Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1715

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1715 tal-24 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    C/2021/7060

    ĠU L 342, 27.9.2021, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1715/oj

    27.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/43


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1715

    tal-24 ta’ Settembru 2021

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003, skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fil-21 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


    (1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-entrata segwenti:

    “22.

    BAGHDAD STOCK EXCHANGE. Indirizz: The White Palace, Al Nidhal Street, P.O. Box 5157, Baghdad, l-Iraq.”


    Top