EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32022D0099

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/99 tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

ST/5059/2022/INIT

ĠU L 17, 26.1.2022, blz. 47–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Juridische status van het document Van kracht

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/99/oj

26.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/47


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/99

tal-25 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Wara talba mingħand il-Portugall fil-11 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 (2), ta assistenza finanzjarja lill-Portugall fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 5 934 462 488 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Portugall biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

(2)

Is-self kellu jintuża mill-Portugall biex jiffinanzja skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Portugall. Dan wassal għal żidiet għal għarrieda u qawwija ripetuti fin-nefqa pubblika fil-Portugall fir-rigward ta’ miżuri ġodda li l-Portugall implimenta, jiġifieri l-iskema ta’ appoġġ straordinarju għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom, ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħrajn ta’ protezzjoni soċjali, u maniġers li l-introjtu tagħhom ġie affettwat b’mod partikolari mill-pandemija tal-COVID-19, l-iskema ta’ appoġġ soċjali għall-artisti, l-awturi, it-tekniċi u professjonisti oħrajn tal-arti, u r-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa addizzjonali u s-sahra fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa biex jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati mal-pandemija.

(4)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Portugall fl-2020 u l-2021 biex titrażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku u l-impatt marbut mas-saħħa tagħha kellhom, u għadu qed ikollhom, impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Il-Portugall kellu defiċit u dejn tal-gvern estiż ta’ 5,8 % u 135,2 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2021 tal-Kummissjoni, id-defiċit u d-dejn tal-gvern estiż tal-Portugall huma previsti li jonqsu għal 4,5 % u 128,1 % tal-PDG rispettivament fl-2021, u l-PDG tiegħu huwa previst li jiżdied b’ 4,5 % fl-2021.

(5)

Fid-9 ta’ Diċembru 2021 il-Portugall talab lill-Unjoni testendi l-lista tal-miżuri li diġà ngħata assistenza finanzjarja għalihom permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 sabiex tikkomplementa b’mod ulterjuri l-isforzi nazzjonali tiegħu li wettaq fl-2020 u l-2021 biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, b’mod partikolari, il-miżuri msemmija fil-premessi (6) u(7).

(6)

Il-“Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru” u l-“Ordinanza tal-Gvern Nru 19-A/2021 tal-25 ta’ Jannar” sussegwenti, li huma msemmijin fit-talba tal-Portugall tad-9 ta’ Diċembru 2021, introduċew skema ta’ appoġġ straordinarju għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, għall-ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħrajn ta’ protezzjoni soċjali, u għall-maniġers li l-introjtu tagħhom ġie affettwat b’mod partikolari mill-pandemija tal-COVID-19. Fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-miżura tipprovdi benefiċċju ugwali għal żewġ terzi tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar tal-ħaddiema, bejn il-medja ta’ kull xahar skont l-aħħar rapport tal-introjtu trimestrali u l-medja ta’ kull xahar tal-2019, b’limitu massimu ta’ EUR 501,16. Il-ħaddiema eliġibbli li jaħdmu għal rashom huma dawk li esperjenzaw tnaqqis fl-introjtu ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu minn Marzu sa Diċembru 2020, meta mqabbel mal-2019. Fil-każ ta’ ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, il-miżura tipprovdi: (i) għall-impjegati, benefiċċju ugwali għad-differenza bejn il-valur ta’ referenza ta’ kull xahar ta’ EUR 501,16 u l-paga medja fix-xahar għal kull adult fl-unità domestika rispettiva; jew, (ii) għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, benefiċċju ugwali għal żewġ terzi tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar tal-ħaddiema, bejn il-medja ta’ kull xahar skont l-aħħar rapport tal-introjtu trimestrali u l-medja ta’ kull xahar tal-2019, b’limitu massimu ta’ EUR 501,16. Fil-każ ta’ maniġers, il-miżura tipprevedi benefiċċju ugwali jew għall-introjtu medju fix-xahar ta’ referenza tagħhom jekk ikun inqas minn darba u nofs l-indiċi ta’ appoġġ soċjali tal-Portugall (EUR 438,81) fl-2021, jew għal żewġ terzi tal-introjtu medju fix-xahar ta’ referenza tagħhom jekk ikun daqs jew ogħla minn dak l-indiċi. Il-maniġers eliġibbli huma dawk li l-attività kummerċjali tagħhom ġiet temporanjament sospiża minħabba l-pandemija tal-COVID-19, jew li esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum ta’ qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn qabel dak il-perjodu. F’kull każ, il-benefiċċju għandu limitu aktar baxx ta’ EUR 50 jew 50 % tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar osservat jekk dan tal-aħħar jaqa’ bejn 50 % u 100 % tal-indiċi ta’ appoġġ soċjali tal-Portugall, jew ta’ EUR 219.40 jekk it-tnaqqis fl-introjtu jaqbeż dak l-indiċi.

(7)

“L-Anness tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 41/2020 tas-6 ta’ Ġunju” u l-“Ordinanza tal-Gvern Nru 180/2020 tat-3 ta’ Awwissu” u “l-Ordinanza tal-Gvern Nru 37-A/2021 tal-15 ta’ Frar” sussegwenti, li huma msemmijin fit-talba tal-Portugall tal-9 ta’ Diċembru 2021, jintroduċu skema ta’ appoġġ soċjali għall-artisti, l-awturi, it-tekniċi u professjonisti oħrajn tal-arti. L-iskema tipprevedi benefiċċju ugwali għall-indiċi ta’ appoġġ soċjali tal-Portugall (EUR 438,81).

(8)

Il-Portugall introduċa wkoll sensiela ta’ miżuri ġodda relatati mas-saħħa, li implimenta biex jindirizza t-tifqigħa tal-COVID-19, b’mod partikolari l-miżuri msemmija fil-premessa (9).

(9)

Id- “Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” u d- “Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2021 tat-2 ta’ Frar” sussegwenti, li huma msemmijin fit-talba tal-Portugall tad-9 ta’ Diċembru 2021, ipprevedew ir-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa addizzjonali u s-sahra fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa biex jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati mal-pandemija. B’mod partikolari, il-proċess amministrattiv sottostanti għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema b’kuntratti b’terminu fiss mis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa ġie ssimplifikat, u ġew impjegati tobba u infermiera addizzjonali minn mindu bdiet il-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, il-limiti legali stabbiliti għas-sahra mill-impjegati taċ-ċivil ġew sospiżi għas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, u l-organizzazzjoni ta’ xiftijiet bl-użu ta’ xogħol supplimentari minn tobba u infermiera speċjalisti, jekk meħtieġ, saret possibbli sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19.

(10)

Il-Portugall jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Portugall ipprovda evidenza xierqa lill-Kummissjoni li n-nefqa pubblika effettiva u ppjanata żdiedet b’EUR 5 934 462 488 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din tikkostitwixxi żieda għall-għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ miżuri ġodda relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Portugall.

(11)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Portugall u vverifikat iż-żieda għall-għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika effettiva u ppjanata relatata direttament mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbutin mat-tifqigħa tal-COVID-19, kif imsemmijin fit-talba tad-9 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(12)

Il-miżuri relatati mas-saħħa mitluba mill-Portugall, inkluż il-miżuri addizzjonali relatati mas-saħħa msemmijin fil-premessa (9), jammontaw għal EUR 1 513 823 304.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li l-assistenza finanzjarja diġà mogħtija permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 tkopri wkoll il-miżuri l-ġodda li implimenta l-Portugall li huma msemmijin fil-premessi (6), (7) u (9).

(14)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(15)

Jenħtieġ li l-Portugall jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari bl-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Portugall implimenta dik in-nefqa.

(16)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Portugall, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħrajn, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-Portugall jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-appoġġ għaż-żamma tal-kuntratti tax-xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikoli 298 sa 308 tal-‘Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar’;

(b)

l-appoġġ speċjali ġdid u simplifikat għaż-żamma tal-kuntratti tax-xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fid-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’ kif emendat bl-Artikolu 142 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’;

(c)

il-programmi vokazzjonali speċjali għaż-żamma tal-kuntratti tax-xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikoli 5(2) u 7 sa 9 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu’;

(d)

l-appoġġ speċjali l-ġdid għall-kumpaniji biex jerġgħu jibdew l-attività kummerċjali, kif previst fl-Artikoli 4(1) sa (7) u (10) sa (12) u l-Artikolu 5 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’, u fl-Artikolu 14-A tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tat-30 ta’ Lulju’, kif emendata bl-Artikolu 4 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 6-C/2021 tal-15 ta’ Jannar’ u kif speċifikat fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 102-A/2021 tal-14 ta’ Mejju’;

(e)

is-suppliment il-ġdid għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu għall-impjegati koperti jew bl-iskemi ta’ appoġġ imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) għaż-żamma tal-kuntratti tax-xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali kif previst fl-Artikolu 3 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’, kif emendat bid-‘Digriet Amministrattiv Nru 58-A/2020 tal-14 ta’ Awwissu’;

(f)

l-appoġġ speċjali ġdid u progressiv għaż-żamma tal-kuntratti tax-xogħol permezz tat-tnaqqis temporanju tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fid-‘Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tat-30 ta’ Lulju’ kif emendat bl-Artikolu 142 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’;

(g)

l-appoġġ speċjali ġdid għal dawk li jaħdmu għal rashom, ħaddiema informali u s-soċji maniġerjali kif previst fl-Artikoli 26 sa 28-A tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, kif emendat bl-Artikolu 5 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 20-C/2020 tas-7 ta’ Mejju’, u l-Artikolu 325-G tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ kif miżjud bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(h)

il-benefiċċju tal-familja għall-impjegati li ma jistgħux jaħdmu minħabba l-ħtieġa li jassistu lil uliedhom taħt it-12-il sena jew persuni dipendenti oħrajn kif previst fl-Artikolu 23 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(i)

l-appoġġ speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol ta’ min iħarreġ fid-dawl tal-kanċellazzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali kif previst fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 3485-C/2020 tas-17 ta’ Marzu’, fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 4395/2020 tal-10 ta’ April’ u l-‘Ordni tal-Gvern Nru 5897-B/2020 tat-28 ta’ Mejju’;

(j)

il-miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-reġjun awtonomu tal-Azores, kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 97/2020 tat-8 ta’ April’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 120/2020 tat-28 ta’ April’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 128/2020 tal-5 ta’ Mejju’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 129/2020 tal-5 ta’ Mejju’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 195/2020 tal-15 ta’ Lulju’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 196/2020 tal-15 ta’ Lulju’ u fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 200/2020 tas-17 ta’ Lulju’;

(k)

il-miżuri reġjonali relatati mal-impjieg fir-reġjun awtonomu ta’ Madeira, kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira Nru 101/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-‘Ordinanza Nru 133-B/2020 tal-Viċi Presidenza tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira u tas-Segretarjat Reġjonali għall-Inklużjoni Soċjali u ċ-Ċittadinanza tat-22 ta’ April’;

(l)

il-benefiċċju għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom f’iżolament profilattiku, kif previst fl-Artikolu 19 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu 325-F tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ kif miżjud bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(m)

il-benefiċċju tal-mard dovut minħabba infezzjoni bil-COVID-19, kif previst fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 2875-A/2020 tat-3 ta’ Marzu’, fl-Artikolu 20 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu Nru 325-F tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ kif miżjud bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(n)

ix-xiri ta’ tagħmir protettiv personali li jrid jintuża fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari fl-isptarijiet pubbliċi kif previst fin-‘Norma Nru 012/2020 tat-6 ta’ Mejju’, kif emendata fl-14 ta’ Mejju 2020, u fin-‘Norma Nru 013/2020 tat-10 ta’ Lulju’, kif emendata fit-23 ta’ Ġunju 2020, it-tnejn li huma maħruġin mid-Direttorat Ġenerali Portugiż għas-Saħħa, kif ukoll fil-ministeri kompetenti, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira kif previst fl-Artikolu 3 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(o)

il-kampanja dwar l-iġjene fl-iskejjel kif previst fl-Artikolu 9 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(p)

l-ittestjar għall-infezzjoni bil-COVID-19 tal-inpatients u l-ħaddiema tal-isptarijiet pubbliċi, kif ukoll tal-impjegati tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, kif previst b’mod partikolari fin-‘Norma Nru 012/2020 tas-6 ta’ Mejju’, kif emendata fl-14 ta’ Mejju 2020, u fin-‘Norma Nru 013/2020 tal-10 ta’ Lulju’, kif emendata fit-23 ta’ Ġunju 2020, it-tnejn li huma maħruġin mid-Direttorat Ġenerali Portugiż għas-Saħħa;

(q)

il-kumpens speċjali il-ġdid għall-ħaddiema fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 42-A tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’, kif miżjud bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’, u fl-Artikolu 291 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’;

(r)

l-iskema ta’ appoġġ straordinarju għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, għall-ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, u għall-maniġers li l-introjtu tagħhom ġie affettwat b’mod partikolari mill-pandemija tal-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 156 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’, u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2) (c) sa (f) tiegħu, kif speċifikat ulterjorment fl-‘Ordinanza tal-Gvern Nru 19-A/2021 tal-25 ta’ Jannar’;

(s)

l-iskema ta’ appoġġ soċjali għall-artisti, l-awturi, it-tekniċi u professjonisti oħrajn tal-arti prevista fil-punt 2.5.1 tal-‘Anness għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 41/2020 tas-6 ta’ Ġunju’, kif speċifikat ulterjorment fl-Artikoli 10 sa 12 tal-‘Ordinanza tal-Gvern Nru 180/2020 tat-3 ta’ Awwissu’, u estiża mill-Artikoli 5 sa 7 tal-Anness għall-‘Ordinanza tal-Gvern Nru 37-A/2021 tal-15 ta’ Frar’;

(t)

ir-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa addizzjonali u s-sahra fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa biex jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati mal-pandemija, kif previst fl-Artikolu 6 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020’ tat-13 ta’ Marzu u fl-Artikoli 4 sa 8 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2021 tat-2 ta’ Frar’.’;

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Il-Portugall għandu jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, bl-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.

2.   Jekk il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 3 jkunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda din id-Deċiżjoni, il-Portugall għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ dik bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem bl-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Portugall biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 49).


Naar boven