2.3   Sorveljanza

(169)

Fil-Korea, l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali huma supervizzati minn korpi differenti (258).

(170)

L-ewwel nett, il-pulizija hija soġġetta għal sorveljanza interna minn Spettur Ġenerali (259), li jwettaq stħarriġ tal-legalità, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedem. L-Ispettur Ġenerali ġie stabbilit biex jimplimenta l-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku, li jħeġġeġ il-ħolqien ta’ korpi li jwettqu awtoawditjar u jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-kompożizzjoni u l-kompiti tagħhom. B’mod partikolari, l-Att jirrikjedi li l-kap ta’ korp li jwettaq awtoawditjar jinħatar minn barra l-awtorità rilevanti (bħal eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin (260), jista’ jiġi mneħħi biss għal raġunijiet ġustifikati (pereżempju meta ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu minħabba raġunijiet ta’ saħħa, jew meta jkun soġġetti għal azzjoni dixxiplinari) (261) u jiġi ggarantit l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbli (262). L-ostakolar tal-awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattivi (263). Ir-rapporti tal-awditjar (li jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet, talbiet għal azzjoni dixxiplinari, u talbiet għal kumpens jew korrezzjoni) jiġu kkomunikati lill-kap tal-awtorità pubblika rilevanti, lill-Bord tal-Awditjar u l-Ispezzjoni (BAI) (264) u, b’mod ġenerali, isiru pubbliċi (265). Ir-riżultati tal-implimentazzjoni tar-rapport iridu jiġu nnotifikati wkoll lill-BAI (266) (ara l-premessa (173) dwar ir-rwol ta’ sorveljanza u s-setgħat tal-BAI).

(171)

It-tieni, il-PIPC tissorvelja l-konformità tal-ipproċessar tad-data mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali mal-PIPA u liġijiet oħra li jipproteġu l-privatezza tal-individwi, inklużi l-liġijiet li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.1 (267). B’mod partikolari, peress li s-sorveljanza tal-PIPC testendi għal-legalità u l-ġustizzja tal-ġbir u l-ipproċessar tad-data (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA), li jinkiser jekk id-data personali tiġi aċċessata u użata bi ksur ta’ dawk il-liġijiet (268), il-PIPC tista’ tinvestiga u teżegwixxi wkoll il-konformità mal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-Taqsima 3.2.1 (269). Fl-eżerċitar ta’ dan ir-rwol ta’ sorveljanza, il-PIPC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi u ta’ rimedju kollha tagħha, kif deskritt fid-dettall fit-Taqsima 2.4.2. Diġà qabel ir-riforma reċenti tal-PIPA (jiġifieri fir-rwol superviżorju preċedenti tiegħu għas-settur pubbliku), il-PIPC wettqet diversi attivitajiet ta’ sorveljanza fl-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, eż. fil-kuntest tal-interrogazzjoni ta’ persuni suspettati (il-Kawża Nru 2013-16, tas-26 ta’ Awwissu 2013), fir-rigward tal-provvediment lil terzi ta’ avviżi lil individwi dwar l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi (il-Kawża Nru 2015-02-04, tas-26 ta’ Jannar 2015), il-kondiviżjoni tad-data ma’ awtoritajiet oħra (il-Kawża Nru 2018-15-146, tad-9 ta’ Lulju 2018, il-Kawża Nru 2018-25-308, tal-10 ta’ Diċembru 2018; il-Kawża Nru 2019-02-015, tad-29 ta’ Jannar 2019), il-ġbir ta’ marki tas-swaba’ jew ritratti (il-Kawża Nru 2019-17-273, tad-9 ta’ Settembru 2019), l-użu ta’ droni (il-Kawża Nru 2020-01-004, tat-13 ta’ Jannar 2020). F’dawk il-każijiet, il-PIPC investigat il-konformità ma’ diversi dispożizzjonijiet tal-PIPA (eż. il-legalità tal-ipproċessar, il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data) iżda wkoll dispożizzjonijiet rilevanti ta’ liġijiet oħra bħall-Att dwar il-Proċedura Kriminali, u, fejn meħtieġ, rakkomandazzjonijiet maħruġa biex l-ipproċessar isir konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

(172)

It-tielet, hija pprovduta sorveljanza indipendenti mill-Kummissjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRC) (270), li tista’ tinvestiga l-ksur tad-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza bħala parti mill-mandat ġenerali tagħha li tipproteġi d-drittijiet fundamentali tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju li jridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi (271) u jinħatru mill-President skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi. B’mod partikolari, erba’ kummissarji jinħatru fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali, erbgħa fuq nomina mill-President u tlieta fuq nomina mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (272). Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea Nazzjonali (273). Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija) (274). Bħala parti minn investigazzjoni, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u ssejjaħ lill-individwi biex jixhdu (275). F’termini ta’ setgħat ta’ rimedju, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet (pubbliċi) biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jirrispondu bi pjan ta’ implimentazzjoni propost (276). Jekk l-awtorità kkonċernata tonqos milli timplimenta rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’dan (277), li min-naħa tagħha tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. Skont ir-rappreżentanza uffiċjali mill-Gvern tal-Korea (it-Taqsima 2.3.5 tal-Anness II), l-awtoritajiet Koreani ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti minn evalwazzjoni ġenerali u kontinwa taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Iċ-ċifri annwali dwar l-attivitajiet tagħha juru li l-NHRC qiegħda tissorvelja b’mod attiv l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, jew abbażi ta’ petizzjonijiet individwali jew permezz ta’ investigazzjonijiet ex officio (278).

(173)

Ir-raba’, is-sorveljanza ġenerali tal-legalità tal-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi titwettaq mill-BAI, li teżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda wkoll, b’mod aktar ġenerali, tissorvelja l-konformità mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li ttejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblika (279). Il-BAI huwa stabbilit formalment taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħu (280). Barra minn hekk, jingħata indipendenza sħiħa fir-rigward tal-ħatra, tat-tneħħija u tal-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, u tal-kompilazzjoni tal-baġit tiegħu (281). Il-BAI jikkonsisti f’Chairperson (maħtur mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea Nazzjonali) (282) u sitt kummissarji (maħtura mill-President fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson) (283), li jridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġi (284) u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tul (285). Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Fit-twettiq ta’ awditu jew spezzjoni, il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti u jitlob l-attendenza ta’ individwi (286). Il-BAI jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta kwerela (287).

(174)

Fl-aħħar nett, l-Assemblea Nazzjonali twettaq sorveljanza parlamentari tal-awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ investigazzjonijiet u spezzjonijiet (288) tal-attivitajiet tagħhom (289). Tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti, tħarrek ix-xhieda (290), tirrakkomanda miżuri korrettivi (jekk tikkonkludi li jkunu seħħew attivitajiet illegali jew mhux xierqa) (291) u tagħmel ir-riżultati tas-sejbiet tagħha pubbliċi (292). Meta l-Assemblea Nazzjonali titlob li jittieħdu miżuri korrettivi – li jistgħu, pereżempju, jinkludu l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari jew it-titjib tal-proċeduri interni – l-awtorità pubblika kkonċernata hija meħtieġa taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta dwar l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali (293).

3.2.4   Rimedju

(175)

Is-sistema Koreana toffri modi (ġudizzjarji) differenti biex jinkiseb rimedju, inkluż kumpens għad-danni.

(176)

L-ewwel nett, il-PIPA jipprovdi lill-individwi bi dritt ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fir-rigward tad-data personali pproċessata għal għanijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (294).

(177)

It-tieni, l-individwi jistgħu jagħmlu użu mill-mekkaniżmi differenti ta’ rimedju offruti mill-PIPA jekk id-data tagħhom tkun ġiet ipproċessata minn awtorità tal-infurzar tal-liġi kriminali bi ksur tal-PIPA jew bi ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji li jirregolaw il-ġbir tad-data personali f’liġijiet oħra (jiġifieri s-CPA jew is-CPPA, ara l-premessa (171)). B’mod partikolari, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC (anki permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea (295)) jew mill-Kumitat tal-Medjazzjoni tat-Tilwim dwar l-Informazzjoni Personali (296). Dawn il-possibilitajiet ta' rimedju mhumiex suġġetti għal rekwiżiti ulterjuri ta' ammissibilità. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Tilwim Amministrattiv, l-individwi jistgħu wkoll jappellaw/jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC (ara l-premessa (132)).

(178)

It-tielet, kwalunkwe individwu (297) jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC dwar ksur tad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data minn awtorità Koreana għall-infurzar tal-liġi kriminali. L-NHRC tista’ tirrakkomanda r-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevanti (298), jew l-implimentazzjoni ta’ rimedji bħall-medjazzjoni (299), il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u miżuri biex tiġi prevenuta r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur simili (300). Skont ir-rappreżentanza uffiċjali mill-gvern tal-Korea (it-Taqsima 2.4.2 tal-Anness II), dan jista’ jinkludi wkoll it-tħassir tad-data personali miġbura illegalment. Filwaqt li l-NHRC ma għandhiex is-setgħa li toħroġ deċiżjonijiet vinkolanti, hija toffri rimedju aktar informali, bi prezz baxx u faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari minħabba li, kif spjegat fit-Taqsima 2.4.2 tal-Anness II, ma teħtieġx li jintwera dannu fattwali biex ilment jiġi investigat (301). Dan jiżgura li l-ilment ta' individwi dwar il-ġbir tad-data tagħhom jistgħu jkunu investigati, anki jekk individwu ma jkunx f'pożizzjoni li juri li d-data tiegħu kienet realment miġbura (pereżempju minħabba li n-notifiki tal-individwu jkunu għadhom ma seħħux). Ir-rapporti ta’ attività annwali tal-NHRC juru li l-individwi qegħdin jagħmlu użu wkoll minn dan iil-mezz fil-prattika biex jikkontestaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, inkluż fir-rigward tat-trattament tad-data personali (302). Jekk individwu ma jkunx sodisfatt bl-eżitu ta’ proċedura quddiem l-NHRC, jista’ jikkontesta d-deċiżjonijiet tal-NHRC (bħal deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment (303)) u r-rakkomandazzjonijiet quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar il-Tilwim Amministrattiv (ara l-premessa (181)) (304). Barra minn hekk, proċedura quddiem l-NHRC tista’ tiffaċilita aktar l-aċċess għall-qrati, peress li individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri kontra l-awtorità pubblika li pproċessat b’mod illegali d-data tiegħu abbażi tas-sejbiet tal-NHRC, f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-premessi (181)-(183).

(179)

Fl-aħħar nett, hemm disponibbli rimedji ġudizzjarji differenti, li jippermettu lill-individwi jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-Taqsima 3.2.1 biex jiksbu rimedju (305).

(180)

Fir-rigward tas-sekwestri (inkluż tad-data), is-CPA jipprevedi l-possibbiltà li ssir oġġezzjoni jew tiġi kkontestata l-eżekuzzjoni ta’ mandat permezz ta’ “kważi lment”, billi l-qorti kompetenti tiġi adita b’talba biex jiġi tikkanċella jew tibdel disponiment li jkun sar minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija (306).

(181)

B’mod aktar ġenerali, l-individwi jistgħu jikkontestaw l-azzjonijiet (307) jew l-ommissjonijiet (308) tal-awtoritajiet pubbliċi (inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali) skont l-Att dwar il-Tilwim Amministrattiv (309). L-azzjoni amministrattiva titqies bħala “disponiment kontestabbli” jekk ikollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili (310), li, kif ikkonfermat mill-gvern tal-Korea (it-Taqsima 2.4.3 tal-Anness II), huwa l-każ għal miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (pereżempju billi jiġu interċettati komunikazzjonijiet), permezz ta’ talbiet ta’ divulgazzjoni vinkolanti (pereżempju lil fornitur ta’ servizzi) jew talbiet ta' koperazzjoni volontarja. Sabiex ilment skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv jkun ammissibbli, individwu jrid ikollu interess legali fit-twettiq tat-talba (311). Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, “interess legali” huwa interpretat bħala “interess legalment protett”, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u astratti tal-pubbliku) (312). L-individwi għandhom tali interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji li japplikaw għall-ġbir tad-data personali tagħhom għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont liġijiet speċifiċi jew, il-PIPA). Fuq il-bażi tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv, qorti tista’ tiddeċiedi li tirrevoka jew tbiddel disponiment illegali, toħroġ sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-disponiment ma għandux effett legali jew in-nuqqas ta’ eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew toħroġ kostatazzjoni li ommissjoni hija illegali (313). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijiet (314).

(182)

Minbarra li jikkontestaw l-azzjoni tal-gvern permezz ta’ tilwim amministrattiv, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali rigward kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom minħabba l-eżerċitar jew in-nuqqas ta’ eżerċitar tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) (315). Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1) (316). Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoni (317). F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.

(183)

Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Dan l-ewwel nett jinkludi l-possibbiltà li jintalab kumpens għal ksur tal-PIPA mwettaq minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, f’konformità mal-Artikolu 39 (ara wkoll il-premessa (135)). B’mod aktar ġenerali, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni kkawżati minn uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġi, abbażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara wkoll il-premessa (135)) (318).

(184)

Il-mekkaniżmi deskritti fil-premessi (176) - (183) jipprovdu lis-suġġetti tad-data b’rimedji amministrattivi u ġudizzjarji effettivi, li jippermettulhom b’mod partikolari jiżguraw id-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom, jew li jiksbu r-rettifika jew it-tħassir ta’ tali data.

3.3   Aċċess u użu mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Korea għall-għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali

(185)

Il-liġi tar-Repubblika tal-Korea fiha għadd ta’ limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tal-aċċess u l-użu tad-data personali għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali, u tipprovdi mekkaniżmi ta’ sorveljanza u ta’ rimedju li huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-premessi (141) sa (143) “din id-Deċiżjoni. Il-kundizzjonijiet li fihom jista” jseħħ dan l-aċċess u s-salvagwardji applikabbli għall-użu ta’ dawn is-setgħat huma vvalutati fid-dettall fit-taqsimiet li ġejjin.

3.3.1   Bażijiet ġuridiċi, limitazzjonijiet u salvagwardji

(186)

Fir-Repubblika tal-Korea, id-data personali tista’ tiġi aċċessata għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali abbażi tas-CPPA, tat-TBA u tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu) (319). L-awtorità ewlenija (320) b’kompetenzi fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali hija d-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (NIS) (321). Il-ġbir u l-użu tad-data personali mill-NIS iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legali rilevanti (inklużi, il-PIPA u s-CPPA) (322) u mal-linji gwida ġenerali mħejjija mill-President u rieżaminati mill-Assemblea Nazzjonali (323). Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwi (324). Barra minn hekk, il-persunal tal-NIS ma għandux jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu biex iġiegħel lil kwalunkwe istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu jagħmel xi ħaġa li ma jkunx obbligat jagħmel (skont il-liġi), u lanqas ma għandu jfixkel lil kwalunkwe persuna fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu jew tagħha (325).

3.3.1.1   L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-komunikazzjoni

(187)

Fuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet pubbliċi Koreani (326) jistgħu jiġbru data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jiġifieri d-data tat-telekomunikazzjoni, il-bidu u t-tmiem tal-ħin tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni, ara l-premessa (155)) u l-kontenut tal-komunikazzjonijiet (permezz ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni, ara l-premessa(155)) għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali (kif determinat mill-mandat tal-NIS, ara n-nota 322 f'qiegħ il-paġna aktar qabel). Dawn is-setgħat jestendu għal żewġ tipi ta’ informazzjoni: (1) komunikazzjonijiet li għalihom parti waħda jew iż-żewġ partijiet huma ċittadini Koreani (327); u (2) il-komunikazzjonijiet ta’ a) pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, b) aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini barranin issuspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani (328), jew c) membri ta’ gruppi li joperaw fil-Peniżola Koreana iżda li effettivament imorru lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barranin (329). Il-komunikazzjonijiet tal-individwi tal-UE trasferiti mill-Unjoni lir-Repubblika tal-Korea abbażi ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu għalhekk jinġabru biss taħt is-CPPA għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali (suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi (188) - (192)) jekk, jew, dawn huma bejn individwu tal-UE u ċittadin tal-Korea, jew, jekk jikkonċernaw komunikazzjonijiet esklużivament bejn ċittadini mhux Koreani, jaqgħu taħt waħda mit-tliet kategoriji msemmija 2a), b) u c).

(188)

Fiż-żewġ xenarji, il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jista’ jsir biss għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali (330) filwaqt li l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jittieħdu biss meta jkun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi prevenut (331). Barra minn hekk, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jiġi aċċessat biss bħala l-aħħar għażla u jridu jsiru sforzi biex jiġi minimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet (332), u b’hekk jiġi żgurat li jibqa’ proporzjonat mal-objettiv mfittex ta’ sigurtà nazzjonali. Il-ġbir kemm tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet u tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur, u jrid jitwaqqaf immedjatament jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq aktar kmieni (333). Jekk il-kundizzjonijiet rilevanti jkomplu jiġu ssodisfati, il-perjodu jista’ jiġi estiż, bil-permess minn qabel ta’ qorti (għall-miżuri deskritti fil-premessa (189)) jew tal-President (għall-miżuri deskritti fil-premessa (190)) (334), sa erba’ xhur.

(189)

L-istess salvagwardji proċedurali japplikaw għall-ġbir tad-data tal-konferma tal-komunikazzjoni u l-kontenut tal-komunikazzjonijiet (335). B’mod partikolari, fejn mill-inqas wieħed mill-individwi involuti fil-komunikazzjoni jkun ċittadin tal-Korea, l-aġenzija tal-intelligence trid tippreżenta talba bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli, li min-naħa tiegħu irid japplika għal mandat minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti Għolja (336). Is-CPPA jelenka l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fit-talba lill-Prosekutur, ir-rikors għall-mandat u l-mandat innifsu, li jinkludi, b’mod partikolari, il-ġustifikazzjoni għat-talba u r-raġunijiet ewlenin għal suspett, materjali ta’ appoġġ, kif ukoll informazzjoni dwar l-objettiv, il-mira (jiġifieri l-individwu/i mmirat(i)), l-ambitu u d-durata tal-miżura proposta (337). Il-ġbir mingħajr mandat jista’ jsir biss jekk ikun hemm att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u tkun teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li jiġu segwiti l-proċeduri msemmija hawn fuq (338). Madankollu, f’dak il-każ ukoll, talba għal mandat trid tiġi ppreżentata immedjatament wara li tittieħed il-miżura (339). Għalhekk, is-CPPA jiddefinixxi b’mod ċar l-ambitu u l-kundizzjonijiet ta’ dawn it-tipi ta’ ġbir, u jissuġġettahom għal salvagwardji (proċedurali) speċifiċi (inkluża l-approvazzjoni ġudizzjarja minn qabel), li jiżguraw li l-użu ta’ tali miżuri jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat. Barra minn hekk, ir-rekwiżit li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata kemm fir-rikors għal mandat kif ukoll fil-mandat innifsu jeskludi l-possibbiltà ta’ aċċess mingħajr distinzjoni.

(190)

Għall-komunikazzjonijiet bejn ċittadini mhux Koreani li jaqgħu f’waħda mit-tliet kategoriji speċifiċi elenkati fil-premessa (187), trid tiġi ppreżentata applikazzjoni lid-Direttur tal-NIS, li, wara rieżami tal-adegwatezza tal-miżuri proposti, jeħtieġ li jitlob approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-President tar-Repubblika tal-Korea (340). L-applikazzjoni mħejjija mill-aġenzija tal-intelligence trid tinkludi l-istess informazzjoni dettaljata bħal rikors għal mandat tal-qorti (ara l-premessa (189)), b’mod partikolari dwar il-ġustifikazzjoni għat-talba u r-raġunijiet ewlenin għal suspett, materjali ta’ appoġġ u informazzjoni dwar l-objettivi, individwu/i mmirat(i), l-ambitu u d-durata tal-miżuri proposti (341). F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (342), trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti, għalkemm l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li tapplika għall-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza (343). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ġbir ta’ komunikazzjonijiet bejn ċittadini esklużivament mhux Koreani, is-CPPA għalhekk jillimita l-użu ta’ tali miżuri għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat, billi jiddefinixxi b’mod ċar il-kategoriji limitati ta’ individwi li jistgħu jkunu soġġetti għal tali miżuri u billi jistabbilixxi kriterji dettaljati li l-aġenziji tal-intelligence jridu juru li jiġġustifikaw applikazzjoni għall-ġbir tal-informazzjoni. Barra minn hekk, dan għal darb’oħra jeskludi l-possibbiltà ta’ aċċess mingħajr distinzjoni. Filwaqt li ma hemm l-ebda approvazzjoni indipendenti minn qabel ta’ miżuri bħal dawn, is-sorveljanza indipendenti hija żgurata ex post minn, b’mod partikolari, il-PIPC u l-NHRC (ara pereżempju l-premessi (199) - (200)).

(191)

Barra minn hekk, is-CPPA timponi diversi salvagwardji addizzjonali li jikkontribwixxu għas-sorveljanza ex post u jiffaċilitaw l-aċċess tal-individwi għal rimedji effettivi. L-ewwel nett, fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ ġbir għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali, is-CPPA jipprevedi rekwiżiti differenti ta’ żamma tar-rekords u ta’ rappurtar. B’mod partikolari, meta jitolbu l-kooperazzjoni tal-operaturi privati, l-aġenziji tal-intelligence għandhom jipprovdu l-mandat tal-qorti/il-permess presidenzjali jew kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħha (344). Meta l-operaturi privati jkunu mġiegħla jikkooperaw, ir-rekords iridu jinżammu kemm mill-awtorità pubblika li tagħmel it-talba kif ukoll mill-operatur rilevanti dwar l-għan u l-objettiv tal-miżuri, kif ukoll id-data tal-eżekuzzjoni (345). Barra minn hekk, l-aġenziji tal-intelliġence jridu jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NIS (346).

(192)

It-tieni, l-individwi għandhom jiġu nnotifikati dwar il-ġbir tad-data tagħhom (data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jew il-kontenut tal-komunikazzjonijiet) għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk tikkonċerna komunikazzjonijiet fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin Korean (347). Din in-notifika trid tiġi pprovduta bil-miktub fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkun intemm il-ġbir (inkluż fejn id-data tkun inkisbet skont il-proċedura ta’ emerġenza) u tista’ tiġi differita biss jekk u sakemm tpoġġi s-sigurtà nazzjonali f’riskju jew tagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies (348). Irrispettivament minn tali notifika, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju permezz ta’ toroq differenti, kif spjegat f’aktar dettall fit-Taqsima 3.3.4.

3.3.1.2   Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu

(193)

L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprovdi li l-NIS jista’ jiġbor data dwar persuni suspettati b’terroriżmu (349) skont il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti f’liġijiet oħra (350). B’mod partikolari, l-NIS jista’ jikseb data dwar il-komunikazzjonijiet (abbażi tas-CPPA) u informazzjoni personali oħra (permezz ta’ talba għal divulgazzjoni volontarja) (351). Fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet (jiġifieri l-kontenut tal-komunikazzjonijiet jew id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni), japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-Taqsima 3.3.1.1, inkluż ir-rekwiżit li jinkiseb mandat approvat mill-qorti. Fir-rigward tat-talbiet għad-divulgazzjoni volontarja ta’ tipi oħra tad-data personali ta’ persuni suspettati b’terroriżmu, l-NIS jenħtieġ li jikkonforma mar-rekwiżiti skont il-Kostituzzjoni u l-PIPA dwar in-neċessità u l-proporzjonalità (ara l-premessa (164)) (352). Il-kontrolluri li jirċievu tali talbiet jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-PIPA (pereżempju f’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u billi jillimitaw l-impatt fuq il-privatezza tal-individwu) (353). F’dan il-każ, huma jridu jikkonformaw ukoll mar-rekwiżit li jinnotifikaw lill-individwu kkonċernat wara n-notifika Nru 2021-5 (ara l-premessa (166)).

3.3.1.3   Talbiet għal divulgazzjoni volontarja tad-data tal-abbonati

(194)

Abbażi tat-TBA, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jistgħu jiddivulgaw b’mod volontarju d-data tal-abbonati (ara l-premessa (163)) fuq talba ta’ aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor tali informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonali (354). Fir-rigward ta’ talbiet bħal dawn mill-NIS, l-istess limitazzjonijiet (li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni, mill-PIPA u mit-TBA) japplikaw bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif stabbilit fil-premessa (164) (355). Il-fornituri tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw u jistgħu jagħmlu dan biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-PIPA (b’mod partikolari f’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u billi jillimitaw l-impatt fuq il-privatezza tal-individwu, ara wkoll il-premessa (193)). L-istess rekwiżiti fir-rigward taż-żamma tar-rekords u n-notifika tal-individwu kkonċernat japplikaw bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara l-premessi (165) u (166)).

3.3.2   Użu ulterjuri tal-informazzjoni miġbura

(195)

L-ipproċessar tad-data personali miġbura mill-awtoritajiet Koreani għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali huwa suġġett għall-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1)-(2) tal-PIPA), il-legalità u l-ġustizzja tal-ipproċessar (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA), il-proporzjonalità/il-minimizzazzjoni tad-data (l-Artikoli 3(1), (6) u 58 tal-PIPA), l-akkuratezza (l-Artikolu 3(3) tal-PIPA), it-trasparenza (l-Artikolu 3(5) tal-PIPA), is-sigurtà (l-Artikolu 58(4) tal-PIPA) u l-limitazzjoni tal-ħżin (l-Artikolu 58(4) tal-PIPA) (356). Id-divulgazzjoni possibbli tad-data personali lill-partijiet terzi (inkluż pajjiżi terzi) tista' ssir biss skont dawn il-prinċipji (b'mod partikolari l-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data), wara li tkun ivvalutata l-konformità mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni) u waqt li jitqies l-impatt fuq id-drittijiet tal-individwu ikkonċernat (l-Artikolu 3(6) tal-PIPA).

(196)

Fir-rigward tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet u tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, is-CPPA jkompli jillimita l-użu ta’ tali data għal proċedimenti ġudizzjarji, fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tkun tiddependi fuqhom f’talba għad-danni; jew użi permessi skont liġijiet oħra (357).

3.3.3   Sorveljanza

(197)

L-attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali Koreani huma supervizzati minn korpi differenti (358).

(198)

L-ewwel nett, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi mekkaniżmi ta’ sorveljanza speċifiċi għall-attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, inkluż il-ġbir tad-data dwar persuni suspettati b’terroriżmu. B’mod partikolari, fil-livell tal-eżekuttiv, l-attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu huma ssorveljati mill-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (359), li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ jirrapporta dwar l-investigazzjonijiet u t-trekkjar ta’ persuni suspettati li huma terroristi biex tinġabar informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu (360). Barra minn hekk, l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRPO) jissorvelja speċifikament il-konformità tal-attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu mad-drittijiet fundamentali (361). L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki speċifiċi elenkati fid-Digriet tal-Infurzar tal-Att kontra t-Terroriżmu (362) għal terminu (rinnovabbli) ta’ sentejn u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi, limitati u għal kawża tajba (363). Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tiegħu, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet ġenerali għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (364) u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal miżuri korrettivi jekk ikun ġie stabbilit ksur tad-drittijiet tal-bniedem (365). L-awtoritajiet pubbliċi huma meħtieġa jinfurmaw lill-HRPO dwar is-segwitu pprovdut għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu (366).

(199)

It-tieni, il-PIPC tissorvelja l-konformità mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, li tinkludi kemm id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-PIPA (ara l-premessa) kif ukoll (149)il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji li japplikaw għall-ġbir tad-data personali skont liġijiet oħra (is-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA, ara wkoll il-premessa (171)) (367). Fl-eżerċitar ta’ dan ir-rwol ta’ sorveljanza, il-PIPC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi u ta’ rimedju kollha tagħha, kif deskritt fid-dettall fit-Taqsima 2.4.2.

(200)

It-tielet, l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà huma soġġetti għas-sorveljanza indipendenti tal-NHRC, f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-premessa (172) (368).

(201)

Ir-raba’, il-funzjoni ta’ sorveljanza tal-BAI tkopri wkoll l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà, għalkemm l-NIS jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirrifjuta li jipprovdi ċerta informazzjoni jew materjali, jiġifieri meta jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (369).

(202)

Fl-aħħar nett, is-sorveljanza parlamentari tal-attivitajiet tal-NIS titwettaq mill-Assemblea Nazzjonali (permezz ta’ Kumitat Speċjalizzat tal-Intelligence) (370). Is-CPPA jistabbilixxi rwol ta’ sorveljanza speċifiku għall-Assemblea Nazzjonali fir-rigward tal-użu ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali (371). B’mod partikolari, l-Assemblea nazzjonali tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni elettronika u tista’ tirrikjedi kemm lill-NIS kif ukoll lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni li jkunu ddivulgaw il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet biex jirrapportaw dwar dan. L-Assemblea Nazzjonali tista’ twettaq ukoll il-funzjonijiet ta’ sorveljanza ġenerali tagħha (f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-premessa (174)). L-Att dwar l-NIS jirrikjedi li d-Direttur tal-NIS iwieġeb mingħajr dewmien meta l-Kumitat tal-Intelligence jitlob rapport dwar kwistjoni speċifika (372), b’regoli speċifiċi għal ċerta informazzjoni partikolarment sensittiva. B’mod konkret, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri jekk it-talba tkun relatata ma’ sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq id-“destin nazzjonali” tal-pajjiż (373). F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru u, jekk ma tingħata l-ebda spjegazzjoni fi żmien sebat ijiem, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu miċħuda.

3.3.4   Rimedju

(203)

Barra minn hekk fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, is-sistema Koreana toffri toroq (ġudizzjarji) differenti biex jinkiseb rimedju, inkluż kumpens għad-danni. Dawn il-mekkaniżmi tipprovdi lis-suġġetti tad-data b’mezzi amministrattivi u ġudizzjarji effettivi ta’ rimedju, li jippermettulhom b’mod partikolari jiżguraw id-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom, jew li jiksbu r-rettifika jew it-tħassir ta’ tali data.

(204)

L-ewwel nett, skont l-Artikoli 3(5) u 4(1), (3) u (4) tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-aċċess, tal-korrezzjoni, tat-tħassir u tas-sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà. It-Taqsima 6 tan-Notifika Nru 2021-5 (l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni) tiċċara aktar kif dawn id-drittijiet japplikaw fil-kuntest tal-ipproċessar tad-data għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali. B’mod partikolari, awtorità nazzjonali tas-sigurtà tista’ tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt biss sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (pereżempju sal-punt li, u sakemm, l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi. Għaldaqstant, l-invokazzjoni ta’ tali restrizzjoni teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tista’, fl-ebda każ, taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni). Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jrid jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.

(205)

It-tieni, l-individwi għandhom dritt li jiksbu rimedju skont il-PIPA jekk id-data tagħhom tkun ġiet ipproċessata minn awtorità nazzjonali tas-sigurtà bi ksur tal-PIPA jew tal-limitazzjonijiet u tas-salvagwardji f’liġijiet oħra li jirregolaw il-ġbir tad-data personali (b’mod partikolari s-CPPA, ara l-premessa (171)) (374). Dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat permezz ta’ lment lill-PIPC (anki permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Korea dwar l-Internet u s-Sigurtà) (375). Barra minn hekk, biex jiġi ffaċilitat aċċess aktar faċli għal rimedju kontra l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà Koreani, l-individwi tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment quddiem il-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tagħhom għall-protezzjoni tad-data jew quddiem il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (376). F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Tilwim Amministrattiv, l-individwi jistgħu wkoll jappellaw/jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC (ara l-premessa (132)).

(206)

It-tielet, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-HRPO dwar il-ksur tad-dritt tagħhom għall-privatezza/protezzjoni tad-data fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu (jiġifieri skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu) (377), li jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva. Peress li ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ ammissibbiltà quddiem l-HRPO, ilment jiġi ttrattat anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri li fil-fatt tkun saritlu ħsara (pereżempju minħabba l-allegat ġbir illegali tad-data tiegħu/tagħha minn awtorità nazzjonali tas-sigurtà) (378). L-awtorità rilevanti jeħtieġ li tinforma lill-HRPO bi kwalunkwe miżura meħuda biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(207)

Ir-raba’, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-NHRC dwar il-ġbir tad-data tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà u jiksbu rimedju skont il-proċedura deskritta fil-premessa (178) (379).

(208)

Fl-aħħar nett, hemm disponibbli rimedji ġudizzjarji differenti (380), li jippermettu lill-individwi jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-Taqsima 3.3.1 biex jiksbu rimedju. B’mod partikolari, l-individwi jistgħu jikkontestaw il-legalità tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà abbażi tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (skont il-proċedura deskritta fil-premessa (181) jew l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (ara l-premessa (182)). Barra minn hekk, huma jistgħu jiksbu kumpens għad-danni abbażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (kif deskritt f’aktar dettall fil-premessa (183)).

4.   KONKLUŻJONI

(209)

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika tal-Korea – permezz tal-PIPA, ir-regoli speċjali applikabbli għal ċerti setturi (kif analizzati fit-Taqsima 2) u s-salvagwardji addizzjonali previsti fin-Notifika Nru 2021-5 (l-Anness I) – tiżgura livell ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea li huwa essenzjalment ekwivalenti għal dak garantit mir-Regolament (UE) 2016/679.

(210)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, meqjusa flimkien, il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u l-mezzi ta’ rimedju fil-liġi Koreana jippermettu biex ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data mill-kontrolluri fil-Korea jiġi identifikat u indirizzat fil-prattika u joffru rimedji legali biex is-suġġett tad-data jikseb aċċess għad-data personali tiegħu/tagħha u, possibbilment, jikseb ir-rettifika jew it-tħassir ta’ tali data.

(211)

Fl-aħħar nett, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-ordinament ġuridiku Korean, inklużi r-rappreżentazzjonijiet, l-assigurazzjonijiet u l-impenji mill-Gvern Korean inklużi fl-Anness II, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe interferenza fl-interess pubbliku, b’mod partikolari l-infurzar tal-liġi kriminali u għanijiet ta' sigurtà nazzjonali, mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani mad-drittijiet fundamentali ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika tal-Korea se tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu inkwistjoni, u li teżisti protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenza.

(212)

Għalhekk, fid-dawl tas-sejbiet ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġi deċiż li r-Repubblika tal-Korea tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, interpretat fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika tal-Korea lill-kontrolluri tad-data dwar l-informazzjoni personali fir-Repubblika tal-Korea soġġetti għall-PIPA, bl-eċċezzjoni ta’ organizzazzjonijiet reliġjużi sa fejn jipproċessaw data personali għall-attivitajiet ta’ missjunarji tagħhom; il-partiti politiċi sa fejn jipproċessaw data personali fil-kuntest tan-nomina ta’ kandidati u kontrolluri li huma soġġetti għal sorveljanza mill-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu, sa fejn jipproċessaw tali informazzjoni.

5.   EFFETTI TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI U AZZJONI TAL-AWTORITAJIET TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

(213)

L-Istati Membri u l-organi tagħhom huma meħtieġa jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, peress li dawn tal-aħħar huma preżunti li huma legali u, għalhekk, jipproduċu effetti legali sakemm jiġu rtirati, annullati f’rikors għal annullament jew iddikjarati invalidi wara rinviju għal deċiżjoni preliminari jew għal eċċezzjoni ta’ illeġittimità.

(214)

Konsegwentement, deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 hija vinkolanti fuq l-organi kollha tal-Istati Membri li lilhom hija indirizzata, inklużi l-awtoritajiet superviżorji indipendenti tagħhom. B’mod partikolari, it-trasferimenti minn kontrollur jew minn proċessur fl-Unjoni Ewropea lil kontrolluri fir-Repubblika tal-Korea jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri.

(215)

Jenħtieġ li jitfakkar li, skont l-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, u kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Schrems (381), meta awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data tistħarreġ, inkluż wara lment, il-kompatibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni mad-drittijiet fundamentali tal-individwu għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, id-dritt nazzjonali jrid jipprovdiha b'rimedju legali sabiex tesponi dawk l-oġġezzjonijiet quddiem qorti nazzjonali, li tista’ tkun meħtieġa tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (382).

6.   MONITORAĠĠ U RIEŻAMI TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(216)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (383), u kif rikonoxxuta fl-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja kontinwament l-iżviluppi rilevanti fil-pajjiż terz wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, biex tivvaluta jekk il-pajjiż terz għadux jiżgura livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti. It-tali verifika hi meħtieġa, fi kwalunkwe każ, meta l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni li twassal għal dubju ġustifikat f’dak ir-rigward.

(217)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja fuq bażi kontinwa s-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Korea rigward il-qafas legali u l-prattika reali għall-proċessar tad-data personali kif ivvalutati f’din id-Deċiżjoni, inkluża l-konformità mill-awtoritajiet Koreani mar-rappreżentazzjonijiet, mal-aċċertamenti u mal-impenji li jinsabu fl-Anness II. Biex jiffaċilitaw dan il-proċess, l-awtoritajiet Koreani huma mistiedna jinformaw lill-Kummissjoni bl-iżviluppi materjali rilevanti għal din id-Deċiżjoni, kemm rigward l-ipproċessar tad-data personali mill-operaturi ta’ negozji u awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli għall-aċċess għal data personali mill-awtoritajiet pubbliċi.

(218)

Barra minn hekk, biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-funzjoni ta’ monitoraġġ tagħha b’mod effettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni rilevanti meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari rigward domandi jew ilmenti minn suġġetti tad-data tal-UE rigward it-trasferiment tad-data personali mill-Unjoni Ewropea lil kontrolluri fir-Repubblika tal-Korea. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi informata wkoll dwar kwalunkwe indikazzjoni li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi Koreani responsabbli għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għad-detezzjoni jew għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew għas-sigurtà nazzjonali, inkluż kwalunkwe korp ta’ sorveljanza, ma jiżgurawx il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ.

(219)

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 (384), u fid-dawl tal-fatt li l-livell ta’ protezzjoni mogħti mill-ordinament ġuridiku Korean jista’ jkun suġġett għal tibdil, il-Kummissjoni, wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li tirrieżamina b’mod perjodiku jekk il-konstatazzjonijiet relatati mal-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni żgurat mir-Repubblika tal-Korea jkunux għadhom fattwalment u legalment ġustifikati.

(220)

Għal dan l-għan, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun suġġetta għall-ewwel rieżami fi żmien sentejn wara li tidħol fis-seħħ. Wara dak l-ewwel rieżami, u skont l-eżitu tagħha, il-Kummissjoni se tiddeċiedi f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jekk jenħtieġx li jinżamm iċ-ċiklu ta’ tliet snin. Fi kwalunkwe każ, l-eżerċizzji ta’ rieżami sussegwenti jenħtieġ li jseħħu tal-anqas kull erba’ snin (385). Ir-rieżami jenħtieġ li jkopri l-aspetti kollha tal-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni, u b’mod partikolaril-applikazzjoni tas-salvagwardji addizzjonali li jinsabu fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni (b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-protezzjoni mogħtija f’każ ta’ trasferimenti ulterjuri); l-iżviluppi fil-każistika rilevanti; ir-regoli dwar l-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata għall-għanijiet tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika u tal-arkivjar fl-interess pubbliku, kif ukoll l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 28(7) tal-PIPA; l-effettività tal-eżerċitar tad-drittijiet individwali, anki qabel il-PIPC riformata riċentament, u l-applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet għal dawk id-drittijiet; l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet parzjali skont il-PIPA; kif ukoll il-limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tal-aċċess mill-gvern ( kif stipulat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni), inkluż il-koperazzjoni tal-PIPC mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data tal-UE dwar ilment minn individwi. Jenħtieġ li jkopri wkoll l-effettività tas-sorveljanza u l-infurzar, fir-rigward tal-PIPA u fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali u s-sigurtà nazzjonali (b’mod partikolari mill-PIPC u l-NHRC).

(221)

Biex tagħmel ir-rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiltaqa’ mal-PIPC, akkumpanjata, fejn xieraq, minn awtoritajiet Koreani oħra responsabbli għall-aċċess mill-gvern, inklużi l-korpi ta’ sorveljanza rilevanti. Il-parteċipazzjoni f’din il-laqgħa jenħtieġ li tkun miftuħa għar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (BEPD). Fil-qafas tar-rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lill-PIPC tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar l-aspetti kollha rilevanti għall-konstatazzjoni ta’ adegwatezza, inkluż dwar il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji li jikkonċernaw l-aċċess mill-gvern (386). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex ukoll spjegazzjonijiet dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal din id-Deċiżjoni li tkun irċeviet, inklużi rapporti pubbliċi mill-awtoritajiet Koreani jew minn partijiet ikkonċernati oħra fil-Korea, mill-Bord Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, mill-awtoritajiet individwali tal-protezzjoni tad-data, mill-gruppi tas-soċjetà ċivili, mir-rapporti fl-istampa, jew minn kwalunkwe sors ieħor disponibbli ta’ informazzjoni.

(222)

Fuq il-bażi tar-rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport pubbliku li għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

7.   SOSPENSJONI, TĦASSIR JEW EMENDA TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(223)

Meta l-informazzjoni disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ ta’ din id-Deċiżjoni jew li tkun ipprovduta mill-awtoritajiet tal-Korea jew tal-Istati Membri, tiżvela li l-livell ta’ protezzjoni mogħti mir-Repubblika tal-Korea jaf ma jibqax adegwat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-awtoritajiet kompetenti Koreani b’dan u titlob li jittieħdu l-miżuri xierqa f'perjodu ta’ żmien speċifiku u raġonevoli.

(224)

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien speċifikat, l-awtoritajiet kompetenti Koreani jonqsu milli jieħdu dawk il-miżuri jew inkella juru b’mod sodisfaċenti li din id-Deċiżjoni tkun għadha bbażata fuq livell adegwat ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-għan li tissospendi jew tħassar din id-Deċiżjoni parzjalment jew kompletament.

(225)

Alternattivament, il-Kummissjoni tibda din il-proċedura bil-għan li temenda d-Deċiżjoni, b’mod partikolari billi tissoġġetta t-trasferimenti tad-data għal kundizzjonijiet addizzjonali jew billi tillimita l-ambitu tal-konstatazzjoni tal-adegwatezza biss għat-trasferimenti tad-data li għalihom jibqa’ żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni.

(226)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibda l-proċedura għas-sospensjoni jew għat-tħassir fil-każ ta’ indikazzjonijiet li s-salvagwardji supplimentari inklużi fl-Anness I ma jiġux osservati mill-operaturi ta’ negozji li jirċievu data personali skont din id-Deċiżjoni u/jew ma humiex infurzati b’mod effettiv, jew li l-awtoritajiet Koreani jonqsu milli jikkonformaw mar-rappreżentazzjonijiet, mal-aċċertamenti u mal-impenji li jinsabu fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(227)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra wkoll li tibda l-proċedura li twassal għall-emenda, għas-sospensjoni jew għat-tħassir ta’ din id-Deċiżjoni jekk, fil-kuntest tar-rieżami jew b’xi mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti Koreani jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni jew il-kjarifiki neċessarji għall-valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni mogħtija lil data personali trasferita mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika tal-Korea jew rigward il-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra kemm l-informazzjoni rilevanti tista’ tinkiseb minn sorsi oħra.

(228)

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni tuża l-possibbiltà li tadotta, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament li jissospendu, iħassru jew jemendaw id-Deċiżjoni.

8.   KUNSIDERAZZJONIJIET FINALI

(229)

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ppubblika l-opinjoni tiegħu (387), li tqieset fit-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni.

(230)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Repubblika tal-Korea tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali trasferita mill-Unjoni Ewropea lil kontrolluri ta’ informazzjoni personali fir-Repubblika tal-Korea soġġetti għall-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Personali kif ikkumplimentat mis-salvagwardji supplimentari stabbiliti fl-Anness I, flimkien mar-rappreżentazzjonijiet, mal-aċċertamenti u mal-impenji uffiċjali inklużi fl-Anness II.

2.   Din id-deċiżjoni ma tkoprix data personali trasferita lil riċevituri li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin, sa fejn l-iskopijiet kollha jew parti minn tali skopijiet ta’ proċessar tad-data personali jkunu jikkorrispondu għal wieħed mill-iskopijiet elenkati fihom, rispettivament:

(a)

organizzazzjonijiet reliġjużi sa fejn jipproċessaw data personali għall-attivitajiet missjunarji tagħhom;

(b)

il-partiti politiċi sa fejn jipproċessaw data personali fil-kuntest tan-nomina ta’ kandidati;

(c)

kontrolluri li huma soġġetti għal sorveljanza mill-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu, sal-punt li jipproċessaw tali informazzjoni.

Artikolu 2

Kull meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, sabiex jipproteġu lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tat-trasferimenti tad-data li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha kontinwament timmonitorja l-applikazzjoni tal-qafas legali li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni, inkluż il-kundizzjonijiet li fihom isiru t-trasferiment ulterjuri, ikunu eżerċitati drittijiet individwali u l-awtoritajiet Koreani għandhom aċċess għad-data trasferita abbażi tad-Deċiżjoni, bil-għan li jkun ivvalutat jekk ir-Repubblika tal-Korea għadhiex tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 1.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin f’każijiet li fihom il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, jew kwalunkwe awtorità Koreana kompetenti oħra, tonqos milli tiżgura konformità mal-qafas legali li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin dwar kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li jkun strettament neċessarju, jew li ma jkun hemm ebda protezzjoni legali effettiva kontra dawk l-interferenzi.

4.   Fi żmien tliet snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni lill-Istati Membri u sussegwentement tal-inqas kull erba’snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konstatazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli kollha, inkluża l-informazzjoni riċevuta bħala parti mir-rieżami mwettaq flimkien mal-awtoritajiet Koreani rilevanti.

5.   Meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li ma għadux żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet Koreani kompetenti. Jekk meħtieġ, tista' tiddeċiedi li tissospendi, temenda jew tħassar din id-Deċiżjoni, jew tillimita l-iskop tagħha, f'konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari fejn ikollha indikazzjonijiet li:

(a)

il-kontrolluri fil-Korea li jkunu rċevew data personali mill-Unjoni Ewropea skont din id-Deċiżjoni ma jkunux konformi mas-salvagwardji addizzjonali inklużi fl-Anness I, jew li jkun hemm sorveljanza u infurzar insuffiċjenti f’dan ir-rigward;

(b)

l-awtoritajiet pubbliċi Koreani ma jikkonformawx mar-rappreżentazzjonijiet, mal-aċċertamenti u mal-impenji inklużi fl-Anness II, inkluż rigward il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-ġbir ta’ u aċċess għad-data personali trasferita skont din id-Deċiżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali jew tas-sigurtà nazzjonali.

Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta wkoll tali abbozzi ta’ miżuri jekk in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-gvern tal-Korea jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddetermina jekk ir-Repubblika tal-Korea tkomplix tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021

Għall-Kummissjoni

Didier REYNDERS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(2)  Ara l-premessa 101 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(3)  Ara, l-aktar reċentement, il-Kawża C-311/18, Facebook Ireland u Schrems (“Schrems II”) ECLI:EU:C:2020:559.

(4)  Il-Kawża C-362/14, Maximilian Schrems vs Data Protection Commissioner (“Schrems”), ECLI:EU:C:2015:650, il-punt 73.

(5)  Schrems, il-punt 74.

(6)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, L-Iskambjar u l-Protezzjoni tad-Data Personali f’Dinja Globalizzata, COM(2017)7 tal-10.1.2017, it-Taqsima 3.1., pp. 6-7.

(7)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, L-Adegwatezza Referenzjali, WP 254 rev. 01.disponibbli fuq il-link li ġejja: https://ec.europa.eu/newsroom/article29/item-detail.cfm?item_id=614108

(8)  Din id-Deċiżjoni għandha rilevanza għaż-ŻEE. Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) jipprovdi għal estensjoni tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea għat-tliet Stati taż-ŻEE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (DKK) li tinkorpora r-Regolament (UE) 2016/679 fl-Anness XI tal-Ftehim ŻEE ġiet adottata mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fis-6 ta’ Lulju 2018 u daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Lulju 2018. B’hekk, dan ir-Regolament hu kopert minn dak il-ftehim. Għall-għanijiet tad-deċiżjoni, ir-referenzi għall-UE u għall-Istati Membri tal-UE għalhekk jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jkopru wkoll l-Istati taż-ŻEE.

(9)  Ara t-Taqsima 2.2.3 ta’ din id-deċiżjoni.

(10)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2014Da77970, tal-15 ta’ Ottubru 2015 (is-sommarju bl-Ingliż disponibbli mil-link “Lawmaker’s disclosure of teachers’ trade union members case” fuq https://www.privacy.go.kr/eng/enforcement_01.do) u l-ġurisprudenza ċċitata fiha, inkluża d-Deċiżjoni 2012Da49933, l-24 ta’ Lulju 2014.

(11)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali 99Hun-ma513, tas-26 ta’ Mejju 2005 (is-sommarju Ingliż disponibbli fuq http://www.koreanlii.or.kr/w/index.php/99Hun-Ma513?ckattempt=2) u d-Deċiżjoni 2014JHun-ma449 2013 Hun-Ba68 (konsolidata), tat-23 ta’ Diċembru 2015 (is-sommarju Ingliż disponibbli mil-link “Change of resident registration number case” fuq https://www.privacy.go.kr/eng/enforcement_01.do).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali 93 Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994.

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.

(14)  Ara t-Taqsima 1.1 tal-Anness II.

(15)  Ara wkoll l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali li jirreferi b’mod espliċitu għal-“libertajiet u d-drittijiet tal-individwi”. B’mod aktar speċifiku, dan jiddikjara li l-għan ta’ dan l-Att huwa “li jipprovdi għall-ipproċessar u l-protezzjoni ta’ informazzjoni personali għall-għanijiet tal-protezzjoni [tal-]libertà u d-drittijiet tal-individwi, u li jkompli jwettaq id-dinjità u l-valur tal-individwi.” Bl-istess mod, l-Artikolu 5(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Istat li “jifformula linji politiki biex jiġu evitati konsegwenzi dannużi tal-ġbir li jmur lil hinn mill-iskop, l-abbuż u l-użu ħażin ta’ informazzjoni personali, is-sorveljanza indiskreta u l-insegwiment, eċċ. u biex tissaħħaħ id-dinjità tal-bnedmin u l-privatezza individwali.”

(16)  Barra minn hekk, l-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni jipprevedi li l-istatus ta’ ċittadini barranin huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonali. Il-Korea hija Parti f'diversi ftehimiet internazzjonali li jiggarantixxu d-dritt għall-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16).

(17)  Dan jinkludi regoli li huma rilevanti għall-protezzjoni tad-data personali, iżda ma japplikawx f’sitwazzjoni fejn tinġabar data personali fl-Unjoni u tiġi ttrasferita lill-Korea skont ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju fl-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. ta’ Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.

(18)  L-għan ta’ dan l-Att huwa li jrawwem negozju sod ta’ informazzjoni dwar il-kreditu, jippromwovi l-użu effiċjenti u l-ġestjoni sistematika tal-informazzjoni dwar il-kreditu, u jipproteġi l-privatezza mill-użu ħażin u mill-abbuż tal-informazzjoni dwar il-kreditu (l-Artikolu 1 tal-Att).

(19)  Pereżempju, il-qrati Koreani ħadu deċiżjoni dwar il-konformità man-Notifiki regolatorji f'għadd ta' kawżi, anki billi żammew lill-kontrolluri Koreani responsabbli għall-vjolazzjonijiet ta' Notifika (ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2018Da219406, il-25 ta' Ottubru 2018, meta l-Qorti ordnat lil kontrollur iħallas kumpens lil individwi għal danni li ġarrbu minħabba ksur tan-"Notifika għall-istandard ta' miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni personali"; ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2018Da219352, tal-25 ta’ Ottubru 2018. id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2011Da24555, tas-16 ta’ Mejju 2016. Id-Deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Seoul 2014Gahap511956, tat-13 ta’ Ottubru 2016. Id-Deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Seoul 2009Gahap43176, tas-26 ta’ Jannar 2010).

(20)  L-Artikolu 12(1) tal-PIPA.

(21)  L-Artikolu 2(1) tas-CIA.

(22)  Il-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji hija l-awtorità superviżorja tal-Korea għas-settur finanzjarju u f’dik il-kapaċità tinforza wkoll is-CIA.

(23)  Jekk dan jinbidel fil-futur, eż. billi tiġi estiża l-ġuriżdizzjoni tal-PIPC għall-ipproċessar kollu tal-informazzjoni personali dwar il-kreditu taħt is-CIA, jista’ jitqies li tiġi emendata d-deċiżjoni ta’ adegwatezza biex tkopri wkoll l-entitajiet li bħalissa huma soġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji.

(24)  Fil-PIPA, l-“ipproċessar psewdonimu” jitqies bħala proċessar b’metodi bħat-tħassir parzjali tad-data personali jew is-sostituzzjoni parzjali jew totali tad-data personali b’tali mod li l-ebda individwu speċifiku ma jista’ jiġi rikonoxxut mingħajr informazzjoni addizzjonali (l-Artikolu 2(1-2) tal-PIPA). Dan jikkorrispondi mad-definizzjoni ta’ psewdonimizzazzjoni fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, li tagħmel riferiment għall-“ipproċessar tad-data personali b’tali mod li d-data personali ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi attribwita lil suġġett tad-data speċifiku mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, dment li tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun soġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-data personali ma tiġix attribwita lil persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.”

(25)  B’mod partikolari, il-premessa 26 tar-Regolament (UE) 2016/679 tiċċara li r-Regolament ma japplikax għal informazzjoni anonimizzata, jiġifieri informazzjoni li ma tkunx relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Dan min-naħa tiegħu jiddependi fuq il-mezzi kollha li raġonevolment aktarx li se jintużaw, jew mill-kontrollur jew minn persuna oħra, biex tiġi identifikata l-persuna fiżika direttament jew indirettament. Sabiex jiġi aċċertat liema mezzi huma raġonevolment aktarx li jintużaw, għandhom jitqiesu l-fatturi oġġettivi kollha, bħall-kostijiet u l-ammont ta’ ħin neċessarju għall-identifikazzjoni, waqt li tqiesu t-teknoloġija disponibbli fil-mument tal-ipproċessar u tal-iżviluppi teknoloġiċi.

(26)  L-Artikolu 2(2) tal-PIPA.

(27)  Pereżempju, l-Artikoli 15 sa 19 tal-PIPA jirreferu biss għall-ġbir, l-użu u l-provvediment ta’ informazzjoni personali.

(28)  L-Artikolu 2(5) tal-PIPA. L-istituzzjonijiet pubbliċi skont it-tifsira tal-PIPA jinkludu d-dipartimenti jew l-aġenziji amministrattivi ċentrali kollha u l-korpi affiljati tagħhom, il-gvernijiet lokali, l-iskejjel u l-korporazzjonijiet pubbliċi b’investiment tal-gvern lokali, il-korpi amministrattivi tal-Assemblea Nazzjonali u l-ġudikatura (inkluża l-Qorti Kostituzzjonali) (l-Artikolu 2(6) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(29)  Dan jikkorrispondi għall-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament (UE) 2016/679. Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament japplika għall-“ipproċessar tad-data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati tad-data personali li jifformaw parti minn sistema ta’ arkivjar jew li jkunu maħsuba sabiex jifformaw parti minn sistema ta’ arkivjar.” L-Artikolu 4 lit. 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 jiddefinixxi “sistema ta’ arkivjar” bħala “kwalunkwe sett strutturat ta’ data personali li hija aċċessibbli skont kriterji speċifiċi”. Skont dan, il-premessa 15 tispjega li l-protezzjoni tal-individwi jenħtieġ li tapplika għall-ipproċessar tad-data personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data personali titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Il-fajls jew settijiet ta’ fajls, kif ukoll il-qoxra ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

(30)  Ara l-Manwal tal-PIPA, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu III dwar l-Artikolu 26 (p. 203-212), li jispjega li l-Artikolu 26(1) tal-PIPA jirreferi għal arranġamenti vinkolanti, bħal kuntratti jew arranġamenti simili.

(31)  Skont l-Artikolu 26(5) tal-PIPA, il-proċessur huwa pprojbit milli juża kwalunkwe informazzjoni personali lil hinn mill-ambitu tax-xogħol esternalizzat, jew milli jipprovdi informazzjoni personali lil terzi. In-nuqqas ta’ rispett ta’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għal sanzjoni kriminali skont l-Artikolu 71 lit. 2 tal-PIPA.

(32)  In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ multa, ara l-Artikolu 75(4) lit. 4 tal-PIPA.

(33)  In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ multa, ara l-Artikolu 75(2) lit. 1, (4) lit. 5 tal-PIPA.

(34)  Ara wkoll l-Artikolu 26(7) tal-PIPA, li jistipula li l-Artikoli 15 sa 25, 27 sa 31, 33 sa 38, u 50 japplikaw mutatis mutandis għall-proċessur.

(35)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) u l-Kapitolu VI tal-PIPA.

(36)  Is-servizzi ta’ informazzjoni jinkludu kemm il-provvediment ta’ servizzi ta’ informazzjoni kif ukoll ta’ intermedjazzjoni għall-provvediment ta’ informazzjoni.

(37)  Ara l-Artikolu 2(1) lit. 3 (flimkien mal-Artikolu 2(1) lit. 2, 4) l-Att dwar in-Network u l-Artikolu 2(6),(8) l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni.

(38)  Sal-punt li l-fornituri Koreani ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jkollhom relazzjoni diretta mal-individwi fl-UE (billi joffru servizzi online), dan jista’ jwassal għall-applikazzjoni diretta tar-Regolament (UE) 2016/679, skont l-Artikolu 3(2)(a) tiegħu.

(39)  Barra minn hekk, l-Artikolu 58(2) tal-PIPA jipprovdi li l-Artikoli 15, 22, 27(1) - (2), 34 u 37 ma japplikawx għal informazzjoni personali pproċessata permezz ta’ apparati għall-ipproċessar tad-data viżwali installati u mħaddma f’postijiet miftuħa. Peress li din id-dispożizzjoni tikkonċerna l-użu ta’ sorveljanza bil-vidjow fil-Korea, jiġifieri l-ġbir dirett ta’ informazzjoni personali minn individwi fil-Korea, ma hijiex rilevanti għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, li tkopri t-trasferimenti tad-data personali minn kontrolluri/proċessuri fl-UE lil entitajiet fil-Korea. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 58(3) tal-PIPA, l-Artikolu 15 (Ġbir u użu ta’ informazzjoni personali), l-Artikolu 30 Obbligu li tiġi stabbilita politika pubblika dwar il-privatezza) u l-Artikolu 31 (Obbligu li jinħatar uffiċjal tal-privatezza) ma japplikawx għal informazzjoni personali li tiġi pproċessata biex jiġu operati gruppi jew assoċjazzjonijiet għall-ħbiberija (eż. klabbs tal-passatempi). Minħabba li tali gruppi jitqiesu ta’ natura personali, mingħajr rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali, ma hija meħtieġa l-ebda bażi ġuridika speċifika (bħall-kunsens tal-individwi kkonċernati) sabiex tinġabar u tintuża l-informazzjoni tagħhom f’dan il-kuntest. Madankollu, id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-PIPA (eż. il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop, il-legalità tal-ipproċessar, is-sigurtà u d-drittijiet individwali) ikomplu japplikaw. Barra minn hekk, kwalunkwe proċessar tal-informazzjoni personali lil hinn mill-iskop li jiġi stabbilit grupp soċjali ma jkunx jibbenefika mill-eċċezzjoni.

(40)  B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jistipula obbligu li l-informazzjoni personali tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub, biex tiġi pproċessata għal perjodu minimu u biex isiru l-arranġamenti meħtieġa għall-ġestjoni sikura u għall-ipproċessar xieraq ta’ tali informazzjoni personali. Dawn tal-aħħar jinkludu salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri biex jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-ilmenti individwali.

(41)  F’dan ir-rigward, l-Artikolu 33 tal-Att dwar l-Istatistika jirrikjedi li l-istituzzjonijiet pubbliċi jipproteġu l-informazzjoni ta’ dawk li wieġbu għal mistoqsijiet statistiċi, anki bil-għan li jipprevjenu li tali informazzjoni tintuża għal kwalunkwe għan ieħor għajr dak tal-ġbir tal-istatistika.

(42)  L-Artikolu 2(2)-(3), 30(2), 34 u 33 tal-Att dwar l-Istatistika.

(43)  PIPA Handbook, it-taqsima dwar l-Artikolu 58.

(44)  Pereżempju, l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Istampa jipprevedi li r-rapporti tal-istampa jridu jkunu imparzjali u oġġettivi, fl-interess pubbliku, jirrispettaw id-dinjità u l-valur tal-bniedem, u la jistgħu jimmalafamaw persuni oħra u lanqas jiksru d-drittijiet tagħhom, il-moralità pubblika jew l-etika soċjali.

(45)  L-Artikoli 15 sa 17 tal-Att dwar l-Istampa.

(46)  Kull strument tal-istampa jew tal-media jrid ikollu l-ombudsman tiegħu stess biex jipprevjeni u jirrimedja kwalunkwe dannu potenzjali kkawżat mill-istampa (eż. billi jirrakkomanda l-korrezzjoni tar-rapporti tal-istampa li huma foloz jew li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ oħrajn), l-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Istampa.

(47)  Il-Kummissjoni tikkonsisti f’bejn 40 u 90 kummissarju tal-arbitraġġ, maħtura mill-Ministru tal-Kultura, l-Isport u t-Turiżmu fost persuni kkwalifikati bħala mħallfin, avukati, persuni involuti fil-ġbir tal-aħbarijiet jew fir-rapportar għal mill-inqas 10 snin, jew persuni oħra b’għarfien espert relatat mal-istampa. Il-kummissarji tal-arbitraġġ ma jistgħux fl-istess ħin ikunu uffiċjali pubbliċi, membri ta’ partiti politiċi jew ġurnalisti. F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Istampa, il-kummissarji tal-arbitraġġ iridu jwettqu dmirijiethom b’mod indipendenti u ma jistgħu jkunu soġġetti għal ebda direzzjoni jew struzzjoni b’rabta ma’ dawk id-dmirijiet. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ regoli speċifiċi għall-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, eż. billi l-kummissarji individwali jiġu esklużi milli jittrattaw każijiet individwali fejn il-konjuġi jew il-qraba tagħhom ikunu parti għall-każ (l-Artikolu 10 tal-Att dwar l-Istampa). Il-Kummissjoni tista’ tittratta t-tilwim permezz ta’ konċiljazzjoni jew arbitraġġ, iżda tista’ tistipula wkoll rakkomandazzjonijiet biex jiġi rrimedjat il-ksur (it-Taqsima 5 tal-Att dwar l-Istampa).

(48)  L-Artikolu 30 tal-Att dwar l-Istampa.

(49)  L-Artikolu 5 tal-Att dwar l-Istampa.

(50)  L-Artikolu 59 tal-PIPA jipprojbixxi lil kwalunkwe persuna “li tipproċessa jew li qatt ipproċessat informazzjoni personali” milli “tikseb informazzjoni personali jew tikseb kunsens għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali permezz ta’ frodi, mezzi mhux xierqa, jew inġusti”, “tiżvela informazzjoni personali miksuba matul in-negozju, jew li tipprovdiha għall-użu minn kwalunkwe terzi mingħajr awtorità” jew “tiddanneġġa, teqred, tibdel, tiffalsifika, jew tiżvela informazzjoni personali ta’ oħrajn mingħajr awtorità legali jew lil hinn minn awtorità xierqa.” Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jwassal għal sanzjonijiet kriminali, ara l-Artikolu 71(5),(6) u l-Artikolu 72(2) tal-PIPA. Barra minn hekk, l-Artikolu 70(2) tal-PIPA jippermetti l-impożizzjoni ta’ penali kriminali għall-kisba ta’ informazzjoni personali pproċessata minn terzi permezz ta’ frodi jew mezzi jew metodi inġusti oħra, jew għall-provvediment tagħha lil terzi għal għanijiet ta’ qligħ jew għanijiet inġusti, kif ukoll għall-assistenza jew arranġament għal tali aġir.

(51)  Il-kunsens jeħtieġ li jingħata liberament, ikun infurmat, speċifiku, u espress f’wieħed minn diversi modi ddeterminati minn qabel mil-liġi. Fi kwalunkwe każ, il-kunsens ma jistax jinkiseb permezz ta’ frodi, mezzi mhux xierqa jew inkella b’modi inġusti oħra (l-Artikolu 59(1) tal-PIPA). L-ewwel nett, skont l-Artikolu 4 lit. 2 tal-PIPA, is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt “li jagħtu l-kunsens tagħhom jew le” u “li jagħżlu l-ambitu tal-kunsens”, u jenħtieġ li jiġu informati b’dan (l-Artikoli 15(2), 16(2), (3), 17(2) u 18(3) tal-PIPA). L-Artikolu 22(5) tal-PIPA fih salvagwardja ulterjuri billi jipprojbixxi kontrollur milli jiċħad il-provvediment ta’ prodotti jew servizzi fejn dan jista’ jimmina l-għażla libera tal-individwu fl-għoti tal-kunsens. Dan jinkludi sitwazzjonijiet fejn ċerti tipi ta’ proċessar biss jeħtieġu kunsens (filwaqt li oħrajn huma bbażati fuq kuntratt) u jkopri wkoll l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali miġbura fil-kuntest tal-provvediment ta’ oġġetti jew servizzi. It-tieni, skont l-Artikoli 15(2), 17(2), (3) u 18(3) tal-PIPA, meta jitlob il-kunsens, il-kontrollur irid jinforma lis-suġġett tad-data bid-“dettalji” tad-data personali inkwistjoni (eż. li tikkonċerna data sensittiva, ara l-Artikolu 17(2) lit. 2(a) id-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA), l-iskop tal-ipproċessar, il-perjodu taż-żamma u kwalunkwe riċevitur tad-data. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir “b’mod espliċitament rikonoxxibbli” li jiddistingwi kwistjonijiet li jeħtieġu kunsens minn kwistjonijiet oħra (l-Artikolu 22(1) sa (4) tal-PIPA). It-tielet, l-Artikolu 17(1) lit. 1-6 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jistipula l-metodi speċifiċi li bihom kontrollur għandu jikseb kunsens, bħal kunsens bil-miktub bil-firma tas-suġġett tad-data, jew kunsens permezz tal-posta elettronika (bir-ritorn). Waqt li l-PIPA ma jipprovdix speċifikatament lill-individwi bi dritt ġenerali biex jirtiraw il-kunsens, l-individwi minflok għandhom dritt jiksbu sospensjoni tal-ipproċessar tad-data dwarhom, li meta tkun eżerċitata twassal at-terminazzjoni tal-ipproċessar u t-tħassir tad-data (ara l-premessa 78 dwar id-dritt ta' sospensjoni).

(52)  Skont l-informazzjoni riċevuta mill-PIPC, l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jiddependu biss fuq din ir-raġuni jekk l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali jkun inevitabbli, jiġifieri jrid ikun impossibbli jew diffiċli b’mod mhux raġonevoli għall-istituzzjoni biex twettaq il-funzjonijiet tagħha mingħajr ma tipproċessa d-data.

(53)  L-Artikolu 39-3 tal-PIPA jimponi obbligi speċifiċi (aktar stretti) fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fir-rigward tal-ġbir u l-użu ta’ informazzjoni personali tal-utenti tagħhom. B’mod partikolari, dan jirrikjedi li l-fornitur jikseb il-kunsens tal-utent, wara li jipprovdi informazzjoni dwar l-iskop tal-ġbir/użu, il-kategoriji ta’ informazzjoni personali li għandhom jinġabru u l-perjodu li għalih se tiġi pproċessata l-informazzjoni (l-Artikolu 39-3(1) tal-PIPA). L-istess japplika meta kwalunkwe wieħed minn dawn l-aspetti jinbidel. In-nuqqas li jinkiseb kunsens għall-ġbir tal-informazzjoni huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 71(4-5 tal-PIPA). B’mod eċċezzjonali, l-informazzjoni personali tal-utenti tista’ tinġabar jew tintuża mill-fornituri tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni mingħajr ma jinkiseb kunsens minn qabel. Dan huwa l-każ (1) meta jkun diffiċli b’mod ċar li jinkiseb kunsens normali għall-informazzjoni personali meħtieġa biex jitwettaq il-kuntratt li jirregola l-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni minħabba raġunijiet ekonomiċi u teknoloġiċi (eż. meta d-data personali tinħoloq inevitabbilment fil-proċess tat-twettiq ta’ kuntratt, bħal informazzjoni dwar il-kontijiet, reġistri tal-aċċess u rekords tal-pagamenti); (2) fejn ikun meħtieġ għas-saldu ta’ imposti wara l-għoti ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni; jew (3) jekk permess minn liġijiet oħra (pereżempju, l-Artikolu 21(1) lit. 6 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur fil-Kummerċ Elettroniku jipprovdi li l-operaturi tan-negozju jistgħu jiġbru informazzjoni personali dwar gwardjani legali ta’ minorenni biex jikkonfermaw jekk ikunx inkiseb kunsens validu f’isem il-minorenni) (l-Artikolu 39-3(2) tal-PIPA). Fil-każijiet kollha, il-fornituri tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu servizzi sempliċiment minħabba li l-utent ma jipprovdix aktar informazzjoni personali mill-minimu meħtieġ (jiġifieri l-informazzjoni li hija meħtieġa biex jitwettqu l-elementi essenzjali tas-servizz ikkonċernat), ara l-Artikolu 39-3(3) tal-PIPA.

(54)  Ara l-Artikolu 14-2 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(55)  L-Artikolu 14-2(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(56)  Ksur tal-Artikolu 17(1) lit. 1 tal-PIPA jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 71(1) tal-PIPA).

(57)  L-“għan maħsub” huwa l-għan li għalih inġabret l-informazzjoni. Pereżempju, meta l-informazzjoni tinġabar abbażi tal-kunsens tal-individwu kkonċernat, l-għan maħsub huwa l-għan li jiġi kkomunikat lill-individwu skont l-Artikolu 15(2) tal-PIPA.

(58)  Ara l-Artikolu 18(1) tal-PIPA. Il-ksur tal-Artikolu 18(1),(2) jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 71(2) tal-PIPA).

(59)  L-użu ta’ informazzjoni personali jew il-provvediment tagħha lil terzi minn fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għal għan differenti minn dak oriġinali jista’ jsir biss abbażi tar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2) lit. 1, 2 tal-PIPA (jiġifieri fejn jinkiseb kunsens addizzjonali jew fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali fil-liġi). Ara l-Artikolu 18(2) tal-PIPA.

(60)  Ħlief meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ reati, att ta’ akkuża u prosekuzzjoni, l-istituzzjonijiet pubbliċi li jużaw informazzjoni personali jew li jipprovduha lil terzi għal għan differenti mill-għan tal-ġbir (pereżempju fejn dan ikun speċifikament permess mil-liġi, jew meħtieġa għat-twettiq ta’ trattat) huma meħtieġa jippubblikaw ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar, l-għan u l-ambitu tiegħu fuq is-sit web tagħhom jew il-Gazzetta Uffiċjali u jżommu rekords (l-Artikolu 18(4) tal-PIPA mal-Artikolu 15 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(61)  Ir-riċerka xjentifika hija definita mill-Artikolu 2(8) tal-PIPA bħala “riċerka li tapplika metodi xjentifiċi, bħall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni tat-teknoloġija, ir-riċerka fundamentali, ir-riċerka applikata u r-riċerka ffinanzjata privatament.” Dawn il-kategoriji jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fil-premessa 159 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(62)  Ara l-Artikoli 5(1)(b) u 89(1)-(2), u l-premessi 50 u 157 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(63)  Ara l-Artikoli 28-6(1), 71(4-3) u 75(2) lit.4-4 tal-PIPA.

(64)  L-Artikolu 28-4 tal-PIPA u 29-5 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu huwa suġġett għal sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, ara l-Artikoli 73(1) u 75(2) lit. 6 tal-PIPA.

(65)  Il-ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 71(2) tal-PIPA). Il-PIPC bdiet teżegwixxi minnufih dawn ir-regoli l-ġodda, eż. fid-deċiżjoni tagħha tat-28 ta’ April 2021, fejn imponiet multa u miżuri korrettivi kontra kumpanija li, fost ksur ieħor tal-PIPA, ma kinitx konformi mar-rekwiżit tal-Artikolu 28-2(2) tal-PIPA, ara fuq https://www.PIPC.go.kr/np/cop/bbs/selectBoardArticle.do?bbsId=BS074&mCode=C020010000&nttId=7298&fbclid=IwAR3SKcMQi6G5pR9k4I7j6GNXtc8aBVDOwcURevvvzQtYI7AS40UKYXoOXo8

(66)  Sabiex tiġi maħtura bħala tali istituzzjoni speċjalizzata (“Aġenzija Esperta tal-Kombinament tad-Data”), trid tiġi ppreżentata applikazzjoni quddiem il-PIPC flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn li jagħtu dettalji, fost l-oħrajn, dwar il-faċilitajiet u t-tagħmir stabbiliti biex jikkombinaw b’mod sikur id-data psewdonimizzata u jikkonfermaw li l-applikant jimpjega mill-inqas tliet membri tal-persunal full-time bi kwalifiki jew esperjenza relatati mal-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 29-2(1)-(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Ir-rekwiżiti dettaljati, eż. fir-rigward tal-kwalifiki tal-persunal, tal-faċilitajiet disponibbli, tal-miżuri ta’ sigurtà, tal-politiki u tal-proċeduri interni, kif ukoll tar-rekwiżiti finanzjarji huma stabbiliti fin-Notifika 2020-9 tal-PIPC dwar l-Għaqda u r-Rilaxx ta’ Informazzjoni Psewdonimizzata (Skeda I). Deżinjazzjoni bħala aġenzija esperta tal-kombinament tad-data tista’ tiġi revokata mill-PIPC (wara li ssir seduta ta’ smigħ) għal ċerti raġunijiet, eż. jekk l-aġenzija ma tibqax tissodisfa l-istandards ta’ sigurtà meħtieġa għall-ħatra, jew jekk ikun seħħ ksur tad-data fil-kuntest tal-kombinament tad-data (l-Artikolu 29-2(5)-(6) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Il-PIPC jenħtieġ li tippubblika kull ħatra (jew revoka tal-ħatra) ta’ Aġenzija ta’ Għaqda ta’ Esperti tal-Kombinament tad-Data (l-Artikolu 29-2(7) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(67)  L-Artikolu 8(1)-(2) tan-Notifika 2020-9 dwar l-Għaqda u r-Rilaxx ta’ Informazzjoni Psewdonimizzata.

(68)  L-Artikolu 2(3), (6) u l-Artikolu 9(1) tan-Notifika 2020-9 dwar l-Għaqda u r-Rilaxx ta’ informazzjoni Psewdonimizzata.

(69)  L-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 9(2)-(3) tan-Notifika 2020-9 dwar l-Għaqda u r-Rilaxx ta’ Informazzjoni Psewdonimizzata. L-istituzzjoni speċjalizzata trid immedjatament teqred id-data tal-link għaċ-ċavetta tal-kombinament wara l-kombinament (l-Artikolu 9(4) tan-Notifika).

(70)  Il-ksur tar-rekwiżiti għall-kombinament ta’ settijiet tad-data jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 71(4-2) tal-PIPA). Ara wkoll l-Artikolu 29-2(4) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(71)  Il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ rilaxx tad-data kkombinata hija stabbilita fl-Artikolu 11 tan-Notifika 2020-9 dwar l-Għaqda u r-Rilaxx ta’ Informazzjoni Psewdonimizzata. B’mod partikolari, l-istituzzjoni speċjalizzata trid tistabbilixxi “kumitat ta’ rieżami tar-rilaxx”, li jikkonsisti minn membri b’għarfien sostanzjali u esperjenza fil-protezzjoni tad-data.

(72)  L-Artikolu 29-2(4) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA u n-Notifika Nru 2020-9, l-Artikolu 11.

(73)  Il-ħtieġa li jiġu pprovduti protezzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar tad-data sensittiva, bħad-data dwar is-saħħa jew l-imġiba sesswali, ġiet rikonoxxuta wkoll mill-Qorti Kostituzzjonali tal-Korea, ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali HunMa 1139, tal-31 ta’ Mejju 2007.

(74)  L-Artikolu 23(1) tal-PIPA.

(75)  Ara wkoll il-Manwal tal-PIPA, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu III dwar l-Artikolu 23 (p. 157-164).

(76)  Jiġifieri, l-informazzjoni personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku tad-data relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu għall-għanijiet tal-identifikazzjoni biss ta’ dak l-individwu.

(77)  In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti jista’ jwassal għal sanzjonijiet skont l-Artikolu 71 lit. 3 tal-PIPA.

(78)  L-Artikolu 18 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jistipula li l-kategoriji tad-data elenkati hemmhekk huma esklużi mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 23(1) tal-Att meta jiġu pproċessati minn istituzzjoni pubblika skont l-Artikolu 18(2) lit. 5-9 tal-PIPA.

(79)  Ara l-Artikoli 73 lit. 1 u 75(2) lit. 6 tal-PIPA.

(80)  L-Artikolu 8 (flimkien mal-Artikolu 8-2 tad-Digriet tal-Infurzar), l-Artikolu 11 (flimkien mal-Artikolu 12(2) tad-Digriet tal-Infurzar).

(81)  Dwar il-metodi għall-qerda tal-informazzjoni personali, ara l-Artikolu 16 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA. L-Artikolu 21(2) tal-PIPA jiċċara li dan għandu jinkludi “miżuri meħtieġa biex jiġi mblukkat l-irkupru u r-rilanċ”.

(82)  In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti jista’ jwassal għal sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 73(1-2 tal-PIPA). L-Artikolu 39-6 tal-PIPA jimponi rekwiżit addizzjonali fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni biex titħassar l-informazzjoni personali tal-utenti li ma jkunux għamlu użu mis-servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni offruti għal mill-inqas sena (sakemm ma tkunx meħtieġa żamma ulterjuri mil-liġi jew fuq talba tal-individwu). L-individwi jridu jiġu informati bit-tħassir maħsub tal-informazzjoni tagħhom 30 jum qabel l-iskadenza ta’ sena (l-Artikolu 39-6(2) tal-PIPA u l-Artikolu 48-5(3) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Jekk tkun meħtieġa żamma ulterjuri mil-liġi, id-data miżmuma trid tinħażen separatament minn informazzjoni oħra tal-utenti u tista’ tintuża jew tiġi divulgata biss f’konformità ma’ dik il-liġi (l-Artikolu 48-5(1)-(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(83)  L-Artikolu 28-7 tal-PIPA.

(84)  In-Notifika 2021-5 (Anness I), Taqsima 4.

(85)  Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, l-Artikolu 39-5 tal-PIPA espliċitament jipprevedi li n-numru ta’ persuni li jittrattaw informazzjoni personali tal-utenti għandu jkun limitat għall-minimu. Barra minn hekk, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni personali tal-utenti ma tkunx esposta għall-pubbliku permezz tan-network ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (l-Artikolu 39-10(1) tal-PIPA). L-informazzjoni esposta trid titħassar jew tiġi mblukkata fuq talba tal-PIPC (l-Artikolu 39-10(2) tal-PIPA). B’mod aktar ġenerali, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (u terzi li jirċievu data personali tal-utenti) huma soġġetti għal obbligi ta’ sigurtà addizzjonali, speċifikati fl-Artikolu 48-2 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, eż. l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni intern fir-rigward ta’ miżuri ta’ sigurtà, miżuri li jiżguraw il-kontroll tal-aċċess, il-kriptaġġ, l-użu ta’ software biex jiġu identifikati programmi malizzjużi, eċċ.

(86)  Barra minn hekk, hemm projbizzjoni ġenerali kontra d-danni, il-qerda, it-tibdil, l-iffalsifikar jew il-ħruġ mhux awtorizzat ta’ informazzjoni personali mingħajr awtorità legali, ara l-Artikolu 59 lit. 3 tal-PIPA.

(87)  Ir-rekwiżit li jiġi nnotifikat l-individwu ma japplikax sal-punt li jseħħ ksur tad-data fir-rigward ta’ informazzjoni psewdonimizzata pproċessata għall-għanijiet tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika jew tal-arkivjar fl-interess pubbliku (l-Artikolu 28-7 tal-PIPA, li jipprevedi eżenzjoni mill-Artikoli 34(1) u 39-4 tal-PIPA). L-iżgurar ta’ notifika individwali jkun jeħtieġ li l-kontrollur ikkonċernat jidentifika individwi mis-sett tad-data psewdonimizzata, li huwa pprojbit b’mod espliċitu skont l-Artikolu 28-5 tal-PIPA. Madankollu, ir-rekwiżit ġenerali ta’ notifika ta’ ksur tad-data (għall-PIPC) għadu japplika.

(88)  Ir-rekwiżiti ta’ notifika, inklużi ż-żmien tagħha u l-possibbiltà għal notifika “fi stadji”, huma speċifikati aktar fl-Artikolu 40 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA. Regoli aktar stretti japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li huma meħtieġa jinnotifikaw lis-suġġett tad-data u lill-PIPC fi żmien 24 siegħa wara li jsiru konxji tal-fatt li l-informazzjoni personali tkun intilfet, insterqet jew maħruġa mingħajr awtorizzazzjoni (l-Artikolu 39-4(1) tal-PIPA). Din in-notifika trid tinkludi dettalji tal-informazzjoni personali li tkun inħarġet mingħajr awtorizzazzjoni, il-punt fiż-żmien meta seħħ dan, il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-utent, il-miżuri ta’ rispons adottati mill-fornitur u d-dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment li l-utent jista’ jindirizza l-mistoqsijiet (l-Artikolu 39-4(1)1-5 tal-PIPA). Jekk ikun hemm raġuni ġustifikabbli, eż. li ma jkunx hemm id-dettalji ta’ kuntatt tal-utent, jistgħu jintużaw mezzi oħra ta’ notifika, eż. billi l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku fuq sit web (l-Artikolu 39-4(1) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 48-4(4) et seq. tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). F’dak il-każ, il-PIPC jenħtieġ li jiġi infurmat bir-raġunijiet (l-Artikolu 34-4(3) tal-PIPA).

(89)  Ara eż. id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema 2011Da59834, 2011Da59858 u 2011Da59841, tas-26 ta’ Diċembru 2012. Sommarju bl-Ingliż huwa disponibbli hawnhekk: http://library.scourt.go.kr/SCLIB_data/decision/9-69%202012.12.26.2011Da59834.htm.

(90)  B’mod partikolari, meta l-informazzjoni personali tiġi pproċessata bil-kunsens ta’ individwu, il-kontrollur irid jinforma lill-individwu bl-iskop tal-ipproċessar, id-dettalji dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pproċessata, ir-riċevitur tal-informazzjoni, il-perjodu li għalih tinżamm u tintuża l-informazzjoni personali kif ukoll il-fatt li l-individwu huwa intitolat li jiċħad il-kunsens (u kwalunkwe żvantaġġ li jista’ jirriżulta minnu).

(91)  Skont l-Artikolu 15-2(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, dan jikkonċerna lill-kontrolluri li jipproċessaw informazzjoni sensittiva ta’ mill-inqas 50 000 suġġett tad-data, jew informazzjoni personali “normali” ta’ mill-inqas 1 miljun suġġett tad-data. L-Artikolu 15-2(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jistabbilixxi l-metodi u l-ħin tan-notifika, l-Artikolu 15-2(3) tar-rekwiżit li jinżammu ċerti rekords tiegħu. Barra minn hekk, regoli speċifiċi japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (dawk li ġġeneraw mill-inqas 10 biljun dħul mill-bejgħ rebħu matul is-sena preċedenti, jew dawk li jaħżnu/jiġġestixxu data personali ta’ mill-inqas miljun utent wieħed kuljum bħala medja matul it-tliet xhur ta’ qabel it-tmiem tas-sena preċedenti), li huma meħtieġa jinnotifikaw lill-utenti dwar l-istorja tal-użu tal-informazzjoni personali tagħhom fuq bażi regolari, sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ kuntatt (l-Artikolu 39-8 tal-PIPA u l-Artikolu 48-6 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(92)  Skont l-informazzjoni li waslet mill-Gvern tal-Korea, dan jinvolvi obbligu li r-riċevitur(i) jiġi/jiġu elenkat(i) fil-politika pubblika dwar il-privatezza individwalment.

(93)  Aktar modalitajiet huma stabbiliti fl-Artikolu 31(3) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(94)  Ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni ma japplikax għal ċerti tipi ta’ fajls ta’ informazzjoni personali, pereżempju dawk li jirreġistraw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà nazzjonali, mas-sigrieti diplomatiċi, mal-investigazzjonijiet kriminali, mal-prosekuzzjoni, mal-piena, mal-investigazzjonijiet ta’ reati relatati mat-tassazzjoni, jew fajls li huma esklużivament relatati mal-prestazzjoni interna tal-impjiegi (l-Artikolu 32(2) tal-PIPA).

(95)  In-Notifika 2021-5, it-Taqsima 3 (ii) (l-Anness I).

(96)  Skont l-Artikolu 35(3) tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, il-kontrollur jista’ jipposponi l-aċċess għal “kawża ġusta” (jiġifieri għal raġunijiet ġustifikati, eż. jekk ikun meħtieġ aktar żmien biex jiġi vvalutat jekk l-aċċess jistax jiġi pprovdut), iżda jeħtieġlu jinnotifika lis-suġġett tad-data b’tali ġustifikazzjoni fi żmien 10 ijiem u jipprovdi informazzjoni dwar kif jista’ jappella din id-deċiżjoni; malli r-raġuni għall-posponiment ma tibqax teżisti, irid jingħata l-aċċess.

(97)  L-aċċess għall-informazzjoni personali pproċessata minn istituzzjoni pubblika jista’ jinkiseb direttament mill-istituzzjoni jew indirettament billi tiġi ppreżentata talba mal-PIPC, li għandha tibgħat it-talba, mingħajr dewmien (l-Artikolu 35(2) tal-PIPA u d-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA tal-Artikolu 41(3)).

(98)  Skont l-Artikolu 42(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, il-kontrollur huwa obbligat li jagħti aċċess parzjali fejn mill-inqas parti mill-informazzjoni ma tkunx koperta mir-raġunijiet għar-rifjut.

(99)  Tali liġi, min-naħa tagħha, trid tirrispetta d-dritt fundamentali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità stipulati fil-Kostituzzjoni Koreana.

(100)  Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jirrifjutaw li jagħtu aċċess jekk dan ikun jikkawża diffikultajiet serji fit-twettiq ta’ ċerti funzjonijiet, inklużi awditi kontinwi jew l-impożizzjoni, il-ġbir jew il-ħlas lura tat-taxxi (l-Artikolu 35(4) tal-PIPA).

(101)  F’dan il-każ, il-kontrollur jeħtieġlu jieħu miżuri li jipprevjenu l-irkupru tal-informazzjoni personali, ara l-Artikolu 36(3) tal-PIPA.

(102)  Tali statuti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni li dritt fundamentali jista’ jiġi ristrett biss meta jkun meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubbliku, u ma jistax jaffettwa l-essenza tal-libertà jew tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).

(103)  L-Artikolu 43(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA jipprevedi proċedura speċjali fil-każ li l-kontrollur jipproċessa fajls ta’ informazzjoni personali pprovduti minn kontrollur ieħor.

(104)  In-nuqqas li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi kkoreġuta jew imħassra l-informazzjoni personali u l-użu jew l-għoti kontinwu ta’ dik l-informazzjoni lil terzi jista’ jwassal għal sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 73(2) tal-PIPA).

(105)  Skont l-Artikolu 44(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-fatt li jkun issospenda kif xieraq l-ipproċessar fi żmien 10 ijiem mill-wasla tat-talba.

(106)  Fir-rigward tal-istituzzjonijiet pubbliċi, id-dritt għas-sospensjoni tal-ipproċessar jista’ jiġi eżerċitat fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab f’fajls ta’ informazzjoni personali rreġistrati (l-Artikolu 37 flimkien mal-Artikolu 32 tal-PIPA). Tali reġistrazzjoni ma hijiex meħtieġa f’għadd limitat ta’ sitwazzjonijiet, eż. fejn il-fajls ta’ informazzjoni personali jkunu relatati mas-sigurtà nazzjonali, l-investigazzjonijiet kriminali, ir-relazzjonijiet diplomatiċi, eċċ. (l-Artikolu 32(2) tal-PIPA).

(107)  In-nuqqas ta’ sospensjoni tal-ipproċessar jista’ jwassal għal sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 73(3) tal-PIPA).

(108)  Il-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Tilwim (ara l-premessa 133) tratta bosta każijiet fejn individwi lmentaw dwar l-użu tad-data tagħhom għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta mingħajr kunsens, li pereżempju wasslu għall-ħlas ta' kumpens u tħassir ta' data personali mill-kontrollur rilevanti (ara pereżempju l-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Tilwim 20R10-024(2020.11.18), 20R08-015(2020.8.28), 20R07-031(2020.9.1)).

(109)  Ara wkoll l-Artikolu 30(1) lit. 5 PIPA dwar il-politika dwar il-privatezza, li fost l-oħrajn għandu jkun fiha informazzjoni dwar id-drittijiet disponibbli għall-individwu u kif għandhom jiġu eżerċitati.

(110)  Ara wkoll l-Artikolu 39-7(2) tal-PIPA fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

(111)  Għall-kuntrarju, fil-każ eċċezzjonali li fih l-operatur tan-negozju Korean ikollu relazzjoni diretta mas-suġġett tad-data tal-UE, dan tipikament ikun konsegwenza li dan ikun iffoka fuq l-individwu fl-Unjoni Ewropea billi offrielu oġġetti jew servizzi jew billi mmonitorja l-imġiba tiegħu. F’dan ix-xenarju, l-operatur tan-negozju Korean jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 (l-Artikolu 3(2)) u b’hekk ikollu jikkonforma b’mod dirett mad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

(112)  Ara wkoll in-Notifika 2021-5, li tikkonferma li t-Taqsima III tal-PIPA (inkluż l-Artikolu 28-7) tapplika biss meta l-informazzjoni psewdonimizzata tiġi pproċessata għar-riċerka xjentifika, għall-istatistika jew għall-arkivjar fl-interess pubbliku, ara t-Taqsima 4 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(113)  Japplikaw regoli speċifiċi għall-fornituri ta’ servizzi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 39-12 tal-PIPA, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fil-prinċipju jridu jiksbu l-kunsens tal-utent għal kwalunkwe trasferiment ta’ informazzjoni personali barra mill-pajjiż. F’każ li l-informazzjoni personali tiġi ttrasferita bħala parti mill-esternalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, inkluż għall-ħżin, il-kunsens ma jkunx meħtieġ jekk l-individwi kkonċernati jkunu ġew infurmati, direttament jew permezz ta’ avviż pubbliku b’mod li jippermetti aċċess faċli, qabel (1) id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ttrasferita, (2) il-pajjiż li fih se tiġi ttrasferita l-informazzjoni (kif ukoll id-data u l-metodu tat-trasferiment), (3) l-isem tar-riċevitur u (4) l-iskop tal-użu u ż-żamma mir-riċevitur (l-Artikolu 39-12(3) tal-PIPA). Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ġenerali għall-esternalizzazzjoni japplikaw f’dak il-każ. Għal kull trasferiment, iridu jiġu stabbiliti salvagwardji speċifiċi fir-rigward tas-sigurtà, it-trattament tal-ilmenti u tat-tilwim, kif ukoll miżuri oħra meħtieġa għall-protezzjoni tal-informazzjoni tal-utenti (l-Artikolu 48-10 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA).

(114)  Ara wkoll l-Artikolu 26(7) tal-PIPA, li jistipula li l-Artikoli 15 sa 25, 27 sa 31, 33 sa 38, u 50 japplikaw mutatis mutandis għall-proċessur.

(115)  Fil-każ tal-provvediment lil terzi ta’ informazzjoni personali tal-utenti minn fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, dan dejjem jeħtieġ il-kunsens tal-utent (l-Artikolu 39-12(2) tal-PIPA).

(116)  Kif spjegat f'aktar dettall fin-nota 51 f'qiegħ il-paġna biex tali kunsens ikun validu, jeħtieġ li jkun mogħti liberament, infurmat u speċifiku.

(117)  Ara wkoll l-Artikolu 39-12(1) tal-PIPA fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

(118)  Barra minn hekk, jekk il-kontrollur ikollu l-ħsieb li jirreferi għaċ-ċertifikazzjoni fl-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu jew jippromwoviha, huwa jista’ juża l-marka ta’ protezzjoni tal-informazzjoni personali stabbilita mill-PIPC. Ara l-Artikolu 34-7 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(119)  Minn Novembru 2018, ġiet żviluppata s-“Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni u l-Informazzjoni Personali” (SĠSII-P), li tiċċertifika li l-kontrolluri qed joperaw sistema ta’ ġestjoni komprensiva.

(120)  Is-CIA fih ukoll bażijiet legali oħra għall-ġbir, jiġifieri fejn meħtieġ mil-liġi, fejn l-informazzjoni ssir pubblika minn istituzzjoni pubblika skont il-leġiżlazzjoni dwar il-libertà tal-informazzjoni, jew fejn l-informazzjoni tkun disponibbli fuq network soċjali. Sabiex l-operatur kummerċjali jkun jista’ jiddependi fuq l-aħħar raġuni, irid ikun jista’ juri li l-ġbir jibqa’ fl-ambitu tal-kunsens tas-suġġett tad-data, abbażi ta’ interpretazzjoni (“oġġettiva”) raġonevoli u filwaqt li titqies in-natura tad-data, l-intenzjoni u l-iskop li din issir disponibbli fuq in-network soċjali, jekk l-iskop tal-ġbir huwiex “rilevanti ħafna” għal dak il-għan, eċċ. (l-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA). Madankollu, kif spjegat fil-premessa (101), dawn ir-raġunijiet fil-prinċipju mhux se jkunu rilevanti f’xenarju ta’ trasferiment.

(121)  Pereżempju, meta tiġi ġġenerata/ipprovduta informazzjoni dwar il-kreditu fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali mal-individwu. Madankollu, din ir-raġuni ma tistax tiġi invokata biex tintuża informazzjoni ta’ kreditu personali għal għanijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta (ara l-Artikolu 33(1) lit. 3 tas-CIA).

(122)  Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-iskop tal-użu huwiex kompatibbli mal-iskop oriġinali tal-ġbir, iridu jitqiesu l-fatturi li ġejjin: (1) ir-relazzjoni (“rilevanza”) bejn iż-żewġ għanijiet; (2) il-mod li bih inġabret l-informazzjoni; (3) l-impatt tal-użu fuq l-individwu u (4) jekk ġewx implimentati miżuri ta’ sigurtà xierqa, bħal psewdonimizzazzjoni (ara l-Artikolu 32(6) lit. 9-4 tas-CIA).

(123)  Pereżempju, kontrollur jista’ jkollu jqis l-informazzjoni ta’ kreditu personali li jkun irċieva mingħand individwu sabiex jiddeċiedi jekk jestendix it-terminu ta’ self lil dak l-individwu.

(124)  L-Artikolu 33 tas-CIA, flimkien mal-Artikolu 32(6) lit. 9-2, 9-4 u 10 tas-CIA.

(125)  Il-psewdonimizzazzjoni hija ddefinita mill-Artikolu 2(15) tas-CIA bħala l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali b’tali mod li l-individwi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati aktar mill-informazzjoni minbarra flimkien ma’ informazzjoni addizzjonali. Għalkemm is-CIA fih salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata għall-fini tal-istatistika, tar-riċerka u tal-arkivjar fl-interess pubbliku (l-Artikolu 40-2 tas-CIA), dawn ir-regoli ma japplikawx għall-organizzazzjonijiet kummerċjali. Minflok, dawn tal-aħħar jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti speċifiċi tat-Taqsima III tal-PIPA, kif deskritt fil-premessi (42)-(48). Barra minn hekk, l-Artikolu 40-3 tas-CIA jeżenta l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu psewdonimizzata – fejn dan iseħħ għall-għanijiet tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika jew tal-arkivjar fl-interess pubbliku – mir-rekwiżiti dwar it-trasparenza u d-drittijiet individwali, simili għall-eċċezzjoni fl-Artikolu 28-7 tal-PIPA u suġġett għas-salvagwardji tat-Taqsima III tal-PIPA, kif deskritt f’aktar dettall fil-premessi (42)-(48).

(126)  Dan ma japplikax meta l-informazzjoni tiġi pprovduta lil terzi biex l-informazzjoni dwar il-kreditu personali tinżamm akkurat u aġġornata, sakemm il-provvediment jibqa’ fi ħdan l-iskop oriġinali tal-ipproċessar (l-Artikolu 32(1) tas-CIA). Dan jista’ pereżempju jseħħ meta tiġi pprovduta informazzjoni aġġornata lil aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiġi żgurat li r-rekords tagħha jkunu akkurati.

(127)  Jekk ma jkunx prattiku li tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija hawn fuq, jista’ jkun biżżejjed li l-individwu jirreferi lir-riċevitur terz għall-informazzjoni meħtieġa.

(128)  Peress li s-CIA ma jirregolax speċifikament id-divulgazzjonijiet barra mill-pajjiż ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali, tali divulgazzjonijiet iridu jikkonformaw mas-salvagwardji għat-trasferimenti ulterjuri imposti mit-Taqsima 2 tan-Notifika Nru 2021-5.

(129)  L-esternalizzazzjoni tal-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali tista’ ssir biss abbażi ta’ kuntratt bil-miktub u f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 26(1)-(3), (5) tal-PIPA, kif deskritt fil-premessa (20) (l-Artikolu 17 tas-CIA u l-Artikolu 14 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA). L-appaltatur ma jistax juża l-informazzjoni lil hinn mill-ambitu tad-dmirijiet esternalizzati u l-kumpanija li testernalizza trid tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ sigurtà (eż. kriptaġġ) u teduka lill-appaltatur dwar kif jipprevjeni li l-informazzjoni dwar il-kreditu tintilef, tinsteraq, tiġi divulgata, mibdula jew kompromessa.

(130)  Ara wkoll l-Artikolu 28(10) lit. 1, 2 u 6 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA.

(131)  F’dak il-każ, irid jintalab mandat mingħajr dewmien. Jekk il-mandat ma jkunx inħareġ fi żmien 36 siegħa, id-data riċevuta trid titħassar mingħajr dewmien (l-Artikolu 32(6) lit. 6 tas-CIA).

(132)  Pereżempju, minħabba li l-obbligi kuntrattwali ġew issodisfati, waħda mill-partijiet eżerċitat id-dritt tagħha għat-terminazzjoni, eċċ., ara l-Artikolu 17-2(5) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA.

(133)  L-Artikolu 20-2(1) tas-CIA u l-Artikolu 17-2(1) lit. 1 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA.

(134)  Dan il-perjodu jieħu inkunsiderazzjoni li t-tħassir spiss ma jkunx possibbli immedjatament iżda tipikament jeħtieġ li ċerti passi (eż. is-separazzjoni tad-data li għandha titħassar minn data oħra u t-twettiq tat-tħassir mingħajr ma tiġi affettwata l-istabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni) li jieħdu xi żmien għall-implimentazzjoni.

(135)  L-Artikolu 20-2(2) tas-CIA.

(136)  L-Artikolu 18(2) tas-CIA u l-Artikolu 15(4) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA jistabbilixxu regoli aktar speċifiċi fir-rigward ta’ dan ir-rekwiżit taż-żamma tar-rekords, eż. għal rekords li jikkonċernaw informazzjoni li tista’ tkun ta’ żvantaġġ għal individwu, bħal informazzjoni dwar id-delinkwenza u l-falliment.

(137)  Fir-rigward ta’ mekkaniżmi oħra ta’ responsabbiltà, is-CIA jeħtieġ li ċerti organizzazzjonijiet (eż. kooperattivi u korporazzjonijiet pubbliċi, ara l-Artikolu 21(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA) jaħtru “amministratur/gwardjan tal-informazzjoni ta’ kreditu” li jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mas-CIA u jwettaq il-kompiti tal-“uffiċjal tal-privatezza” skont il-PIPA (l-Artikolu 20(3) u (4) tas-CIA).

(138)  Dan jinkludi rekwiżit ġenerali ta’ notifika (l-Artikolu 32(7) tas-CIA) u obbligu speċifiku ta’ trasparenza f’każ li tiġi pprovduta informazzjoni li biha tista’ tiġi ddeterminata l-affidabbiltà kreditizja ta’ individwu lil ċerti entitajiet, bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-aġenziji tal-ġbir tal-informazzjoni dwar il-kreditu (l-Artikolu 35-3 tas-CIA u l-Artikolu 30-3 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA), jew fejn relazzjoni ta’ tranżazzjoni kummerċjali tiġi rrifjutata jew itterminata abbażi ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali riċevuta minn terzi (l-Artikolu 36 tas-CIA u l-Artikolu 31 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA).

(139)  L-Artikolu 35 tas-CIA. Ċerti organizzazzjonijiet kummerċjali, eż. kooperattivi u korporazzjonijiet pubbliċi (l-Artikolu 21(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA) huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ trasparenza addizzjonali, eż. biex ċerta informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku (l-Artikolu 31 tas-CIA) u li l-individwi jiġu informati dwar l-iżvantaġġi possibbli għall-punteġġ tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom meta jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet finanzjarji li joħolqu riskji ta’ kreditu (l-Artikolu 35-2 tas-CIA).

(140)  Fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet ta’ aċċess u korrezzjoni, japplikaw ir-regoli tal-PIPA (deskritti fil-premessi (76)-(77)). Barra minn hekk, huma stabbiliti modalitajiet ulterjuri fl-Artikolu 38(4)-(8) tas-CIA u fl-Artikolu 33 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA. B’mod partikolari, operatur kummerċjali li jkun irrimedja jew ħassar informazzjoni ta’ kreditu mhux preċiża jrid jinnotifika lill-individwu dwar dan. Barra minn hekk, kwalunkwe terzi li lilhom tkun ġiet żvelata dik l-informazzjoni fis-sitt xhur preċedenti jeħtiġilhom li jiġu nnotifikati, u l-individwu kkonċernat jeħtieġlu li jiġi infurmat b’dan. Jekk individwu ma jkunx sodisfatt dwar kif ġiet trattata talba għal korrezzjoni, hija/huwa jista’ jippreżenta talba quddiem il-PIPC, biex tivverifika l-azzjonijiet tal-kontrollur u tista’ timponi miżuri korrettivi.

(141)  L-Artikolu 38-3 tas-CIA.

(142)  Individwi li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin biss jistgħu jinħatru bħala Kummissarji tal-PIPC: impjegati taċ-ċivil superjuri inkarigati mill-affarijiet ta’ informazzjoni personali; eks imħallfin, prosekuturi pubbliċi jew avukati li jkunu pprattikaw għal mill-inqas 10 snin; eks maniġers b’esperjenza fil-protezzjoni tad-data li jkunu servew f’istituzzjoni jew f’organizzazzjoni pubblika għal aktar minn tliet snin, jew li jkunu ġew rakkomandati minn tali istituzzjoni jew organizzazzjoni; u eks professuri assoċjati b’għarfien professjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data li servew għal mill-inqas ħames snin f’istituzzjoni akkademika (l-Artikolu 7-2 tal-PIPA).

(143)  Ara wkoll l-Artikolu 4-2 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(144)  Ara l-Artikolu 7-7 tal-PIPA, li jistabbilixxi li ċ-ċittadini mhux Koreani u l-membri tal-partiti politiċi ma jistgħux isiru membri tal-PIPC. L-istess japplika għall-individwi li rċevew ċerti tipi ta’ sanzjonijiet kriminali, tneħħew mill-kariga b’azzjoni dixxiplinari fl-aħħar ħames snin, eċċ. (l-Artikolu 7-7 tal-PIPA flimkien mal-Artikolu 33 tal-Att dwar l-Uffiċjali Pubbliċi).

(145)  Filwaqt li l-Artikolu 7(2) tal-PIPA jirreferi għas-setgħa ġenerali tal-Prim Ministru skont l-Artikolu 18 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Gvern li jissospendi jew jirrevoka – bl-approvazzjoni tal-President – kwalunkwe disponiment illegali jew inġust ta’ aġenzija amministrattiva ċentrali, ma tingħata l-ebda setgħa bħal din fir-rigward tas-setgħat investigattivi jew ta’ infurzar tal-PIPC (ara l-Artikolu 7(2) lit. 1, 2 tal-PIPA). Skont l-ispjegazzjonijiet li waslu mill-Gvern tal-Korea, l-Artikolu 18 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Gvern huwa maħsub biex jipprovdi lill-Prim Ministru bil-possibbiltà li jaġixxi f’ċirkostanzi straordinarji, eż. biex jagħmilha ta’ medjatur għan-nuqqas ta’ qbil bejn aġenziji governattivi differenti. Madankollu, il-Prim Ministru qatt ma għamel użu minn din is-setgħa peress li din id-dispożizzjoni ġiet adottata fl-1963.

(146)  Meta jkun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti skont l-Artikolu 7-9(1) tal-PIPA, il-PIPC tista’ titlob l-opinjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi rilevanti, tal-esperti fil-protezzjoni tad-data, tal-organizzazzjonijiet ċiviċi u tal-operaturi kummerċjali rilevanti. Barra minn hekk, il-PIPC tista’ titlob materjali rilevanti, tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet għal titjib u tispezzjona jekk dawn humiex implimentati (l-Artikolu 7-9(2)-(5) tal-PIPA).

(147)  Ara wkoll l-Artikolu 9 tal-PIPA (Pjan ta’ Master ta’ tliet snin għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali) l-Artikolu 12 tal-PIPA (Linji Gwida Standard dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali), l-Artikolu 13 tal-PIPA (politiki għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-awtoregolamentazzjoni)

(148)  Barra minn hekk, il-PIPC tista’ tidħol fil-bini tal-kontrollur biex tispezzjona l-istatus tal-operazzjonijiet tan-negozju, ir-rekords, id-dokumenti, eċċ. (l-Artikolu 63(2) tal-PIPA). Ara wkoll l-Artikolu 45-3 tas-CIA u l-Artikolu 36-4 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CIA fir-rigward tas-setgħat tal-PIPC skont dak l-Att.

(149)  Ara wkoll l-Artikolu 45-4 tas-CIA fir-rigward tas-setgħat tal-PIPC skont is-CIA.

(150)  It-Taqsima 5 tan-Notifika tipprovdi li “raġuni sostanzjali biex jitqies li kien hemm ksur fir-rigward tal-informazzjoni personali, u n-nuqqas ta’ azzjoni x’aktarx li jikkawża dannu li huwa diffiċli li jiġi rrimedjat skont it-tifsira tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 64 tal-PIPA, jirreferi għal ksur ta’ kwalunkwe wieħed mill-prinċipji, drittijiet u dmirijiet inklużi fil-liġi biex jiġu protetti d-drittijiet tal-individwi għall-informazzjoni personali.” L-istess japplika għas-setgħat tal-PIPC skont l-Artikolu 45-4 tas-CIA.

(151)  L-Artikolu 60 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(152)  Barra minn hekk, fejn is-sistemi ta’ proċessar u protezzjoni tal-informazzjoni personali operati minn kontrollur ikunu ġew iċċertifikati bħala konformi mal-PIPA, iżda fejn il-kriterji ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 34-2(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA fil-fatt ma jkunux ġew issodisfati, jew f’każ ta’ ksur serju ta’ kwalunkwe “statut [personali] relatat mal-protezzjoni tal-informazzjoni”, il-PIPC tista’ tirrevoka ċ-ċertifikazzjoni (l-Artikolu 32-2(3), (5) tal-PIPA). Il-PIPC għandha tinnotifika lill-kontrollur b’tali revoka u għandha tħabbarha pubblikament, jew tippubblikaha fuq is-sit web tagħha jew fil-Gazzetta Uffiċjali (l-Artikolu 34-4 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA). Il-multi amministrattivi (l-Artikolu 52 tas-CIA) u s-sanzjonijiet kriminali (l-Artikolu 50 tas-CIA) huma previsti wkoll għal ksur tas-CIA.

(153)  Skont l-Artikolu 58(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA, f’każ li ċirkostanzi speċjali jagħmlu l-konformità mal-parir “imprattikabbli”, il-kontrollur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni motivata lill-PIPC.

(154)  Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir tali divulgazzjoni pubblika, il-PIPC jenħtieġ li tqis is-sustanza u s-severità tal-ksur, it-tul u l-frekwenza tiegħu, kif ukoll il-konsegwenzi tiegħu (il-firxa tal-ħsara). L-entità kkonċernata għandha tingħata avviż minn qabel u l-possibbiltà li tiddefendi lilha nnifisha. Ara l-Artikolu 61(2), (3) tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA.

(155)  Ara l-Artikolu 71 lit. 2 flimkien mal-Artikolu 18(1) tal-PIPA (nuqqas ta’ rispett tal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 17(3) tal-PIPA, li għalih jirreferi l-Artikolu 18(1)). Ara wkoll l-Artikolu 75(2) lit. 1 flimkien mal-Artikolu 17(2) tal-PIPA (nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa lill-individwu kkonċernat skont l-Artikolu 17(2) tal-PIPA, li għalih jirreferi l-Artikolu 17(3)).

(156)  Barra minn hekk, l-Artikolu 74-2 tal-PIPA jippermetti l-konfiska ta’ kwalunkwe flus, oġġetti jew profitti oħra miksuba bħala konsegwenza tal-ksur, jew, jekk il-konfiska tkun impossibbli, il-“ġbir” tal-benefiċċju miksub b’mod illegali.

(157)  Ara r-rapport annwali tal-PIPC tal-2021, pp. 50-55 (disponibbli biss bil-Korean), fuq https://www.pipc.go.kr/np/cop/bbs/selectBoardArticle.do?bbsId=BS074&mCode=C020010000&nttId=7511#LINK

(158)  Ara fuq (disponibbli biss bil-Korean) https://www.pipc.go.kr/np/cop/bbs/selectBoardArticle.do?bbsId=BS074&mCode=C020010000&nttId=6954#LINK.

(159)  Ara fuq (disponibbli biss bil-Korean) https://www.pipc.go.kr/np/cop/bbs/selectBoardArticle.do?bbsId=BS074&mCode=C020010000&nttId=7298&fbclid=IwAR3SKcMQi6G5pR9k4I7j6GNXtc8aBVDOwcURevvvzQtYI7AS40UKYXoOXo8.

(160)  Ara fuq (disponibbli biss bil-Korean): https://www.pipc.go.kr/np/cop/bbs/selectBoardArticle.do?bbsId=BS074&mCode=C020010000&nttId=7497#LINK.

(161)  Ara eż. ir-rapport annwali tal-2020 fuq (disponibbli biss bil-Korean) https://www.pipc.go.kr/np/cop/bbs/selectBoardList.do?bbsId=BS079&mCode=D070020000 u l-eżempji pprovduti bl-Ingliż fuq https://www.privacy.go.kr/eng/enforcement_02.do.

(162)  Ara r-rapport annwali tal-PIPC tal-2021, p. 174. Fl-2020, tali lmenti kienu jirrigwardaw, pereżempju, il-ġbir tad-data mingħajr kunsens, in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi ta' trasparenza, ksur tal-PIPA mill-proċessuri, miżuri ta' sigurtà insuffiċjenti, nuqqas li jirrispondu għal talbiet mis-suġġetti tad-data, u wkoll mistoqsijiet ġenerali.

(163)  B’mod partikolari, l-individwi jistgħu jappellaw kontra l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa pubblika minn aġenzija amministrattiva (l-Artikolu 2(1) lit. 1, l-Artikolu 3 lit. 1 tal-Att tat-Tilwim Amministrattiva). Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-aspetti proċedurali, inklużi r-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà, hija pprovduta fil-premessa (181).

(164)  Il-membri kollha għandhom mandat fiss u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġuni ġusta (ara l-Artikoli 40(5), 41 tal-PIPA). Barra minn hekk, l-Artikolu 42 tal-PIPA fih salvagwardji għall-protezzjoni kontra l-kunflitti ta’ interess.

(165)  Ara l-Artikolu 44 tal-PIPA. Barra minn hekk, tista’ tipproponi abbozz ta’ soluzzjoni u tirrakkomanda s-soluzzjoni mingħajr medjazzjoni (ara l-Artikolu 46 tal-PIPA).

(166)  Barra minn hekk, il-Kumitat jista’ jirrifjuta l-medjazzjoni jekk iqis li ma jkunx xieraq li t-tilwima tiġi ssuġġettata għal medjazzjoni fid-dawl tan-natura tagħha, jew minħabba li r-rikors għall-medjazzjoni ġie ppreżentat għal skop inġust (l-Artikolu 48 tal-PIPA).

(167)  Ara r-rapport annwali tal-PIPC tal-2021, pp. 179-180. Dawn il-każijiet kienu jirrigwardaw, fost l-oħrajn, ksur tar-rekwiżit li jinkiseb kunsens għall-ġbir tad-data, il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, u d-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(168)  Ara l-Artikolu 49(1) tal-PIPA, li jistabbilixxi li s-suġġetti tad-data jenħtieġ li jġarrbu dannu jew ksur tad-drittijiet tagħhom “b’mod identiku jew simili”, u l-Artikolu 52 lit. 2 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA li jagħmilha rekwiżit li “[k]wistjonijiet ewlenin tal-inċident huma komuni fil-fatt jew legalment”.

(169)  Barra minn hekk, anke dawk li ma humiex partijiet jistgħu jibbenefikaw minn deċiżjoni ta’ medjazzjoni kollettiva tat-tilwim aċċettata mill-kontrollur fis-sens li l-Kumitat tal-Medjazzjoni tat-Tilwim jista’ jagħti parir lill-kontrollur biex iħejji u jissottometti pjan ta’ kumpens li jkopri lilhom (ukoll) (l-Artikolu 49(5) tal-PIPA).

(170)  Jiġifieri, gruppi tal-konsumaturi jew NGOs mingħajr skop ta’ qligħ ta’ ċertu daqs f’termini ta’ sħubija li l-għan iddikjarat tagħhom huwa l-protezzjoni tad-data (għalkemm fil-każ ta’ dawn tal-aħħar bir-rekwiżit addizzjonali li tal-anqas 100 suġġett tad-data li esperjenzaw l-istess (tip ta’) ksur ikun ippreżenta talba biex tiġi ppreżentata kawża fil-forma ta’ azzjoni kollettiva). Ara l-Artikolu 51 tal-PIPA.

(171)  L-Artikoli 43 sa 43-3 tas-CIA jistabbilixxu wkoll ir-responsabbiltà li jiġu kkumpensati d-danni li jirriżultaw minn ksur ta’ dak l-Att.

(172)  L-Artikolu 750 tal-Att Ċivili.

(173)  L-Artikolu 751(1) tal-Att Ċivili.

(174)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2015Da251539, 251546, 251553, 251560, 251577, tat-30 ta’ Mejju 2018. Barra minn hekk, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-ksur tad-data jista’ jwassal għal għoti ta’ danni skont l-Att Ċivili, ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2011Da59834, 59858, 59841, tas-26 ta’ Diċembru 2012 (is-sommarju bl-Ingliż huwa disponibbli fuq http://library.scourt.go.kr/SCLIB_data/decision/9-69%202012.12.26.2011Da59834.htm). F’dan il-każ, il-Qorti Suprema ċċarat li, biex tivvaluta jekk individwu ġarrabx tbatija emozzjonali li tikkwalifika bħala dannu li jista’ jiġi kkumpensat, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati diversi fatturi, bħat-tip u l-karatteristiċi tal-informazzjoni li tkun ħarġet mingħajr awtorizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-individwu minħabba l-ksur, il-possibbiltà ta’ aċċess għad-data minn terzi, il-punt sa fejn inxterdet l-informazzjoni personali, jekk dan kienx wassal għal xi ksur addizzjonali tad-drittijiet individwali, kif ġiet ġestita u protetta l-informazzjoni personali, eċċ.

(175)  Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni kkawżati mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġi (l-Artikolu 2(1) tal-Att).

(176)  L-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippresedut mill-viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni kkawżati minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar, immexxi mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu f’membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma soġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-kumpens mill-Istat).

(177)  Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (li jirreferi għall-Att Ċivili), kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili.

(178)  Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.

(179)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 93Da40614, tat-12 ta’ April 1996, u d-Deċiżjoni 2008/42430, tat-2 ta’ Settembru 2011 (is-sommarju bl-Ingliż huwa disponibbli fuq https://www.scourt.go.kr/eng/supreme/decisions/NewDecisionsView.work?seq=696&pageIndex=1&mode=6&searchWord=).

(180)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Da42430, tat-2 ta’ Settembru 2011, (is-sommarju bl-Ingliż huwa disponibbli fuq https://www.scourt.go.kr/eng/supreme/decisions/NewDecisionsView.work?seq=696&pageIndex=1&mode=6&searchWord=).

(181)  Kif spjegat fil-premessa (127), l-użu ħażin tad-data jista’ jikkostitwixxi reat kriminali skont l-Att Kriminali.

(182)  Ara Schrems II, il-punti 174-175 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, fir-rigward tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, il-Kawża C-623/17 Privacy International ECLI:EU:C:2020:790, il-punt 65; u l-Kawżi Magħquda C-511/18, C-512/18 u C-520/18 La Quadrature du Net et ECLI:EU:C:2020:791, il-punt 175.

(183)  Ara Schrems II, il-punti 176 u 181, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, fir-rigward tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, Privacy International, il-punt 68; u La Quadrature du Net et, il-punt 132.

(184)  Ara Schrems II, il-punt 176. Ara wkoll, fir-rigward tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, Privacy International, il-punt 68; u La Quadrature du Net et, il-punt 132.

(185)  Ara Schrems II, il-punt 179.

(186)  Ara Schrems II, il-punti 181-182.

(187)  Ara Schrems I, il-punt 95 u Schrems II, il-punt 194. F’dak ir-rigward, il-QĠUE enfasizzat b’mod partikolari li l-konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jiggarantixxi d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal indipendenti u imparzjali, “[tagħmel] parti wkoll mil-livell ta’ protezzjoni meħtieġ fi ħdan l-Unjoni [u] għandha tiġi kkonstatata mill-Kummissjoni qabel tadotta deċiżjoni ta’ adegwatezza taħt l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2016/679” (Schrems II, il-punt 186).

(188)  Ara t-Taqsima 1.1. tal-Anness II

(189)  L-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.

(190)  L-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom jistgħu jsiru tfittxijiet jew sekwestri mingħajr mandat (għalkemm jibqa’ neċessarju mandat ex post), jiġifieri in flagrante delicto jew, għal reati soġġetti għal priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin, jekk ikun hemm riskju li l-evidenza tinqered jew li l-persuna suspettata tgħib.

(191)  L-Artikolu 68(1) tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

(192)  L-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.

(193)  L-Artikolu 199(1) tas-CPA. B’mod aktar ġenerali, meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont is-CPA, l-awtoritajiet pubbliċi jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tas-suspettati kriminali u ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernata (l-Artikolu 198(2) tas-CPA).

(194)  L-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.

(195)  Ara t-Taqsima 1.2. tal-Anness II

(196)  L-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA. Ara wkoll it-Taqsima 6 tan-Notifika Nru 2021-5 (l-Anness I), Din l-eżenzjoni minn ċert dispożizzjonijiet tal-PIPA tapplika biss fejn id-data personali hija proċessata "għas-sigurtà nazzjonali". Ladarba s-sitwazzjoni ta' sigurtà nazzjonali li tiġġustifika l-ipproċessar tad-data tintemm, l-eżenzjoni ma tistax tibqa' tapplika u japplikaw ir-rekwiżiti kollha tal-PIPA.

(197)  Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti biss meta jkunu previsti mil-liġi sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi protett objettiv importanti ta’ interess pubbliku, jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta' terzi, jew ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ terzi. Ara t-Taqsima 6 tan-Notifika Nru 2021-5.

(198)  L-Artikolu 58(4) tal-PIPA.

(199)  Ara t-Taqsima 2.1. tal-Anness II Ir-rappreżentanza uffiċjali tal-Gvern tal-Korea (it-Taqsima 2.1 tal-Anness II) tirreferi wkoll għall-possibbiltà li tinġabar informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji għall-għanijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu abbażi tal-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (ARUSFTI). Madankollu, l-ARUSFTI jimponi biss obbligi ta’ divulgazzjoni fuq il-kontrolluri li jipproċessaw informazzjoni ta’ kreditu personali skont is-CIA u huma soġġetti għal sorveljanza tal-FSC (ara l-premessa (13)). Peress li l-ipproċessar ta’ informazzjoni ta’ kreditu personali minn tali kontrolluri huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-ARUSFTI ma huwiex rilevanti għall-valutazzjoni preżenti.

(200)  L-Artikolu 3 tas-CPPA jsemmi wkoll l-Att dwar il-Qorti Militari bħala bażi ġuridika possibbli għall-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjonijiet. Madankollu, dak l-Att jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-persunal militari u jista’ japplika biss għall-persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk il-persunal militari u l-persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Fi kwalunkwe każ, dan jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw tfittxijiet u sekwestri li huma simili għas-CPA (ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari) u pereżempju jipprevedu li l-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn il-komunikazzjonijiet elettroniċi jinġabru abbażi ta’ dan l-att, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA. Ara l-Anness II, it-Taqsima 2.2.2 u n-nota 50 ta’ qiegħ il-paġna.

(201)  L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Ara wkoll l-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA, li jipprevedu li l-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u sekwestri sakemm l-oġġetti jew il-persuni kkonċernati jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika. Ara t-Taqsima 2.2.1.2 tal-Anness II

(202)  L-Artikolu 199(1) tas-CPA.

(203)  L-Artikolu 106(3) tas-CPA.

(204)  L-Artikolu 106(3) tas-CPA.

(205)  L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA, l-Artikolu 113 tas-CPA. Meta tapplika għal mandat, l-awtorità kkonċernata trid tippreżenta materjali li juru r-raġunijiet li wasslu għas-suspett li individwu jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistu (l-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali). Il-mandat innifsu jrid jispeċifika, fost l-oħrajn, l-ismijiet tal-persuna suspettata li wettqet reat u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 114(1) flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA). Ara t-Taqsima 2.2.1.2 tal-Anness II

(206)  Jiġifieri, meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba urġenza fix-xena ta’ reat (l-Artikolu 216(3) tas-CPA), f’liema każ mandat xorta jrid jinkiseb sussegwentement mingħajr dewmien (l-Artikolu 216(3) tas-CPA ).

(207)  L-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.

(208)  L-Artikolu 218 tas-CPA. Barra minn hekk, kif spjegat fit-Taqsima 2.2.1.2 tal-Anness II, l-oġġetti prodotti b’mod volontarju huma ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jintwera mill-prosekutur.

(209)  L-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.

(210)  L-Artikolu 308-2 tas-CPA. Barra minn hekk, individwu (u l-avukat tiegħu/tagħha) jista’ jkun preżenti meta jkun qed jiġi eżegwit mandat ta’ tfittxija jew ta’ sekwestru u għalhekk jista’ wkoll iqajjem oġġezzjoni fiż-żmien meta l-mandat ikun qed jiġi eżegwit (l-Artikoli 121 u 219 tas-CPA ).

(211)  L-Artikoli 121 u 122 tas-CPA (fir-rigward tat-tfittxijiet), u l-Artikolu 219 flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA (fir-rigward tas-sekwestri).

(212)  Ara wkoll it-Taqsima 2.2.2.1 tal-Anness II. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu bl-assistenza obbligat tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni meta jipprovdu lil dawn l-operaturi permess bil-miktub miksub minn qorti (l-Artikolu 9(2) tas-CPPA), li jrid jinżamm mill-operaturi (l-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA). Il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta, u huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjoni (l-Artikolu 9(4) tas-CPPA).

(213)  L-Artikolu 2(11) tas-CPPA.

(214)  Ara l-Artikolu 2(6) tas-CPPA, li jirreferi għal “ċensura” (il-ftuħ tal-posta mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien dwar, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra) u l-Artikolu 2(7) tas-CPPA, li jirreferi għall-“interċettazzjoni elettronika” (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjoni billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komuni l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-immaġnijiet tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparati elettroniċi u mekkaniċi mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew jinterferixxi mat-trażmissjoni u r-riċezzjoni tagħhom).

(215)  L-Artikolu 13(1) tas-CPPA. Ara wkoll it-Taqsima 2.2.2.3 tal-Anness II. Barra minn hekk, id-data tal-ittrekkjar tal-pożizzjoni f’ħin reali u d-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni dwar stazzjon bażi speċifiku jistgħu jinġabru biss għall-investigazzjoni ta’ reati serji jew fejn inkella jkun diffiċli li jiġi evitat l-eżekuzzjoni ta’ reat jew li tinġabar evidenza (l-Artikolu 13(2) tas-CPPA). Dan jirrifletti l-ħtieġa li jiġu previsti salvagwardji addizzjonali f’każ ta’ miżuri partikolarment intrużivi fil-privatezza, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(216)  L-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.

(217)  Ara l-Artikolu 13(3) u (9) flimkien mal-Artikolu 6(4) u (6) tas-CPPA.

(218)  L-Artikolu 13(2) tas-CPPA.

(219)  L-Artikolu 13(3) tas-CPPA.

(220)  Ara t-Taqsima 2.2.2.3 tal-Anness II.

(221)  L-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.

(222)  L-Artikolu 13(7) tas-CPPA. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw darbtejn fis-sena dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministeru tax-Xjenza u l-ICT.

(223)  Ara l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA. B’mod partikolari, l-individwi jridu jiġu nnotifikati fi żmien 30 jum mit-teħid tad-deċiżjoni biex issir (jew ma ssirx) prosekuzzjoni jew fi żmien 30 jum wara sena li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ att ta’ akkuża (għalkemm in-notifika trid fi kwalunkwe każ tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni), ara l-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.

(224)  L-Artikolu 13-3(2)-(3) tas-CPPA.

(225)  L-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA.

(226)  L-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA. Fuq talba tal-individwu, prosekutur jew uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdi r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievi t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika (l-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA).

(227)  Pereżempju, l-insurrezzjoni, ir-reati relatati mad-droga, ir-reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll ir-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew il-bażijiet u l-installazzjonijiet militari, ara l-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Ara wkoll it-Taqsima 2.2.2.2 tal-Anness II.

(228)  L-Artikolu 3(2) u 5(1) tas-CPPA.

(229)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA.

(230)  L-Artikolu 4 tas-CPPA.

(231)  L-Artikolu 6(1), (2) u (5)-(6) tas-CPPA.

(232)  Rikors għal mandat irid jiddeskrivi (1) ir-raġunijiet sostanzjali għas-suspett (prima facie) li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qiegħed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjal ta’ sostenn; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-ambitu, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn jiġu eżegwiti l-miżuri u kif dawn jitwettqu (l-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA). Il-mandat innifsu jrid jispeċifika l-miżuri kif ukoll il-mira, l-ambitu, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettqu (l-Artikolu 6(6) tas-CPPA).

(233)  Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu fiss ta’ żmien (l-Artikolu 5(2) tas-CPPA).

(234)  L-Artikolu 8(1) tas-CPPA. Madankollu, il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ “dikjarazzjoni ta’ ċensura/interċettazzjoni ta’ emerġenza” u l-awtorità li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenza (l-Artikolu 8(4) tas-CPPA).

(235)  Il-ġbir irid jitwaqqaf immedjatament jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa (l-Artikolu 8(2) tas-CPPA), f’liema każ, kif spjegat fit-Taqsima 2.2.2.2 tal-Anness II, l-informazzjoni miġbura fil-prinċipju se tinqered. Il-qorti trid tiġi nnotifikata wkoll f’każ li miżuri ta’ emerġenza jkunu tlestew f’tali żmien qasir sabiex tiġi evitata l-ħtieġa għal permess (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, ara l-Artikolu 8(5) tas-CPPA). F’dak il-każ, il-qorti trid tiġi pprovduta b’informazzjoni dwar l-objettiv, il-mira, l-ambitu, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma ġietx ippreżentata talba għal permess mill-qorti (l-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA).

(236)  L-Artikolu 6(7) tas-CPPA. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament.

(237)  L-Artikolu 6(7)-(8) tas-CPPA.

(238)  L-Artikolu 6(8) tas-CPPA.

(239)  L-Artikolu 9(3) tas-CPPA.

(240)  L-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA.

(241)  B’mod partikolari, il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu fi żmien 30 jum mill-ħruġ ta’ att ta’ akkuża jew disponiment biex ma jiġix akkużat jew arrestat (l-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA). In-notifika tista’ tiġi differita bl-approvazzjoni tal-kap tal-uffiċċju tal-prosekuturi pubbliċi distrettwali jekk x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx jirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-persuna ta’ ħaddieħor (l-Artikolu 9-2(4)-(6) tas-CPPA).

(242)  L-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA.

(243)  L-Artikolu 83(3) tat-TBA. Ara t-Taqsima 2.2.3 tal-Anness II.

(244)  L-Artikolu 2(9) tat-TBA.

(245)  Ara t-Taqsima 2.2.3 tal-Anness II.

(246)  L-Artikolu 83(4) tat-TBA. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba l-urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta malli r-raġuni għall-urġenza tisparixxi (l-Artikolu 83(4) tat-TBA).

(247)  L-Artikolu 18(2) tal-PIPA.

(248)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016. Ara wkoll it-Taqsima 2.2.3 tal-Anness II, dwar din id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema.

(249)  L-Artikolu 83(5)-(6) tat-TBA.

(250)  Dan ir-rekwiżit huwa suġġett għal eċċezzjonijiet limitati u kwalifikati, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tipperikola investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-persuna ta’ individwu ieħor, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data. Ara t-Taqsima 3, (iii) (1) tan-Notifika.

(251)  B'mod partikolari, l-awtoritajiet Koreani huma meħtieġa jiżguraw livell ta' protezzjoni ekwivalenti għall-PIPA, permezz ta' strument legalment vinkolanti, ara wkoll il-premessa (90).

(252)  Ara wkoll it-Taqsima 1.2 tal-Anness II.

(253)  Ara l-premessa (158).

(254)  L-Artikolu 12 tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2 tal-Anness II

(255)  Il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu, jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.

(256)  Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din irid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu (l-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA). Jekk ma ssir l-ebda applikazzjoni, id-data miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara t-tmiem tal-miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (l-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA), u jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, fi żmien sebat ijiem (l-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA). Fiż-żewġ każijiet, irid jiġi ppreżentat rapport dwar it-tħassir lill-qorti li tkun awtorizzat il-ġbir fi żmien sebat ijiem.

(257)  L-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA.

(258)  Ara t-Taqsima 2.3 tal-Anness II.

(259)  Ara t-Taqsima 2.3.1 tal-Anness II. Ara wkoll https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp.

(260)  B'mod simili, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Att, ara l-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(261)  L-Artikoli 8-11 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(262)  L-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(263)  L-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(264)  L-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(265)  L-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(266)  L-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(267)  Ara l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA.

(268)  Ara n-Notifika tal-PIPC Nru 2021-5, it-Taqsima 6 (l-Anness I).

(269)  Ara t-Taqsima 2.3.4 tal-Anness II.

(270)  L-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att dwar l-NHRC).

(271)  Biex jinħatar, Kummissarju jenħtieġ li (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala mħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kienu involuti f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) ġew rakkomandati minn gruppi tas-soċjetà ċivili (l-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC). Barra minn hekk, ladarba jinħatru, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku), ara l-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC.

(272)  L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.

(273)  L-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.

(274)  L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.

(275)  L-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 6(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostaklu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li trid tikkonforma b’rieda tajba) fejn meħtieġ biex tippermetti rieżami dwar jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.

(276)  L-Artikolu 25(1), (3) tal-Att dwar l-NHRC.

(277)  L-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.

(278)  Pereżempju, bejn l-2015 u l-2019 l-NHRC rċeviet bejn 1 380 u 1 699 petizzjoni kontra l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali kull sena u ttratta kwalunkwe numru daqstant għoli (eż., huwa ttratta 1 546 ilment kontra l-pulizija fl-2018 u 1 249 fl-2019); huwa wettaq ukoll diversi investigazzjonijiet ex officio, kif deskritt f’aktar dettall fir-rapport annwali 2018 tal-NHRC (disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7602641) u r-rapport annwali 2019 (disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7606217).

(279)  L-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (l-Att dwar il-BAI). Ara l-Anness II, 2.3.2.

(280)  L-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.

(281)  L-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.

(282)  L-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.

(283)  L-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI

(284)  Pereżempju, li jkun serva bħala mħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew ikollu mandat ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-Gvern (li mill-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin mandat fl-Assemblea Nazzjonali, f’aġenziji amministrattivi, f’organizzazzjonijiet soġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew fi kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li tkun imħallsa (l-Artikolu 9 BAI Ac).

(285)  L-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.

(286)  Ara pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.

(287)  L-Artikoli 24 u 31-35 tal-Att dwar il-BAI.

(288)  L-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali iżda wkoll investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.

(289)  Ara t-Taqsima 2.2.3 tal-Anness II.

(290)  L-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.

(291)  L-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(292)  L-Artikolu 12-2 Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(293)  L-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(294)  Dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat direttament fir-rigward tal-awtorità kompetenti, jew indirettament permezz tal-PIPC (l-Artikolu 35(2) tal-PIPA). Kif deskritt f’aktar dettall fil-premessi (76)-(78)l-eċċezzjonijiet għal dawn id-drittijiet se japplikaw biss meta jkun meħtieġ biex jiġu protetti interessi (pubbliċi) importanti.

(295)  L-Artikolu 62 tal-PIPA.

(296)  L-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet tal-Infurzar tal-PIPA. Ara t-Taqsima 2.4.1 tal-Anness II.

(297)  Kif spjegat fit-Taqsima 2.4.2 tal-Anness II, għalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin li jirrisjedu fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu “residenti” jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura minn istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferit lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani. Ara b’mod partikolari l-ispjegazzjonijiet ipprovduti fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2.

(298)  L-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.

(299)  Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoni, ara l-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC.

(300)  L-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC. Barra minn hekk, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ ħelsien urġenti f’każ ta’ ksur kontinwu li x’aktarx jikkawża dannu diffiċli biex jiġi rrimedjat jekk ma jingħatax l-attenzjoni, ara l-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC.

(301)  Fil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga lment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).

(302)  Pereżempju, fil-passat l-NHRC indirizzat l-ilmenti u ħarġet rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ sekwestri illegali u ksur tar-rekwiżit li l-individwi jiġu informati bis-sekwestru (ara pp. 80 u 91 tar-rapport annwali 2018 tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7604746), kif ukoll l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni personali mill-pulizija, mill-prosekuzzjoni u mill-qrati (ara pp. 157-158 tar-rapport annwali 2019 tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7603308, u p. 76 tar-rapport annwali 2019, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7606217).

(303)  Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostaklu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti, u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar il-Tilwim Amministrattiv.

(304)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.

(305)  Ara l-Anness II, pp. 2.4.3.

(306)  L-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.

(307)  L-Att tat-Tilwim Amministrattiv jirreferi għal “disponiment”, jiġifieri l-eżerċitar ta’ setgħa pubblika f’każ speċifiku, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata tali setgħa.

(308)  Skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv, dan jirreferi għan-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tadotta ċertu disponiment li jmur kontra obbligu legali biex isir dan.

(309)  L-ewwel tista’ titressaq kontestazzjoni amministrattiva quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appelli Amministrattivi stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili (l-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv), bħala rimedju aktar informali. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani abbażi tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv.

(310)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012.

(311)  L-Artikoli 12, 35 u 36 tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv. Barra minn hekk, talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ disponiment u talba għall-affermazzjoni tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-disponiment/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha jinħareġ id-disponiment, jew li fiha tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbli (l-Artikoli 20 u 38(2) tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv). Il-kunċett ta’ “raġunijiet ġustifikabbli” ġie interpretat b’mod wiesa’ mill-Qorti Suprema u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess li jitressaq ilment tardiv, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ (id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991). Kif ikkonfermat mill-gvern tal-Korea fit-Taqsima 2.4.3 tal-Anness II, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).

(312)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.

(313)  L-Artikoli 2 u 4 tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv.

(314)  L-Artikolu 30(1) tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv.

(315)  L-Artikolu 68(1) tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena wara li jseħħ. Kif spjegat ukoll fit-Taqsima 2.4.3. tal-Anness II, peress li l-proċedura tal-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali skont l-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali, ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm “raġunijiet ġustifikabbli”, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta fin-nota 312 ta’ qiegħ il-paġna. Jekk l-ewwel ikunu jridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum wara d-deċiżjoni finali dwar tali rimedju (l-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali).

(316)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.

(317)  L-Artikolu 75(3) tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

(318)  L-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.

(319)  Ara t-Taqsima 3.1 tal-Anness II.

(320)  B’mod eċċezzjonali, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal għanijiet ta’ sigurtà nazzjonali (ara n-nota 327 ta’ qiegħ il-paġna u t-Taqsima 3.2.1.2. tal-Anness II). Barra minn hekk, l-aġenzija tal-intelligence militari Koreana (il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża, li huwa stabbilit taħt il-Ministeru tad-Difiża), għandha setgħat fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. Madankollu, kif spjegat fit-Taqsima 3.1 tal-Anness II, hija responsabbli biss għall-intelligence militari u twettaq biss sorveljanza tal-popolazzjoni ċivili fejn dan ikun meħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet militari tagħha. B’mod partikolari, tista’ tinvestiga biss persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerra (l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.

(321)  Il-mandat tal-NIS huwa li jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (jiġifieri informazzjoni ġenerali dwar ix-xejriet u l-iżviluppi fir-rigward ta’ pajjiżi barranin, jew l-attivitajiet tal-atturi tal-Istat); intelligence relatata mal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inkluż spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità; intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatata mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddid (l-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS). Ara t-Taqsima 3.1. tal-Anness II.

(322)  Ara wkoll l-Artikoli 14, 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS.

(323)  L-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.

(324)  L-Artikoli 3(1), 6(2), 11, 21 tal-Att dwar l-NIS. Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12 tal-Att dwar l-NIS.

(325)  L-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.

(326)  Dan jinkludi l-aġenziji tal-intelligence (jiġifieri l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tal-NIS u tad-Difiża) u l-pulizija/prosekuzzjoni.

(327)  L-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA.

(328)  Kif spjegat mill-gvern tal-Korea fin-nota 244 ta’ qiegħ il-paġna tal-Anness II, dan jirreferi għal attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies.

(329)  L-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.

(330)  L-Artikolu 13-4 tas-CPPA.

(331)  L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.

(332)  L-Artikolu 3(2) tas-CPPA. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimu (l-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA).

(333)  L-Artikolu 7(2) tas-CPPA.

(334)  L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, filwaqt li jiġu ddikjarati r-raġunijiet għaliex qed tintalab estensjoni u jiġu pprovduti materjali ta’ sostenn (l-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA).

(335)  Ara l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw ukoll għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. Ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.1.1. tal-Anness II.

(336)  L-Artikoli 6(5), (8) u 7(1)1, (3) u s-CPPA flimkien mal-Artikolu 7(3)-(4) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA.

(337)  Ara l-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA (għat-talba mill-aġenzija tal-intelligence), l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA (għar-rikors mill-Prosekutur) u l-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA (għall-mandat).

(338)  L-Artikolu 8 tas-CPPA.

(339)  L-Artikolu 8(2) u (8) tas-CPPA. Il-ġbir irid jitwaqqaf immedjatament jekk il-permess tal-qorti ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri. F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn ma jkunx hemm lok għall-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li fuq il-bażi tagħha tista’ teżamina l-legalità tal-ġbir (l-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA). Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-ambitu, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA). B’mod aktar ġenerali, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jieħdu biss miżuri ta’ emerġenza f’konformità ma’ “dikjarazzjoni ta’ ċensura/interċettazzjoni ta’ emerġenza” u jenħtieġ li jżommu rekords ta’ tali miżuri (l-Artikolu 8(4) tas-CPPA).

(340)  L-Artikolu 8(1), (2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA.

(341)  L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.

(342)  Jiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha fil-mira tagħha att ta’ konfoffa li thedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA).

(343)  L-Artikolu 8(9) tas-CPPA. Il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa mill-mument li fih issir l-applikazzjoni.

(344)  L-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA. Ara l-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA dwar il-possibbiltà li tiġi obbligata l-assistenza tal-uffiċċji postali u tal-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni. L-operaturi privati li jintalbu jiddivulgaw l-informazzjoni jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta l-mandat/awtorizzazzjoni jew id-dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza tirreferi għall-identifikatur żbaljat (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Fi kwalunkwe każ, huma pprojbiti milli jiddivulgaw passwords użati għall-komunikazzjonijiet (l-Artikolu 9(4) tas-CPPA).

(345)  Għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, tali rekords iridu jinżammu għal tliet snin, ara l-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA. Fir-rigward tad-data tal-konferma tal-komunikazzjoni, l-aġenziji tal-intelligence jridu jżommu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub innifisha u l-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqha (l-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA). Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni għandhom iżommu rekords għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT dwar il-frekwenza ta’ tali divulgazzjonijiet (l-Artikolu 9(3) tas-CPPA flimkien mal-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikoli 37(4) u 39 tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA).

(346)  L-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Infurzar tas-CPPA.

(347)  L-Artikolu 9-2(3) u 13-4 tas-CPPA. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni.

(348)  L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. F’dak il-każ, in-notifika trid tingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu, ara l-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.

(349)  Jiġifieri, membri ta’ grupp terroristiku (kif indikat min-Nazzjonijiet Uniti, ara l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.); persuni li jippromwovu u jxerrdu ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku, jiġbru jew jikkontribwixxu għal fondi għat-terroriżmu, jew jinvolvu ruħhom f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni tat-terroriżmu; jew persuni li għalihom hemm raġunijiet tajbin biex wieħed jissuspetta li wettqu tali attivitajiet (l-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). “Terroriżmu” hija definita mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-għan li jiġi mfixkel l-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li jġiegħluha tieħu azzjoni mingħajr ebda obbligu legali biex tagħmel dan, jew thedded lill-pubbliku. Tali mġiba tista’ pereżempju tinkludi l-qtil, il-ħtif ta’ persuna, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; il-ħtif/is-sekwestru, il-qerda jew il-ħsara ta’ bastiment jew ta’ inġenju tal-ajru; l-użu ta’ armi bijokimiċi, splussivi jew inċendjarji bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja jew danni; u l-abbuż ta’ materjali nukleari jew radjuattivi.

(350)  L-Artikolu 9(1) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(351)  Filwaqt li l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi wkoll għall-possibbiltà li tinġabar informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea abbażi tal-Att dwar l-immigrazzjoni u l-Att Doganali, dawk il-liġijiet bħalissa ma jipprevedux tali setgħa (ara t-Taqsima 3.2.2.1 tal-Anness II). Fi kwalunkwe każ, fil-prinċipju ma japplikawx għad-data ttrasferita abbażi ta’ din id-Deċiżjoni, peress li tipikament tikkonċerna informazzjoni li tinġabar direttament mill-awtoritajiet Koreani (aktar milli aċċess għal data li qabel kienet ġiet ittrasferita mill-Unjoni lill-kontrolluri Koreani). Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jelenka l-ARUSFTI bħala bażi ġuridika għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, kif spjegat fin-nota 200 ta’ qiegħ il-paġna, it-tipi tad-data li jistgħu jinkisbu abbażi ta’ dan l-Att ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Fl-aħħar nett, l-Att kontra t-Terroriżmu jipprovdi wkoll li l-NIS jista’ jiġbor informazzjoni dwar il-post permezz ta’ talbiet mhux vinkolanti, f’liema każ il-fornituri ta’ informazzjoni dwar il-post jistgħu jiddivulgaw tali informazzjoni b’mod volontarju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-PIPA (kif deskritt fil-premessa (193)) u l-Att dwar l-informazzjoni dwar il-Pożizzjoni. Madankollu, kif spjegat ukoll fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna, l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni ma tiġix ittrasferita mill-Unjoni lill-kontrolluri Koreani abbażi ta’ din id-Deċiżjoni, iżda minflok tiġi ġġenerata fil-Korea.

(352)  Ara t-Taqsima 3.2.2.2 tal-Anness II.

(353)  Ara l-Artikolu 58(4) tal-PIPA, li jirrikjedi li l-informazzjoni personali tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub, u l-Artikolu 3(6) tal-PIPA, li jipprevedi li l-informazzjoni personali trid tiġi pproċessata b’mod li tiġi mminimizzata l-possibbiltà ta’ ksur fuq il-privatezza tal-individwu. Ara wkoll l-Artikolu 59 lit. 2, 3 tal-PIPA, li jistipula li l-kontrolluri huma pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni personali lil terzi mingħajr awtorità.

(354)  L-Artikolu 83(3) tat-TBA.

(355)  Ara t-Taqsima 3.2.3 tal-Anness II.

(356)  Ara t-Taqsima 1.2 tal-Anness II.

(357)  L-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA.

(358)  Ara t-Taqsima 3.3 tal-Anness II.

(359)  L-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u Kapijiet ta’ aġenziji governattivi, bħall-Ministri tal-Affarijiet Barranin, il-Ġustizzja, id-Difiża nazzjonali, u l-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS u l-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija (l-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu).

(360)  L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(361)  L-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(362)  Jiġifieri, kull persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza ta’ xogħol ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li sservi jew li tkun serviet (mill-inqas) bħala professur assoċjati għal mill-inqas għaxar snin, jew li serviet bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza tax-xogħol fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva (l-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu).

(363)  Pereżempju, meta jkunu akkużati f’kawża kriminali marbuta mad-dmirijiet tagħhom, meta jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tul (l-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu).

(364)  L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(365)  L-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(366)  L-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Skont ir-rappreżentanza uffiċjali tal-gvern tal-Korea, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-HRPO jkun għoli għall-Kummissjoni għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inkluż il-Prim Ministru, għalkemm sa issa ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati (ara t-Taqsima 3.3.1 tal-Anness II).

(367)  It-Taqsima 3.3.4 tal-Anness II.

(368)  B’mod speċifiku fir-rigward tal-NIS, fil-passat l-NHRC wettqet investigazzjonijiet ex officio u ttrattat għadd ta’ lmenti individwali. Ara eż. ir-rapport annwali tal-2018 tal-NHRC, p. 128 (disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7604746) u r-rapport annwali 2019 tal-NHRC, p. 70 (disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7606217).

(369)  L-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS.

(370)  L-Artikoli 36 u 37(1)15 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.

(371)  L-Artikolu 15 tas-CPPA.

(372)  L-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.

(373)  L-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. “Sigrieti tal-Istat” huma definiti bħala fatti, oġġetti jew għarfien (ikklassifikati) li ma għandhomx jiġu divulgati lil xi pajjiż jew organizzazzjoni oħra sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, u li għalihom huwa permess biss aċċess limitat. Ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.

(374)  L-Artikolu 58(4) u 4(5) tal-PIPA. Ara t-Taqsima 3.4.2 tal-Anness II.

(375)  L-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.

(376)  In-Notifika Nru 2021-5 (it-Taqsima 6 tal-Anness I).

(377)  L-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet tal-Infurzar tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(378)  Ara t-Taqsima 3.4.1 tal-Anness II.

(379)  Pereżempju, l-NHRC tirċievi regolarment ilmenti kontra d-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali, ara ċ-ċifri fir-rapport annwali tal-2019 tal-NHRC dwar in-numru ta’ lmenti riċevuti bejn l-2015 u l-2019, p. 70 (disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/view?menuid=002003003001&pagesize=10&boardtypeid=7017&boardid=7606217).

(380)  Ara t-Taqsima 3.4.4 tal-Anness II.

(381)  Schrems, il-punt 65.

(382)  Schrems, il-punt 65: “F’dan ir-rigward, huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jipprevedi rimedji sabiex l-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni kkonċernata tkun tista’ tinvoka l-ilmenti li hija tqis fondati quddiem il-qrati nazzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jressqu, fil-każ li jkollhom l-istess dubji bħal dawk ta’ din l-awtorità dwar il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, talba għal deċiżjoni preliminari għall-għanijiet tal-eżami tal-validità tal-imsemmija deċiżjoni.”

(383)  Schrems, il-punt 76.

(384)  Skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, “l-att ta’ implimentazzjoni għandu jipprevedi mekkaniżmu għal rieżami perjodiku, […] li għandu jieħu kont tal-iżviluppi rilevanti kollha fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali.”

(385)  L-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jipprevedi li għandu jsir rieżami perjodiku “tal-anqas kull erba’ snin”. Ara wkoll il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Referiment tal-Adegwatezza, WP 254 rev. 01.

(386)  Ara l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(387)  L-Opinjoni 32/2021 dwar l-Abbozz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali fir-Repubblika tal-Korea, disponibbli fil-ħolqa segwenti: https://edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/opinion-art-70/opinion-322021-regarding-european-commission-draft_en.


ANNESS I

REGOLI SUPPLIMENTARI GĦALL-INTERPRETAZZJONI U L-APPLIKAZZJONI TAL-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI PERSONALI RELATATI MAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA PERSONALI TTRASFERITA LILL-KOREA

Werrej

I.

Deskrizzjoni 54

II.

Definizzjonijiet tat-termini 55

III.

Regoli supplimentari 55

1.

Limitazzjoni għall-Użu u l-Provvediment ta’ Informazzjoni Personali Barra mill-Iskop (l-Artikoli 3, 15 u 18 tal-Att) 55

2.

Limitazzjoni għat-Trasferiment Ulterjuri tad-data Personali (l-Artikoli 17(3)(4), l-Artikolu 18 tal-Att) 7 57

3.

Notifika għad-data fejn id-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data (l-Artikolu 20 tal-Att) 58

4.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni speċjali għall-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata (l-Artikoli 28-2, 28-3, 28-4, 28-5, 28-6 u 28-7, l-Artikolu 3, l-Artikolu 58-2 tal-Att) 60

5.

Miżuri korrettivi, eċċ. (il-Paragrafi 1, 2 u 4 tal-Artikolu 64 tal-Att) 61

6.

L-applikazzjoni tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali inkluża l-investigazzjoni tal-ksur u l-infurzar f’konformità mal-PIPA (l-Artikolu 7-8, l-Artikolu 7-9, l-Artikolu 58, l-Artikolu 3, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 62 tal-PIPA) 62

I.   Deskrizzjoni

Il-Korea u l-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem imsejħa l-“UE”) kienu involuti f’diskussjonijiet dwar l-adegwatezza, li b’riżultat tagħhom il-Kummissjoni Ewropea ddeterminat li l-Korea qed tiggarantixxi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-datapersonali skont l-Artikolu 45 tal-GDPR.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali adottat din in-Notifika abbażi tal-Artikolu 5 (Obbligi tal-Istat, eċċ.) u l-Artikolu 14 (Kooperazzjoni Internazzjonali) (1) tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali biex tiċċara l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Att, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali trasferita lill-Korea abbażi tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-UE.

Peress li din in-Notifika għandha l-istatus ta’ regola amministrattiva li l-aġenzija amministrattiva kompetenti tistabbilixxi u tħabbar biex tiċċara l-istandards għall-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-Att dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali fis-sistema legali tal-Korea, hija għandha forza legalment vinkolanti fuq il-kontrollur tal-informazzjoni personali fis-sens li kwalunkwe ksur ta’ din in-Notifika jista’ jitqies bħala ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PIPA. Barra minn hekk, jekk id-drittijiet u l-interessi personali jiġu miksura minħabba ksur ta’ din in-Notifika, l-individwi rilevanti huma intitolati jiksbu rimedju mill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali jew mill-qorti.

Għaldaqstant, jekk il-kontrollur tal-informazzjoni personali, li jipproċessa l-informazzjoni personali ttrasferita lill-Korea skont id-deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-UE, jonqos milli jieħu miżuri li jikkonformaw ma’ din in-Notifika, jitqies “li hemm raġuni sostanzjali biex jitqies li kien hemm ksur fir-rigward tal-informazzjoni personali, u n-nuqqas ta’ azzjoni x’aktarx jikkawża dannu li huwa diffiċli li jiġi rrimedjat”, skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 64 tal-Att. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali jew l-aġenziji amministrattivi ċentrali relatati jistgħu jordnaw lill-kontrollur tal-informazzjoni personali rilevanti biex jieħu miżuri korrettivi, eċċ. skont l-awtorità mogħtija minn din id-dispożizzjoni, u, skont il-ksur speċifiku tal-liġi, jista’ jiġi impost ukoll kastig korrispondenti (penali, multi amministrattivi, eċċ.).

II.   Definizzjoni tat-termini

Id-definizzjonijiet tat-termini użati f’din id-dispożizzjoni huma kif ġej:

(i)

Att: L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (l-Att Nru 16930, emendat fl-4 ta’ Frar 2020, u eżegwit fil-5 ta’ Awwissu 2020)

(ii)

Digriet Presidenzjali: Id-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (id-Digriet Presidenzjali Nru 30509, 03. Marzu, 2020., li jemenda atti oħra)

(iii)

Suġġett tad-data: individwu li huwa identifikabbli mill-informazzjoni pproċessata li se jsir is-suġġett ta’ dik l-informazzjoni

(iv)

Kontrollur tal-informazzjoni personali: istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li jipproċessa l-informazzjoni personali direttament jew indirettament bħala parti mill-attivitajiet tiegħu;

(v)

UE: L-UE (sa mill-aħħar ta’ Frar 2020, 27 pajjiż membru (2), inklużi l-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, il-Portugall, Spanja, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Kroazja) kif ukoll pajjiżi assoċjati mal-UE permezz tal-Ftehim ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja).

(vi)

GDPR: Il-liġi ġenerali tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament UE 2016/679)

(vii)

Deċiżjoni ta’ adegwatezza: Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 45 tal-GDPR, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li pajjiż terz, it-territorju ta’ pajjiż terz, żona waħda jew aktar jew organizzazzjoni internazzjonali jiggarantixxu livell adegwat ta’ protezzjoni tal-informazzjoni personali.

III.   Regoli supplimentari

1.   Limitazzjoni għall-Użu u l-Provvediment ta’ Informazzjoni Personali Barra mill-Iskop (l-Artikoli 3, 15 u 18 tal-Att)

<Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(L-Att Nru 16930, emendat parzjalment fl-4 ta’ Frar, 2020)>

Artikolu 3 (Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali) (1) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jispeċifika b’mod espliċitu l-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali; u għandu jiġbor l-informazzjoni personali legalment u b’mod leġittimu sal-minimu meħtieġ għal tali finijiet.

(2) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod xieraq kif meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali, u ma għandux jużaha lil hinn minn tali finijiet.

Artikolu 15 (il-Ġbir u l-Użu ta’ Informazzjoni Personali) (1) kontrollur tal-informazzjoni personali jista’ jiġbor informazzjoni personali fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin, u jużaha għall-iskop tal-għan tal-ġbir:

1.

Meta jinkiseb kunsens minn suġġett tad-data;

2.

Fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali fil-liġijiet jew huwa inevitabbli li jiġu osservati l-obbligi legali;

3.

Meta jkun inevitabbli għat-twettiq ta’ dmirijiet ta’ istituzzjoni pubblika taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha kif preskritta mill-istatuti, eċċ.;

4.

Fejn ikun inevitabbilment meħtieġ li jiġi eżegwit u mwettaq kuntratt ma’ suġġett tad-data;

5.

Meta jitqies li jkun manifestament neċessarju għall-protezzjoni tal-ħajja, għall-interessi tal-ġisem jew tal-proprjetà tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi minn periklu imminenti meta s-suġġett tad-data jew ir-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha ma jkunx f’pożizzjoni li jesprimi intenzjoni, jew ma jkunx jista’ jinkiseb kunsens minn qabel minħabba indirizzi mhux magħrufa, eċċ.;

6.

Fejn ikun meħtieġ li jinkiseb l-interess ġustifikabbli ta’ kontrollur tal-informazzjoni personali, li tali interess ikun manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data. F’każijiet bħal dawn, l-ipproċessar għandu jkun permess biss sa fejn l-ipproċessar ikun sostanzjalment relatat mal-interess ġustifikabbli tal-kontrollur tal-informazzjoni personali u ma jmurx lil hinn minn ambitu raġonevoli.

Artikolu 18 (Limitazzjoni għall-Użu u l-Provvediment ta’ Informazzjoni Personali Barra mill-Iskop) (1) kontrollur tal-informazzjoni personali ma għandux juża informazzjoni personali lil hinn mill-ambitu previst fl-Artikoli 15(1) u 39-3(1) u (2), jew jipprovdiha lil kwalunkwe terzi lil hinn mill-ambitu previst fl-Artikolu 17(1) u (3).

(2) Minkejja l-paragrafu (1), fejn japplika kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi li ġejjin, kontrollur tal-informazzjoni personali jista’ juża informazzjoni personali jew jipprovdiha lil terzi għal skopijiet oħra, sakemm ma jkunx probabbli li dan jikser b’mod inġust l-interess ta’ suġġett tad-data jew ta’ terzi: Iżda l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni [kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) 3 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Użu tan-Network tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Protezzjoni tal-Informazzjoni, eċċ.; minn hawn ’il quddiem l-istess għandu japplika] li jipproċessaw l-informazzjoni personali tal-utenti [kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) 4 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Użu tan-Network tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Protezzjoni tal-Informazzjoni, eċċ.; minn hawn ’il quddiem l-istess għandu japplika] huma suġġetti biss għas-subparagrafi 1 u 2, u s-subparagrafi 5 sa 9 huma applikabbli biss għall-istituzzjonijiet pubbliċi:

1.

Fejn jinkiseb kunsens addizzjonali mis-suġġett tad-data;

2.

Fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali oħra fil-liġijiet;

3.

Meta jitqies li jkun manifestament meħtieġ għall-protezzjoni tal-ħajja, għall-interessi tal-ġisem jew tal-proprjetà tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi minn periklu imminenti meta s-suġġett tad-data jew ir-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha ma jkunx f’pożizzjoni li jesprimi intenzjoni, jew ma jkunx jista’ jinkiseb kunsens minn qabel minħabba indirizzi mhux magħrufa;

4.

Imħassra;<bl-Att Nru 16930, tal-4 ta’ Frar, 2020>

5.

Meta jkun impossibbli li jitwettqu d-dmirijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu kif previst fi kwalunkwe Att, sakemm il-kontrollur tal-informazzjoni personali ma jużax informazzjoni personali għal skop ieħor għajr dak maħsub, jew jipprovdiha lil terzi, u hija suġġetta għad-deliberazzjoni u għar-riżoluzzjoni mill-Kummissjoni;

6.

Fejn ikun meħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni personali lil gvern barrani jew lil organizzazzjoni internazzjonali biex jitwettaq trattat jew konvenzjoni internazzjonali oħra;

7.

Fejn ikun meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ reat, il-ħruġ ta’ att ta’ akkuża u prosekuzzjoni;

8.

Fejn ikun meħtieġ li qorti tipproċedi bi dmirijiet relatati mal-proċess;

9.

Fejn ikun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-piena, tal-probation u tal-kustodja.

tħallew barra (3) ~ (4)

(5) meta kontrollur tal-informazzjoni personali jipprovdi informazzjoni personali lil terzi għal skop ieħor għajr dak maħsub fi kwalunkwe każ previst fil-paragrafu (2), il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jitlob lir-riċevitur tal-informazzjoni personali biex jillimita l-iskop u l-metodu tal-użu u kwistjonijiet oħra meħtieġa, jew biex iħejji s-salvagwardji meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza tal-informazzjoni personali. F’każijiet bħal dawn, il-persuna li tirċievi tali talba għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza tal-informazzjoni personali.

(i)

il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 tal-Att jippreskrivu l-prinċipju li kontrollur tal-informazzjoni personali jrid jiġbor biss l-informazzjoni personali minima meħtieġa għat-twettiq tal-iskop tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali b’mod legali u leġittimu, u jenħtieġ li ma jużawhiex għal skopijiet oħra għajr dak maħsub. (3)

(ii)

skont dan il-prinċipju, il-Paragrafu 1 tal-Artikolu 15 tal-Att jippreskrivi li meta kontrollur tal-informazzjoni personali jiġbor informazzjoni personali, l-informazzjoni personali tista’ tintuża fi ħdan l-iskop tal-ġbir, u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 18 jippreskrivi li l-informazzjoni personali jenħtieġ li ma tintużax lil hinn mill-iskop tal-ġbir jew tiġi pprovduta lil terzi.

(iii)

barra minn hekk, anke jekk l-informazzjoni personali tista’ tintuża għal skopijiet oħra għajr dak maħsub jew ipprovduta lil terzi fil-każijiet eċċezzjonali (4) deskritti fis-subparagrafi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 18 tal-Att, irid jintalab li l-iskop jew il-metodu tal-użu jenħtieġ li jkun ristrett sabiex l-informazzjoni personali tkun tista’ tiġi pproċessata b’mod sikur skont il-paragrafu 5, jew għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-informazzjoni personali.

(iv)

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jiġu applikati bl-istess mod għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali kollha riċevuta fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni legali tal-Korea minn pajjiż terz, irrispettivament min-nazzjonalità tas-suġġett tad-data.

(v)

Pereżempju, jekk kontrollur tal-informazzjoni personali fl-UE jittrasferixxi informazzjoni personali lil kontrollur tal-informazzjoni personali Korean skont id-deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni Ewropea, l-iskop tal-kontrollur tal-informazzjoni personali tal-UE li jittrasferixxi l-informazzjoni personali għandu jitqies bħala l-iskop tal-kontrollur tal-informazzjoni personali tal-Korea li jiġbor informazzjoni personali, u f’każijiet bħal dawn, il-kontrollur tal-informazzjoni personali Korean jista’ juża biss l-informazzjoni personali jew jipprovdiha lil terzi fi ħdan l-iskop tal-ġbir ħlief għall-każijiet eċċezzjonali deskritti fis-subparagrafi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 18 tal-Att.

2.   Limitazzjoni għat-Trasferiment Ulterjuri tad-data Personali (l-Artikoli 17(3)(4), l-Artikolu 18 tal-Att)

<Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(L-Att Nru 16930, emendat parzjalment fl-4 ta’ Frar, 2020)>

Artikolu 17 (Provvediment ta’ Informazzjoni Personali) (1) ħalli barra

(2) kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jinforma lil suġġett tad-data dwar il-kwistjonijiet li ġejjin meta jikseb il-kunsens skont il-paragrafu (1) 1. L-istess għandu japplika meta tiġi mmodifikata kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Ir-riċevitur ta’ informazzjoni personali;

2.

L-għan li għalih ir-riċevitur ta’ informazzjoni personali juża tali informazzjoni;

3.

Dettalji ta’ informazzjoni personali li għandha tiġi pprovduta;

4.

Il-perjodu li matulu r-riċevitur iżomm u juża informazzjoni personali;

5.

Il-fatt li s-suġġett tad-data huwa intitolat li jiċħad il-kunsens, u l-iżvantaġġi, jekk ikun hemm, li jirriżultaw miċ-ċaħda tal-kunsens.

(3) kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jinforma lil suġġett tad-data dwar il-kwistjonijiet previsti fil-paragrafu (2), u jikseb il-kunsens mis-suġġett tad-data sabiex jipprovdi informazzjoni personali lil terzi barra mill-pajjiż; u ma għandhomx jidħlu f’kuntratt għat-trasferiment transfruntier ta’ informazzjoni personali bi ksur ta’ dan l-Att.

(4) kontrollur tal-informazzjoni personali jista’ jipprovdi informazzjoni personali mingħajr il-kunsens ta’ suġġett tad-data fl-ambitu raġonevolment relatat mal-iskopijiet li għalihom tkun inġabret inizjalment l-informazzjoni personali, f’konformità mal-kwistjonijiet stabbiliti mid-Digriet Presidenzjali filwaqt li jitqies jekk humiex ikkawżati żvantaġġi lis-suġġett tad-data, jekk ittieħdux il-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza, bħall-kriptaġġ, eċċ.

※ Jekk jogħġbok ara l-paġni 3, 4 u 5 għall-Artikolu 18

< Id-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal- Informazzjoni Personali

([Data tal-Infurzar il-5 ta’ Frar, 2021.] [Id-Digriet Presidenzjali Nru 30892, l-4 ta’ Awwissu 2020, Jemenda Atti Oħra])>

Artikolu 14-2 (Standards dwar l-Użu/il-Provvediment Addizzjonali ta’ Informazzjoni Personali, eċċ.)

(1) jekk kontrollur tal-informazzjoni personali juża jew jipprovdi informazzjoni personali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “użu jew provvediment addizzjonali ta’ informazzjoni personali”) mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data f’konformità mal-Artikolu 15(3) tal-Att jew mal-Artikolu 17(4) tal-Att, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jqis il-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

Jekk hijiex raġonevolment relatata mal-iskop oriġinali li għalih tkun inġabret l-informazzjoni personali;

2.

Jekk l-użu jew l-għoti addizzjonali ta’ informazzjoni personali huwiex prevedibbli fid-dawl taċ-ċirkostanzi li taħthom inġabret l-informazzjoni personali u tal-prattiki tal-ipproċessar;

3.

Jekk l-użu jew il-provvediment addizzjonali ta’ informazzjoni personali jkun jikser b’mod inġust l-interessi tas-suġġett tad-data; u

4.

Jekk ittieħdu il-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà bħall-psewdonimizzazzjoni jew il-kriptaġġ.

(2) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jiddivulga minn qabel il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fis-subparagrafi tal-paragrafu (1) fil-Politika dwar il-Privatezza skont l-Artikolu 30(1) tal-Att, u l-uffiċjal tal-privatezza skont l-Artikolu 31(1) tal-Att għandu jivverifika jekk il-kontrollur tal-informazzjoni personali huwiex qed juża jew jipprovdi informazzjoni personali addizzjonali f’konformità mal-istandards rilevanti.

(i)

Jekk il-kontrollur tal-informazzjoni personali jipprovdi informazzjoni personali lil terzi barra mill-pajjiż, huwa jrid jinforma lis-suġġetti tad-data qabel il-kwistjonijiet kollha deskritti fl-Artikolu 17(2) tal-Att u jikseb il-kunsens tagħhom, ħlief għal każijiet li jaqgħu taħt (1) jew (2). Ma jenħtieġ li jiddaħħal l-ebda kuntratt li jikkonċerna l-forniment transfruntier ta’ data personali bi ksur ta’ dan l-Att.

(1)

Jekk l-informazzjoni personali tiġi pprovduta fl-ambitu raġonevolment relatat mal-iskop inizjali tal-ġbir skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 17 tal-Att. Madankollu, il-każijiet li għalihom tista’ tiġi applikata din id-dispożizzjoni huma limitati għal każijiet fejn l-istandards għall-użu addizzjonali u l-provvediment ta’ informazzjoni personali, stabbiliti fl-Artikolu 14-2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni, jiġu ssodisfati. Barra minn hekk, il-kontrollur tal-informazzjoni personali jrid jikkunsidra jekk il-provvediment ta’ informazzjoni personali jistax jikkawża żvantaġġi lis-suġġetti tad-data, u jekk ikunx ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza, bħall-kriptaġġ.

(2)

Jekk l-informazzjoni personali tista’ tiġi pprovduta lil terzi f’każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 18 tal-Att (ara l-paġni 3~5). Madankollu, anke f’każijiet bħal dawn, jekk il-provvediment ta’ tali informazzjoni personali x’aktarx jikser b’mod inġust l-interessi tas-suġġett tad-data jew ta’ terzi, l-informazzjoni personali ma tistax tiġi pprovduta lil terzi. Barra minn hekk, il-fornitur tal-informazzjoni personali jenħtieġ li jitlob lir-riċevitur tal-informazzjoni personali biex jillimita l-iskop jew il-metodu tal-użu tal-informazzjoni personali jew jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza tagħha sabiex l-informazzjoni personali tkun tista’ tiġi pproċessata b’mod sikur.

(ii)

Jekk l-informazzjoni personali tiġi pprovduta lil terzi barra mill-pajjiż, hija tista' ma tirċievix il-livell ta’ protezzjoni ggarantit mill-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali tal-Korea minħabba differenzi fis-sistemi ta’ protezzjoni tal-informazzjoni personali ta’ pajjiżi differenti. Għaldaqstant, każijiet bħal dawn jitqiesu bħala “każijiet fejn l-iżvantaġġi jistgħu jiġu kkawżati lis-suġġett tad-data” msemmi fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 17 tal-Att jew “każijiet fejn l-interess ta’ suġġett tad-data jew ta’ terzi jinkiser b’mod inġust” imsemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 18 tal-Att u l-Artikolu 14-2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-istess Att (5). Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-kontrollur tal-informazzjoni personali u t-terzi jenħtieġ li għalhekk jiżguraw b’mod espliċitu livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għall-Att, inkluża l-garanzija tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data f’dokumenti legalment vinkolanti bħal kuntratti, anke wara li l-informazzjoni personali tiġi ttrasferita lil hinn mill-pajjiż.

3.   Notifika għad-data fejn id-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data (l-Artikolu 20 tal-Att)

<Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(L-Att Nru 16930, emendat parzjalment fl-4 ta’ Frar, 2020)>

Artikolu 20 (in-Notifika dwar is-Sorsi, eċċ. ta’ Informazzjoni Personali miġbura minn Partijiet Terzi) (1) meta kontrollur tal-informazzjoni personali jipproċessa informazzjoni personali miġbura minn terzi, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jinnotifika minnufih lis-suġġett tad-data dwar il-kwistjonijiet li ġejjin fuq talba ta’ tali suġġett tad-data:

1.

Is-sors tal-informazzjoni personali miġbura;

2.

L-iskop tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali;

3.

Il-fatt li s-suġġett tad-data huwa intitolat li jitlob sospensjoni tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, kif stabbilit fl-Artikolu 37.

(2) Minkejja l-paragrafu (1), meta kontrollur tal-informazzjoni personali li jissodisfa l-kriterji stabbiliti mid-Digriet Presidenzjali filwaqt li jqis it-tipi u l-ammont ta’ informazzjoni personali pproċessata, in-numru ta’ impjegati, l-ammont ta’ bejgħ, eċċ., jiġbor informazzjoni personali minn terzi u jipproċessa l-istess skont l-Artikolu 17(1) 1, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jinnotifika lis-suġġett tad-data dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu (1): Iżda dan ma għandux japplika meta l-informazzjoni miġbura mill-kontrollur tal-informazzjoni personali ma jkun fiha l-ebda informazzjoni personali, bħall-informazzjoni ta’ kuntatt, li permezz tagħha tista’ tingħata notifika lis-suġġett tad-data.

(3) Il-kwistjonijiet meħtieġa fir-rigward taż-żmien, tal-metodu u tal-proċedura tal-għoti ta’ notifika lis-suġġett tad-data skont is-sentenza ewlenija tal-paragrafu (2), għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ Digriet Presidenzjali.

(4) Il-paragrafu (1) u l-klawżola ewlenija tal-paragrafu (2) ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: Sakemm, dan ikun il-każ biss meta jkun manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont dan l-Att:

1.

Meta l-informazzjoni personali, li tkun suġġetta għal talba għal notifika, tkun inkluża fil-fajls ta’ informazzjoni personali msemmija fi kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi tal-Artikolu 32(2);

2.

Meta tali notifika x’aktarx tikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ kwalunkwe persuna oħra, jew tagħmel ħsara inġustament lill-proprjetà u lil interessi oħra ta’ kwalunkwe persuna oħra.

(i)

Jekk il-kontrollur tal-informazzjoni personali jirċievi l-informazzjoni personali ttrasferita mill-UE abbażi tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza tiegħu (6), huwa jrid jinnotifika l-informazzjoni li ġejja (1) sa (5) lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mit-trasferiment.

(1)

L-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li jittrasferixxu u jirċievu l-informazzjoni personali.

(2)

L-oġġetti jew il-kategoriji tal-informazzjoni personali ttrasferita.

(3)

L-għan tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni personali (kif stabbilit mill-esportatur tad-data skont il-punt 1 ta’ din in-Notifika).

(4)

Il-perjodu ta’ żamma tal-informazzjoni personali.

(5)

L-informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali, il-metodu u l-proċedura tal-eżerċizzju tad-drittijiet u kwalunkwe żvantaġġ jekk l-eżerċizzju tagħhom jikkawża żvantaġġi.

(ii)

Barra minn hekk, jekk il-kontrollur tal-informazzjoni personali jipprovdi l-informazzjoni personali f’(i) lil terzi fir-Repubblika tal-Korea jew barra mill-pajjiż, huwa jrid jinnotifika l-informazzjoni (1) sa (5) lis-suġġett tad-data qabel ma tiġi pprovduta l-informazzjoni personali.

(1)

L-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li jipprovdu u jirċievu l-informazzjoni personali.

(2)

L-oġġetti jew il-kategoriji tal-informazzjoni personali pprovduta.

(3)

Il-pajjiż li għalih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni personali, id-data u l-metodu previsti biex din tiġi pprovduta (limitat għal każijiet fejn l-informazzjoni personali għandha tiġi pprovduta lil terzi barra mill-pajjiż).

(4)

L-għan u l-bażi ġuridika tal-fornitur ta’ informazzjoni personali li jipprovdi l-informazzjoni personali

(5)

Informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, il-metodu u l-proċedura tal-eżerċizzju tad-drittijiet, u kwalunkwe żvantaġġ jekk l-eżerċizzju tagħhom jikkawża żvantaġġi.

(iii)

Il-kontrollur tal-informazzjoni personali ma jistax japplika (i) jew (ii) fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin (1) sa (4).

(1)

Jekk l-informazzjoni personali li jeħtieġ li tiġi nnotifikata tkun inkluża fi kwalunkwe wieħed mill-fajls ta’ informazzjoni personali li ġejjin imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 32 tal-Att, sa fejn l-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data, u biss sakemm in-notifika tkun ta’ theddida għall-eżerċizzju tal-interessi involuti, pereżempju li jiġu ppreġudikati l-investigazzjonijiet kriminali pendenti jew li tiġi mhedda s-sigurtà nazzjonali.

(2)

Jekk u sakemm in-notifika x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, jew tikser b’mod inġust l-interessi ta’ proprjetà ta’ persuna oħra, fejn dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(3)

Jekk is-suġġett tad-data diġà jkollu l-informazzjoni li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jrid jinnotifika skont (i) jew (ii).

(4)

Jekk il-kontrollur tal-informazzjoni personali ma jkollu l-ebda informazzjoni ta’ kuntatt tas-suġġett tad-data jew ikun jinvolvi sforzi eċċessivi biex jikkuntattja lis-suġġett tad-data, inkluż fil-kuntest tal-ipproċessar skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3 tal-PIPA. Fid-determinazzjoni dwar jekk huwiex possibbli jew le li s-suġġett tad-data jiġi kkuntattjat, jew jekk dan jinvolvix sforzi eċċessivi, jenħtieġ li tkun ikkunsidrata l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni mal-esportatur tad-data fl-UE.

4.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni speċjali għall-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata (l-Artikoli 28-2, 28-3, 28-4, 28-5, 28-6 u 28-7, l-Artikolu 3 u l-Artikolu 58-2 tal-Att)

<Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(L-Att Nru 16930, emendat parzjalment fl-4 ta’ Frar, 2020)>

Kapitolu III Proċessar ta’ Informazzjoni Personali

TAQSIMA 3 Każijiet Speċjali li jikkonċernaw Data Psewdonima

Artikolu 28-2 (L-ipproċessar ta’ Data Psewdonima) (1) Kontrollur ta’ informazzjoni personali jista’ jipproċessa informazzjoni psewdonimizzata mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data għal finijiet statistiċi, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika, u għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, eċċ.

(2) Kontrollur tal-informazzjoni personali ma għandux jinkludi informazzjoni li tista’ tintuża biex jiġi identifikat individwu partikolari meta tiġi pprovduta informazzjoni psewdonimizzata lil terzi skont il-paragrafu (1).

Artikolu 28-3 (Restrizzjoni fuq il-Kombinament tad-Data Psewdonima) (1) Minkejja l-Artikolu 28-2, il-kombinament ta’ informazzjoni psewdonimizzata pproċessata minn kontrolluri ta’ informazzjoni personali differenti għal finijiet statistiċi, riċerka xjentifika u preżervazzjoni ta’ rekords għall-interess pubbliku, eċċ. għandha ssir minn istituzzjoni speċjalizzata maħtura mill-Kummissjoni ta’ Protezzjoni jew mill-kap tal-aġenzija amministrattiva ċentrali relatata.

(2) Kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu l-ħsieb li jirrilaxxa l-informazzjoni kkombinata barra mill-organizzazzjoni li tkun ikkombinat l-informazzjoni għandu jikseb approvazzjoni mill-kap tal-istituzzjoni speċjalizzata wara li jipproċessa l-informazzjoni f’informazzjoni psewdonimizzata jew il-formola msemmija fl-Artikolu 58-2.

(3) Il-kwistjonijiet meħtieġa, inklużi l-proċeduri u l-metodi ta’ kombinament skont il-paragrafu (1), l-istandards u l-proċeduri biex tiġi ddeżinjata, jew biex titħassar id-deżinjazzjoni ta’ istituzzjoni speċjalizzata għall-ġestjoni u s-superviżjoni, u l-istandards u l-proċeduri ta’ esportazzjoni u approvazzjoni skont il-paragrafu (2) għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ Digriet Presidenzjali.

Artikolu 28-4 (Obbligu li Jittieħdu Miżuri ta’ Sikurezza għad-Data Psewdonima) (1) meta tiġi pproċessata l-informazzjoni psewdonimizzata, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jieħu tali miżuri tekniċi, organizzazzjonali u fiżiċi bħal billi jaħżen u jiġġestixxi separatament l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa għar-restawr lejn l-istat oriġinali, kif jista’ jkun meħtieġ biex tiġi żgurata s-sikurezza kif preskritt mid-Digriet Presidenzjali sabiex l-informazzjoni personali ma tkunx tista’ tintilef, tinsteraq, tiġi divulgata, iffalsifikata, mibdula, jew iddanneġġata.

(2) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu l-ħsieb li jipproċessa l-informazzjoni psewdonimizzata għandu jħejji u jżomm rekords relatati ma’ kwistjonijiet preskritti mid-Digriet Presidenzjali inkluż l-iskop li jipproċessa l-informazzjoni psewdonimizzata, u riċevituri terzi meta tiġi pprovduta informazzjoni psewdonimizzata, biex jiġġestixxi l-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata.

Artikolu 28-5 (Atti Pprojbiti għall-Ipproċessar tal-Informazzjoni Psewdonomizzata) (1) Ħadd ma għandu jipproċessa l-informazzjoni psewdonimizzata għall-fini tal-identifikazzjoni ta’ ċertu individwu.

(2) Meta tiġi ġġenerata informazzjoni li tidentifika ċertu individwu waqt li tiġi pproċessata l-informazzjoni psewdonimizzata, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jieqaf mill-ipproċessar tal-informazzjoni, u jirkupra u jeqred l-informazzjoni minnufih.

Artikolu 28-6 (Impożizzjoni ta’ Ħlasijiet Addizzjonali Amministrattivi għall-Ipproċessar tal-Informazzjoni Psewdonomizzata) (1) Il-Kummissjoni tista’ timponi multa ekwivalenti għal anqas minn tlieta f’kull mija tal-bejgħ totali fuq il-kontrollur tad-data li jkun ipproċessa d-data għall-fini tal-identifikazzjoni ta’ individwu speċifiku bi ksur tal-Artikolu 28-5(1): Iżda f’każ li ma jkun hemm l-ebda bejgħ jew diffikultà fil-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ, il-kontrollur tad-data jista’ jkun suġġett għal multa ta’ mhux aktar minn 400 miljun won jew tlieta f’kull mija tal-ammont kapitali, skont liema jkun l-akbar.

(2) L-Artikolu 34-2(3) permezz ta’ (5) għandu japplika mutatis mutandis għal kwistjonijiet meħtieġa biex jiġu imposti u jinġabru ħlasijiet addizzjonali amministrattivi.

Artikolu 28-7 (Kamp ta’ Applikazzjoni) @ l-Artikoli 20, 21, 27, 34 (1), 35 sa 37, 39-3, 39-4, 39-6 sa 39-8 ma għandhomx japplikaw għall-informazzjoni psewdonimizzata.

Kapitolu I Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 3 (Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali) (1) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jispeċifika b’mod espliċitu l-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali; u għandu jiġbor l-informazzjoni personali legalment u b’mod leġittimu sal-minimu meħtieġ għal tali finijiet.

(2) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod xieraq kif meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali, u ma għandux jużaha lil hinn minn tali finijiet.

(3) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jiżgura li l-informazzjoni personali tkun preċiża, kompluta, u aġġornata sa fejn ikun meħtieġ fir-rigward tal-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali.

(4) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jiġġestixxi l-informazzjoni personali b’mod sikur skont il-metodi ta’ pproċessar, it-tipi, eċċ. ta’ informazzjoni personali, filwaqt li jikkunsidra l-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet tas-suġġett tad-data u s-severità tar-riskji rilevanti.

(5) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jippubblika l-politika tiegħu dwar il-privatezza u kwistjonijiet oħra relatati mal-ipproċessar tal-informazzjoni personali; u għandu jiggarantixxi d-drittijiet tas-suġġett tad-data, bħad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni personali tiegħu.

(6) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod li jimminimizza l-possibbiltà ta’ ksur tal-privatezza ta’ suġġett tad-data.

(7) Jekk ikun għadu possibbli li jiġu ssodisfati l-iskopijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni personali permezz tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali anonimizzata jew psewdonimizzata, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jagħmel ħiltu biex jipproċessa l-informazzjoni personali permezz tal-anonimizzazzjoni, fejn tkun possibbli l-anonimizzazzjoni, jew permezz ta’ psewdonimizzazzjoni, jekk ikun impossibbli li jiġu ssodisfati l-iskopijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni personali permezz ta’ anonimizzazzjoni.

(8) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jagħmel ħiltu biex jikseb il-fiduċja tas-suġġetti tad-data billi josserva u jwettaq dawk id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kif previst f’dan l-Att u fi statuti relatati oħrajn.

Kapitolu IX Dispożizzjonijiet Supplimentari

Artikolu 58-2 (Eżenzjoni mill-Applikazzjoni) Dan l-Att ma għandux japplika għal informazzjoni li ma għadhiex tidentifika individwu partikolari meta kkombinat ma’ informazzjoni oħra, b’kunsiderazzjoni raġonevoli taż-żmien, tal-kost, tat-teknoloġija, eċċ. <Dan l-Artikolu li għadu kif iddaħħal mill-Att Nru 16930, tal-4 ta’ Frar, 2020>

(i)

It-Taqsima 3 tal-Kapitolu III Każijiet Speċjali dwar Data Psewdonima (l-Artikolu 28-2 sal-Artikolu 28-7) jippermetti l-ipproċessar ta’ informazzjoni psewdonimizzata mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data għall-fini tal-ġbir ta’ statistika, riċerka xjentifika, preżervazzjoni ta’ rekords pubbliċi, eċċ. (l-Artikolu 28-2), iżda f’każijiet bħal dawn, is-salvagwardji u l-projbizzjonijiet xierqa meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data huma obbligatorji (l-Artikoli 28-4 u 28-5), jistgħu jiġu imposti ħlasijiet addizzjonali ta’ penali fuq dawk li jiksru l-liġi (l-Artikolu 28-6) u ċerti salvagwardji li jkunu disponibbli b’mod ieħor skont il-PIPA ma japplikawx (l-Artikolu 28-7).

(ii)

dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal każijiet fejn l-informazzjoni psewdonimizzata tiġi pproċessata għal finijiet oħra għajr il-ġbir tal-istatistika, ir-riċerka xjentifika, il-preżervazzjoni tar-rekords pubbliċi, eċċ. Pereżempju, jekk l-informazzjoni personali ta’ individwu tal-UE, li tkun ġiet ittrasferita lejn il-Korea skont id-deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni Ewropea, tkun psewdonimizzata għal finijiet oħra għajr il-ġbir tal-istatistika, ir-riċerka xjentifika, il-preżervazzjoni tar-rekords pubbliċi, eċċ., id-dispożizzjonijiet speċjali tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu III ma għandhomx japplikaw. (7)

(iii)

Meta kontrollur tal-informazzjoni personali jipproċessa informazzjoni psewdonimizzata għall-fini tal-kompilazzjoni tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika, tal-preżervazzjoni tar-rekords pubbliċi, eċċ. u jekk l-informazzjoni psewdonimizzati ma tkunx inqerdet ladarba l-iskop speċifiku tal-ipproċessar ikun ġie ssodisfat f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u mal-Artikolu 3 (Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali) tal-Att, huwa għandu janonimizza l-informazzjoni bil-għan li jiżgura li ma tibqax tidentifika lil individwu speċifiku, waħedha jew meta kkombinata ma’ informazzjoni oħra, filwaqt li jqis b’mod raġonevoli l-ħin, il-kost, it-teknoloġija, eċċ., f’konformità mal-Artikolu 58-2 tal-PIPA.

5.   Miżuri korrettivi, eċċ. (il-paragrafi 1, 2 u 4 tal-Artikolu 64 tal-Att)

<Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(L-Att Nru 16930, emendat parzjalment fl-4 ta’ Frar, 2020)>

Artikolu 64 (Miżuri Korrettivi) (1) Fejn il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tqis li hemm raġuni sostanzjali biex jitqies li kien hemm ksur fir-rigward tal-informazzjoni personali, u n-nuqqas ta’ azzjoni x’aktarx jikkawża dannu li huwa diffiċli li jiġi rrimedjat, din tista’ tordna lil min jikser dan l-Att (minbarra l-aġenziji amministrattivi ċentrali, il-gvernijiet lokali, l-Assemblea nazzjonali, il-Qorti, il-Qorti Kostituzzjonali, u l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali) biex jaddotta kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin:

1.

Li jissospendi l-ksur fir-rigward tal-informazzjoni personali;

2.

Li jissospendi temporanjament l-ipproċessar tal-informazzjoni personali;

3.

Miżuri oħra meħtieġa biex tiġi protetta l-informazzjoni personali u biex jiġi evitat ksur ta’ informazzjoni personali.

(2) Meta l-kap ta’ aġenzija amministrattiva ċentrali relatata jqis li jkun hemm raġuni sostanzjali biex jitqies li kien hemm ksur ta’ informazzjoni personali, u n-nuqqas ta’ azzjoni x’aktarx jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi rrimedjat, huwa jista’ jordna lill-kontrollur tal-informazzjoni personali biex jieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri previsti fil-paragrafu (1) skont l-istatuti taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ tali aġenzija amministrattiva ċentrali relatata.

(4) Meta aġenzija amministrattiva ċentrali, gvern lokali, l-Assemblea Nazzjonali, il-Qorti, il-Qorti Kostituzzjonali, jew il-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali tikser dan l-Att, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija rilevanti biex jieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri previsti fil-paragrafu (1). F’każijiet bħal dawn, malli tirċievi r-rakkomandazzjoni, l-aġenzija għandha tikkonforma magħha sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi straordinarji.

(i)

L-ewwel nett, il-każijiet preċedenti tal-qorti (8) (9) jinterpretaw “dannu li huwa diffiċli biex jiġi rrimedjat” bħala każ li jista’ jikkawża ħsara lid-drittijiet personali jew lill-privatezza ta’ individwu.

(ii)

Għaldaqstant, “raġuni sostanzjali biex jitqies li kien hemm ksur fir-rigward tal-informazzjoni personali, u n-nuqqas ta’ azzjoni x’aktarx li jikkawża dannu li huwa diffiċli li jiġi rrimedjat” preskritta fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 64, jirreferu għal każijiet fejn ksur tal-liġi jitqies li x’aktarx jikser id-drittijiet u l-libertà tal-individwi fir-rigward tal-informazzjoni personali. Dan se jkun applikabbli kull meta xi wieħed mill-prinċipji, id-drittijiet u d-dmirijiet, inklużi fil-liġi għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali, jiġu miksura (10).

(iii)

Skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 64 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali hija miżura fir-rigward ta’ “ksur ta’ dan l-Att,” jiġifieri azzjoni kontra ksur tal-PIPA.

Aġenzija amministrattiva ċentrali, eċċ., bħala awtorità pubblika marbuta bl-istat tad-dritt, ma tista’ tikser l-ebda liġi u hija obbligata tieħu miżura korrettiva, inkluż li twaqqaf minnufih l-azzjoni, u tikkumpensa għad-danni fil-każ eċċezzjonali fejn ikun twettaq att illegali xorta waħda.

Għaldaqstant, anke mingħajr l-ebda intervent mill-Kummissjoni għall-Protezzjoni skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 64 tal-PIPA, aġenzija amministrattiva ċentrali eċċ. trid tieħu miżura korrettiva kontra l-ksur jekk issir konxja minn kwalunkwe ksur tal-liġi.

B’mod partikolari, meta l-Kummissjoni ta’ Protezzjoni tkun irrakkomandat miżura korrettiva, normalment ikun ċar b’mod oġġettiv għall-aġenzija amministrattiva ċentrali, eċċ. li tkun kisret il-liġi. Għalhekk, sabiex tiġġustifika għaliex tqis li rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni ta’ Protezzjoni ma għandhiex tiġi segwita, aġenzija amministrattiva ċentrali, eċċ. jenħtieġ li tippreżenta raġunijiet ċari li jistgħu juru li ma kinitx kisret il-liġi. Ir-rakkomandazzjoni trid tiġi segwita sakemm il-Kummissjoni għall-Protezzjoni ma tiddeterminax li dan tabilħaqq ma huwiex il-każ.

Fid-dawl ta’ dan, iċ-“ċirkostanzi straordinarji” fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 64 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali jridu jkunu strettament limitati għal ċirkostanzi straordinarji li fihom ikun hemm raġunijiet ċari għall-aġenziji amministrattivi ċentrali eċċ. biex jiġi ppruvat li “dan l-Att fil-fatt ma kienx miksur,” bħal “każijiet fejn ikun hemm ċirkustanzi straordinarji (fattwali jew legali)” li l-Kummissjoni ta’ Protezzjoni ma kinitx taf meta għamlet ir-rakkomandazzjoni tagħha inizjalment u l-Kummissjoni ta’ Protezzjoni tiddetermina li tabilħaqq ma seħħ l-ebda ksur.

6.   L-applikazzjoni tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali inkluża l-investigazzjoni tal-ksur u l-infurzar f’konformità mal-PIPA (l-Artikolu 7-8, l-Artikolu 7-9, l-Artikolu 58, l-Artikolu 3, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 62 tal-PIPA)

<Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

(L-Att Nru 16930, emendat parzjalment fl-4 ta’ Frar, 2020)>

Artikolu 7-8 (Ħidma tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni) (1) il-Kummissjoni għall-Protezzjoni għandha twettaq il-ħidma li ġejja: […]

3.

Kwistjonijiet li jikkonċernaw investigazzjoni dwar ksur tad-dritt tas-suġġetti tad-data u d-disponimenti li jirriżultaw;

4.

It-trattament ta’ lmenti jew ta’ proċeduri ta’ rimedju relatati mal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali u mal-medjazzjoni ta’ tilwim dwar informazzjoni personali;

[…]

Artikolu 7-9 (Kwistjonijiet suġġetti għal Deliberazzjoni u Riżoluzzjoni mill-Kummissjoni għall-Protezzjoni) (1) Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni għandha tiddelibera u ssolvi l-kwistjonijiet li ġejjin: […]

5.

Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni u l-operat tal-liġi relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni personali;

[…]

Artikolu 58 (Esklużjoni Parzjali tal-Applikazzjoni) (1) il-Kapitoli III sa VII ma għandux japplika għal kwalunkwe informazzjoni personali li ġejja:

1.

Informazzjoni personali miġbura skont l-Att dwar l-Istatistika għall-Ipproċessar minn istituzzjonijiet pubbliċi;

2.

Informazzjoni personali miġbura jew mitluba li tiġi pprovduta għall-analiżi ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonali;

3.

Informazzjoni personali pproċessata temporanjament fejn tkun meħtieġa b’mod urġenti għas-sikurezza u s-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, eċċ.;

4.

Informazzjoni personali miġbura jew użata għall-iskopijiet tagħha stess ta’ rapportar mill-istampa, attivitajiet ta’ missjunarji minn organizzazzjonijiet reliġjużi, u n-nomina ta’ kandidati minn partiti politiċi, rispettivament.

[jitħallew barra (2) u (3)]

(4) fil-każ tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali skont il-paragrafu (1), il-kontrollur ta’ informazzjoni personali għandu jipproċessa l-informazzjoni personali sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop maħsub għall-perjodu minimu; u għandhom jagħmlu wkoll l-arranġamenti meħtieġa, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, trattament individwali tal-ilmenti u miżuri meħtieġa oħra għall-ġestjoni sikura u l-ipproċessar xieraq ta’ tali informazzjoni personali.

Artikolu 3 (Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali) (1) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jispeċifika b’mod espliċitu l-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali; u għandu jiġbor l-informazzjoni personali legalment u b’mod leġittimu sal-minimu meħtieġ għal tali finijiet.

(2) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod xieraq kif meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali, u ma għandux jużaha lil hinn minn tali skopijiet.

(3) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jiżgura li l-informazzjoni personali tkun preċiża, kompluta, u aġġornata sa fejn ikun meħtieġ fir-rigward tal-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali.

(4) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jiġġestixxi l-informazzjoni personali b’mod sikur skont il-metodi ta’ pproċessar, it-tipi, eċċ. ta’ informazzjoni personali, filwaqt li jikkunsidra l-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet tas-suġġett tad-data u s-severità tar-riskji rilevanti.

(5) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jippubblika l-politika tiegħu dwar il-privatezza u kwistjonijiet oħra relatati mal-ipproċessar tal-informazzjoni personali; u għandu jiggarantixxi d-drittijiet tas-suġġett tad-data, bħad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni personali tiegħu.

(6) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod li jimminimizza l-possibbiltà ta’ ksur tal-privatezza ta’ suġġett tad-data.

(7) Jekk ikun għadu possibbli li jiġu ssodisfati l-iskopijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni personali permezz tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali anonimizzata jew psewdonimizzata, il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jagħmel ħiltu biex jipproċessa l-informazzjoni personali permezz tal-anonimizzazzjoni, fejn tkun possibbli l-anonimizzazzjoni, jew permezz ta’ psewdonimizzazzjoni, jekk ikun impossibbli li jiġu ssodisfati l-iskopijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni personali permezz tal-anonimizzazzjoni.

(8) Il-kontrollur tal-informazzjoni personali għandu jagħmel ħiltu biex jikseb il-fiduċja tas-suġġetti tad-data billi josserva u jwettaq dawk id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kif previst f’dan l-Att u fi statuti relatati oħrajn.

Artikolu 4 (Drittijiet tas-Suġġetti tad-Data ) Is-Suġġett tad-data għandu d-drittijiet li ġejjin fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħu:

1.

Id-dritt li jiġi infurmat dwar l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni personali;

2.

Id-dritt li jiġi ddeterminat jekk hemmx kunsens jew le u l-ambitu tal-kunsens rigward l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni personali;

3.

Id-dritt li jiġi kkonfermat jekk l-informazzjoni personali hijiex qed tiġi pproċessata jew le u li jitlob l-aċċess (inkluż il-provvediment ta’ kopji; minn hawn ’il quddiem l-istess japplika) għal tali informazzjoni personali;

4.

Id-dritt li jissospendi l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni personali, u li jitlob il-korrezzjoni, it-tħassir, u l-qerda tagħha;

5.

Id-dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ tali informazzjoni personali permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta.

Artikolu 62 (Rappurtar dwar Ksur) (1) Kull min ibati minn ksur ta’ drittijiet jew ta’ interessi relatati mal-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha matul l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali minn kontrollur ta’ informazzjoni personali jista’ jirrapporta tali ksur lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni.

(2) il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tista’ taħtar istituzzjoni speċjalizzata sabiex tirċievi u tittratta b’mod effiċjenti r-rapporti dwar it-talbiet skont il-paragrafu (1), kif preskritt mid-Digriet Presidenzjali. F’każijiet bħal dawn, tali istituzzjoni speċjalizzata għandha tistabbilixxi u topera ċentru ta’ sejħiet għal ksur ta’ informazzjoni personali (iktar ’il quddiem imsejjaħ iċ-“Ċentru ta’ Sejħiet għal Privatezza”).

(3) iċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza għandu jwettaq id-dmirijiet li ġejjin:

1.

Li jirċievi rapporti ta’ talbiet u jipprovdi konsultazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali;

2.

Li jinvestiga u jikkonferma l-inċidenti u jisma’ l-opinjonijiet tal-partijiet relatati;

3.

Dmirijiet inċidentali għas-subparagrafi 1 u 2.

(4) Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tibgħat lill-uffiċjal pubbliku tagħha fl-istituzzjoni speċjalizzata maħtura skont il-paragrafu (2) skont l-Artikolu 32-4 tal-Att dwar l-Uffiċjali Pubbliċi tal-Istat sabiex jinvestiga u jikkonferma b’mod effiċjenti l-inċidenti skont il-paragrafu (3) 2

(i)

Il-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali huwa regolat minn liġijiet speċifiċi li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti (eż. is-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali) li jinterċettaw komunikazzjonijiet jew jitolbu divulgazzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet u salvagwardji (iktar ’il quddiem: il-“liġijiet dwar is-sigurtà nazzjonali”). Dawn il-liġijiet nazzjonali dwar is-sigurtà jinkludu, pereżempju, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika jew l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni. Barra minn hekk, il-ġbir u l-ipproċessar ulterjuri ta’ informazzjoni personali jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-PIPA. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA jipprovdi li l-Kapitoli III sa VII ma għandhomx japplikaw għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba li tiġi pprovduta għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonali. Din l-eċċezzjoni parzjali għalhekk tapplika għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.

Fl-istess ħin, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Liġi dwar l-Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA japplikaw għall-ipproċessar ta’ tali informazzjoni personali. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data).

Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; barra minn hekk, dan jirrikjedi li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.

Fl-aħħar nett, japplikaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kompiti u s-setgħat tal-PIPC (inkluż l-Artikolu 60-65 tal-PIPA dwar it-trattament tal-ilmenti u l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet u miżuri korrettivi) kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-penali amministrattivi u kriminali (l-Artikolu 70 et seq. tal-PIPA). Skont l-Artikolu 7-8(1)3,4 u l-Artikolu 7-9(1)5 tal-PIPA, dawn is-setgħat investigattivi u korrettivi, inkluż meta jiġu eżerċitati fil-kuntest tat-trattament tal-ilmenti, ikopru wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħal-liġijiet nazzjonali dwar is-sigurtà. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leċitu u ġust ta’ informazzjoni personali, dan il-ksur jikkostitwixxi ksur ta’ “dan l-Att” skont it-tifsira tal-Artikoli 63 u 64, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettivi (11). L-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat mill-PIPC jissupplimenta, iżda ma jissostitwixxix, is-setgħat tal-Kummissjoni nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem skont l-Att tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

L-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, id-drittijiet u l-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji stabbiliti fil-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kif rikonoxxut mill-Qorti Kostituzzjonali, dan jinkludi d-dritt ta’ individwu (12)“li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu tiġi divulgata jew użata. Dan huwa dritt bażiku (13), […], eżistenti biex tiġi protetta l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni”. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).

Għalhekk, meta tiġi pproċessata informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-kontrollur (eż... NIS) għandu, inter alia:

(1)

Jispeċifika b’mod espliċitu l-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali u jiġbor l-informazzjoni personali b’mod leġittimu u ġust sal-minimu meħtieġ għal tali finijiet (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA); speċifikament, għandu jiġbor u jkompli jipproċessa biss l-informazzjoni personali għall-fini tat-twettiq tad-dmirijiet skont l-istatuti rilevanti bħall-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali;

(2)

Jipproċessa l-informazzjoni personali sa fejn ikun minimu, u għall-perjodu minimu, meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub (l-Artikolu 58(4) tal-PIPA); mal-kisba tal-iskop tal-ipproċessar, il-kontrollur għandu jeqred b’mod irriversibbli l-informazzjoni personali, sakemm żamma ulterjuri ma tkunx speċifikament awtorizzata mill-istatut, f’liema każ l-informazzjoni personali rilevanti għandha tinħażen u tiġi ġestita separatament minn informazzjoni personali oħra, ma tintuża għal ebda skop għajr dak speċifikat fl-istatut u tinqered fi tmiem il-perjodu taż-żamma;

(3)

Jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod xieraq meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali, u ma għandux juża din l-informazzjoni lil hinn minn tali finijiet (l-Artikolu 3(2) tal-PIPA);

(4)

Jiżgura li l-informazzjoni personali tkun preċiża, kompluta u aġġornata sa fejn ikun meħtieġ fir-rigward tal-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata l-informazzjoni personali (l-Artikolu 3(3) tal-PIPA);

(5)

Jiġġestixxi l-informazzjoni personali b’mod sikur skont il-metodi ta’ pproċessar, it-tipi, eċċ. tal-informazzjoni personali, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet tas-suġġett tad-data u s-severità tar-riskji rilevanti (l-Artikolu 3(4) tal-PIPA);

(6)

Jippubblika l-politika tiegħu dwar il-privatezza u kwistjonijiet oħra relatati mal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(5) tal-PIPA);

(7)

Jipproċessa l-informazzjoni personali b’mod li jimminimizza l-possibbiltà ta’ ksur tal-privatezza ta’ suġġett tad-data (l-Artikolu 3(6) tal-PIPA).

(ii)

F’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA, il-kontrollur (eż. l-awtoritajiet kompetenti għas-sigurtà nazzjonali bħall-NIS) għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa, bħall-istabbiliment ta’ salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, biex jiżgura l-konformità ma’ dawn il-prinċipji u l-ipproċessar xieraq tal-informazzjoni personali. Dan jista’ pereżempju jinkludi miżuri speċifiċi biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-informazzjoni personali, bħal restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal informazzjoni personali, kontrolli tal-aċċess, reġistri, l-għoti lill-impjegati ta’ taħriġ iddedikat dwar it-trattament ta’ informazzjoni personali, eċċ..

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, is-suġġetti tad-data għandu jkollhom, inter alia, id-drittijiet li ġejjin fir-rigward tal-informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali:

(1)

Id-dritt li jikseb konferma dwar jekk l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha hijiex qed tiġi pproċessata jew le kif ukoll informazzjoni dwar l-ipproċessar, u l-aċċess għal dik l-informazzjoni, inkluż l-għoti ta’ kopji (l-Artikolu 4(1), (3) tal-PIPA);

(2)

Id-dritt li jissospendi l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, u għall-korrezzjoni, għat-tħassir u għall-qerda, tagħha (l-Artikolu 4(4) tal-PIPA).

(iii)

Is-suġġett tad-data jista’ jippreżenta talba fl-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet direttament mal-kontrollur jew indirettament permezz tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni, u jista’ jawtorizza lir-rappreżentant tiegħu biex jagħmel dan. Meta s-suġġett tad-data jippreżenta talba, il-kontrollur għandu jagħti d-dritt mingħajr dewmien; madankollu, sakemm ikun jista’ jdewwem, jillimita jew jiċħad id-dritt jekk dan ikun previst speċifikament jew ikun inevitabbli biex tinkiseb konformità ma’ statuti oħra sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi protett objettiv importanti ta’ interess pubbliku (pereżempju sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt ikun jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi, jew ksur mhux ġustifikat tal-interessi tal-proprjetà u interessi oħra ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, hija għandha tinnotifika lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet mingħajr dewmien. Il-kontrollur għandu jħejji l-metodu u l-proċedura biex is-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jippreżentaw talbiet u jħabbarhom pubblikament sabiex is-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jsiru konxji minnhom.

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (id-dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), is-suġġetti tad-data għandu jkollhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tar-Rapport dwar il-Ksur ta’ Informazzjoni Personali (f’konformità mal-Artikolu 62(3) tal-PIPA), jippreżenta lment mal-PIPC skont l-Artikolu 62 tal-PIPA dwar kwalunkwe ksur fir-rigward ta’ drittijiet jew interessi relatati mal-informazzjoni personali ta’ individwu u biex jikseb rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet jew nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Barra minn hekk, is-suġġetti tad-data jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jekk ikun hemm ksur tad-drittijiet jew tal-interessi tagħhom minħabba trasferiment jew ommissjoni mill-kontrollur (eż. ġbir illegali ta’ data personali), jew jiksbu kumpens għad-danni f’konformità mal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħal-liġijiet nazzjonali dwar is-sigurtà, kif ukoll tal-PIPA.

Individwu mill-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data, u l-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, wara li tiġi konkluża l-investigazzjoni u l-miżura korrettiva (jekk applikabbli).


(1)  L-Artikolu 14 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali jistipula li l-Gvern tal-Korea għandu jistabbilixxi politiki biex itejjeb il-livell ta’ protezzjoni tal-informazzjoni personali fl-ambjent internazzjonali u jipprevjeni l-ksur tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data minħabba t-trasferiment transfruntier tal-informazzjoni personali.

(2)  Sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, dan jinkludi wkoll lir-Renju Unit, kif previst mill-Artikoli 126, 127 u 132 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019/C 384 I/01).

(3)  Peress li dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu prinċipji ġenerali li japplikaw għal kwalunkwe pproċessar ta’ informazzjoni personali, inkluż fejn tali pproċessar ikun regolat b’mod speċifiku minn atti oħra, il-kjarifiki f’din it-taqsima japplikaw ukoll fejn id-data personali tiġi pproċessata abbażi ta’ liġijiet oħra (ara eż. l-Artikolu 15(1) tal-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu, li jirreferi speċifikament għal dawn id-dispożizzjonijiet).

(4)  Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni huma suġġetti biss għas-subparagrafi 1 u 2 tal-Artikolu 18(2). Is-subparagrafi 5 sa 9 huma applikabbli biss għall-istituzzjonijiet pubbliċi.

(5)  Skont l-Artikolu 18(2) lit. 2 tal-PIPA, dan japplika wkoll meta informazzjoni personali tiġi divulgata lil terzi barra mill-pajjiż abbażi ta’ dispożizzjonijiet f’atti oħra (bħal pereżempju l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu).

(6)  L-obbligi skont (i), (ii) u (iii) japplikaw bl-istess mod meta l-kontrollur li jirċievi informazzjoni personali mill-UE abbażi tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza jipproċessa tali informazzjoni abbażi ta’ atti oħra, bħal pereżempju l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu.

(7)  B’mod simili, l-eċċezzjoni tal-Artikolu 40-3 tal-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu tapplika biss għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu psewdonimizzata għall-iskopijiet tal-kompilazzjoni tal-istatistika, tar-riċerka xjentifika u tal-preżervazzjoni tar-rekords pubbliċi.

(8)  (Is-sentenza tal-Qorti Suprema 97Da10215,10222 datata is-26 ta’ Jannar, 1999). Jekk il-fatti kriminali tal-akkużat jiġu divulgati permezz tal-media, x’aktarx li dan jikkawża dannu mentali u fiżiku irreparabbli mhux biss lill-vittma, jiġifieri lir-rikorrent, iżda wkoll lill-persuni madwaru, inklużi l-familji.

(9)  (Is-sentenza tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2006Na92006 datata s-16 ta’ Jannar, 2008) jekk jiġi ppubblikat artiklu ta’ malafama, x’aktarx li jikkawża dannu irreparabbli serju lill-persuna involuta.

(10)  L-istess prinċipji kif stabbiliti fil-punt (ii) japplikaw għall-Artikolu 45-4 tal-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu.

(11)  Fir-rigward tal-miżuri korrettivi skont l-Artikolu 64, ara wkoll it-Taqsima 5 hawn fuq.

(12)  Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, 99HunMa513, 2004HunMa190, tas-26 ta’ Mejju, 2005

(13)  Is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, 2003HunMa282, tal-21 ta’ Lulju, 2005


ANNESS II

it-18 ta’ Mejju 2021

L-Eċċellenza tiegħu s-Sur Didier Reynders, il-Kummissarju għall-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea

Eċċellenza,

Nilqa’ bi pjaċir id-diskussjonijiet kostruttivi bejn il-Korea u l-Kummissjoni Ewropea bil-mira li jinbena l-qafas għat-trasferiment reċiproku tad-data personali bejn il-Korea u l-UE).

Wara talba mill-Kummissjoni Ewropea lill-gvern tal-Korea, qed nibgħatlek dokument mehmuż ma’ din l-ittra li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali li jikkonċerna l-aċċess għall-informazzjoni mill-gvern tal-Korea.

Dan id-dokument jikkonċerna ħafna ministeri u aġenziji tal-gvern tal-Korea, u fir-rigward tal-kontenut tad-dokument, il-ministeri u l-aġenziji rilevanti (il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali, il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Korea, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea) huma responsabbli għas-siltiet fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Iktar ’l isfel tista’ ssib l-ismijiet tal-ministeri u l-aġenziji rilevanti u l-firem rispettivi tagħhom.

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Personali tilqa’ kull domanda dwar dan id-dokument u tikkoordina t-tweġibiet neċessarji bejn il-ministeri u l-aġenziji rilevanti.

Nawgura li dan id-dokument ikun ta’ għajnuna biex jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-Kummissjoni Ewropea.

Napprezza ħafna l-kontribut kbir tiegħek li tajt sal-lum dwar din il-kwistjoni.

Dejjem tiegħek,

Image 1L0442022MT110120211217MT0001.00036919022Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliId-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ aċċess mill-gvern), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.1.PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN1.1.Qafas kostituzzjonaliIl-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem il-Kostituzzjoni).. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubblikuL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-drittL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni..Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġiL-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġustL-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex postL-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.. Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonaliL-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.. Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċiId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).. B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.. Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privataAra pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.. Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu id-drittijiet tal-bniedem.Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali..1.2.Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dataIl-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPA), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.. Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjaliIn-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).2.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI2.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġiAbbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-CPA), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-CPPA) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-TBA), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-NIS), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuqAra l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).. Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-ARUSFTI) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-KOFIU) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.2.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.2.2.1.Tfittxijiet u sekwestri2.2.1.1.Bażi ġuridikaIl-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ.L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika.L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.2.2.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardjiBħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernataL-Artikolu 198(2) tas-CPA.. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġL-Artikolu 199(1) tas-CPA..Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qortiL-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.. L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistuL-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.. Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoniL-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.. Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabelL-Artikolu 113 tas-CPA.. L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwitL-Artikolu 121 u 122 tas-CPA..Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kolluL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftixL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmienL-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.. Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delictiL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmienL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmumaL-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.. Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarjuL-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016..L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbliL-Artikolu 308-2 tas-CPA.. Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet sninL-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.2.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni2.2.2.1.Bażi ġuridikaIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti MilitariL-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.. It-terminu komunikazzjoni skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoniL-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju.. F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-ċensura, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-interċettazzjoni, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijietĊensura hija definita bħala il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). Interċettazzjoni tfisser l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).. Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali)L-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminaliL-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat..2.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-niesL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenzaL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkunL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militariL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fissL-Artikolu 5(2) tas-CPPA..Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigataL-Artikolu 6(1) tas-CPPA.. Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qortiL-Artikolu 6(2) tas-CPPA.. Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettquL-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoniL-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.. Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettquL-Artikolu 6(6) tas-CPPA..Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejnL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuriL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.)L-Artikolu 6(8) tas-CPPA..L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qortiL-Artikolu 9(2) tas-CPPA.. L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhomL-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijietL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-miraL-Artikolu 9(3) tas-CPPA.. Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksubaL-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoniL-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponimentL-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.. In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħorL-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.. Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku DistrettwaliL-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.. Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq)L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġburaL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoniL-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA.. It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPAJiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza., flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetentiL-Artikolu 8(5) tas-CPPA.. L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qortiL-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.. Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħraL-Artikolu 12 tas-CPPA..Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internetL-Artikolu 12-2 tas-CPPA.. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniIl-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.. Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżammL-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.. Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiemL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinariL-Artikolu 4 tas-CPPA.. Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuriL-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..2.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoniFuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenzaL-Artikolu 13(1) tas-CPPA.. Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieniL-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqeredL-Artikolu 13(3) tas-CPPA..Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-dataL-Artikolu 13(7) tas-CPPA..Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniAra l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.. Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoniL-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.. Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhomL-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.. In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwaliL-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA..L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.. F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika)L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA..2.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw data dwar il-komunikazzjonijiet. Fil-kuntest tat-TBA, data dwar il-komunikazzjonijiet tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni)L-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utentiL-Artikolu 2(9) tat-TBA.. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitlubaL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxiL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktubL-Artikolu 83(5) tat-TBA.. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-senaL-Artikolu 83(6) tat-TBA..Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terziId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.. B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).2.3.SorveljanzaIs-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.2.3.1.AwtoawditjarF’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalitàL-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbliL-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari)L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.. Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-AttL-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinariL-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awdituL-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-IspezzjoniL-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubblikuL-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattiviL-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedemAra b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp..2.3.2.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-BAI) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminaliL-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-BAI).. Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħuL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħuL-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.. Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.. Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ sninL-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġiEż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerataL-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI..Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwiAra pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.. Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblikaL-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.. Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.2.3.3.L-Assemblea NazzjonaliL-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.. Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhiedaL-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin)L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.. Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikatiL-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat..2.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliIl-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettiviAra n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali..Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollhaL-Artikolu 63 tal-PIPA.. Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinariL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.. Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittivaL-Artikoli 70-74 tal-PIPA.. F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur)L-Artikolu 65(1) tal-PIPA..2.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-NHRC) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NHRC). – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta)L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.. Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċiviliL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija)L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku)L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC..L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.. Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahomL-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhomL-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’danL-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.. Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.2.4.Rimedju individwali2.4.1.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC.L-Artikolu 35(2) tal-PIPA. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba).L-Artikolu 35(4) tal-PIPA. Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappellaL-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appellL-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA..Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-KoreaL-Artikolu 62 tal-PIPA.. Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni PersonaliL-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).2.4.2.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemL-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċiGħalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu residenti jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRCFil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoniL-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC..Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.. Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevantiL-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.. Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur similiL-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.. F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġentiL-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC..Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment)Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt)Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.. Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).2.4.3.Rimedju ġudizzjarjuL-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwitL-Artikoli 121 u 219 tas-CPA. Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ kważi lment, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestruL-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.. Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġiL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ Kunsill ta’ Kumpens speċjalizzat, jew direttament mal-qrati KoreaniL-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).. Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini KoreaniL-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor u ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015. L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali)Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili..Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali.L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012. Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili.L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effettL-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermataL-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, interess legali huwa interpretat bħala interess legalment protett, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.. L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijietL-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbliL-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ raġunijiet ġustifikabbli għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.. Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali., ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedjuL-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoniL-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.3.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI3.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonaliIr-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NIS) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-PresidentL-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq)Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi., intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddidL-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.. L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwiL-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.. Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhomL-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.. Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPAL-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.. Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS..Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerraL-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.. Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.3.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbliMeta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.3.2.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni3.2.1.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence3.2.1.1.1.Bażi ġuridikaIs-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenzijiL-Artikolu 15-2 tas-CPPA.. Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifierimiżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni bħal miżuri ta’ interċettazzjoni jew ta’ ċensuraL-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.), u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċiAra wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.. Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 13-4 tas-CPPA.. Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat)L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.. Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijietL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimuL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..3.2.1.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħedIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.. It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur GħoliL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir)L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.. Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondataL-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.. Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħL-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA..Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuqL-Artikolu 8 tas-CPPA.. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qortiL-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufihL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi..F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).. Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.3.2.1.1.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux KoreaniSabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-PresidentL-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.. Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani,Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies. jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barraninBarra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.. Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).. Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-PresidentL-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq)L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.. B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħuL-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA)., trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 8(9) tas-CPPA.. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.3.2.1.1.4.Limitazzjonijiet u salvagwardji ġeneraliMeta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħhaL-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgatiL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni)L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet sninL-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICTL-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqhaL-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA..Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 7(2) tas-CPPA.. Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostennL-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza.L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit.L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu.L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħraL-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA..3.2.1.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliIl-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA)., il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).3.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu3.2.2.1.Bażi ġuridikaL-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi.L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu. Suspettat terroristiku huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku,Grupp terroristiku huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmuTerroriżmu huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.)., jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajietL-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni KoreanaL-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament.L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personaliKif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali. jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoniKif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.. Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).3.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-PożizzjoniIt-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu.L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS. Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS..Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.3.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPAAbbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.3.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniFuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3)B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena..L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.3.3.SorveljanzaKorpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.3.3.1.Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemMeta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem HRPO)L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu..Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi FinanzjarjiL-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru)L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva)L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu..F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3)L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksurL-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoniL-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.3.3.2.L-Assemblea NazzjonaliKif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President)L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.. Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmienL-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.. Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonaliL-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. Sigrieti tal-Istat huma definiti bħala il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.. F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPAL-Artikolu 15 tas-CPPA.. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.3.3.3.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2)Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS)..3.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliFir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestigaL-Artikolu 63 tal-PIPA. ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevantiL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA..3.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIs-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).3.4.Rimedju individwali3.4.1.Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemFir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.3.4.2.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.. It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPCL-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.3.4.3.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).3.4.4.Rimedju ġudizzjarjuKif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998..It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligenceL-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

Yoon Jong In

Chairperson tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

Dan id-dokument ġie abbozzat mill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali u mill-ministeri u aġenziji kkonċernati li ġejjin.

Image 2L0442022MT110120211217MT0001.00036919022Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliId-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ aċċess mill-gvern), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.1.PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN1.1.Qafas kostituzzjonaliIl-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem il-Kostituzzjoni).. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubblikuL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-drittL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni..Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġiL-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġustL-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex postL-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.. Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonaliL-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.. Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċiId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).. B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.. Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privataAra pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.. Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu id-drittijiet tal-bniedem.Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali..1.2.Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dataIl-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPA), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.. Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjaliIn-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).2.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI2.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġiAbbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-CPA), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-CPPA) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-TBA), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-NIS), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuqAra l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).. Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-ARUSFTI) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-KOFIU) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.2.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.2.2.1.Tfittxijiet u sekwestri2.2.1.1.Bażi ġuridikaIl-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ.L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika.L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.2.2.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardjiBħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernataL-Artikolu 198(2) tas-CPA.. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġL-Artikolu 199(1) tas-CPA..Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qortiL-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.. L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistuL-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.. Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoniL-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.. Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabelL-Artikolu 113 tas-CPA.. L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwitL-Artikolu 121 u 122 tas-CPA..Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kolluL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftixL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmienL-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.. Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delictiL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmienL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmumaL-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.. Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarjuL-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016..L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbliL-Artikolu 308-2 tas-CPA.. Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet sninL-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.2.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni2.2.2.1.Bażi ġuridikaIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti MilitariL-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.. It-terminu komunikazzjoni skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoniL-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju.. F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-ċensura, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-interċettazzjoni, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijietĊensura hija definita bħala il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). Interċettazzjoni tfisser l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).. Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali)L-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminaliL-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat..2.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-niesL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenzaL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkunL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militariL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fissL-Artikolu 5(2) tas-CPPA..Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigataL-Artikolu 6(1) tas-CPPA.. Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qortiL-Artikolu 6(2) tas-CPPA.. Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettquL-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoniL-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.. Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettquL-Artikolu 6(6) tas-CPPA..Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejnL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuriL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.)L-Artikolu 6(8) tas-CPPA..L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qortiL-Artikolu 9(2) tas-CPPA.. L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhomL-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijietL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-miraL-Artikolu 9(3) tas-CPPA.. Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksubaL-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoniL-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponimentL-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.. In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħorL-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.. Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku DistrettwaliL-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.. Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq)L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġburaL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoniL-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA.. It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPAJiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza., flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetentiL-Artikolu 8(5) tas-CPPA.. L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qortiL-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.. Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħraL-Artikolu 12 tas-CPPA..Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internetL-Artikolu 12-2 tas-CPPA.. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniIl-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.. Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżammL-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.. Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiemL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinariL-Artikolu 4 tas-CPPA.. Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuriL-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..2.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoniFuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenzaL-Artikolu 13(1) tas-CPPA.. Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieniL-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqeredL-Artikolu 13(3) tas-CPPA..Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-dataL-Artikolu 13(7) tas-CPPA..Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniAra l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.. Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoniL-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.. Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhomL-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.. In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwaliL-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA..L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.. F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika)L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA..2.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw data dwar il-komunikazzjonijiet. Fil-kuntest tat-TBA, data dwar il-komunikazzjonijiet tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni)L-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utentiL-Artikolu 2(9) tat-TBA.. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitlubaL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxiL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktubL-Artikolu 83(5) tat-TBA.. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-senaL-Artikolu 83(6) tat-TBA..Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terziId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.. B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).2.3.SorveljanzaIs-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.2.3.1.AwtoawditjarF’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalitàL-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbliL-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari)L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.. Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-AttL-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinariL-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awdituL-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-IspezzjoniL-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubblikuL-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattiviL-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedemAra b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp..2.3.2.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-BAI) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminaliL-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-BAI).. Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħuL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħuL-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.. Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.. Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ sninL-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġiEż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerataL-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI..Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwiAra pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.. Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblikaL-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.. Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.2.3.3.L-Assemblea NazzjonaliL-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.. Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhiedaL-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin)L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.. Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikatiL-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat..2.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliIl-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettiviAra n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali..Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollhaL-Artikolu 63 tal-PIPA.. Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinariL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.. Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittivaL-Artikoli 70-74 tal-PIPA.. F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur)L-Artikolu 65(1) tal-PIPA..2.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-NHRC) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NHRC). – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta)L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.. Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċiviliL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija)L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku)L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC..L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.. Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahomL-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhomL-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’danL-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.. Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.2.4.Rimedju individwali2.4.1.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC.L-Artikolu 35(2) tal-PIPA. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba).L-Artikolu 35(4) tal-PIPA. Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappellaL-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appellL-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA..Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-KoreaL-Artikolu 62 tal-PIPA.. Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni PersonaliL-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).2.4.2.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemL-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċiGħalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu residenti jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRCFil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoniL-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC..Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.. Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevantiL-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.. Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur similiL-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.. F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġentiL-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC..Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment)Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt)Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.. Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).2.4.3.Rimedju ġudizzjarjuL-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwitL-Artikoli 121 u 219 tas-CPA. Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ kważi lment, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestruL-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.. Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġiL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ Kunsill ta’ Kumpens speċjalizzat, jew direttament mal-qrati KoreaniL-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).. Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini KoreaniL-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor u ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015. L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali)Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili..Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali.L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012. Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili.L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effettL-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermataL-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, interess legali huwa interpretat bħala interess legalment protett, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.. L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijietL-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbliL-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ raġunijiet ġustifikabbli għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.. Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali., ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedjuL-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoniL-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.3.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI3.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonaliIr-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NIS) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-PresidentL-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq)Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi., intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddidL-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.. L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwiL-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.. Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhomL-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.. Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPAL-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.. Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS..Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerraL-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.. Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.3.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbliMeta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.3.2.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni3.2.1.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence3.2.1.1.1.Bażi ġuridikaIs-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenzijiL-Artikolu 15-2 tas-CPPA.. Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifierimiżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni bħal miżuri ta’ interċettazzjoni jew ta’ ċensuraL-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.), u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċiAra wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.. Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 13-4 tas-CPPA.. Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat)L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.. Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijietL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimuL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..3.2.1.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħedIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.. It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur GħoliL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir)L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.. Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondataL-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.. Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħL-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA..Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuqL-Artikolu 8 tas-CPPA.. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qortiL-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufihL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi..F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).. Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.3.2.1.1.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux KoreaniSabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-PresidentL-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.. Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani,Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies. jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barraninBarra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.. Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).. Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-PresidentL-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq)L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.. B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħuL-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA)., trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 8(9) tas-CPPA.. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.3.2.1.1.4.Limitazzjonijiet u salvagwardji ġeneraliMeta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħhaL-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgatiL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni)L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet sninL-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICTL-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqhaL-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA..Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 7(2) tas-CPPA.. Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostennL-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza.L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit.L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu.L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħraL-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA..3.2.1.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliIl-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA)., il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).3.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu3.2.2.1.Bażi ġuridikaL-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi.L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu. Suspettat terroristiku huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku,Grupp terroristiku huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmuTerroriżmu huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.)., jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajietL-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni KoreanaL-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament.L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personaliKif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali. jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoniKif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.. Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).3.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-PożizzjoniIt-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu.L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS. Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS..Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.3.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPAAbbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.3.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniFuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3)B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena..L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.3.3.SorveljanzaKorpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.3.3.1.Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemMeta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem HRPO)L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu..Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi FinanzjarjiL-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru)L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva)L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu..F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3)L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksurL-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoniL-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.3.3.2.L-Assemblea NazzjonaliKif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President)L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.. Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmienL-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.. Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonaliL-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. Sigrieti tal-Istat huma definiti bħala il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.. F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPAL-Artikolu 15 tas-CPPA.. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.3.3.3.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2)Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS)..3.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliFir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestigaL-Artikolu 63 tal-PIPA. ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevantiL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA..3.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIs-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).3.4.Rimedju individwali3.4.1.Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemFir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.3.4.2.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.. It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPCL-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.3.4.3.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).3.4.4.Rimedju ġudizzjarjuKif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998..It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligenceL-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

Park Jie Won

President(Direttur), id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali

Image 3L0442022MT110120211217MT0001.00036919022Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliId-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ aċċess mill-gvern), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.1.PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN1.1.Qafas kostituzzjonaliIl-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem il-Kostituzzjoni).. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubblikuL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-drittL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni..Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġiL-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġustL-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex postL-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.. Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonaliL-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.. Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċiId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).. B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.. Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privataAra pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.. Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu id-drittijiet tal-bniedem.Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali..1.2.Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dataIl-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPA), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.. Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjaliIn-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).2.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI2.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġiAbbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-CPA), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-CPPA) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-TBA), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-NIS), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuqAra l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).. Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-ARUSFTI) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-KOFIU) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.2.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.2.2.1.Tfittxijiet u sekwestri2.2.1.1.Bażi ġuridikaIl-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ.L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika.L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.2.2.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardjiBħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernataL-Artikolu 198(2) tas-CPA.. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġL-Artikolu 199(1) tas-CPA..Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qortiL-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.. L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistuL-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.. Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoniL-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.. Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabelL-Artikolu 113 tas-CPA.. L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwitL-Artikolu 121 u 122 tas-CPA..Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kolluL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftixL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmienL-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.. Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delictiL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmienL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmumaL-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.. Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarjuL-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016..L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbliL-Artikolu 308-2 tas-CPA.. Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet sninL-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.2.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni2.2.2.1.Bażi ġuridikaIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti MilitariL-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.. It-terminu komunikazzjoni skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoniL-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju.. F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-ċensura, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-interċettazzjoni, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijietĊensura hija definita bħala il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). Interċettazzjoni tfisser l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).. Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali)L-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminaliL-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat..2.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-niesL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenzaL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkunL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militariL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fissL-Artikolu 5(2) tas-CPPA..Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigataL-Artikolu 6(1) tas-CPPA.. Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qortiL-Artikolu 6(2) tas-CPPA.. Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettquL-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoniL-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.. Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettquL-Artikolu 6(6) tas-CPPA..Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejnL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuriL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.)L-Artikolu 6(8) tas-CPPA..L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qortiL-Artikolu 9(2) tas-CPPA.. L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhomL-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijietL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-miraL-Artikolu 9(3) tas-CPPA.. Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksubaL-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoniL-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponimentL-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.. In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħorL-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.. Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku DistrettwaliL-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.. Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq)L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġburaL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoniL-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA.. It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPAJiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza., flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetentiL-Artikolu 8(5) tas-CPPA.. L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qortiL-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.. Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħraL-Artikolu 12 tas-CPPA..Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internetL-Artikolu 12-2 tas-CPPA.. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniIl-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.. Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżammL-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.. Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiemL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinariL-Artikolu 4 tas-CPPA.. Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuriL-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..2.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoniFuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenzaL-Artikolu 13(1) tas-CPPA.. Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieniL-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqeredL-Artikolu 13(3) tas-CPPA..Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-dataL-Artikolu 13(7) tas-CPPA..Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniAra l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.. Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoniL-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.. Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhomL-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.. In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwaliL-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA..L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.. F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika)L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA..2.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw data dwar il-komunikazzjonijiet. Fil-kuntest tat-TBA, data dwar il-komunikazzjonijiet tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni)L-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utentiL-Artikolu 2(9) tat-TBA.. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitlubaL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxiL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktubL-Artikolu 83(5) tat-TBA.. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-senaL-Artikolu 83(6) tat-TBA..Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terziId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.. B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).2.3.SorveljanzaIs-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.2.3.1.AwtoawditjarF’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalitàL-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbliL-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari)L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.. Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-AttL-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinariL-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awdituL-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-IspezzjoniL-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubblikuL-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattiviL-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedemAra b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp..2.3.2.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-BAI) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminaliL-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-BAI).. Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħuL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħuL-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.. Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.. Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ sninL-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġiEż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerataL-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI..Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwiAra pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.. Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblikaL-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.. Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.2.3.3.L-Assemblea NazzjonaliL-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.. Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhiedaL-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin)L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.. Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikatiL-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat..2.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliIl-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettiviAra n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali..Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollhaL-Artikolu 63 tal-PIPA.. Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinariL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.. Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittivaL-Artikoli 70-74 tal-PIPA.. F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur)L-Artikolu 65(1) tal-PIPA..2.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-NHRC) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NHRC). – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta)L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.. Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċiviliL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija)L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku)L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC..L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.. Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahomL-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhomL-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’danL-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.. Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.2.4.Rimedju individwali2.4.1.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC.L-Artikolu 35(2) tal-PIPA. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba).L-Artikolu 35(4) tal-PIPA. Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappellaL-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appellL-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA..Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-KoreaL-Artikolu 62 tal-PIPA.. Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni PersonaliL-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).2.4.2.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemL-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċiGħalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu residenti jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRCFil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoniL-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC..Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.. Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevantiL-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.. Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur similiL-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.. F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġentiL-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC..Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment)Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt)Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.. Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).2.4.3.Rimedju ġudizzjarjuL-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwitL-Artikoli 121 u 219 tas-CPA. Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ kważi lment, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestruL-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.. Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġiL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ Kunsill ta’ Kumpens speċjalizzat, jew direttament mal-qrati KoreaniL-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).. Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini KoreaniL-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor u ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015. L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali)Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili..Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali.L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012. Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili.L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effettL-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermataL-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, interess legali huwa interpretat bħala interess legalment protett, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.. L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijietL-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbliL-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ raġunijiet ġustifikabbli għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.. Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali., ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedjuL-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoniL-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.3.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI3.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonaliIr-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NIS) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-PresidentL-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq)Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi., intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddidL-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.. L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwiL-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.. Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhomL-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.. Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPAL-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.. Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS..Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerraL-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.. Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.3.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbliMeta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.3.2.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni3.2.1.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence3.2.1.1.1.Bażi ġuridikaIs-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenzijiL-Artikolu 15-2 tas-CPPA.. Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifierimiżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni bħal miżuri ta’ interċettazzjoni jew ta’ ċensuraL-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.), u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċiAra wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.. Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 13-4 tas-CPPA.. Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat)L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.. Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijietL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimuL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..3.2.1.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħedIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.. It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur GħoliL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir)L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.. Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondataL-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.. Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħL-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA..Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuqL-Artikolu 8 tas-CPPA.. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qortiL-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufihL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi..F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).. Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.3.2.1.1.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux KoreaniSabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-PresidentL-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.. Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani,Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies. jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barraninBarra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.. Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).. Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-PresidentL-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq)L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.. B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħuL-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA)., trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 8(9) tas-CPPA.. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.3.2.1.1.4.Limitazzjonijiet u salvagwardji ġeneraliMeta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħhaL-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgatiL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni)L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet sninL-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICTL-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqhaL-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA..Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 7(2) tas-CPPA.. Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostennL-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza.L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit.L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu.L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħraL-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA..3.2.1.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliIl-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA)., il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).3.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu3.2.2.1.Bażi ġuridikaL-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi.L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu. Suspettat terroristiku huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku,Grupp terroristiku huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmuTerroriżmu huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.)., jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajietL-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni KoreanaL-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament.L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personaliKif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali. jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoniKif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.. Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).3.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-PożizzjoniIt-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu.L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS. Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS..Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.3.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPAAbbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.3.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniFuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3)B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena..L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.3.3.SorveljanzaKorpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.3.3.1.Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemMeta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem HRPO)L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu..Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi FinanzjarjiL-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru)L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva)L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu..F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3)L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksurL-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoniL-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.3.3.2.L-Assemblea NazzjonaliKif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President)L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.. Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmienL-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.. Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonaliL-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. Sigrieti tal-Istat huma definiti bħala il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.. F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPAL-Artikolu 15 tas-CPPA.. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.3.3.3.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2)Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS)..3.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliFir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestigaL-Artikolu 63 tal-PIPA. ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevantiL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA..3.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIs-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).3.4.Rimedju individwali3.4.1.Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemFir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.3.4.2.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.. It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPCL-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.3.4.3.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).3.4.4.Rimedju ġudizzjarjuKif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998..It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligenceL-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

Lee Jung Soo

Direttur Ġenerali, il-Ministeru tal-Ġustizzja

Image 4L0442022MT110120211217MT0001.00036919022Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliId-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ aċċess mill-gvern), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.1.PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN1.1.Qafas kostituzzjonaliIl-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem il-Kostituzzjoni).. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubblikuL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-drittL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni..Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġiL-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġustL-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex postL-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.. Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonaliL-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.. Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċiId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).. B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.. Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privataAra pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.. Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu id-drittijiet tal-bniedem.Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali..1.2.Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dataIl-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPA), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.. Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjaliIn-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).2.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI2.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġiAbbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-CPA), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-CPPA) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-TBA), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-NIS), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuqAra l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).. Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-ARUSFTI) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-KOFIU) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.2.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.2.2.1.Tfittxijiet u sekwestri2.2.1.1.Bażi ġuridikaIl-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ.L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika.L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.2.2.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardjiBħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernataL-Artikolu 198(2) tas-CPA.. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġL-Artikolu 199(1) tas-CPA..Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qortiL-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.. L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistuL-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.. Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoniL-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.. Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabelL-Artikolu 113 tas-CPA.. L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwitL-Artikolu 121 u 122 tas-CPA..Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kolluL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftixL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmienL-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.. Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delictiL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmienL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmumaL-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.. Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarjuL-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016..L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbliL-Artikolu 308-2 tas-CPA.. Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet sninL-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.2.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni2.2.2.1.Bażi ġuridikaIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti MilitariL-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.. It-terminu komunikazzjoni skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoniL-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju.. F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-ċensura, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-interċettazzjoni, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijietĊensura hija definita bħala il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). Interċettazzjoni tfisser l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).. Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali)L-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminaliL-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat..2.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-niesL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenzaL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkunL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militariL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fissL-Artikolu 5(2) tas-CPPA..Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigataL-Artikolu 6(1) tas-CPPA.. Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qortiL-Artikolu 6(2) tas-CPPA.. Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettquL-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoniL-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.. Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettquL-Artikolu 6(6) tas-CPPA..Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejnL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuriL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.)L-Artikolu 6(8) tas-CPPA..L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qortiL-Artikolu 9(2) tas-CPPA.. L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhomL-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijietL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-miraL-Artikolu 9(3) tas-CPPA.. Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksubaL-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoniL-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponimentL-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.. In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħorL-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.. Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku DistrettwaliL-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.. Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq)L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġburaL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoniL-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA.. It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPAJiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza., flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetentiL-Artikolu 8(5) tas-CPPA.. L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qortiL-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.. Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħraL-Artikolu 12 tas-CPPA..Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internetL-Artikolu 12-2 tas-CPPA.. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniIl-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.. Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżammL-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.. Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiemL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinariL-Artikolu 4 tas-CPPA.. Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuriL-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..2.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoniFuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenzaL-Artikolu 13(1) tas-CPPA.. Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieniL-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqeredL-Artikolu 13(3) tas-CPPA..Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-dataL-Artikolu 13(7) tas-CPPA..Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniAra l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.. Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoniL-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.. Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhomL-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.. In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwaliL-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA..L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.. F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika)L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA..2.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw data dwar il-komunikazzjonijiet. Fil-kuntest tat-TBA, data dwar il-komunikazzjonijiet tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni)L-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utentiL-Artikolu 2(9) tat-TBA.. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitlubaL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxiL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktubL-Artikolu 83(5) tat-TBA.. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-senaL-Artikolu 83(6) tat-TBA..Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terziId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.. B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).2.3.SorveljanzaIs-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.2.3.1.AwtoawditjarF’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalitàL-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbliL-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari)L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.. Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-AttL-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinariL-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awdituL-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-IspezzjoniL-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubblikuL-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattiviL-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedemAra b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp..2.3.2.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-BAI) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminaliL-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-BAI).. Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħuL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħuL-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.. Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.. Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ sninL-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġiEż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerataL-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI..Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwiAra pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.. Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblikaL-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.. Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.2.3.3.L-Assemblea NazzjonaliL-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.. Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhiedaL-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin)L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.. Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikatiL-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat..2.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliIl-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettiviAra n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali..Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollhaL-Artikolu 63 tal-PIPA.. Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinariL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.. Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittivaL-Artikoli 70-74 tal-PIPA.. F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur)L-Artikolu 65(1) tal-PIPA..2.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-NHRC) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NHRC). – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta)L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.. Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċiviliL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija)L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku)L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC..L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.. Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahomL-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhomL-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’danL-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.. Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.2.4.Rimedju individwali2.4.1.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC.L-Artikolu 35(2) tal-PIPA. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba).L-Artikolu 35(4) tal-PIPA. Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappellaL-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appellL-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA..Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-KoreaL-Artikolu 62 tal-PIPA.. Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni PersonaliL-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).2.4.2.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemL-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċiGħalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu residenti jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRCFil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoniL-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC..Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.. Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevantiL-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.. Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur similiL-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.. F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġentiL-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC..Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment)Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt)Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.. Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).2.4.3.Rimedju ġudizzjarjuL-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwitL-Artikoli 121 u 219 tas-CPA. Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ kważi lment, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestruL-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.. Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġiL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ Kunsill ta’ Kumpens speċjalizzat, jew direttament mal-qrati KoreaniL-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).. Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini KoreaniL-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor u ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015. L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali)Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili..Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali.L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012. Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili.L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effettL-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermataL-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, interess legali huwa interpretat bħala interess legalment protett, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.. L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijietL-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbliL-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ raġunijiet ġustifikabbli għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.. Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali., ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedjuL-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoniL-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.3.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI3.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonaliIr-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NIS) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-PresidentL-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq)Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi., intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddidL-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.. L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwiL-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.. Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhomL-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.. Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPAL-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.. Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS..Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerraL-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.. Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.3.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbliMeta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.3.2.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni3.2.1.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence3.2.1.1.1.Bażi ġuridikaIs-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenzijiL-Artikolu 15-2 tas-CPPA.. Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifierimiżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni bħal miżuri ta’ interċettazzjoni jew ta’ ċensuraL-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.), u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċiAra wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.. Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 13-4 tas-CPPA.. Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat)L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.. Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijietL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimuL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..3.2.1.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħedIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.. It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur GħoliL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir)L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.. Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondataL-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.. Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħL-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA..Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuqL-Artikolu 8 tas-CPPA.. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qortiL-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufihL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi..F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).. Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.3.2.1.1.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux KoreaniSabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-PresidentL-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.. Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani,Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies. jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barraninBarra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.. Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).. Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-PresidentL-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq)L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.. B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħuL-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA)., trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 8(9) tas-CPPA.. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.3.2.1.1.4.Limitazzjonijiet u salvagwardji ġeneraliMeta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħhaL-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgatiL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni)L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet sninL-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICTL-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqhaL-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA..Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 7(2) tas-CPPA.. Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostennL-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza.L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit.L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu.L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħraL-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA..3.2.1.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliIl-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA)., il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).3.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu3.2.2.1.Bażi ġuridikaL-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi.L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu. Suspettat terroristiku huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku,Grupp terroristiku huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmuTerroriżmu huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.)., jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajietL-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni KoreanaL-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament.L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personaliKif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali. jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoniKif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.. Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).3.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-PożizzjoniIt-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu.L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS. Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS..Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.3.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPAAbbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.3.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniFuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3)B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena..L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.3.3.SorveljanzaKorpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.3.3.1.Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemMeta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem HRPO)L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu..Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi FinanzjarjiL-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru)L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva)L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu..F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3)L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksurL-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoniL-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.3.3.2.L-Assemblea NazzjonaliKif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President)L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.. Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmienL-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.. Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonaliL-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. Sigrieti tal-Istat huma definiti bħala il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.. F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPAL-Artikolu 15 tas-CPPA.. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.3.3.3.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2)Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS)..3.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliFir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestigaL-Artikolu 63 tal-PIPA. ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevantiL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA..3.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIs-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).3.4.Rimedju individwali3.4.1.Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemFir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.3.4.2.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.. It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPCL-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.3.4.3.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).3.4.4.Rimedju ġudizzjarjuKif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998..It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligenceL-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

Choi Young Ae

Chairperson, il-Kummissjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Korea

Image 5L0442022MT110120211217MT0001.00036919022Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliId-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ aċċess mill-gvern), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.1.PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN1.1.Qafas kostituzzjonaliIl-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem il-Kostituzzjoni).. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubblikuL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-drittL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni..Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġiL-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġustL-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex postL-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.. Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonaliL-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.. Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċiId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).. B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.. Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privataAra pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.. Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu id-drittijiet tal-bniedem.Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali..1.2.Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dataIl-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPA), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.. Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjaliIn-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).2.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI2.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġiAbbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-CPA), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-CPPA) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-TBA), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-NIS), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuqAra l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).. Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-ARUSFTI) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-KOFIU) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.2.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.2.2.1.Tfittxijiet u sekwestri2.2.1.1.Bażi ġuridikaIl-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ.L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika.L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.2.2.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardjiBħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernataL-Artikolu 198(2) tas-CPA.. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġL-Artikolu 199(1) tas-CPA..Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qortiL-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.. L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistuL-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.. Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoniL-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.. Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabelL-Artikolu 113 tas-CPA.. L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwitL-Artikolu 121 u 122 tas-CPA..Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kolluL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftixL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmienL-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.. Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delictiL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmienL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmumaL-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.. Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarjuL-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016..L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbliL-Artikolu 308-2 tas-CPA.. Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet sninL-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.2.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni2.2.2.1.Bażi ġuridikaIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti MilitariL-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.. It-terminu komunikazzjoni skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoniL-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju.. F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-ċensura, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-interċettazzjoni, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijietĊensura hija definita bħala il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). Interċettazzjoni tfisser l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).. Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali)L-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminaliL-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat..2.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-niesL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenzaL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkunL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militariL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fissL-Artikolu 5(2) tas-CPPA..Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigataL-Artikolu 6(1) tas-CPPA.. Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qortiL-Artikolu 6(2) tas-CPPA.. Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettquL-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoniL-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.. Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettquL-Artikolu 6(6) tas-CPPA..Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejnL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuriL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.)L-Artikolu 6(8) tas-CPPA..L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qortiL-Artikolu 9(2) tas-CPPA.. L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhomL-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijietL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-miraL-Artikolu 9(3) tas-CPPA.. Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksubaL-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoniL-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponimentL-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.. In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħorL-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.. Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku DistrettwaliL-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.. Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq)L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġburaL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoniL-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA.. It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPAJiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza., flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetentiL-Artikolu 8(5) tas-CPPA.. L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qortiL-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.. Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħraL-Artikolu 12 tas-CPPA..Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internetL-Artikolu 12-2 tas-CPPA.. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniIl-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.. Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżammL-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.. Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiemL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinariL-Artikolu 4 tas-CPPA.. Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuriL-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..2.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoniFuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenzaL-Artikolu 13(1) tas-CPPA.. Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieniL-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqeredL-Artikolu 13(3) tas-CPPA..Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-dataL-Artikolu 13(7) tas-CPPA..Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniAra l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.. Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoniL-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.. Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhomL-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.. In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwaliL-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA..L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.. F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika)L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA..2.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw data dwar il-komunikazzjonijiet. Fil-kuntest tat-TBA, data dwar il-komunikazzjonijiet tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni)L-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utentiL-Artikolu 2(9) tat-TBA.. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitlubaL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxiL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktubL-Artikolu 83(5) tat-TBA.. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-senaL-Artikolu 83(6) tat-TBA..Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terziId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.. B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).2.3.SorveljanzaIs-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.2.3.1.AwtoawditjarF’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalitàL-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbliL-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari)L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.. Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-AttL-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinariL-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awdituL-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-IspezzjoniL-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubblikuL-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattiviL-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedemAra b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp..2.3.2.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-BAI) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminaliL-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-BAI).. Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħuL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħuL-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.. Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.. Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ sninL-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġiEż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerataL-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI..Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwiAra pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.. Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblikaL-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.. Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.2.3.3.L-Assemblea NazzjonaliL-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.. Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhiedaL-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin)L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.. Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikatiL-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat..2.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliIl-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettiviAra n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali..Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollhaL-Artikolu 63 tal-PIPA.. Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinariL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.. Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittivaL-Artikoli 70-74 tal-PIPA.. F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur)L-Artikolu 65(1) tal-PIPA..2.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-NHRC) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NHRC). – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta)L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.. Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċiviliL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija)L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku)L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC..L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.. Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahomL-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhomL-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’danL-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.. Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.2.4.Rimedju individwali2.4.1.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC.L-Artikolu 35(2) tal-PIPA. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba).L-Artikolu 35(4) tal-PIPA. Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappellaL-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appellL-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA..Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-KoreaL-Artikolu 62 tal-PIPA.. Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni PersonaliL-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).2.4.2.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemL-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċiGħalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu residenti jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRCFil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoniL-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC..Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.. Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevantiL-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.. Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur similiL-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.. F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġentiL-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC..Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment)Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt)Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.. Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).2.4.3.Rimedju ġudizzjarjuL-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwitL-Artikoli 121 u 219 tas-CPA. Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ kważi lment, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestruL-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.. Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġiL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ Kunsill ta’ Kumpens speċjalizzat, jew direttament mal-qrati KoreaniL-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).. Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini KoreaniL-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor u ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015. L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali)Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili..Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali.L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012. Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili.L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effettL-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermataL-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, interess legali huwa interpretat bħala interess legalment protett, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.. L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijietL-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbliL-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ raġunijiet ġustifikabbli għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.. Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali., ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedjuL-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoniL-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.3.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI3.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonaliIr-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NIS) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-PresidentL-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq)Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi., intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddidL-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.. L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwiL-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.. Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhomL-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.. Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPAL-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.. Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS..Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerraL-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.. Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.3.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbliMeta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.3.2.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni3.2.1.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence3.2.1.1.1.Bażi ġuridikaIs-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenzijiL-Artikolu 15-2 tas-CPPA.. Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifierimiżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni bħal miżuri ta’ interċettazzjoni jew ta’ ċensuraL-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.), u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċiAra wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.. Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 13-4 tas-CPPA.. Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat)L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.. Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijietL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimuL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..3.2.1.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħedIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.. It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur GħoliL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir)L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.. Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondataL-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.. Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħL-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA..Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuqL-Artikolu 8 tas-CPPA.. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qortiL-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufihL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi..F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).. Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.3.2.1.1.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux KoreaniSabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-PresidentL-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.. Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani,Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies. jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barraninBarra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.. Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).. Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-PresidentL-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq)L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.. B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħuL-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA)., trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 8(9) tas-CPPA.. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.3.2.1.1.4.Limitazzjonijiet u salvagwardji ġeneraliMeta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħhaL-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgatiL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni)L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet sninL-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICTL-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqhaL-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA..Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 7(2) tas-CPPA.. Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostennL-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza.L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit.L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu.L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħraL-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA..3.2.1.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliIl-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA)., il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).3.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu3.2.2.1.Bażi ġuridikaL-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi.L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu. Suspettat terroristiku huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku,Grupp terroristiku huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmuTerroriżmu huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.)., jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajietL-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni KoreanaL-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament.L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personaliKif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali. jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoniKif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.. Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).3.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-PożizzjoniIt-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu.L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS. Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS..Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.3.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPAAbbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.3.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniFuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3)B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena..L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.3.3.SorveljanzaKorpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.3.3.1.Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemMeta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem HRPO)L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu..Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi FinanzjarjiL-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru)L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva)L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu..F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3)L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksurL-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoniL-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.3.3.2.L-Assemblea NazzjonaliKif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President)L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.. Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmienL-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.. Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonaliL-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. Sigrieti tal-Istat huma definiti bħala il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.. F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPAL-Artikolu 15 tas-CPPA.. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.3.3.3.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2)Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS)..3.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliFir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestigaL-Artikolu 63 tal-PIPA. ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevantiL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA..3.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIs-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).3.4.Rimedju individwali3.4.1.Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemFir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.3.4.2.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.. It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPCL-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.3.4.3.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).3.4.4.Rimedju ġudizzjarjuKif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998..It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligenceL-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

Kim Hyuck Soo

Direttur, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu

Image 6L0442022MT110120211217MT0001.00036919022Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliId-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ aċċess mill-gvern), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.1.PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN1.1.Qafas kostituzzjonaliIl-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem il-Kostituzzjoni).. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubblikuL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-drittL-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.. Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni..Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġiL-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġustL-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex postL-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.. Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonaliL-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.. Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċiId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).. B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadiniId-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.. Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privataAra pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.. Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu id-drittijiet tal-bniedem.Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali..1.2.Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dataIl-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPA), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.. Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjaliIn-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).2.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI2.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġiAbbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-CPA), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-CPPA) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-TBA), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-NIS), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuqAra l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).. Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-ARUSFTI) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-KOFIU) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.2.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.2.2.1.Tfittxijiet u sekwestri2.2.1.1.Bażi ġuridikaIl-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ.L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA. Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika.L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.2.2.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardjiBħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernataL-Artikolu 198(2) tas-CPA.. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġL-Artikolu 199(1) tas-CPA..Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qortiL-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.. L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistuL-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.. Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoniL-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.. Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabelL-Artikolu 113 tas-CPA.. L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwitL-Artikolu 121 u 122 tas-CPA..Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kolluL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftixL-Artikolu 106(3) tas-CPA.. L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmienL-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.. Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delictiL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmienL-Artikolu 216(3) tas-CPA.. It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmumaL-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.. Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarjuL-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016..L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbliL-Artikolu 308-2 tas-CPA.. Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet sninL-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.2.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni2.2.2.1.Bażi ġuridikaIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti MilitariL-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.. It-terminu komunikazzjoni skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoniL-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju.. F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-ċensura, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-interċettazzjoni, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijietĊensura hija definita bħala il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). Interċettazzjoni tfisser l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).. Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali)L-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminaliL-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat..2.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-niesL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenzaL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkunL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militariL-Artikolu 5(1) tas-CPPA.. Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fissL-Artikolu 5(2) tas-CPPA..Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigataL-Artikolu 6(1) tas-CPPA.. Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qortiL-Artikolu 6(2) tas-CPPA.. Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettquL-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoniL-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.. Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettquL-Artikolu 6(6) tas-CPPA..Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejnL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuriL-Artikolu 6(7) tas-CPPA.. Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.)L-Artikolu 6(8) tas-CPPA..L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qortiL-Artikolu 9(2) tas-CPPA.. L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhomL-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijietL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-miraL-Artikolu 9(3) tas-CPPA.. Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksubaL-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoniL-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponimentL-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.. In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħorL-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.. Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku DistrettwaliL-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.. Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA..Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq)L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġburaL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoniL-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA.. It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPAJiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza., flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetentiL-Artikolu 8(5) tas-CPPA.. L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qortiL-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.. Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħraL-Artikolu 12 tas-CPPA..Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internetL-Artikolu 12-2 tas-CPPA.. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniIl-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.. Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżammL-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.. Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoniL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiemL-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.. Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinariL-Artikolu 4 tas-CPPA.. Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuriL-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..2.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoniFuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenzaL-Artikolu 13(1) tas-CPPA.. Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieniL-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqeredL-Artikolu 13(3) tas-CPPA..Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.. Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-dataL-Artikolu 13(7) tas-CPPA..Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniAra l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.. Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoniL-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.. Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhomL-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.. In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwaliL-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.. Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mumentL-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA..L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.. F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika)L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA..2.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniL-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw data dwar il-komunikazzjonijiet. Fil-kuntest tat-TBA, data dwar il-komunikazzjonijiet tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni)L-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utentiL-Artikolu 2(9) tat-TBA.. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitlubaL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxiL-Artikolu 83(4) tat-TBA.. L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktubL-Artikolu 83(5) tat-TBA.. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-senaL-Artikolu 83(6) tat-TBA..Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terziId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.. B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).2.3.SorveljanzaIs-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.2.3.1.AwtoawditjarF’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalitàL-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbliL-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari)L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.. Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-AttL-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinariL-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awdituL-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-IspezzjoniL-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubblikuL-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattiviL-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedemAra b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp..2.3.2.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-BAI) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminaliL-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-BAI).. Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħuL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħuL-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.. Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.. Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ sninL-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġiEż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI. u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.. Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerataL-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI..Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwiAra pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.. Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblikaL-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.. Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.2.3.3.L-Assemblea NazzjonaliL-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċiL-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.. Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhiedaL-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin)L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.. Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikatiL-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat..2.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliIl-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-PIPC) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettiviAra n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali..Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollhaL-Artikolu 63 tal-PIPA.. Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinariL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.. Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittivaL-Artikoli 70-74 tal-PIPA.. F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur)L-Artikolu 65(1) tal-PIPA..2.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-NHRC) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentaliL-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NHRC). – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta)L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.. Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċiviliL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija)L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.. Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku)L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC..L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.. Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahomL-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhomL-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.. Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’danL-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.. Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.2.4.Rimedju individwali2.4.1.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC.L-Artikolu 35(2) tal-PIPA. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba).L-Artikolu 35(4) tal-PIPA. Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappellaL-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appellL-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA..Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-KoreaL-Artikolu 62 tal-PIPA.. Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni PersonaliL-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).2.4.2.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemL-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċiGħalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu residenti jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRCFil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoniL-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC..Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhduL-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.. Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevantiL-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.. Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur similiL-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.. F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġentiL-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC..Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment)Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt)Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.. Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).2.4.3.Rimedju ġudizzjarjuL-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwitL-Artikoli 121 u 219 tas-CPA. Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ kważi lment, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestruL-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.. Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġiL-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ Kunsill ta’ Kumpens speċjalizzat, jew direttament mal-qrati KoreaniL-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).. Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini KoreaniL-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.. Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor u ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015. L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali)Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili..Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali.L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili.Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012. Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili.L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effettL-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermataL-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, interess legali huwa interpretat bħala interess legalment protett, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.. L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijietL-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbliL-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ raġunijiet ġustifikabbli għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każId-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.. Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.. L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti KostituzzjonaliL-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali., ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedjuL-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoniL-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.. F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.3.AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI3.1.Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonaliIr-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-Att dwar l-NIS) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-PresidentL-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq)Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi., intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddidL-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.. L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwiL-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.. Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea NazzjonaliL-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.. L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhomL-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.. Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPAL-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.. Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS..Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerraL-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.. Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.3.2.Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijietIs-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbliMeta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.. Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.3.2.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni3.2.1.1.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence3.2.1.1.1.Bażi ġuridikaIs-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenzijiL-Artikolu 15-2 tas-CPPA.. Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifierimiżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni bħal miżuri ta’ interċettazzjoni jew ta’ ċensuraL-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.), u l-ġbir ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoniL-Artikolu 2(11) tas-CPPA..Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċiAra wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.. Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 13-4 tas-CPPA.. Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat)L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.. Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijietL-Artikolu 3(2) tas-CPPA.. Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimuL-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..3.2.1.1.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħedIl-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.. It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur GħoliL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir)L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.. Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti GħoljaL-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondataL-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.. Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħL-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA..Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuqL-Artikolu 8 tas-CPPA.. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qortiL-Artikolu 8(1) tas-CPPA.. Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufihL-Artikolu 8(2) tas-CPPA.. Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi..F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenzaL-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).. Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.3.2.1.1.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux KoreaniSabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-PresidentL-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.. Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani,Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies. jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barraninBarra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.. Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).. Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-PresidentL-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq)L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.. B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħuL-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA)., trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 8(9) tas-CPPA.. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.3.2.1.1.4.Limitazzjonijiet u salvagwardji ġeneraliMeta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħhaL-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgatiL-Artikolu 9(4) tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni)L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet sninL-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).. Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICTL-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NISL-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.. Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqhaL-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA..Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufihL-Artikolu 7(2) tas-CPPA.. Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostennL-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA..Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza.L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni. In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit.L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA. L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu.L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħraL-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA..3.2.1.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliIl-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaJiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA)., il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).3.2.2.Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu3.2.2.1.Bażi ġuridikaL-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi.L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu. Suspettat terroristiku huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku,Grupp terroristiku huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu). persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmuTerroriżmu huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.)., jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajietL-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni KoreanaL-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament.L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personaliKif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali. jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoniKif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.. Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).3.2.2.2.Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-PożizzjoniIt-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu.L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS. Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminaliL-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS..Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terziL-Artikolu 18(2) tal-PIPA.. Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data.Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.3.2.2.3.Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPAAbbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.3.2.3.Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoniFuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 83(3) tat-TBA.. Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2))Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu. kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3)B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena..L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.3.3.SorveljanzaKorpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.3.3.1.Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemMeta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem HRPO)L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu..Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi FinanzjarjiL-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru)L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu..Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva)L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tulL-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu..F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3)L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksurL-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoniL-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.. Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.3.3.2.L-Assemblea NazzjonaliKif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea NazzjonaliL-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.. Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President)L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.. Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmienL-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.. Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonaliL-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. Sigrieti tal-Istat huma definiti bħala il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.. F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħhaL-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.. Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPAL-Artikolu 15 tas-CPPA.. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.3.3.3.Il-Bord tal-Awditu u l-IspezzjoniIl-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2)Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS)..3.3.4.Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni PersonaliFir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestigaL-Artikolu 63 tal-PIPA. ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevantiL-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA..3.3.5.Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIs-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).3.4.Rimedju individwali3.4.1.Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-BniedemFir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmuL-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.. Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.3.4.2.Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPAL-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonaliL-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.. It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPCL-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.. Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.3.4.3.Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-BniedemIl-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).3.4.4.Rimedju ġudizzjarjuKif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża)Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998..It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligenceL-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv..Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

Kim, Jeong Kag

Kummissarju, l-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea


Qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali

Id-dokument li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għall-ġbir u l-użu ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani għall-infurzar tal-liġi kriminali u għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (iktar ’il quddiem imsejjaħ “aċċess mill-gvern”), b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet legali disponibbli, il-kundizzjonijiet applikabbli (limitazzjonijiet) u s-salvagwardji, inklużi sorveljanza indipendenti u possibiltajiet ta’ rimedju individwali.

1.   PRINĊIPJI LEGALI ĠENERALI RILEVANTI GĦALL-AĊĊESS MILL-GVERN

1.1.   Qafas kostituzzjonali

Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea tistabbilixxi d-dritt għall-privatezza b’mod ġenerali (l-Artikolu 17) u d-dritt għall-privatezza tal-korrispondenza b’mod partikolari (l-Artikolu 18). Huwa d-dmir tal-Istat li jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentali (1). Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni tistipula li d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jistgħu jkunu ristretti biss bil-liġi u fejn meħtieġ għas-sigurtà nazzjonali, jew iż-żamma tal-liġi u tal-ordni għall-benesseri pubbliku (2). Anke meta jiġu imposti tali restrizzjonijiet, dawn ma jistgħux jaffettwaw l-essenza tal-libertà jew tad-dritt (3). Il-qrati Koreani applikaw dawn id-dispożizzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw l-interferenza tal-gvern mal-privatezza. Pereżempju, il-Qorti Suprema sabet li l-monitoraġġ taċ-ċivili kiser id-dritt fundamentali għall-privatezza, filwaqt li enfasizzat li ċ-ċittadini għandhom “id-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-informazzjoni personali.” (4) F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-privatezza hija dritt fundamentali li jipprovdi protezzjoni mill-intervent u mill-osservazzjoni tal-Istat fil-ħajja privata taċ-ċittadini (5).

Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Koreana tiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata, miżmuma, issirilha tfittxija, tiġi interrogata, u li ma għandhomx jiġu ssekwestrati oġġetti ħlief kif previst mil-liġi (6). Barra minn hekk, it-tfittxijiet u s-sekwestri jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn imħallef, fuq talba ta’ prosekutur, u filwaqt li jiġi rrispettat il-proċess ġust (7). F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fejn persuna suspettata kriminali tinqabad waqt li tkun qed twettaq reat (flagrante delicto), jew fejn ikun hemm riskju li persuna suspettata li twettaq reat punibbli bi priġunerija ta’ tliet snin jew aktar tista’ taħrab jew teqred il-provi, l-awtoritajiet investigattivi jistgħu jwettqu tfittxija jew sekwestru mingħajr mandat, f’liema każ iridu jitolbu mandat ex post (8). Dawn il-prinċipji ġenerali huma żviluppati aktar f’liġijiet speċifiċi li jittrattaw il-proċedura kriminali u l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet (ara hawn taħt għal ħarsa ġenerali dettaljata).

Fir-rigward taċ-ċittadini barranin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-istatus tagħhom huwa garantit kif preskritt mil-liġi u t-trattati internazzjonali (9). Diversi ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Korea hija parti jiggarantixxu d-drittijiet tal-privatezza, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-Artikolu 17), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (l-Artikolu 22) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 16). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kostituzzjoni fil-prinċipju tirreferi għad-drittijiet taċ-“ċittadini”, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li anke ċ-ċittadini barranin għandhom drittijiet bażiċi (10). B’mod partikolari, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tad-dinjità u l-valur ta’ persuna bħala bniedem kif ukoll id-dritt li tfittex il-kuntentizza huma drittijiet ta’ kwalunkwe bniedem, u mhux biss taċ-ċittadini (11). Il-Qorti ċċarat ukoll li d-dritt għall-kontroll tal-informazzjoni ta’ dik il-persuna huwa meqjus bħala dritt bażiku, ibbażat fuq id-dritt għad-dinjità u l-kisba tal-kuntentizza u d-dritt għall-ħajja privata (12). Għalkemm il-ġurisprudenza sa issa għadha ma indirizzatx speċifikament id-dritt għall-privatezza ta’ ċittadini mhux Koreani, huwa għalhekk aċċettat b’mod wiesa’ fost l-akkademiċi li l-Artikoli 12-22 tal-Kostituzzjoni (li jinkludu d-dritt għall-privatezza kif ukoll il-libertà personali) jistabbilixxu “id-drittijiet tal-bniedem.”

Fl-aħħar nett, il-Kostituzzjoni tipprevedi wkoll id-dritt li jintalab biss kumpens mill-awtoritajiet pubbliċi (13). Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura mill-eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati) tista’ tippreżenta lment kostituzzjonali mal-Qorti Kostituzzjonali (14).

1.2.   Regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data

Il-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fir-Repubblika tal-Korea, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-“PIPA”), tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. Fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, il-PIPA jirreferi speċifikament għall-obbligu li jiġu fformulati politiki għall-prevenzjoni tal-“abbuż u l-użu ħażin tal-informazzjoni personali, is-sorveljanza u t-trekkjar indiskreti, eċċ. u għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bnedmin u tal-privatezza individwali.” (15)

L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa suġġett għar-rekwiżiti kollha tal-PIPA. Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali jridu jikkonformaw mal-obbligi għall-ipproċessar legali, jiġifieri jiddependu fuq waħda mill-bażijiet legali elenkati fil-PIPA għall-ġbir, l-użu jew il-provvediment ta’ informazzjoni personali (l-Artikoli 15-18 tal-PIPA), kif ukoll fuq il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop (l-Artikolu 3(1), (2) tal-PIPA), tal-proporzjonalità/minimizzazzjoni tad-data (l-Artikolu 3(1), (6) tal-PIPA), taż-żamma limitata tad-data (l-Artikolu 21 tal-PIPA), tas-sigurtà tad-data, inkluża in-notifika tal-ksur tad-data (l-Artikoli 3(4), 29 u 34 tal-PIPA), u tat-trasparenza (l-Artikoli 3(1), (5), 20, 30 u 32 tal-PIPA). Japplikaw salvagwardji speċifiċi fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva (l-Artikolu 23 tal-PIPA). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 3(5) u 4 tal-PIPA, kif ukoll mal-Artikoli 35 sa 39-2 tal-PIPA, l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Filwaqt li l-PIPA għalhekk japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, dan jinkludi eċċezzjoni meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Skont l-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA, l-Artikoli 15-50 tal-PIPA ma japplikawx għall-informazzjoni personali miġbura jew mitluba għall-analiżi tal-informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonali (16). Min-naħa l-oħra, il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet Ġenerali), il-Kapitolu II (Stabbiliment ta’ politiki dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, eċċ.), il-Kapitolu VIII (Azzjoni tal-klassi dwar il-ksur tad-data), il-Kapitolu IX (Dispożizzjonijiet supplimentari) u l-Kapitolu X (Dispożizzjonijiet dwar il-penali) tal-PIPA jibqgħu applikabbli. Dan jinkludi l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 3 (Prinċipji tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali) u d-drittijiet individwali garantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA (Drittijiet tas-suġġetti tad-data). Dan ifisser li l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin huma ggarantiti wkoll f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Artikolu 58(4) tal-PIPA jipprovdi li tali informazzjoni trid tiġi pproċessata sal-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u għall-perjodu minimu; dan jirrikjedi wkoll li l-kontrollur tal-informazzjoni personali jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jiżgura ġestjoni sikura tad-data u pproċessar xieraq, bħal salvagwardji tekniċi, maniġerjali u fiżiċi, kif ukoll miżuri għall-immaniġġjar xieraq ta’ lmenti individwali.

Fin-Notifika Nru 2021-1 dwar ir-regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-“PIPC”) kompliet tiċċara kif il-PIPA japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fid-dawl ta’ din l-eżenzjoni parzjali (17). Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-individwi (aċċess, rettifika, sospensjoni u tħassir) u r-raġunijiet kif ukoll il-limitazzjonijiet għal restrizzjonijiet possibbli tagħhom. Skont in-Notifika, l-applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin, tad-drittijiet u tal-obbligi tal-PIPA għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali tirrifletti l-garanziji pprovduti mill-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt tal-individwu li jikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħu stess. Kwalunkwe restrizzjoni għal dak id-dritt, pereżempju meta tkun meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi tal-individwu mal-interess pubbliku rilevanti u ma tistax taffettwa l-essenza tad-dritt (l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni).

2.   AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI KRIMINALI

2.1.   Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġi

Abbażi tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (iktar ’il quddiem is-“CPA”), l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet (iktar ’il quddiem is-“CPPA”) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (iktar ’il quddiem it-“TBA”), il-pulizija, il-prosekuturi u l-qrati jistgħu jiġbru data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. Sa fejn l-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali jagħti din is-setgħa wkoll lid-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-“NIS”), dan għandu jikkonforma mal-atti msemmija hawn fuq (18). Fl-aħħar nett, l-Att dwar ir-Rappurtar u l-Użu ta’ Informazzjoni Speċifikata dwar it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (iktar ’il quddiem l-“ARUSFTI”) jipprovdi bażi ġuridika għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Korea (iktar ’il quddiem il-“KOFIU”) għall-fini tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din l-aġenzija speċjalizzata tista’ min-naħa tagħha tipprovdi tali informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw biss għall-kontrolluri tad-data li jipproċessaw informazzjoni dwar il-kreditu personali skont l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Minħabba li tali proċessar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu personali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw skont l-ARUSFTI mhumiex deskritti f’aktar dettall f’dan id-dokument.

2.2.   Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijiet

Is-CPA (ara 2.2.1), is-CPPA (ara 2.2.2) u l-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni (ara 2.2.3) jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli.

2.2.1.   Tfittxijiet u sekwestri

2.2.1.1.   Bażi ġuridika

Il-prosekuturi u l-uffiċjali għolja tal-pulizija ġudizzjarja jistgħu jispezzjonaw biss l-oġġetti, ifittxu l-persuni jew jissekwestraw l-oġġetti (1) jekk persuna tkun suspettata li wettqet reat (persuna suspettata kriminali), (2) ikun meħtieġ li l-investigazzjoni u (3) l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati, il-persuni li għandhom jiġu mfittxija, u kwalunkwe oġġett maqbud jitqiesu li huma konnessi mal-każ. (19) Bl-istess mod, il-qrati jistgħu jwettqu tfittxijiet u jissekwestraw kwalunkwe oġġett li għandu jintuża bħala evidenza jew li jista’ jiġi kkonfiskat, sakemm tali oġġetti jew persuni jitqiesu li huma konnessi ma’ kawża speċifika. (20)

2.2.1.2.   Limitazzjonijiet u salvagwardji

Bħala obbligu ġenerali, il-prosekuturi u l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuna suspettata li wettqet att kriminali kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna oħra kkonċernata (21). Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu biss miżuri obbligatorji biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni fejn ikun previst espliċitament fis-CPA u sal-inqas punt meħtieġ (22).

Tfittxijiet, spezzjonijiet jew sekwestri minn uffiċjali tal-pulizija jew prosekuturi bħala parti minn investigazzjoni kriminali jistgħu jsiru biss abbażi ta’ mandat maħruġ minn qorti (23). L-awtorità li titlob mandat trid tissottometti materjali li juru r-raġunijiet għas-suspett f’individwu li jkun wettaq reat, li t-tiftix, l-ispezzjoni jew is-sekwestru jkunu meħtieġa, u li l-oġġetti rilevanti li għandhom jinqabdu jeżistu (24). Fir-rigward tal-mandat, irid ikun fih, fost elementi oħra, l-ismijiet tal-persuna suspettata u r-reat; il-post, il-persuna jew l-oġġetti li għandhom jiġu mfittxija, jew l-oġġetti li għandhom jiġu sekwestrati; id-data tal-ħruġ; u l-perjodu effettiv ta’ applikazzjoni (25). Bl-istess mod, meta, bħala parti mill-proċedimenti pendenti tal-Qorti, jitwettqu tfittxijiet u sekwestri għajr f’qorti miftuħa, irid jinkiseb mandat maħruġ mill-qorti minn qabel (26). L-individwu konċernat u l-avukat difensur tiegħu/tagħha jiġu nnotifikati qabel bit-tfittxija jew bis-sekwestru u jistgħu jkunu preżenti meta l-mandat jiġi eżegwit (27).

Meta jitwettqu tfittxijiet jew sekwestri u fejn l-oġġett li għandu jiġi mfittex ikun diska tal-kompjuter jew mezz ieħor għall-ħżin tad-data, fil-prinċipju d-data nnifisha biss (kopja jew stampata) tiġi maqbuda aktar milli l-mezz kollu (28). Il-mezz għall-ħżin tad-data nnifsu jista’ jinqabad biss meta jitqies sostanzjalment impossibbli li d-data meħtieġa tiġi stampata jew ikkupjata separatament, jew meta jitqies li jkun sostanzjalment mhux prattikabbli li jintlaħaq l-iskop tat-tiftix (29). L-individwu kkonċernat jenħtieġ li jiġi nnotifikat bis-sekwestru mingħajr dewmien (30). Ma hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit ta’ notifika skont is-CPA.

Tfittxijiet, spezzjonijiet u sekwestri mingħajr mandat jistgħu jsiru biss f’sitwazzjonijiet limitati. L-ewwel nett, dan huwa l-każ meta jkun impossibbli li jinkiseb mandat minħabba l-urġenza fil-locus delicti (31). Madankollu, sussegwentement irid jinkiseb mandat mingħajr dewmien (32). It-tieni, it-tiftix u l-ispezzjonijiet mingħajr mandat jistgħu jsiru in loco meta persuna suspettata kriminali tiġi arrestata jew miżmuma (33). Fl-aħħar nett, prosekutur jew uffiċjal għoli tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jissekwestra oġġett mingħajr mandat meta l-oġġett ikun ġie skartat minn persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew minn terzi, jew ikun ġie prodott b’mod volontarju (34).

L-evidenza li tkun inkisbet bi ksur tas-CPA titqies bħala inammissibbli (35). Barra minn hekk, l-Att Kriminali jistipula li tfittxijiet illegali ta’ persuni jew tal-post ta’ residenza ta’ persuna, bini protett, struttura, karozza, bastiment, inġenji tal-ajru jew kamra okkupata, huma punibbli bi priġunerija għal massimu ta’ tliet snin (36). Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fejn oġġetti, bħal apparat għall-ħżin tad-data, jinqabdu waqt tfittxija illegali.

2.2.2.   Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni

2.2.2.1.   Bażi ġuridika

Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni huwa rregolat minn att speċifiku, is-CPPA. B’mod partikolari, is-CPPA jipprojbixxi lil kull persuna milli tiċċensura kwalunkwe posta, tinterċetta kwalunkwe telekomunikazzjoni, tipprovdi data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, jew tirreġistra jew tisma’ kwalunkwe konverżazzjoni bejn oħrajn li ma jsirux pubbliċi, ħlief abbażi tas-CPA, tas-CPPA jew tal-Att dwar il-Qorti Militari (37). It-terminu “komunikazzjoni” skont it-tifsira tas-CPPA ikopri kemm il-posta ordinarja kif ukoll it-telekomunikazzjoni (38). F’dan ir-rigward, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn “miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni” (39) u l-ġbir ta’ “data ta’ konferma tal-komunikazzjoni”.

Il-kunċett ta’ miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni jkopri ċ-“ċensura”, jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-posta tradizzjonali, kif ukoll l-“interċettazzjoni”, jiġifieri l-interċettazzjoni diretta (l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni) tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet (40). Il-kunċett ta’ data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jkopri d-“data dwar ir-rekords tat-telekomunikazzjonijiet”, li tinkludi d-data tat-telekomunikazzjonijiet, il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, in-numru ta’ telefonati li ħerġin u li deħlin kif ukoll in-numru tal-abbonat tal-parti l-oħra, il-frekwenza tal-użu, il-fajls ta’ reġistrazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni (eż. mit-torrijiet tat-trażmissjoni fejn jiġu riċevuti s-sinjali) (41).

Is-CPPA jistabbilixxi l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji għall-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ diversi minn dawn ir-rekwiżiti huwa suġġett għal penali kriminali (42).

2.2.2.2.   Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni)

Il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jsir biss bħala mezz supplimentari biex tiġi ffaċilitata investigazzjoni kriminali (jiġifieri bħala miżura tal-aħħar għażla) u jridu jsiru sforzi biex tiġi minimizzata l-interferenza mas-sigrieti tal-komunikazzjoni tan-nies (43). F’konformità ma’ dan il-prinċipju ġenerali, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun diffiċli li b’xi mod ieħor jiġi prevenut it-twettiq ta’ reat, li jitwaqqaf l-att kriminali, jew li tinġabar l-evidenza (44). L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet iridu jieqfu milli jagħmlu dan minnufih ladarba l-aċċess kontinwu ma jibqax meqjus neċessarju, u b’hekk jiżguraw li l-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet ikun limitat kemm jista’ jkun (45).

Barra minn hekk, il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biss meta jkun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li qed jiġu ppjanati ċerti reati serji elenkati speċifikament fis-CPPA, jew li jkunu twettqu. Dawn jinkludu reati bħal insurrezzjoni, reati relatati mad-droga jew reati li jinvolvu splussivi, kif ukoll reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, mar-relazzjonijiet diplomatiċi, jew mal-bażijiet u l-installazzjonijiet militari (46). Il-mira ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni trid tkun oġġetti tal-posta speċifiċi jew telekomunikazzjoni mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata, jew oġġetti tal-posta jew telekomunikazzjonijiet mibgħuta jew riċevuti mill-persuna suspettata matul perjodu ta’ żmien fiss (47).

Anke meta dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-ġbir tad-data dwar il-kontenut jista’ jsir biss abbażi ta’ mandat maħruġ mill-qorti. B’mod partikolari, prosekutur jista’ jitlob lill-qorti tippermetti l-ġbir ta’ data dwar il-kontenut rigward il-persuna suspettata jew li tkun qed tiġi investigata (48). Bl-istess mod, uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jista’ japplika għal awtorizzazzjoni mill-prosekutur, li min-naħa tiegħu jista’ jitlob mandat mill-qorti (49). Talba għal mandat trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha elementi speċifiċi. B’mod partikolari, trid tistabbilixxi (1) ir-raġunijiet sostanzjali biex wieħed jissuspetta li wieħed mir-reati elenkati huwa ppjanat, qed jitwettaq jew twettaq kif ukoll kwalunkwe materjali li jistabbilixxu każ ta’ suspett prima facie; (2) il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu oġġettiv u effettiv tagħhom; u (3) il-post fejn se jitwettqu l-miżuri u kif dawn se jitwettqu (50).

Meta r-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati, il-qorti tista’ tagħti permess bil-miktub biex jitwettqu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni fir-rigward tal-persuna suspettata jew persuna taħt investigazzjoni (51). Dan il-mandat jispeċifika t-tipi ta’ miżuri kif ukoll il-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv, il-post tal-eżekuzzjoni tagħhom u kif għandhom jitwettqu (52).

Il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jistgħu jitwettqu biss għal perjodu ta’ xahrejn (53). Jekk l-objettiv tal-miżuri jintlaħaq aktar kmieni f’dak il-perjodu, il-miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu għadhom issodisfati, talba biex jiġi estiż il-perjodu effettiv ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn. Talba bħal din trid tinkludi materjali li jistabbilixxu każ prima facie għall-estensjoni tal-miżuri (54). Il-perjodu estiż ma jistax jaqbeż total ta’ sena, jew tliet snin għal ċerti reati partikolarment serji (eż. reati relatati mal-insurrezzjoni, l-aggressjoni barranija, is-sigurtà nazzjonali, eċċ.) (55).

L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jġiegħlu l-assistenza tal-operaturi tal-komunikazzjoni billi jipprovduhom bil-permess bil-miktub tal-qorti (56). L-operaturi tal-komunikazzjoni huma meħtieġa jikkooperaw u jżommu l-permess riċevut fil-fajls tagħhom (57). Huma jistgħu jirrifjutaw il-kooperazzjoni meta l-informazzjoni dwar l-individwu mmirat kif indikat fil-permess bil-miktub tal-qorti (pereżempju n-numru tat-telefon tal-individwu) ma tkunx korretta. Barra minn hekk, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha milli jiddivulgaw passwords użati għat-telekomunikazzjonijiet (58).

Kull min iwettaq miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew mitlub jikkoopera jrid iżomm rekords li jispeċifikaw l-objettivi tal-miżuri, l-eżekuzzjoni tagħhom, id-data li fiha ġiet ipprovduta l-kooperazzjoni u l-mira (59). Ir-rekords iridu jinżammu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jimplimentaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxu d-dettalji u l-eżiti miksuba (60). L-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta’ rapport lill-prosekutur meta jagħlqu investigazzjoni (61).

Meta prosekutur joħroġ att ta’ akkuża fir-rigward ta’ każ li fih ikunu ntużaw miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, jew joħroġ deċiżjoni sabiex l-individwu rilevanti ma jitpoġġiex taħt att ta’ akkuża jew ma jiġix arrestat (jiġifieri mhux biss pawża tal-prosekuzzjoni), il-prosekutur jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu suġġett għall-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni bil-fatt li ġew eżegwiti miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, bl-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u bil-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Tali avviż irid jiġi pprovdut bil-miktub fi żmien 30 jum mid-disponiment (62). In-notifika tista’ tiġi differita meta x’aktarx tipperikola serjament is-sigurtà nazzjonali jew tfixkel is-sikurezza u l-ordni pubbliku, jew meta x’aktarx tirriżulta fi ħsara materjali għall-ħajja u l-ġisem ta’ ħaddieħor (63). Meta jkun beħsiebhom jiddifferixxu l-avviż, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jiksbu approvazzjoni mill-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Distrettwali (64). Ladarba r-raġunijiet għar-riferiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mument (65).

Is-CPPA jistabbilixxi wkoll proċedura speċifika għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiġbru l-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’każ li l-ippjanar jew l-eżekuzzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta’ reat serju ieħor li jista’ jikkawża direttament il-mewt jew il-korriment serju jkun imminenti, u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura regolari (kif stabbilita hawn fuq) (66). F’emerġenza bħal din, uffiċjal tal-pulizija jew prosekutur jista’ jaddotta miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni mingħajr permess minn qabel mill-qorti iżda jrid jippreżenta l-permess tal-qorti immedjatament wara l-eżekuzzjoni. Jekk l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tikseb permess mill-qorti fi żmien 36 siegħa mill-mument li jkunu twettqu l-miżuri ta’ emerġenza, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih, tipikament segwit mill-qerda tal-informazzjoni miġbura (67). L-uffiċjali tal-pulizija li jwettqu sorveljanza ta’ emerġenza jagħmlu dan taħt il-kontroll ta’ prosekutur, jew, f’każ li l-istruzzjonijiet tal-prosekutur minn qabel ikunu impossibbli minħabba l-ħtieġa li jaġixxu b’mod urġenti, il-pulizija jenħtieġ li tikseb l-approvazzjoni ta’ prosekutur immedjatament malli tibda l-eżekuzzjoni (68). Ir-regoli dwar in-notifika tal-individwu kif deskritt hawn fuq japplikaw ukoll għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir skont “dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/dikjarazzjoni ta’ interċettazzjoni” u l-awtorità li twettaq il-ġbir jenħtieġ li żżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenza (69). It-talba lil qorti biex tagħti permess għal miżuri ta’ emerġenza trid tkun akkumpanjata minn dokument bil-miktub li jindika l-miżuri meħtieġa ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, il-mira, is-suġġett, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni, il-metodu, u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri rilevanti ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jissodisfaw l-Artikolu 5(1) tas-CPPA (70), flimkien ma’ dokumenti ta’ sostenn.

F’każijiet fejn il-miżuri ta’ emerġenza jitlestew fi żmien qasir, u b’hekk jiġi deċiż il-permess tal-qorti (eż. jekk il-persuna suspettata tiġi arrestat immedjatament wara l-bidu tal-interċettazzjoni, li għalhekk tieqaf), il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti jservi avviż ta’ miżura ta’ emerġenza lill-qorti kompetenti (71). L-avviż irid jistabbilixxi l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu tal-ġbir kif ukoll ir-raġunijiet għaliex ma tiġix ippreżentata talba għal permess mill-qorti (72). Dan l-avviż jippermetti lill-qorti riċeventi teżamina l-legalità tal-ġbir u trid tiddaħħal f’reġistru ta’ avviżi ta’ miżuri ta’ emerġenza.

Bħala rekwiżit ġenerali, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet miksuba permezz tal-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni abbażi tas-CPPA jista’ jintuża biss biex jinvestiga, jieħu passi kontra jew jipprevjeni r-reati speċifiċi elenkati hawn fuq, fi proċedimenti dixxiplinari għall-istess reati, f’talba għad-danni mressqa minn parti fil-komunikazzjonijiet jew fejn dan ikun permess minn liġijiet oħra (73).

Japplikaw salvagwardji speċifiċi meta jinġabru t-telekomunikazzjonijiet trażmessi fuq l-internet (74). Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu investigati r-reati serji elenkati fl-Artikolu 5(1) tas-CPPA. Sabiex tinżamm l-informazzjoni, l-approvazzjoni trid tinkiseb mill-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (75). Talba għaż-żamma jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, sommarju tar-riżultati tal-miżuri, ir-raġunijiet għaż-żamma (flimkien mal-materjali ta’ sostenn) u t-telekomunikazzjoni li għandha tinżamm (76). Fin-nuqqas ta’ talba bħal din, it-telekomunikazzjoni miksuba trid titħassar fi żmien 14-il jum wara li jkunu ntemmu l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (77). Jekk talba tiġi miċħuda, it-telekomunikazzjonijiet iridu jinqerdu fi żmien sebat ijiem (78). Meta t-telekomunikazzjonijiet jitħassru, irid jiġi ppreżentat rapport fi żmien sebat ijiem mal-qorti li awtorizzat il-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, li jistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassir, kif ukoll id-dettalji u ż-żmien tagħha.

B’mod aktar ġenerali, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet illegalment permezz ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni, din ma tiġix ammessa bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji jew dixxiplinari (79). Barra minn hekk, is-CPPA tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna li tieħu miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni milli tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, u milli tuża l-informazzjoni miksuba biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ dawk li huma suġġetti għall-miżuri (80).

2.2.2.3.   Limitazzjonijiet u salvagwardji applikabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-konferma tal-komunikazzjoni

Fuq il-bażi tas-CPPA, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni meta jkun meħtieġ biex iwettqu investigazzjoni jew jeżegwixxu sentenza (81). Għall-kuntrarju tal-ġbir tad-data dwar il-kontenut, il-possibbiltà li tinġabar data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni ma hijiex limitata għal ċerti reati speċifiċi. Madankollu, kif inhu l-każ għad-data dwar il-kontenut, il-ġbir tad-data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jeħtieġ permess bil-miktub minn qabel minn qorti, suġġett għall-istess kundizzjonijiet kif deskritti aktar kmieni (82). Meta r-raġunijiet ta’ urġenza jagħmluha impossibbli li jinkiseb permess mill-qorti, id-data tal-konferma tal-komunikazzjoni tista’ tinġabar mingħajr mandat, f’liema każ il-permess irid jinkiseb immedjatament wara li tintalab id-data u jrid jiġi kkomunikat lill-fornitur tat-telekomunikazzjoni (83). Jekk ma jinkiseb l-ebda permess sussegwenti, l-informazzjoni miġbura trid tinqered (84).

Il-prosekuturi, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-pulizija u l-qrati jridu jżommu rekords tat-talbiet għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (85). Barra minn hekk, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni jridu darbtejn fis-sena jirrapportaw dwar id-divulgazzjoni tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT, u jridu jżommu rekords tagħha għal seba’ snin mid-data li fiha tkun ġiet divulgata d-data (86).

Fil-prinċipju, l-individwi jiġu nnotifikati bil-fatt li tkun inġabret id-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (87). Iż-żmien għal tali notifika jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoni (88). Ladarba tittieħed deċiżjoni (kontra) l-prosekuzzjoni, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum. Min-naħa l-oħra, jekk l-akkuża tiġi sospiża, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, in-notifika trid tiġi pprovduta fi żmien 30 jum wara sena minn meta tkun inġabret l-informazzjoni.

In-notifika tista’ tiġi differita jekk x’aktarx (1) tipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u l-ordni, (2) tikkawża l-mewt jew il-korriment fiżiku, (3) timpedixxi proċedimenti ġudizzjarji ġusti (eż. li jwasslu għall-qerda ta’ evidenza jew għat-theddid ta’ xhieda), jew (4) timmalafama lill-persuna suspettata, lill-vittmi jew lil persuni oħra relatati mal-każ, jew tinvadi l-privatezza tagħhom (89). In-notifika dwar waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq teħtieġ awtorizzazzjoni mid-direttur ta’ uffiċċju kompetenti tal-prosekuturi pubbliċi distrettwali (90). Meta r-raġunijiet għal differiment ma jibqgħux jeżistu, għandu jiġi pprovdut avviż fi żmien 30 jum minn dak il-mument (91).

L-individwi notifikati jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub lill-prosekutur jew lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja dwar ir-raġunijiet għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (92). F’dak il-każ, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jridu jipprovdu r-raġunijiet bil-miktub fi żmien 30 jum wara li jirċievu t-talba, sakemm ma tkunx tapplika waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq (eċċezzjonijiet għad-differiment tan-notifika) (93).

2.2.3.   Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni

L-Artikolu 83(3) tat-TBA jippermetti lill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw volontarjament ma’ talba (magħmula b’appoġġ għal proċess kriminali, investigazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza) minn qorti, prosekutur jew il-kap ta’ aġenzija investigattiva, biex jiddivulgaw “data dwar il-komunikazzjonijiet”. Fil-kuntest tat-TBA, “data dwar il-komunikazzjonijiet” tkopri l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-residenti, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-utenti, id-dati li fihom l-utenti jissottoskrivu jew jitterminaw l-abbonament tagħhom kif ukoll il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-utenti (jiġifieri kodiċijiet użati biex jiġi identifikat l-utent leġittimu tas-sistemi tal-kompjuter jew tan-networks ta’ komunikazzjoni) (94). Għall-finijiet tat-TBA, huma biss l-individwi li jikkuntrattaw direttament servizzi minn fornitur tat-telekomunikazzjoni Korean li huma kkunsidrati bħala utenti (95). B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet fejn l-individwi tal-UE li d-data tagħhom ġiet ittrasferita lir-Repubblika tal-Korea jitqiesu bħala utenti skont it-TBA x’aktarx li jkunu limitati ħafna, peress li dawk l-individwi normalment ma jikkonkludu ebda kuntratt dirett ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni Korean.

It-talbiet biex tinkiseb data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA jridu jsiru bil-miktub u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba, ir-rabta mal-utent rilevanti u l-iskop tad-data mitluba (96). Meta jkun impossibbli li tiġi pprovduta talba bil-miktub minħabba urġenza, it-talba bil-miktub trid tiġi pprovduta hekk kif ir-raġuni għall-urġenza tisparixxi (97). L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgar tad-data dwar il-komunikazzjonijiet iridu jżommu reġistri li jkun fihom rekords li jindikaw li ġiet ipprovduta data dwar il-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-materjali relatati, bħat-talba bil-miktub (98). Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jridu jirrapportaw dwar il-provvediment ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena (99).

Ma hemm l-ebda obbligu għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet li jikkonformaw mat-talbiet għad-divulgazzjoni ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet abbażi tat-TBA. Għalhekk, kull talba trid tiġi vvalutata mill-operatur fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data skont il-PIPA. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terzi (100). Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data(101)

Fl-2016, il-Qorti Suprema kkonfermat li l-provvediment volontarju ta’ data dwar il-komunikazzjonijiet mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr mandat abbażi tat-TBA bħala tali ma jiksirx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva tal-utent tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Fl-istess ħin, il-Qorti ċċarat li jkun hemm ksur bħal dan jekk ikun manifestament evidenti li l-aġenzija li tagħmel it-talba abbużat mill-awtorità tagħha biex titlob id-divulgazzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet, u b’hekk kisret l-interessi tal-individwu kkonċernat jew ta’ terzi (102). B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe talba għal divulgazzjoni volontarja minn awtorità tal-infurzar tal-liġi trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)).

2.3.   Sorveljanza

Is-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali titwettaq permezz ta’ mekkaniżmi differenti, kemm internament kif ukoll minn korpi esterni.

2.3.1.   Awtoawditjar

F’konformità mal-Att dwar il-Awditi tas-Settur Pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jistabbilixxu korp intern għall-awtoawditjar, bil-kompitu, inter alia, li jwettqu stħarriġ tal-legalità (103). Il-kapijiet ta’ tali korpi tal-awditu jenħtieġ li jkunu ggarantiti l-indipendenza sa fejn ikun l-aktar possibbli (104). B’mod aktar speċifiku, jinħatru minn barra l-awtorità rilevanti (eż. eks imħallfin, professuri) għal perjodu ta’ sentejn sa ħames snin u jistgħu jiġu mneħħija biss għal raġunijiet ġustifikati (eż. meta ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiet minħabba disturb mentali jew fiżiku, meta jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinari) (105). Bl-istess mod, l-awdituri jinħatru abbażi ta’ kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Att (106). Ir-rapporti tal-awditu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal kumpens jew korrezzjoni, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal azzjoni dixxiplinari (107). Dawn jiġu nnotifikati lill-kap tal-awtorità pubblika suġġetta għall-awditu, kif ukoll lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (ara t-taqsima 2.3.2) fi żmien 60 jum mit-tlestija tal-awditu (108). L-awtorità kkonċernata trid timplimenta l-miżuri meħtieġa u tirrapporta r-riżultati lill-Bord tal-awditu u l-Ispezzjoni (109). Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditu ġeneralment ikunu disponibbli għall-pubbliku (110). Ir-rifjut jew l-ostakolu ta’ awtoawditjar huwa suġġett għal multi amministrattivi (111). Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija topera sistema tal-Ispettur Ġenerali biex tittratta l-awditi interni, inkluż fir-rigward ta’ ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedem (112).

2.3.2.   Il-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni

Il-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (minn hawn ’il quddiem il-“BAI”) jista’ jispezzjona l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u, abbażi ta’ dawn l-ispezzjonijiet, joħroġ rakkomandazzjonijiet, jitlob azzjonijiet dixxiplinari, jew jippreżenta lment kriminali (113). Il-BAI huwa stabbilit taħt il-President tar-Repubblika tal-Korea, iżda jżomm status indipendenti fir-rigward tad-dmirijiet tiegħu (114). Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-BAI jirrikjedi li l-BAI għandu jingħata indipendenza sal-massimu fir-rigward tal-ħatra, it-tkeċċija u l-organizzazzjoni tal-persunal tiegħu, kif ukoll il-kompilazzjoni tal-baġit tiegħu (115). Iċ-Chairperson tal-BAI jinħatar mill-President, bil-kunsens tal-Assemblea Nazzjonali (116). Is-sitt Kummissarji li jifdal jinħatru mill-President, fuq rakkomandazzjoni taċ-Chairperson, għal terminu ta’ erba’ snin (117). Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) iridu jissodisfaw kwalifiki speċifiċi stabbiliti bil-liġi (118) u jistgħu jiġu mneħħija biss f’każ ta’ proċedimenti ta’ tneħħija, għoti ta’ sentenza ta’ priġunerija jew inabbiltà li jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija mentali jew fiżika fit-tul (119). Barra minn hekk, il-Kummissarji huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi, u milli jkollhom fl-istess ħin uffiċċji fl-Assemblea Nazzjonali, fl-aġenziji amministrattivi, fl-organizzazzjonijiet suġġetti għal awditu u għal spezzjoni mill-BAI jew minn kwalunkwe uffiċċju jew pożizzjoni oħra li hija remunerata (120).

Il-BAI iwettaq awditu ġenerali fuq bażi annwali, iżda jista’ jwettaq ukoll awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess speċjali. Il-BAI jista’ jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti matul spezzjoni u jitlob l-attendenza ta’ individwi (121). Bħala parti minn awditu, il-BAI jeżamina d-dħul u n-nefqa tal-Istat, iżda jissorvelja wkoll il-konformità ġenerali mad-dmirijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali pubbliċi bil-għan li jtejjeb l-operat tal-amministrazzjoni pubblika (122). Għalhekk, is-sorveljanza tiegħu testendi lil hinn mill-aspetti baġitarji u tinkludi wkoll l-istħarriġ tal-legalità.

2.3.3.   L-Assemblea Nazzjonali

L-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi (123). Matul investigazzjoni jew spezzjoni, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda (124). Kull min iwettaq ksur tal-ġurament matul investigazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (priġunerija sa għaxar snin) (125). Il-proċess u r-riżultati tal-ispezzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikati (126) Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib attività illegali jew mhux xierqa, tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħha (127). Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali (128).

2.3.4.   Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (iktar ’il quddiem il-“PIPC”) teżerċita sorveljanza fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali f’konformità mal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, inklużi dawk li jinsabu fil-liġijiet speċifiċi li jirregolaw il-ġbir ta’ evidenza (elettronika) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.2). Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir leġittimu u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur bħal dan jikkostitwixxi wkoll ksur tal-PIPA, li jippermetti lill-PIPC twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri korrettivi (129).

Fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħha, il-PIPC għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha (130). Il-PIPC tista’ tipprovdi pariri lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni personali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, timponi miżuri korrettivi (eż. biex jissospendu l-ipproċessar tad-data jew jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-informazzjoni personali) jew tagħti parir lill-awtorità biex tieħu azzjoni dixxiplinari (131). Fl-aħħar nett, huma previsti sanzjonijiet kriminali għal ċerti istanzi ta’ ksur tal-PIPA, bħall-użu illegali jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali lil terzi jew l-ipproċessar illegali ta’ informazzjoni sensittiva (132). F’dan ir-rigward, il-PIPC tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-aġenzija investigattiva kompetenti (inkluż prosekutur) (133).

2.3.5.   Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“NHRC”) – korp indipendenti inkarigat mill-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali (134) – għandha s-setgħa li tinvestiga u tirrimedja l-ksur tal-Artikoli 10-22 tal-Kostituzzjoni, li jinkludu d-drittijiet għall-privatezza u l-privatezza tal-korrispondenza. L-NHRC hija magħmula minn 11-il Kummissarju, maħtura fuq nomina mill-Assemblea Nazzjonali (erba’), mill-President (erba’) u mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (tlieta) (135). Biex jinħatar, Kummissarju jrid (1) ikun serva għal mill-inqas għaxar snin f’università jew f’istitut ta’ riċerka awtorizzat, mill-inqas bħala professur assoċjat; (2) ikun serva bħala imħallef, prosekutur, jew avukat għal mill-inqas għaxar snin; (3) kien involut f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem għal mill-inqas għaxar snin (eż. għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva jew organizzazzjoni internazzjonali); jew (4) fuq rrakkomandazzjoni minn gruppi tas-soċjetà ċivili (136). Iċ-Chairperson jinħatar mill-President minn fost il-Kummissarji u jrid jiġi kkonfermat mill-Assemblea Nazzjonali (137). Il-Kummissarji (inkluż iċ-Chairperson) jinħatru għal terminu rinnovabbli ta’ tliet snin u jistgħu jitneħħew biss meta jiġu kkundannati għal priġunerija jew ma jkunux għadhom kapaċi jwettqu dmirijiethom minħabba dgħufija fiżika jew mentali fit-tul (f’liema każ żewġ terzi tal-Kummissarji jridu jaqblu dwar it-tneħħija) (138). Il-Kummissarji tal-NHRC huma pprojbiti milli jkollhom kariga simultanja fl-Assemblea Nazzjonali, fil-kunsilli lokali, jew fi kwalunkwe Stat jew mal-gvern statali jew lokali (bħala uffiċjal pubbliku) (139).

L-NHRC tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ petizzjoni minn individwu. Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, l-NHRC tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhdu (140). Wara investigazzjoni, l-NHRC tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu jew jiġu kkoreġuti politiki u prattiki speċifiċi, u tista’ tippubblikahom (141). L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinnotifikaw lill-NHRC bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet fi żmien 90 jum minn meta jirċevuhom (142). Barra minn hekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tinforma lill-Kummissjoni b’dan (143). Min-naħa tagħha, l-NHRC tista’ tiddivulga dan in-nuqqas lill-Assemblea Nazzjonali, u/jew tagħmlu pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-NHRC u għandhom inċentiv qawwi biex jagħmlu dan peress li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet ivvalutata bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Politika tal-Gvern, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

2.4.   Rimedju individwali

2.4.1.   Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPA

L-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali. L-aċċess jista’ jintalab direttament mill-awtorità rilevanti, jew indirettament permezz tal-PIPC. (144) L-awtorità kompetenti tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess biss meta dan ikun previst mil-liġi, fejn x’aktarx jikkawża ħsara lill-ħajja jew lill-persuna ta’ terzi, jew x’aktarx twassal għal ksur mhux ġustifikat ta’ proprjetà u interessi oħra ta’ persuna oħra (jiġifieri fejn l-interessi tal-persuna l-oħra jkunu akbar mill-interessi tal-individwu li jagħmel it-talba). (145) Jekk talba għal aċċess tiġi miċħuda, l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet għal dan u kif għandu jappella (146). Bl-istess mod, talba għal korrezzjoni jew tħassir tista’ tiġi miċħuda meta dan ikun previst f’liġijiet oħra, f’liema każ l-individwu jrid jiġi infurmat bir-raġunijiet sottostanti u bil-possibbiltà ta’ appell (147).

Fir-rigward tar-rimedju, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment mal-PIPC, inkluż permezz taċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea (148). Barra minn hekk, individwu jista’ jikseb medjazzjoni permezz tal-Kumitat tal-Medjazzjoni dwar it-Tilwim dwar l-Informazzjoni Personali (149). Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali (it-Taqsima 2.2) kif ukoll tal-PIPA. Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-PIPC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3).

2.4.2.   Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

L-NHRC jittratta lmenti minn individwi (kemm ċittadini Koreani kif ukoll barranin) dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċi (150). Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-NHRC (151). B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi ttrattat mill-NHRC anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà. Fil-kuntest tal-ġbir ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali, individwu għalhekk ma jkunx meħtieġ juri li l-informazzjoni personali tiegħu fil-fatt ġiet aċċessata mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani biex l-ilment ikun ammissibbli qabel l-NHRC. Individwu jista’ jitlob ukoll li jsolvi l-ilment permezz ta’ medjazzjoni (152).

Sabiex tinvestiga lment, l-NHRC tista’ tagħmel użu mis-setgħat investigattivi tagħha, inkluż billi titlob is-sottomissjoni ta’ materjali rilevanti, twettaq spezzjonijiet u tħarrek lill-individwi biex jixhdu (153). Jekk l-investigazzjoni tiżvela li seħħ ksur tal-liġijiet rilevanti, l-NHRC tista’ tirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ rimedji jew ir-rettifika jew it-titjib ta’ kwalunkwe statut, istituzzjoni, politika jew prattika rilevanti (154). Ir-rimedji proposti jistgħu jinkludu l-medjazzjoni, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kumpens għad-danni u l-miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess ksur jew ksur simili (155). F’każ ta’ ġbir illegali ta’ informazzjoni personali skont ir-regoli applikabbli, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu t-tħassir tal-informazzjoni personali miġbura. Jekk jitqies probabbli ħafna li l-ksur ikun għadu għaddej u jitqies probabbli li, jekk ma jkunx hemm fiduċja, tiġi kkawżata ħsara diffiċli biex tiġi rrimedjata, l-NHRC tista’ tadotta miżuri ta’ salvataġġ urġenti (156).

Filwaqt li l-NHRC ma għandha l-ebda setgħa li ġġiegħel, id-deċiżjonijiet tagħha (eż. deċiżjoni li ma tkomplix l-investigazzjoni ta’ lment) (157) u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt) (158). Barra minn hekk, jekk is-sejbiet tal-NHRC jiżvelaw li d-data personali kienet miġbura illegalment minn awtorità pubblika, individwu jista’ jfittex rimedju ulterjuri quddiem il-qrati Koreani kontra dik l-awtorità pubblika, eż. billi jikkontesta l-ġbir skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, billi jippreżenta lment kostituzzjonali skont l-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, jew billi japplika għal kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat (ara t-taqsima 2.4.3 hawn taħt).

2.4.3.   Rimedju ġudizzjarju

L-individwi jistgħu jinvokaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji deskritti fit-taqsimiet preċedenti biex jiksbu rimedju quddiem il-qrati Koreani b’mezzi differenti.

L-ewwel nett, f’konformità mas-CPA, l-individwu kkonċernat u l-avukat tiegħu/tagħha jistgħu jkunu preżenti meta jiġi eżegwit mandat għal tfittxija jew sekwestru, u għalhekk jistgħu joġġezzjonaw fil-mument li fih il-mandat ikun qiegħed jiġi eżegwit (159). Barra minn hekk, is-CPA jipprovdi għall-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta’ “kważi lment”, li jippermetti lill-individwi jressqu petizzjoni quddiem il-qorti kompetenti b’talba biex jikkanċellaw jew ibiddlu t-trasferiment li jsir minn prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija dwar sekwestru (160). Dan jippermetti lill-individwi jikkontestaw il-miżuri meħuda biex jiġi eżegwit mandat ta’ sekwestru.

Barra minn hekk, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni quddiem il-qrati Koreani. Fuq il-bażi tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, l-individwi jistgħu japplikaw għal kumpens għad-danni mġarrba mill-uffiċjali pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom bi ksur tal-liġi (161). Talba skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat tista’ tiġi ppreżentata ma’ “Kunsill ta’ Kumpens” speċjalizzat, jew direttament mal-qrati Koreani (162). Jekk il-vittma tkun ċittadin barrani, l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat japplika sakemm il-pajjiż ta’ oriġini ta’ dak iċ-ċittadin jiżgura bl-istess mod il-kumpens mill-Istat għaċ-ċittadini Koreani (163). Skont il-ġurisprudenza, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ir-rekwiżiti biex jintalab kumpens fil-pajjiż l-ieħor “ma jkunux bbilanċjati b’mod sinifikanti bejn il-Korea u l-pajjiż l-ieħor” u “ma jkunux ġeneralment aktar stretti minn dawk iddeterminati mill-Korea, li ma jkollhom l-ebda differenza materjali u sostantiva.” (164) L-Att Ċivili jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għall-kumpens u, bħala konsegwenza, ir-responsabbiltà tal-Istat tkopri wkoll id-danni mhux relatati mal-proprjetà (eż. it-tbatija mentali) (165).

Għal ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, huwa pprovdut rimedju legali addizzjonali skont il-PIPA. Skont l-Artikolu 39 tal-PIPA, kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara bħala riżultat ta’ ksur tal-PIPA jew ta’ telf, serq, divulgazzjoni, falsifikazzjoni, alterazzjoni, jew danni marbuta mal-informazzjoni personali tiegħu/tagħha jista’ jikseb kumpens għad-danni quddiem il-qrati. Ma hemm l-ebda rekwiżit simili ta’ reċiproċità bħal dak skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.

Minbarra l-kumpens għad-danni, jista’ jinkiseb rimedju amministrattiv kontra azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ aġenziji amministrattivi skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Kwalunkwe individwu jista’ jikkontesta dispożizzjoni (jiġifieri l-eżerċizzju ta’, jew ir-rifjut li tiġi eżerċitata, setgħa pubblika f’każ speċifiku) jew ommissjoni (in-nuqqas fit-tul ta’ aġenzija amministrattiva li tieħu ċerta dispożizzjoni li jmur kontra obbligu legali li tagħmel dan), li jista’ jwassal għar-revoka/l-alterazzjoni ta' dispożizzjoni illegali, sejba ta’ nullità (jiġifieri sejba li d-dispożizzjoni ma għandhiex effett legali jew in-nuqqas ta’ l-eżistenza tagħha fl-ordinament ġuridiku) jew sejba li l-ommissjoni hija illegali. (166) Sabiex dispożizzjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi kkontestata, jenħtieġ li jkollha impatt dirett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ċivili. (167) Dan jinkludi miżuri biex tinġabar data personali, kemm direttament (eż. komunikazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet) jew permezz ta’ talba ta’ divulgazzjoni vinkolanti (eż. lil fornitur ta’ servizz).

It-talbiet imsemmija hawn fuq jistgħu l-ewwel jitressqu quddiem il-kummissjonijiet tal-appelli amministrattivi stabbiliti taħt ċerti awtoritajiet pubbliċi (eż. l-NIS, l-NHRC) jew quddiem il-Kummissjoni Ċentrali tal-Appell Amministrattiv stabbilita taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u d-Drittijiet Ċivili. (168) Dan l-appell amministrattiv jipprovdi alternattiva, aktar informali biex jiġi kkontestat it-trasferiment jew l-ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Madankollu, talba tista’ titressaq ukoll direttament quddiem il-qrati Koreani, skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

Talba għal revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li jkollha interess legali biex tfittex ir-revoka/l-alterazzjoni, jew li tiġi rrestawrata fid-drittijiet tagħha mir-revoka/alterazzjoni f’każ li d-dispożizzjoni ma jibqax ikollha effett (169). Bl-istess mod, il-kawża biex tiġi kkonstatata n-nullità tista’ titressaq minn persuna li jkollha interess legali f’tali konferma, filwaqt li kawża biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe persuna li tkun għamlet talba għal dispożizzjoni u għandha interess legali li tfittex li l-illegalità tal-ommissjoni tiġi kkonfermata (170). Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, “interess legali” huwa interpretat bħala “interess legalment protett”, jiġifieri interess dirett u speċifiku protett minn liġijiet u regolamenti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet amministrattivi (jiġifieri mhux interessi ġenerali, indiretti u tal-pubbliku) (171). L-individwi għalhekk għandhom interess legali f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir tad-data personali tagħhom għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali (skont il-liġijiet speċifiċi jew il-PIPA). Sentenza finali skont l-Att tat-Tilwim Amministrattiv hija vinkolanti fuq il-partijiet (172).

Talba għar-revoka/alterazzjoni ta’ dispożizzjoni u talba għall-konferma tal-illegalità ta’ ommissjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-individwu jsir konxju mid-dispożizzjoni/ommissjoni u fil-prinċipju mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun inħarġet id-dispożizzjoni/tkun seħħet l-ommissjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ġustifikabbli (173). Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-kunċett ta’ “raġunijiet ġustifikabbli” għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk huwiex soċjalment aċċettabbli li jiġi permess ilment imdewwem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ (174). Pereżempju, dan jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) raġunijiet għal dewmien li għalihom il-parti kkonċernata ma tistax tinżamm responsabbli (jiġifieri sitwazzjonijiet li huma lil hinn mill-kontroll tal-ilmentatur, pereżempju fejn ma jkunx ġie nnotifikat bil-ġbir tal-informazzjoni personali tiegħu) jew force majeure (eż. diżastru naturali, gwerra).

Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu wkoll jippreżentaw ilment kostituzzjonali mal-Qorti Kostituzzjonali (175). Fuq il-bażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali, kwalunkwe persuna li d-drittijiet fundamentali tagħha ggarantiti mill-Kostituzzjoni jiġu miksura minħabba l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa governattiva (esklużi s-sentenzi tal-qrati), tista’ titlob l-aġġudikazzjoni ta’ lment kostituzzjonali. Jekk ikunu disponibbli rimedji oħra, dawn iridu jiġu eżawriti l-ewwel. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, iċ-ċittadini barranin jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali sal-punt li d-drittijiet bażiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti skont il-Kostituzzjoni Koreana (ara l-ispjegazzjonijiet fit-Taqsima 1.1) (176). L-ilmenti Kostituzzjonali jridu jiġu ppreżentati fi żmien 90 jum wara li l-individwu jkun sar konxju mill-ksur, u fi żmien sena minn meta jseħħ. Minħabba li l-proċedura tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv hija applikata għal tilwim skont l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (177), ilment xorta jkun ammissibbli jekk ikun hemm “raġunijiet ġustifikabbli”, kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema deskritta hawn fuq.

Jekk l-ewwel iridu jiġu eżawriti rimedji oħra, irid jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali fi żmien 30 jum mill-għoti tad-deċiżjoni finali dwar tali rimedju (178). Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tinvalida l-eżerċizzju ta’ setgħa governattiva li kkawżat il-ksur jew tikkonferma li ċertu nuqqas ta’ azzjoni ma jmurx kontra l-kostituzzjoni (179). F’dak il-każ, l-awtorità rilevanti hija meħtieġa tieħu miżuri biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti.

3.   AĊĊESS TAL-GVERN GĦALL-FINIJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI

3.1.   Awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali

Ir-Repubblika tal-Korea għandha żewġ aġenziji tal-intelligence dedikati: l-NIS u l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża. Lil hinn minn dan, il-pulizija u l-prosekuzzjoni jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.

L-NIS huwa stabbilit mill-Att dwar id-Dipartiment tal-Intelligence Nazzjonali (iktar ’il quddiem “l-Att dwar l-NIS”) u jopera direttament taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni tal-President (180). B’mod partikolari, l-NIS jiġbor, jikkompila u jqassam informazzjoni dwar pajjiżi barranin (u l-Korea ta’ Fuq) (181), intelligence relatata mal-kompitu tal-ġlieda kontra l-ispjunaġġ (inklużi spjunaġġ militari u industrijali), it-terroriżmu u l-attivitajiet ta’ sindakati internazzjonali tal-kriminalità, intelligence dwar ċerti tipi ta’ kriminalità diretta kontra s-sigurtà pubblika u nazzjonali (eż. insurrezzjoni domestika, aggressjoni barranija) u intelligence relatati mal-kompitu li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-theddid (182). L-Att dwar l-NIS, li jistabbilixxi l-NIS u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu, jipprovdi wkoll prinċipji ġenerali li jinkwadraw l-attivitajiet kollha tiegħu. Bħala prinċipju ġenerali, l-NIS irid iżomm in-newtralità politika u jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-individwi (183). Il-President tal-NIS huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ linji gwida ġenerali li jistabbilixxu l-prinċipji, l-iskop u l-proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tal-NIS fir-rigward tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni, u għandu jirrapportahom lill-Assemblea Nazzjonali (184). L-Assemblea Nazzjonali (permezz tal-Kumitat tal-Intelligence tagħha) tista’ tirrikjedi li l-linji gwida jiġu kkoreġuti jew issupplimentati jekk tqis li huma illegali jew inġusti. B’mod aktar ġenerali, meta jwettqu dmirijiethom, id-Direttur u l-persunal tal-NIS ma jistgħu jġiegħlu lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati li jagħmlu, u lanqas ma jistgħu jxekklu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbużaw mill-awtorità uffiċjali tagħhom (185). Barra minn hekk, kwalunkwe ċensura tal-posta, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-post, il-ġbir ta’ data dwar il-konferma tal-komunikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ jew smigħ ta’ komunikazzjonijiet privati mill-NIS iridu jikkonformaw mas-CPPA, l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni jew is-CPA (186). Kwalunkwe abbuż ta’ poter jew il-ġbir ta’ informazzjoni bi ksur ta’ dawn il-liġijiet huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali (187).

Il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa aġenzija tal-intelligence militari, stabbilita taħt il-Ministeru tad-Difiża. Huwa responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-militar, għall-investigazzjonijiet kriminali militari (suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari) u għall-intelligence militari. B’mod ġenerali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża ma jwettaqx sorveljanza tal-persuni ċivili, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet militari tiegħu. Persuni li jistgħu jiġu investigati huma persunal militari, impjegati ċivili tal-militar, persuni f’taħriġ militari, persuni f’riżerva militari jew reklutati tas-servizz u priġunieri tal-gwerra (188). Meta jiġbor informazzjoni dwar il-komunikazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti fis-CPPA u d-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tiegħu.

3.2.   Bażijiet ġuridiċi u limitazzjonijiet

Is-CPPA, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini u s-Sigurtà Pubblika (iktar ’il quddiem “l-Att dwar il-ġlieda kontra t-Terroriżmu”) u t-TBA jipprovdu bażijiet legali għall-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli (189). Dawn il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji, kif deskritti fit-taqsimiet li jmiss, jiżguraw li l-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu. Dan jeskludi kwalunkwe ġbir tal-massa u mingħajr distinzjoni ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali.

3.2.1.   Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni

3.2.1.1.   Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intelligence

3.2.1.1.1.   Bażi ġuridika

Is-CPPA jagħti s-setgħa lill-aġenziji tal-intelligence biex jiġbru data dwar il-komunikazzjoni u jirrikjedi li l-fornituri tal-komunikazzjoni jikkooperaw ma’ talbiet minn dawk l-aġenziji (190). Kif deskritt fit-taqsima 2.2.2.1, is-CPPA jagħmel distinzjoni bejn il-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet (jiġifieri“miżuri li jillimitaw il-komunikazzjoni” bħal miżuri ta’ “interċettazzjoni” jew ta’ “ċensura” (191)), u l-ġbir ta’ “data ta’ konferma tal-komunikazzjoni” (192).

Il-limitu għall-ġbir ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jvarja, iżda l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli huma fil-biċċa l-kbira identiċi (193). Il-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (jew tal-metadata) jista’ jsir għall-fini tal-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali (194). Limitu ogħla japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni (jiġifieri biex jinġabar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet), li jistgħu jittieħdu biss meta s-sigurtà nazzjonali tkun mistennija li titqiegħed f’periklu gravi u l-ġbir tal-intelligence jkun meħtieġ biex jiġi evitat dan il-periklu (jiġifieri jekk ikun hemm riskju gravi għas-sigurtà nazzjonali u l-ġbir ikun meħtieġ biex dan jiġi evitat) (195). Barra minn hekk, l-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet jista’ jitwettaq biss bħala l-aħħar miżura biex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali, u jridu jsiru sforzi biex jiġi mminimizzat il-ksur tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet (196). Anki meta tinkiseb l-approvazzjoni/il-permess xierqa/xieraq, tali miżuri jridu jitwaqqfu immedjatament ladarba ma jibqgħux meħtieġa, u b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tas-sigrieti tal-komunikazzjoni tal-individwu jkun limitat għall-minimu (197).

3.2.1.1.2.   Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi mill-inqas ċittadin Korean wieħed

Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) fejn individwu wieħed jew iż-żewġ individwi involuti fil-komunikazzjoni huma ċittadini Koreani jista’ jsir biss bil-permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti Għolja (198). It-talba mill-aġenzija tal-intelligence trid issir bil-miktub lil prosekutur jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli (199). Din trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u l-istabbiliment ta’ każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu/i fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir) (200). Il-Prosekutur/ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli min-naħa tiegħu jitlob permess minn Prim Imħallef anzjan tal-Qorti Għolja (201). Il-Prim Imħallef jista’ jagħti permess bil-miktub biss meta jqis/tqis li l-applikazzjoni tkun ġustifikata u jiċħad/tiċħad t-talba meta jqis/tqis li din tkun infondata (202). Il-mandat jispeċifika t-tip, l-objettiv, il-mira, l-iskop u l-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll fejn u kif dan jista’ jseħħ (203).

Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ li l-miżura jkollha l-għan li tinvestiga att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċeduri msemmija hawn fuq (204). Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jwettqu miżuri ta’ sorveljanza mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-qorti (205). Madankollu, immedjatament wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, l-aġenzija tal-intelligence trid titlob il-permess tal-qorti. Jekk il-permess ma jinkisibx fi żmien 36 siegħa minn meta jittieħdu l-miżuri, dawn iridu jitwaqqfu minnufih (206). Il-ġbir ta’ informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem irid isir f’konformità ma’ “dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza/ta’ interċettazzjoni” u l-aġenzija tal-intelligence li twettaq il-ġbir trid iżżomm reġistru ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenza (207).

F’każijiet fejn is-sorveljanza titlesta fi żmien qasir, fejn jiġi eskluż il-permess tal-qorti, il-kap tal-Uffiċċju kompetenti tal-Prosekutur Għoli jenħtieġ li jibgħat avviż ta’ miżura ta’ emerġenza mħejji mill-aġenzija tal-intelligence lill-kap tal-qorti kompetenti, li jżomm ir-reġistru tal-miżuri ta’ emerġenza (208). Dan jippermetti lill-qorti teżamina l-legalità tal-ġbir.

3.2.1.1.3.   Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni li tinvolvi biss ċittadini mhux Koreani

Sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani, l-aġenziji tal-intelligence jridu jiksbu approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-President (209). Tali komunikazzjonijiet jinġabru biss għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jekk jaqgħu f’waħda minn diversi kategoriji elenkati, jiġifieri komunikazzjonijiet bejn uffiċjali tal-gvern jew individwi oħra ta’ pajjiżi ostili għar-Repubblika tal-Korea, aġenziji barranin, gruppi jew ċittadini suspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet anti-Koreani, (210) jew membri ta’ gruppi fil-Peniżola Koreana b’mod effettiv lil hinn mis-sovranità tar-Repubblika tal-Korea u l-gruppi ġenerali tagħhom ibbażati f’pajjiżi barranin (211). Min-naħa l-oħra, jekk parti waħda għal komunikazzjoni tkun ċittadin tal-Korea u l-oħra ċittadin mhux tal-Korea, tkun meħtieġa approvazzjoni mill-qorti skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2.1.1.2.

Il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jissottometti pjan għall-miżuri maħsuba biex jittieħdu lid-Direttur tal-NIS (212). Id-Direttur tal-NIS jirrieżamina jekk il-pjan huwiex xieraq u, jekk dan ikun il-każ, jissottomettih għall-approvazzjoni lill-President (213). L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan hija l-istess bħall-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni għal permess mill-qorti biex tinġabar informazzjoni ta’ ċittadini Koreani (kif deskritt hawn fuq) (214). B’mod partikolari, trid tindika r-raġunijiet għall-ġbir (jiġifieri li s-sigurtà nazzjonali hija mistennija li titqiegħed f’periklu gravi, jew li l-ġbir huwa meħtieġ għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà nazzjonali), ir-raġunijiet ewlenin għal suspett, flimkien mal-materjali li jappoġġaw dawk ir-raġunijiet u li jistabbilixxu każ prima facie, kif ukoll id-dettalji tat-talba (jiġifieri l-objettivi, l-individwu(i) fil-mira, l-iskop, il-perjodu effettiv tal-ġbir, kif ukoll kif u fejn se jsir il-ġbir). Meta jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, l-iskop u r-raġunijiet tiegħu (215).

F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (216), trid tinkiseb approvazzjoni minn qabel mill-Ministru li għalih tappartjeni l-aġenzija tal-intelligence rilevanti. Madankollu, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li titlob l-approvazzjoni tal-President immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ emerġenza. Jekk aġenzija tal-intelligence tonqos milli tikseb approvazzjoni fi żmien 36 siegħa minn meta ssir l-applikazzjoni, il-ġbir irid jitwaqqaf minnufih (217). F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni miġbura dejjem tinqered.

3.2.1.1.4.   Limitazzjonijiet u salvagwardji ġenerali

Meta jitolbu l-kooperazzjoni ta’ entitajiet privati, l-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jipprovduhom bil-mandat tal-qorti/bil-permess presidenzjali jew b’kopja tal-kopertura ta’ dikjarazzjoni ta’ ċensura ta’ emerġenza, li l-entità mġiegħla jenħtieġ li żżomm fil-fajls tagħha (218) L-entitajiet mitluba jiddivulgaw informazzjoni lill-aġenziji tal-intelligence abbażi tas-CPPA jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu dan meta d-dikjarazzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ ċensura ta’ emerġenza tagħmel riferimenti għall-identifikatur ħażin (eż. numru tat-telefon li jappartjeni lil individwu differenti minn dak identifikat). Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-passwords użati għall-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgati (219).

L-aġenziji tal-intelligence jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jew il-ġbir ta’ informazzjoni ta’ konferma tal-komunikazzjoni lil uffiċċju postali jew fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (kif definit mill-Att dwar in-Negozju tat-Telekomunikazzjoni) (220). Kemm l-aġenzija tal-intelligence rilevanti kif ukoll il-fornitur li jirċievi talba għall-kooperazzjoni jenħtieġ li jżommu reġistri li jindikaw l-għan li jitolbu l-miżuri, id-data tal-eżekuzzjoni jew tal-kooperazzjoni, u l-għan tal-miżuri (eż. posta, telefon, posta elettronika) għal tliet snin (221). Il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu data ta’ konferma tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir fil-fajls tagħhom għal seba’ snin u jirrapportaw darbtejn fis-sena lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT (222).

L-aġenziji tal-intelligence jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-informazzjoni li jkunu ġabru u l-eżitu tal-attività ta’ sorveljanza lid-Direttur tal-NIS (223). Fir-rigward tal-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni, iridu jinżammu rekords tal-fatt li saret talba għal tali data, kif ukoll tat-talba bil-miktub stess u tal-istituzzjoni li bbażat ruħha fuqha (224).

Il-ġbir kemm tal-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjonijiet kif ukoll tal-komunikazzjoni jista’ jdum biss għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur u, jekk l-objettiv mixtieq jintlaħaq sadanittant, irid jitwaqqaf minnufih (225). Jekk il-kundizzjonijiet għall-permess jippersistu, il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ xhur, bil-permess tal-qorti jew bl-approvazzjoni tal-President. L-applikazzjoni biex tinkiseb l-approvazzjoni biex jiġu estiżi l-miżuri ta’ sorveljanza trid issir bil-miktub, u tkun tinkludi r-raġunijiet għaliex qiegħda tintalab estensjoni u tipprovdi l-materjali ta’ sostenn (226).

Skont il-bażi ġuridika għall-ġbir, l-individwi ġeneralment jiġu nnotifikati meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni miġbura tikkonċernax il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet jew data ta’ konferma ta’ komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ġietx miksuba permezz tal-proċedura ordinarja jew f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kap tal-aġenzija tal-intelligence jenħtieġ li jinnotifika lill-individwu kkonċernat bil-miktub dwar il-miżura ta’ sorveljanza fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun intemmet is-sorveljanza. (227) In-notifika trid tinkludi (1) il-fatt li l-informazzjoni tkun inġabret, (2) l-aġenzija ta’ eżekuzzjoni u (3) il-perjodu ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ikun probabbli li l-avviż iqiegħed is-sigurtà nazzjonali f’riskju jew jagħmel ħsara lill-ħajja u lis-sikurezza fiżika tan-nies, l-avviż jista’ jiġi ddifferit. (228) L-avviż irid jingħata fi żmien 30 jum ladarba r-raġunijiet għad-differiment ma jibqgħux jeżistu. (229)

Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ notifika japplika biss għall-ġbir ta’ informazzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tal-Korea. B’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċittadini mhux Koreani jiġu nnotifikati biss meta jinġabru l-komunikazzjonijiet tagħhom ma’ ċittadini Koreani. Għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ notifika meta jinġabru komunikazzjonijiet esklussivament bejn ċittadini mhux Koreani.

Il-kontenut ta’ kwalunkwe komunikazzjoni kif ukoll data ta’ konferma tal-komunikazzjoni miksuba permezz ta’ sorveljanza fuq il-bażi tas-CPPA jista’ jintuża biss (1) għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ ċerti reati, (2) għal proċedimenti dixxiplinari, (3) għal proċedimenti ġudizzjarji fejn parti relatata mal-komunikazzjoni tiddependi fuqhom f’talba għal danni jew (4) fuq il-bażi ta’ liġijiet oħra (230).

3.2.1.2.   Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija/prosekuturi għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali

Il-pulizija/il-prosekutur jistgħu jiġbru informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet kif deskritti fit-taqsima 3.2.1.1. Meta tittieħed azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (231), il-proċedura applikabbli hija dik li ġiet deskritta aktar kmieni fir-rigward tal-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (jiġifieri l-Artikolu 8 tas-CPPA).

3.2.2.   Ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati b’terroriżmu

3.2.2.1.   Bażi ġuridika

L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jagħti s-setgħa lid-Direttur tal-NIS biex jiġbor informazzjoni dwar suspettati terroristiċi. (232)Suspettat terroristiku” huwa definit bħala membru ta’ grupp terroristiku, (233) persuna li ppropagat grupp terroristiku (billi ppromwoviet u xerrdet ideat jew tattiċi ta’ grupp terroristiku), ġabret jew ikkontribwiet fondi għat-terroriżmu (234), jew li tkun involviet ruħha f’attivitajiet oħra ta’ tħejjija, ta’ konfoffa, ta’ propaganda, jew ta’ instigazzjoni għat-terroriżmu, jew persuna li għaliha jkun hemm raġunijiet tajbin biex tiġi suspettata li tkun wettqet tali attivitajiet (235). Bħala regola ġenerali, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jeżegwixxi l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet bażiċi stabbiliti fil-Kostituzzjoni Koreana (236).

L-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fih innifsu ma jistabbilixxix setgħat, limitazzjonijiet u salvagwardji speċifiċi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, iżda minflok jirreferi għall-proċeduri fi statuti oħra. L-ewwel nett, abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, id-Direttur tal-NIS jista’ jiġbor (1) informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mir-Repubblika tal-Korea, (2) informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji u (3) informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet. Skont it-tip ta’ informazzjoni mitluba, ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti huma pprovduti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali, fl-ARUSFTI jew fis-CPPA, rispettivament. (237) Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul u t-tluq mill-Korea, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għall-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u fl-Att Doganali. Madankollu, dawn l-atti fil-preżent ma jipprovdux għal dawn is-setgħat. Għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jirreferi għal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fis-CPPA u l-ARUSFTI (li, kif spjegat fit-taqsima 2.1 mhux rilevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza).

Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jispeċifika li d-Direttur tal-NIS jista’ jitlob informazzjoni personali jew informazzjoni dwar il-post ta’ suspettat terroristiku minn kontrollur ta’ informazzjoni personali (238) jew minn fornitur ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoni (239). Din il-possibbiltà hija limitata għal talbiet għal divulgazzjoni volontarja, li għalihom il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-post ma humiex meħtieġa jwieġbu, u fi kwalunkwe każ jistgħu jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni (ara t-taqsima 3.2.2.2 aktar ’il quddiem).

3.2.2.2.   Limitazzjonijiet u salvagwardji li japplikaw għad-divulgazzjoni volontarja skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni

It-talbiet għal kooperazzjoni volontarja skont l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jridu jkunu limitati għal informazzjoni dwar suspettati terroristiċi (ara t-taqsima 3.2.2.1 hawn fuq). Kwalunkwe talba bħal din mill-NIS trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)) (240) kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, l-Att dwar l-NIS jispeċifika li l-NIS ma jista’ jġiegħel lill-ebda istituzzjoni, organizzazzjoni jew individwu biex jagħmlu dak kollu li ma humiex obbligati jagħmlu, u lanqas ma jista’ jfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, billi jabbuża mill-awtorità uffiċjali tiegħu. (241) Ksur ta’ din il-projbizzjoni jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminali (242).

Il-kontrolluri tal-informazzjoni personali u l-fornituri tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni li jirċievu talbiet mill-NIS abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ma humiex meħtieġa jikkonformaw. Dawn jistgħu jikkonformaw fuq bażi volontarja, iżda jitħallew jagħmlu dan biss skont il-PIPA u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Pożizzjoni.. B’mod partikolari, operatur tan-negozju tat-telekomunikazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidra l-interessi tas-suġġett tad-data u ma jistax jiddivulga l-informazzjoni jekk x’aktarx li tikser b’mod inġust l-interess tal-individwu jew ta’ terzi (243). Barra minn hekk, f’konformità man-Notifika Nru 2021-1 dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, l-individwu kkonċernat irid jiġi nnotifikat bid-divulgazzjoni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tali notifika tista’ tiġi ttardjata, b’mod partikolari jekk u sakemm in-notifika tippreġudika investigazzjoni kriminali pendenti jew li x’aktarx tkun ta’ ħsara għall-ħajja jew għall-ġisem ta’ persuna oħra, meta dawk id-drittijiet jew l-interessi jkunu manifestament superjuri għad-drittijiet tas-suġġett tad-data(244)

3.2.2.3.   Limitazzjonijiet u salvagwardji skont is-CPPA

Abbażi tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji tal-intelligence jistgħu jiġbru biss informazzjoni dwar il-komunikazzjoni (kemm il-kontenut tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni kif ukoll tal-komunikazzjoni) meta jkun meħtieġ għal attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, jiġifieri attivitajiet relatati mal-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kontromiżuri kontrih. Il-proċeduri tas-CPPA deskritti fit-taqsima 3.2.1 japplikaw għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ komunikazzjoni għal finijiet ta’ kontra t-terroriżmu.

3.2.3.   Divulgazzjoni volontarja mill-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni

Fuq il-bażi tat-TBA, l-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jistgħu jikkonformaw ma’ talba għad-divulgazzjoni ta’ “data dwar il-komunikazzjonijiet” minn aġenzija tal-intelligence li jkollha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni biex tipprevjeni theddida għas-sigurtà nazzjonali (245). Kwalunkwe talba bħal din trid tikkonforma mal-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni Koreana (l-Artikoli 12(1) u 37(2)) (246) kif ukoll mar-rekwiżiti tal-PIPA għall-ġbir ta’ informazzjoni personali (l-Artikolu 3(1) tal-PIPA, ara t-taqsima 1.2 hawn fuq). Barra minn hekk, japplikaw l-istess limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tad-divulgazzjonijiet volontarji għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara t-taqsima 2.2.3) (247).

L-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni ma humiex meħtieġa jikkonformaw, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja u biss f’konformità mal-PIPA. F'dan ir-rigward, anki fir-rigward tan-notifika tal-individwu, japplikaw l-istess obbligi għall-operaturi tan-negozju tat-telekomunikazzjoni bħal meta jirċievu talbiet minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 2.2.3.

3.3.   Sorveljanza

Korpi differenti jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tal-intelligence Koreani. Is-sorveljanza tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, skont id-Direttiva tal-Ministeru dwar l-Implimentazzjoni tal-Awditu Intern. L-NIS huwa suġġett għal sorveljanza mill-eżekuttiv, mill-Assemblea Nazzjonali u minn korpi indipendenti oħra, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt.

3.3.1.   Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem

Meta l-aġenziji tal-intelligence jiġbru informazzjoni dwar persuni suspettati terroristiċi, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jipprevedi sorveljanza mill-Kummissjoni kontra t-Terroriżmu u mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem “HRPO”) (248).

Il-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, inter alia, tiżviluppa politiki dwar l-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll l-attivitajiet ta’ awtoritajiet kompetenti differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (249). Il-Kummissjoni hija ppreseduta mill-Prim Ministru u hija magħmula minn diversi ministri u kapijiet ta’ aġenziji governattivi, inkluż il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministru tal-Intern u s-Sikurezza, id-Direttur tal-NIS, il-Kummissarju Ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija u l-President tal-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji (250). Meta jwettaq investigazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jintraċċa persuni suspettati b’terroriżmu biex jiġbor informazzjoni jew materjali meħtieġa għall-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Direttur tal-NIS irid jirrapporta liċ-Chairperson tal-Kummissjoni kontra t-terroriżmu (jiġifieri l-Prim Ministru) (251).

Barra minn hekk, l-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jistabbilixxi l-HRPO sabiex jiġu protetti d-drittijiet bażiċi tal-individwi kontra l-ksur ikkawżat minn attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (252). L-HRPO jinħatar miċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fost individwi li jissodisfaw il-kwalifiki elenkati fid-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (jiġifieri kwalunkwe persuna kkwalifikata bħala avukat b’esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, jew b’għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jservi jew li serva (mill-inqas) bħala professur assoċjat għal mill-inqas għaxar snin, jew li serva bħala uffiċjal pubbliku ogħla fl-aġenziji tal-Istat jew fil-gvernijiet lokali, jew b’mill-inqas għaxar snin esperjenza professjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, eż. f’organizzazzjoni mhux governattiva) (253). L-HRPO jinħatar għal sentejn (bil-possibbiltà ta’ mandat imġedded) u jista’ jitneħħa biss mill-kariga għal raġunijiet speċifiċi u limitati u għal kawża tajba, eż. meta jiġi akkużat f’każ kriminali relatat mad-dmirijiet tiegħu/tagħha, meta jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali, jew minħabba inkapaċità mentali jew fiżika fit-tul (254).

F’termini ta’ setgħat, l-HRPO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji involuti f’attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jipproċessa petizzjonijiet ċivili (ara t-taqsima 3.4.3) (255). Meta l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod raġonevoli, l-HRPO jista’ tirrakkomanda lill-kap tal-aġenzija responsabbli biex jikkoreġi tali ksur (256). Min-naħa tagħha, l-aġenzija responsabbli jenħtieġ li tinnotifika lill-HRPO bl-azzjoni meħuda biex timplimenta tali rakkomandazzjoni (257). Jekk l-aġenzija tonqos milli timplimenta rakkomandazzjoni tal-HRPO, il-kwistjoni tiġi elevata għand il-Kummissjoni, inkluż iċ-Chairperson tagħha, il-Prim Ministru. S’issa, ma kien hemm l-ebda każ fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-HRPO ma ġewx implimentati.

3.3.2.   L-Assemblea Nazzjonali

Kif deskritt fit-taqsima 2.3.2, l-Assemblea Nazzjonali tista’ tinvestiga u tispezzjona l-awtoritajiet pubbliċi u f’dak il-kuntest titlob id-divulgazzjoni ta’ dokumenti u tħarrek ix-xhieda. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NIS, din is-sorveljanza parlamentari titwettaq mill-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali (258). Id-Direttur tal-NIS, li jissorvelja t-twettiq tad-dmirijiet mill-aġenzija, jirrapporta lill-Kumitat tal-Intelligence (kif ukoll lill-President) (259). Il-Kumitat tal-Intelligence innifsu jista’ jitlob ukoll rapport dwar kwistjoni speċifika, li għaliha d-Direttur tal-NIS huwa meħtieġ iwieġeb mingħajr dewmien (260). Huwa jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb jew jixhed quddiem il-Kumitat tal-Intelligence fir-rigward tas-sigrieti tal-Istat dwar kwistjonijiet militari, diplomatiċi jew relatati mal-Korea ta’ Fuq fejn l-għarfien pubbliku jista’ jkollu impatt serju fuq il-futur nazzjonali (261). F’dan il-każ, il-Kumitat tal-Intelligence jista’ jitlob spjegazzjoni mill-Prim Ministru. Jekk tali spjegazzjoni ma tiġix sottomessa fi żmien sebat ijiem minn meta ssir it-talba, it-tweġiba jew ix-xhieda ma jistgħux jiġu rrifjutati aktar.

Jekk l-Assemblea Nazzjonali ssib li kien hemm attività illegali jew mhux xierqa, hija tista’ titlob li l-awtorità pubblika rilevanti tieħu miżuri korrettivi, inkluż l-għoti ta’ kumpens, it-teħid ta’ azzjoni dixxiplinari, u t-titjib tal-proċeduri interni tagħha (262). Wara talba bħal din, l-awtorità trid taġixxi mingħajr dewmien u tirrapporta l-eżitu lill-Assemblea Nazzjonali. Jeżistu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza parlamentari fir-rigward tal-użu ta’ miżuri li jirrestrinġu l-komunikazzjoni (jiġifieri l-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet) skont is-CPPA (263). Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-Assemblea Nazzjonali tista’ titlob lill-kapijiet tal-aġenziji tal-intelligence għal rapport dwar kwalunkwe miżura speċifika ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post ta’ tagħmir ta’ interċettazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aġenziji tal-intelligence li jkunu ġabru u l-operaturi li jkunu ddivulgaw informazzjoni dwar il-kontenut għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jenħtieġ li jirrapportaw dwar tali divulgazzjoni fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali.

3.3.3.   Il-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni

Il-BAI iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-aġenziji tal-intelligence bħal fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (ara t-taqsima 2.3.2) (264).

3.3.4.   Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali

Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, inkluż l-istadju tal-ġbir, titwettaq sorveljanza addizzjonali mill-PIPC. Kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 1.2, dan jinkludi l-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3, 58(4) tal-PIPA kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali ggarantiti mill-Artikolu 4 tal-PIPA. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7-8(3), (4) u l-Artikolu 7-9(5) tal-PIPA, is-sorveljanza tal-PIPC tkopri wkoll ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali, bħas-CPPA, l-Att tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u t-TBA. Minħabba r-rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) tal-PIPA għall-ġbir legali u ġust ta’ informazzjoni personali, kwalunkwe ksur ta’ dawk l-atti jikkostitwixxi ksur tal-PIPA. Għalhekk, il-PIPC għandha s-setgħa li tinvestiga (265) ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-aċċess għad-data għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ir-regoli ta’ pproċessar fil-PIPA, u li toħroġ parir għat-titjib, timponi miżuri korrettivi, jirrakkomanda azzjoni dixxiplinari u tirreferi reati potenzjali lill-awtoritajiet investigattivi rilevanti (266).

3.3.5.   Il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

Is-sorveljanza mill-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bħal dik għal awtoritajiet oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.3.2).

3.4.   Rimedju individwali

3.4.1.   Rimedju quddiem l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem

Fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu, tiġi pprovduta soluzzjoni ta’ rimedju speċifika mill-HRPO, stabbilit taħt il-Kummissjoni kontra t-terroriżmu. L-HRPO jittratta petizzjonijiet ċivili relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala konsegwenza tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (267). Huwa jista’ jirrakkomanda azzjoni korrettiva u l-aġenzija rilevanti jenħtieġ li tirrapporta lill-Uffiċjal kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi implimentata tali rakkomandazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit permanenti għall-individwi biex jippreżentaw ilment mal-HRPO. B’konsegwenza ta’ dan, ilment jiġi pproċessat mill-HRPO anke jekk l-individwu kkonċernat ma jkunx jista’ juri dannu fattwali fl-istadju ta’ ammissibbiltà.

3.4.2.   Mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli taħt il-PIPA

L-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess, korrezzjoni, tħassir u sospensjoni skont il-PIPA fir-rigward ta’ informazzjoni personali pproċessata għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali (268). It-talbiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-aġenzija tal-intelligence, jew indirettament permezz tal-PIPC. L-aġenzija tal-intelligence tista’ ddewwem, tillimita jew tiċħad l-eżerċizzju tad-dritt sal-punt u sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat biex tipproteġi objettiv importanti ta’ interess pubbliku (eż. sal-punt li u sakemm l-għoti tad-dritt jippreġudika investigazzjoni pendenti jew jhedded is-sigurtà nazzjonali), jew fejn l-għoti tad-dritt jista’ jikkawża dannu lill-ħajja jew lill-ġisem ta’ terzi. Meta t-talba tiġi miċħuda jew ristretta, l-individwu jenħtieġ li jiġi nnotifikat bir-raġunijiet mingħajr dewmien.

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 58(4) tal-PIPA (rekwiżit li jiġi żgurat it-trattament xieraq ta’ lmenti individwali) u mal-Artikolu 4(5) tal-PIPA (dritt għal rimedju xieraq għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ipproċessar ta’ informazzjoni personali, permezz ta’ proċedura fil-pront u ġusta), l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu rimedju. Dan jinkludi d-dritt li jiġi rrapportat allegat ksur liċ-Ċentru tas-sejħa għall-Privatezza operat mill-Aġenzija tal-Internet u s-Sigurtà tal-Korea u li jiġi ppreżentat ilment mal-PIPC (269). Dawn il-mezzi ta’ rimedju huma disponibbli kemm f’każ ta’ ksur possibbli tar-regoli li jinsabu f’liġijiet speċifiċi li jistabbilixxu l-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni personali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll tal-PIPA. Kif spjegat fin-Notifika Nru 2021-1, individwu tal-UE jista’ jissottometti lment lill-PIPC permezz tal-awtorità nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F’dan il-każ, il-PIPC tinnotifika lill-individwu permezz tal-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data ladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, b’informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi imposti). Id-deċiżjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-PIPC jistgħu jiġu appellati ulterjorment quddiem il-qrati Koreani skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

3.4.3.   Rimedju quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-possibbiltà li jinkiseb rimedju individwali quddiem l-NHRC tapplika bl-istess mod għall-aġenziji tal-intelligence bl-istess mod li tapplika għall-awtoritajiet l-oħra tal-gvern (ara t-taqsima 2.4.2).

3.4.4.   Rimedju ġudizzjarju

Kif inhu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali, l-individwi jistgħu jiksbu rimedju ġudizzjarju kontra l-aġenziji tal-intelligence fir-rigward tal-ksur tal-limitazzjonijiet u s-salvagwardji msemmija hawn fuq b’mezzi differenti.

L-ewwel nett, l-individwi jistgħu jiksbu kumpens għad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. Pereżempju, f’każ wieħed, ingħata kumpens fir-rigward tas-sorveljanza illegali mill-Kmand ta’ Appoġġ għad-Difiża (il-predeċessur tal-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża) (270).

It-tieni, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv jippermetti lill-individwi jikkontestaw id-dispożizzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-aġenziji amministrattivi, inklużi l-aġenziji tal-intelligence (271).

Fl-aħħar nett, l-individwi jistgħu jippreżentaw ilment kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra miżuri meħuda mill-aġenziji tal-intelligence abbażi tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.


(1)  L-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Korea, ippromulgat fis-17 ta’ Lulju 1948 (iktar hawn ’il quddiem “il-Kostituzzjoni”).

(2)  L-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.

(3)  L-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni.

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 96DA42789 tal-Qorti Suprema tal-Korea, tal-24 ta’ Lulju 1998.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2002Hun-Ma51, tat-30 ta’ Ottubru 2003. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni 99Hun-Ma513 u 2004Hun-Ma190 (konsolidata), tas-26 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Kostituzzjonali ċċarat li “id-dritt li tiġi kkontrollata l-informazzjoni personali proprja huwa dritt tas-suġġett tal-informazzjoni li jiddeċiedi personalment meta, lil min jew minn min, u sa liema punt l-informazzjoni tiegħu se tiġi divulgata jew użata. Huwa dritt bażiku, għalkemm mhux speċifikat fil-Kostituzzjoni, li jeżisti biex jipproteġi l-libertà personali tad-deċiżjoni mir-riskju kkawżat mit-tkabbir tal-funzjonijiet tal-istat u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.”

(6)  L-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tal-Kostituzzjoni.

(7)  L-Artikoli 16 u 12(3) tal-Kostituzzjoni.

(8)  L-Artikolu 12(3) tal-Kostituzzjoni.

(9)  L-Artikolu 6(2) tal-Kostituzzjoni.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 93Hun-MA120, tad-29 ta’ Diċembru 1994. Ara wkoll pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru. 2014Hun-Ma346 (tal-31 ta’ Mejju 2018), fejn il-Qorti ddeċidiet li d-dritt kostituzzjonali ta’ ċittadin tas-Sudan miżmum l-ajruport li jirċievi assistenza ta’ avukat kien miksur. F’każ ieħor, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-libertà li wieħed jagħżel il-post tax-xogħol legali tiegħu hija relatata mill-qrib mad-dritt li jfittex il-kuntentizza kif ukoll mad-dinjità u l-valur tal-bniedem, u għalhekk ma hijiex riżervata għaċ-ċittadini biss iżda tista’ tiġi ggarantita wkoll lil barranin li huma legalment impjegati fir-Repubblika tal-Korea (id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2007 Hun-Ma1083, tad-29 ta’ Settembru 2011).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa494, tad-29 ta’ Novembru 2001.

(12)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HunMa513.

(13)  L-Artikolu 29(1) tal-Kostituzzjoni.

(14)  L-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

(15)  L-Artikolu 5(1) tal-PIPA.

(16)  L-Artikolu 58(1) lit. 2 tal-PIPA.

(17)  In-Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, it-Taqsima III, 6.

(18)  Ara l-Artikolu 3 tal-Att tal-NIS (l-Att Nru 12948), li jirreferi għal investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti reati, bħall-insurrezzjoni, ir-ribelljoni u r-reati relatati mas-sigurtà nazzjonali (eż. spjunaġġ). Il-proċeduri tas-CPA fir-rigward tat-tfittxijiet u s-sekwestri japplikaw f’kuntest bħal dan, filwaqt li s-CPPA jirregola l-ġbir tad-data dwar il-komunikazzjoni (ara l-parti 3 dwar id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-aċċess għall-komunikazzjonijiet għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali).

(19)  L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.

(20)  L-Artikoli 106(1), 107 u 109 tas-CPA.

(21)  L-Artikolu 198(2) tas-CPA.

(22)  L-Artikolu 199(1) tas-CPA.

(23)  L-Artikolu 215(1) u (2) tas-CPA.

(24)  L-Artikolu 108(1) tar-Regolament dwar il-Proċedura Kriminali.

(25)  L-Artikolu 114(1) tas-CPA flimkien mal-Artikolu 219 tas-CPA.

(26)  L-Artikolu 113 tas-CPA.

(27)  L-Artikolu 121 u 122 tas-CPA.

(28)  L-Artikolu 106(3) tas-CPA.

(29)  L-Artikolu 106(3) tas-CPA.

(30)  L-Artikolu 219 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 106(4) tas-CPA.

(31)  L-Artikolu 216(3) tas-CPA.

(32)  L-Artikolu 216(3) tas-CPA.

(33)  L-Artikolu 216(1) u (2) tas-CPA.

(34)  L-Artikolu 218 tas-CPA. Fir-rigward tal-informazzjoni personali, dan ikopri biss il-produzzjoni volontarja mill-individwu kkonċernat stess, mhux minn kontrollur tal-informazzjoni personali li jkollu tali informazzjoni (li tkun teħtieġ bażi ġuridika speċifika skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali). L-Artikoli prodotti b’mod volontarju jiġu ammessi biss bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti jekk ma jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar in-natura volontarja tad-divulgazzjoni, fatt li għandu jiġi muri mill-prosekutur. Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2013Do11233, tal-10 ta’ Marzu 2016.

(35)  L-Artikolu 308-2 tas-CPA.

(36)  L-Artikolu 321 tal-Att Kriminali.

(37)  L-Artikolu 3 tas-CPPA. L-Att dwar il-Qorti Militari fil-prinċipju jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar persunal militari u jista’ japplika biss għal persuni ċivili f’għadd limitat ta’ każijiet (eż. jekk persunal militari u persuni ċivili jwettqu reat flimkien, jew jekk individwu jwettaq reat kontra l-militar, jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem qorti militari, ara l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Qorti Militari). Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tfittxijiet u s-sekwestri huma simili għas-CPA, ara eż. l-Artikoli 146-149 u 153-156 tal-Att dwar il-Qorti Militari. Pereżempju, il-posta tista’ tinġabar biss meta jkun meħtieġ għal investigazzjoni u abbażi ta’ mandat mill-Qorti Militari. Sa fejn jinġabru l-komunikazzjonijiet elettroniċi, japplikaw il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji tas-CPPA.

(38)  L-Artikolu 2(1) tas-CPPA, jiġifieri “it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ kull tip ta’ ħsejjes, kliem, simboli jew immaġnijiet bil-fili, bla fili, bil-fibrottika jew b’sistema elettromanjetika oħra, inklużi t-telefon, il-posta elettronika, is-servizz ta’ informazzjoni dwar is-sħubija, il-fax u l-paging bir-radju”.

(39)  L-Artikoli 2(7) u 3(2) tas-CPPA

(40)  “Ċensura” hija definita bħala “il-posta tal-ftuħ mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-akkwist ta’ għarfien, ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tal-kontenut tagħha permezz ta’ mezzi oħra” (l-Artikolu 2(6) tas-CPPA). “Interċettazzjoni” tfisser “l-akkwist jew ir-reġistrazzjoni tal-kontenut tat-telekomunikazzjonijiet billi wieħed jisma’ jew jaqra b’mod komunitarju l-ħsejjes, il-kliem, is-simboli jew l-istampi tal-komunikazzjonijiet permezz ta’ apparat elettroniku u mekkaniku mingħajr il-kunsens tal-parti kkonċernata jew l-interferenza mat-trażmissjoni u r-riċeviment tagħhom” (l-Artikolu 2(7) tas-CPPA).

(41)  L-Artikolu 2(11) tas-CPPA.

(42)  L-Artikoli 16 u 17 tas-CPPA. Dan japplika pereżempju għall-ġbir mingħajr mandat, in-nuqqas ta’ żamma tar-rekords, in-nuqqas ta’ waqfien tal-ġbir meta emerġenza ma tibqax teżisti, jew in-nuqqas ta’ avviż lill-individwu kkonċernat.

(43)  L-Artikolu 3(2) tas-CPPA.

(44)  L-Artikolu 5(1) tas-CPPA.

(45)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(46)  L-Artikolu 5(1) tas-CPPA.

(47)  L-Artikolu 5(2) tas-CPPA.

(48)  L-Artikolu 6(1) tas-CPPA.

(49)  L-Artikolu 6(2) tas-CPPA.

(50)  L-Artikolu 6(4) tas-CPPA u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(51)  L-Artikoli 6(5) u 6(8) tas-CPPA.

(52)  L-Artikolu 6(6) tas-CPPA.

(53)  L-Artikolu 6(7) tas-CPPA.

(54)  L-Artikolu 6(7) tas-CPPA.

(55)  L-Artikolu 6(8) tas-CPPA.

(56)  L-Artikolu 9(2) tas-CPPA.

(57)  L-Artikolu 15-2 tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(58)  L-Artikolu 9(4) tas-CPPA.

(59)  L-Artikolu 9(3) tas-CPPA.

(60)  L-Artikolu 18(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(61)  L-Artikolu 18(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(62)  L-Artikolu 9-2(1) tas-CPPA.

(63)  L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.

(64)  L-Artikolu 9-2(5) tas-CPPA.

(65)  L-Artikolu 9-2(6) tas-CPPA.

(66)  L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.

(67)  L-Artikolu 8(2) tas-CPPA.

(68)  L-Artikolu 8(3) tas-CPPA u l-Artikolu 16(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(69)  L-Artikolu 8(4) tas-CPPA.

(70)  Jiġifieri, li hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jissuspetta li ċerti reati serji qed jiġu ppjanati jew jitwettqu, jew twettqu u ma huwiex prattikabbli mod ieħor li jiġi evitat li jitwettaq reat, li jiġi arrestat il-kriminali, jew li tinġabar evidenza.

(71)  L-Artikolu 8(5) tas-CPPA.

(72)  L-Artikolu 8(6)-(7) tas-CPPA.

(73)  L-Artikolu 12 tas-CPPA.

(74)  L-Artikolu 12-2 tas-CPPA.

(75)  Il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija li jeżegwixxi l-miżuri ta’ restrizzjoni tal-komunikazzjoni jrid jagħżel it-telekomunikazzjonijiet li għandhom jinżammu fi żmien 14-il jum wara li jintemmu l-miżuri u jitlob l-approvazzjoni tal-qorti (fil-każ ta’ offerta tal-pulizija, l-applikazzjoni trid issir lil prosekutur, li min-naħa tiegħu jissottometti t-talba lill-qorti), ara l-Artikolu 12-2(1) u (2) tas-CPPA.

(76)  L-Artikolu 12-2(3) tas-CPPA.

(77)  L-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.

(78)  L-Artikolu 12-2(5) tas-CPPA.

(79)  L-Artikolu 4 tas-CPPA.

(80)  L-Artikolu 11(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(81)  L-Artikolu 13(1) tas-CPPA.

(82)  L-Artikoli 13 u 6 tas-CPPA.

(83)  L-Artikolu 13(2) tas-CPPA. Kif inhu l-każ għal miżuri urġenti li jillimitaw il-komunikazzjoni, irid jitfassal dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-każ (il-persuna suspettata, il-miżuri li għandhom jittieħdu, ir-reat suspettat kif ukoll l-urġenza). Ara l-Artikolu 37(5) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(84)  L-Artikolu 13(3) tas-CPPA.

(85)  L-Artikolu 13(5) u (6) tas-CPPA.

(86)  L-Artikolu 13(7) tas-CPPA.

(87)  Ara l-Artikolu 13-3(7), flimkien mal-Artikolu 9-2 tas-CPPA.

(88)  L-Artikolu 13-3(1) tas-CPPA.

(89)  L-Artikolu 13-3(2) tas-CPPA.

(90)  L-Artikolu 13-3(3) tas-CPPA.

(91)  L-Artikolu 13-3(4) tas-CPPA.

(92)  L-Artikolu 13-3(5) tas-CPPA.

(93)  L-Artikolu 13-3(6) tas-CPPA.

(94)  L-Artikolu 83(3) tat-TBA.

(95)  L-Artikolu 2(9) tat-TBA.

(96)  L-Artikolu 83(4) tat-TBA.

(97)  L-Artikolu 83(4) tat-TBA.

(98)  L-Artikolu 83(5) tat-TBA.

(99)  L-Artikolu 83(6) tat-TBA.

(100)  L-Artikolu 18(2) tal-PIPA.

(101)  Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.

(102)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2012Da105482, tal-10 ta’ Marzu 2016.

(103)  L-Artikoli 3 u 5 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(104)  L-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(105)  L-Artikoli 8-11 Att dwar l-Awditu tas-Settur Pubbliku.

(106)  L-Artikoli 16 et seq. tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(107)  L-Artikolu 23(2) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(108)  L-Artikolu 23(1) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(109)  L-Artikolu 23(3) tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(110)  L-Artikolu 26 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(111)  L-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Awditi tas-Settur Pubbliku.

(112)  Ara b’mod partikolari d-diviżjonijiet taħt id-Direttur Ġenerali għall-awditu u l-Ispezzjoni: https://www.police.go.kr/eng/knpa/org/org01.jsp.

(113)  L-Artikoli 24 u 31-35 tal-Bord tal-Awditu u l-Ispezzjoni (iktar ’il quddiem “l-Att dwar il-BAI”).

(114)  L-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-BAI.

(115)  L-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-BAI.

(116)  L-Artikolu 4(1) tal-Att dwar il-BAI.

(117)  L-Artikoli 5(1) u 6 tal-Att dwar il-BAI.

(118)  Eż. li serva bħala imħallef, prosekutur pubbliku jew avukat għal mill-inqas għaxar snin, ħadem bħala uffiċjal pubbliku, jew professur jew pożizzjoni ta’ grad ogħla f’università għal mill-inqas tmien snin, jew ħadem għal mill-inqas għaxar snin f’korporazzjoni elenkata fil-borża jew f’istituzzjoni b’investiment mill-gvern (li tal-inqas ħames snin minnhom bħala uffiċjal eżekuttiv), ara l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-BAI.

(119)  L-Artikolu 8 tal-Att dwar il-BAI.

(120)  L-Artikolu 9 tal-Att dwar il-BAI.

(121)  Ara pereżempju l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-BAI.

(122)  L-Artikoli 20 u 24 tal-Att dwar il-BAI.

(123)  L-Artikolu 128 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali u l-Artikoli 2, 3 u 15 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Dan jinkludi spezzjonijiet annwali tal-affarijiet tal-gvern b’mod ġenerali u investigazzjonijiet ta’ kwistjonijiet speċifiċi.

(124)  L-Artikolu 10(1) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Ara wkoll l-Artikoli 128 u 129 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.

(125)  L-Artikolu 14 Att dwar ix-Xhieda, l-Evalwazzjoni, eċċ. quddiem l-Assemblea nazzjonali.

(126)  L-Artikolu 12-2 tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(127)  L-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(128)  L-Artikolu 16(3) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(129)  Ara n-notifika tal-PIPC Nru 2021-1 dwar Regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali.

(130)  L-Artikolu 63 tal-PIPA.

(131)  L-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.

(132)  L-Artikoli 70-74 tal-PIPA.

(133)  L-Artikolu 65(1) tal-PIPA.

(134)  L-Artikolu 1 Att dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem “l-Att dwar l-NHRC”).

(135)  L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att dwar l-NHRC.

(136)  L-Artikolu 5(3) tal-Att dwar l-NHRC.

(137)  L-Artikolu 5(5) tal-Att dwar l-NHRC.

(138)  L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-NHRC.

(139)  L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-NHRC.

(140)  L-Artikolu 36 tal-Att dwar l-NHRC. F’konformità mal-Artikolu 36(7) tal-Att, is-sottomissjoni ta’ materjali jew oġġetti tista’ tiġi miċħuda jekk tkun ta’ ħsara għall-kunfidenzjalità tal-istat li jista’ jkollha effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi jew tkun ta’ ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-kap tal-aġenzija rilevanti (li jrid jikkonforma in bona fide) fejn ikun meħtieġ biex tirrevedi jekk ir-rifjut li tiġi pprovduta l-informazzjoni huwiex ġustifikat.

(141)  L-Artikolu 25(1) tal-Att dwar l-NHRC.

(142)  L-Artikolu 25(3) tal-Att dwar l-NHRC.

(143)  L-Artikolu 25(4) tal-Att dwar l-NHRC.

(144)  L-Artikolu 35(2) tal-PIPA.

(145)  L-Artikolu 35(4) tal-PIPA.

(146)  L-Artikolu 42(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.

(147)  L-Artikolu 36(1)-(2) tal-PIPA u l-Artikolu 43(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-PIPA.

(148)  L-Artikolu 62 tal-PIPA.

(149)  L-Artikoli 40-50 tal-PIPA u l-Artikoli 48-2 sa 57 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-PIPA.

(150)  Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-NHRC jirreferi għaċ-ċittadini u l-barranin residenti fir-Repubblika tal-Korea, it-terminu “residenti” jirrifletti kunċett ta’ ġuriżdizzjoni aktar milli territorju. Għalhekk, jekk id-drittijiet fundamentali ta’ barrani barra mill-Korea jiġu miksura mill-istituzzjonijiet nazzjonali fil-Korea, dak l-individwu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NHRC. Ara pereżempju l-mistoqsija korrispondenti fuq il-paġna tal-mistoqsijiet frekwenti tal-NHRC, disponibbli fuq https://www.humanrights.go.kr/site/program/board/basicboard/list?boardtypeid=7025&menuid=002004005001&pagesize=10&currentpage=2. Dan ikun il-każ jekk id-data personali ta’ barrani ttrasferita lejn il-Korea tiġi aċċessata illegalment mill-awtoritajiet pubbliċi Koreani.

(151)  Fil-prinċipju, ilment irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mill-ksur, iżda l-NHRC xorta tista’ tiddeċiedi li tinvestiga ilment li jiġi ppreżentat wara dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-istatut ta’ limitazzjoni skont il-liġi kriminali jew ċivili ma jkunx skada (l-Artikolu 32(1) lit. 4 tal-Att dwar l-NHRC).

(152)  L-Artikoli 42 et seq. tal-Att dwar l-NHRC.

(153)  L-Artikoli 36 u 37 tal-Att dwar l-NHRC.

(154)  L-Artikolu 44 tal-Att dwar l-NHRC.

(155)  L-Artikolu 42(4) tal-Att dwar l-NHRC.

(156)  L-Artikolu 48 tal-Att dwar l-NHRC.

(157)  Pereżempju, jekk l-NHRC b’mod eċċezzjonali ma tkunx tista’ tispezzjona ċerti materjali jew faċilitajiet minħabba li jikkonċernaw sigrieti tal-Istat li jista’ jkollhom effett sostanzjali fuq is-sigurtà tal-Istat jew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, jew fejn l-ispezzjoni tippreżenta ostakolu serju għal investigazzjoni kriminali jew għal proċess pendenti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 166), u fejn dan jipprevjeni lill-NHRC milli twettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-merti tal-petizzjoni riċevuta, hija tinforma lill-individwu bir-raġunijiet għaliex l-ilment ġie miċħud, f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Att dwar l-NHRC. F’dan il-każ, l-individwu jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-NHRC skont l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(158)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seul 2007Nu27259, tat-18 ta’ April 2008, ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2008Du7854, tad-9 ta’ Ottubru 2008; Id-Deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Seoul 2017Nu69382, tat-2 ta’ Frar 2018.

(159)  L-Artikoli 121 u 219 tas-CPA

(160)  L-Artikolu 417 tas-CPA flimkien mal-Artikolu 414(2) tas-CPA. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 97Mo66, tad-29 ta’ Settembru 1997.

(161)  L-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.

(162)  L-Artikoli 9 u 12 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat. L-Att jistabbilixxi Kunsilli Distrettwali (ippreseduti mill-Viċi prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur korrispondenti), Kunsill Ċentrali (ippresedut mill-Viċi Ministru tal-Ġustizzja) u Kunsill Speċjali (ippresedut mill-Viċi Ministru tad-Difiża Nazzjonali u inkarigat mit-talbiet għal kumpens għad-danni magħmula minn persunal militari jew minn impjegati ċivili tal-militar). It-talbiet għal kumpens huma fil-prinċipju ttrattati mill-Kunsilli Distrettwali, li taħt ċerti ċirkostanzi jridu jgħaddu l-każijiet lill-Kunsill Ċentrali/Speċjali, eż. jekk il-kumpens jaqbeż ċertu ammont jew f’każ li individwu japplika għal deliberazzjoni mill-ġdid. Il-Kunsilli kollha jikkonsistu minn membri maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja (eż. minn fost l-uffiċjali pubbliċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati, u persuni li għandhom għarfien espert fir-rigward tal-kumpens mill-Istat) u huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 7 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat).

(163)  L-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat.

(164)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2013Da208388, tal-11 ta’ Ġunju 2015.

(165)  Ara l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kumpens mill-Istat, kif ukoll l-Artikolu 751 tal-Att Ċivili.

(166)  L-Artikoli 2 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(167)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 98Du18435, tat-22 ta’ Ottubru 1999, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 99Du1113, tat-8 ta’ Settembru 2000, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 2010Du3541, tas-27 ta’ Settembru 2012.

(168)  L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Appelli Amministrattivi u l-Artikolu 18(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(169)  L-Artikolu 12 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(170)  L-Artikoli 35 u 36 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(171)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 2006Du330, tas-26 ta’ Marzu 2006.

(172)  L-Artikolu 30(1) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(173)  L-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv. Dan it-terminu japplika wkoll għal talba biex tiġi kkonstatata l-illegalità ta’ ommissjoni, ara l-Artikolu 38(2) tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

(174)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema 90Nu6521, tat-28 ta’ Ġunju 1991.

(175)  L-Artikolu 68(1) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

(176)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 99HeonMa194, tad-29 ta’ Novembru 2001.

(177)  L-Artikolu 40 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

(178)  L-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

(179)  L-Artikolu 75(3) tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali.

(180)  L-Artikoli 2 u 4(2) tal-Att dwar l-NIS.

(181)  Dan il-kunċett ma jkoprix informazzjoni dwar individwi, iżda informazzjoni dwar informazzjoni ġenerali dwar pajjiżi barranin (xejriet, żviluppi) u dwar l-attivitajiet ta’ atturi tal-Istat ta’ pajjiżi terzi.

(182)  L-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-NIS.

(183)  L-Artikoli 3(1), 6 (2), 11, 21 Ara wkoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-Artikoli 10, 12.

(184)  L-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-NIS.

(185)  L-Artikolu 13 tal-Att dwar l-NIS.

(186)  L-Artikolu 14 tal-Att dwar l-NIS.

(187)  L-Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-NIS.

(188)  L-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Qorti Militari.

(189)  Meta jinvestiga reati relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Pulizija u l-NIS jaġixxu abbażi tas-CPA, filwaqt li l-Kmand ta’ Appoġġ għas-Sigurtà tad-Difiża huwa suġġett għall-Att dwar il-Qorti Militari.

(190)  L-Artikolu 15-2 tas-CPPA.

(191)  L-Artikolu 2(6) u (7) tas-CPPA.

(192)  L-Artikolu 2(11) tas-CPPA.

(193)  Ara wkoll l-Artikolu 13-4(2) tas-CPPA u l-Artikolu 37(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, li jistipulaw li l-proċeduri applikabbli għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir tad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.

(194)  L-Artikolu 13-4 tas-CPPA.

(195)  L-Artikolu 7(1) tas-CPPA.

(196)  L-Artikolu 3(2) tas-CPPA.

(197)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(198)  L-Artikolu 7(1)1 tas-CPPA. Il-qorti kompetenti hija l-qorti għolja li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju jew is-sede ta’ parti waħda jew taż-żewġ partijiet suġġetti għas-sorveljanza.

(199)  L-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(200)  L-Artikoli 7(3) u 6(4) tas-CPPA.

(201)  L-Artikoli 7(4) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. It-talba tal-prosekutur lill-qorti trid tistabbilixxi r-raġunijiet ewlenin għal suspett u, sal-punt li jintalbu diversi permessi fl-istess ħin, il-ġustifikazzjoni għal dan (ara l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).

(202)  L-Artikoli 7(3), 6(5) u 6(9) tas-CPPA.

(203)  L-Artikoli 7(3) u 6(6) tas-CPPA.

(204)  L-Artikolu 8 tas-CPPA.

(205)  L-Artikolu 8(1) tas-CPPA.

(206)  L-Artikolu 8(2) tas-CPPA.

(207)  L-Artikolu 8(4) tas-CPPA. Ara t-Taqsima 2.2.2.2. ta’ hawn fuq għal miżuri ta’ emerġenza fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi.

(208)  L-Artikolu 8(5) u (7) tas-CPPA. Dan l-avviż irid jindika l-objettiv, il-mira, l-iskop, il-perjodu, il-post tal-eżekuzzjoni u l-metodu ta’ sorveljanza, kif ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ talba qabel ma tittieħed il-miżura (l-Artikolu 8(6) tas-CPPA).

(209)  L-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA.

(210)  Dan jirreferi għall-attivitajiet li jheddu l-eżistenza u s-sikurezza tan-nazzjon, l-ordni demokratiku jew is-sopravivenza u l-libertà tan-nies.

(211)  Barra minn hekk, jekk parti waħda tkun persuna deskritta fl-Artikolu 7(1)2 tas-CPPA u l-oħra ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tiġi speċifikata, tapplika l-proċedura preskritta mill-Artikolu 7(1)2.

(212)  L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Id-Direttur tal-NIS jinħatar mill-President wara konferma mill-Parlament (l-Artikolu 7 tal-Att dwar l-NIS ).

(213)  L-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(214)  L-Artikolu 8(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA, flimkien mal-Artikolu 6(4) tas-CPPA.

(215)  L-Artikoli 8(3) u 4 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(216)  Jiġifieri, f’każijiet meta l-miżura jkollha l-għan ta’ att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali, ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-President u n-nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza jista’ jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 8(8) tas-CPPA).

(217)  L-Artikolu 8(9) tas-CPPA.

(218)  L-Artikolu 9(2) tas-CPPA u l-Artikolu 12 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(219)  L-Artikolu 9(4) tas-CPPA.

(220)  L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(221)  L-Artikolu 9(3) tas-CPPA u l-Artikolu 17(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA. Dan il-perjodu ta’ żmien ma japplikax għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni (ara l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA).

(222)  L-Artikolu 13(7) tas-CPPA u l-Artikolu 39 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(223)  L-Artikolu 18(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(224)  L-Artikolu 13(5) u 13-4(3) tas-CPPA.

(225)  L-Artikolu 7(2) tas-CPPA.

(226)  L-Artikolu 7(2) tas-CPPA u l-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tas-CPPA.

(227)  L-Artikolu 9-2(3) tas-CPPA. F’konformità mal-Artikolu 13-4 tas-CPPA, dan japplika kemm għall-ġbir tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet kif ukoll għad-data ta’ konferma tal-komunikazzjoni.

(228)  L-Artikolu 9-2(4) tas-CPPA.

(229)  L-Artikoli 13-4(2) u 9-2(6) tas-CPPA.

(230)  L-Artikoli 5(1)-(2), 12 u 13-5 tas-CPPA.

(231)  Jiġifieri, fejn il-miżura tkun mmirata lejn att ta’ konfoffa li jhedded is-sigurtà nazzjonali u teżisti emerġenza li tagħmilha impossibbli li wieħed jgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ approvazzjoni (l-Artikolu 8(1) tas-CPPA).

(232)  L-Artikolu 9 tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(233)  “Grupp terroristiku” huwa definit bħala grupp ta’ terroristi ddeżinjati min-Nazzjonijiet Uniti (l-Artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu).

(234)  “Terroriżmu” huwa definit mill-Artikolu 2(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bħala mġiba mwettqa bil-ħsieb li timpedixxi l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat, ta’ gvern lokali jew ta’ gvern barrani (inklużi gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali), jew bil-għan li tikkawża li din twettaq xi ħaġa li ma hijiex obbligata li twettaq, jew li thedded lill-pubbliku. Dan jinkludi (a) il-qtil ta’ persuna jew il-ħolqien ta’ riskju għall-ħajja ta’ persuna billi tiġi kkawżata ħsara fil-ġisem jew ikkawżat l-arrest, l-għeluq, il-ħtif, jew it-teħid ta’ persuna bħala ostaġġ; (b) ċerti tipi ta’ mġiba mmirati lejn inġenju tal-ajru (eż. it-twaqqigħ, il-ħtif jew il-ħsara ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira); (c) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ bastiment (eż. is-sekwestru ta’ bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni, il-qerda ta’ bastiment jew ta’ struttura tal-baħar fl-operazzjoni jew l-ikkawżar ta’ ħsara fuqu sa grad li jipperikola s-sikurezza tiegħu, inkluża ħsara lill-merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew struttura tal-baħar waqt l-operazzjoni); (d) it-tqegħid, id-detonazzjoni, jew l-użu b’xi mod ieħor ta’ arma jew apparat bijokimiku, splussiv, jew inċendjarju bl-intenzjoni li jikkawżaw il-mewt, il-ħsara serja, jew id-danni materjali serji jew li jkollhom tali effett fuq ċerti tipi ta’ vetturi jew faċilitajiet (eż. ferroviji, trams, vetturi bil-mutur, parks u stazzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet għall-provvediment tal-elettriku, gass u telekomunikazzjonijiet, eċċ.); (e) ċerti tipi ta’ mġiba relatati ma’ materjali nukleari, materjali radjuattivi, jew faċilitajiet nukleari (eż. ħsara lill-ħajjiet umani, korpi, jew proprjetà, jew inkella tfixkil għas-sikurezza pubblika billi jeqirdu reattur nukleari jew billi jimmanipulaw b’mod ħażin materjali radjuattivi, eċċ.).

(235)  L-Artikolu 2(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(236)  L-Artikolu 3(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(237)  L-Artikolu 9(1) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(238)  Kif definit fl-Artikolu 2 tal-PIPA, jiġifieri istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, organizzazzjoni, individwu, eċċ. li tipproċessa informazzjoni personali direttament jew indirettament biex jiġu operati fajls ta’ informazzjoni personali għal skopijiet uffiċjali jew kummerċjali.

(239)  Kif definit fl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Protezzjoni, l-Użu, eċċ. tal-Informazzjoni dwar il-Post (aktar ’il quddiem “l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Post”), jiġifieri kwalunkwe persuna li tkun kisbet permess mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Korea biex tinvolvi ruħha f’negozju tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni.

(240)  Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(241)  L-Artikolu 11(1) tal-Att dwar l-NIS.

(242)  L-Artikolu 19 tal-Att dwar l-NIS.

(243)  L-Artikolu 18(2) tal-PIPA.

(244)  Notifika Nru 2021-1 tal-PIPC dwar regoli supplimentari għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali, 2(iii) tat-Taqsima III.

(245)  L-Artikolu 83(3) tat-TBA.

(246)  Ara wkoll l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(247)  B’mod partikolari, it-talba trid tkun bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll ir-rabta mal-utent rilevanti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni mitluba, u l-fornitur tan-negozju tat-telekomunikazzjoni jrid iżomm rekords u jirrapporta lill-Ministru tax-Xjenza u l-ICT darbtejn fis-sena.

(248)  L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(249)  L-Artikolu 5(3) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(250)  L-Artikolu 3(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(251)  L-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(252)  L-Artikolu 7 tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(253)  L-Artikolu 7(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(254)  L-Artikolu 7(3) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(255)  L-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(256)  L-Artikolu 9(1) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu. L-HRPO jiddeċiedi b’mod awtonomu dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda huwa meħtieġ jirrapporta tali rakkomandazzjonijiet liċ-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(257)  L-Artikolu 9(2) tad-Digriet tal-Eżekuzzjoni tal-Att kontra t-Terroriżmu.

(258)  L-Artikoli 36 u 37(1)16 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali.

(259)  L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-NIS.

(260)  L-Artikolu 15(2) tal-Att dwar l-NIS.

(261)  L-Artikolu 17(2) tal-Att dwar l-NIS. “Sigrieti tal-Istat” huma definiti bħala “il-fatti, il-prodotti jew l-għarfien ikklassifikati bħala sigrieti tal-Istat, li l-aċċess għalihom huwa permess għal skop limitat ta’ persuni u li ma għandhom jiġu divulgati lil ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvantaġġ serju għas-sikurezza nazzjonali”, ara l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-NIS.

(262)  L-Artikolu 16(2) tal-Att dwar l-Ispezzjoni u l-Investigazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat.

(263)  L-Artikolu 15 tas-CPPA.

(264)  Kif inhu l-każ fir-rigward tal-Kumitat tal-Intelligence tal-Assemblea Nazzjonali, id-Direttur tal-NIS jista’ jirrifjuta biss li jwieġeb lill-BAI dwar kwistjonijiet li jikkostitwixxu sigrieti tal-Istat u jekk l-għarfien pubbliku jkollu impatt serju fuq is-sigurtà nazzjonali (l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar l-NIS).

(265)  L-Artikolu 63 tal-PIPA.

(266)  L-Artikoli 61(2), 65(1), 65(2) u 64(4) tal-PIPA.

(267)  L-Artikolu 8(1) lit 2 tad-Digriet ta’ Eżekuzzjoni tal-Att dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(268)  L-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-PIPA.

(269)  L-Artikoli 62 u 63(2) tal-PIPA.

(270)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Nru 96 Da42789, tal-24 ta’ Lulju 1998.

(271)  L-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.


Top