Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0153

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/153 tat-3 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ST/5281/2022/INIT

    ĠU L 25, 4.2.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/153/oj

    4.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 25/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/153

    tat-3 ta’ Frar 2022

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

    (2)

    Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2615 (2021) li tesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja fl-Afganistan, inkluż l-insigurtà tal-ikel, u li fakkret li n-nisa, it-tfal u l-minoranzi ġew affettwati b’mod sproporzjonat.

    (3)

    Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fir-Riżoluzzjoni tiegħu 2615 (2021), iddeċieda li l-assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fl-Afganistan mhumiex ksur tal-paragrafu 1(a) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2255 (2015) filwaqt li tinkoraġġixxi bil-qawwa lill-fornituri li jiddependu fuq UNSCR 2615 (2021) biex jużaw sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kwalunkwe benefiċċju, kemm jekk bħala riżultat ta’ forniment dirett jew devjazzjoni, lil individwi jew entitajiet deżinjati fuq il-Lista ta’ Sanzjonijiet taħt il-UNSCR 1988 (2011).

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/486/PESK tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-ipproċessar u l-ħlas ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra, u l-forniment ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa biex jiġu żgurati t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fl-Afganistan jew biex jiġu appoġġjati tali attivitajiet.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


    Top