This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1329
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1329 of 10 August 2021 amending Implementing Regulations (EU) 2020/2235, (EU) 2020/2236, (EU) 2021/403 and (EU) 2021/404 as regards extending the transitional period for the use of animal health certificates, animal health/official certificates and official certificates required for the entry into the Union of certain consignments (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1329 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għall-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1329 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għall-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/6035
ĠU L 288, 11.8.2021, p. 48–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/48 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1329
tal-10 ta’ Awwissu 2021
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għall-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 213(2), 224(4), 230(1), 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 u l-Artikolu 126(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (3), (UE) 2020/2236 (4) u (UE) 2021/403 (5) jistabbilixxu, inter alia, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa biex jakkumpanjaw il-kunsinni tal-annimali u tal-oġġetti għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-kunsinni. Dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni ġew adottati fil-qafas tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625. Ir-Regolament (UE) 2016/429 u dawk it-tliet Regolamenti ta’ Implimentazzjoni japplikaw mill-21 ta’ April 2021. |
(2) |
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236 u (UE) 2021/403 jipprevedu perjodu tranżitorju għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti akkumpanjati miċ-ċertifikati xierqa meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-kunsinni, maħruġa f’konformità mal-mudelli taċ-ċertifikati rilevanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ qabel il-21 ta’ April 2021, dment li dawn ikunu debitament iffirmati qabel il-21 ta’ Awwissu 2021. Dawk iċ-ċertifikati iridu jinqraw f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati f’dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni, fir-rigward ta’ kwalunkwe att li ma għadux japplika msemmi f’dawk iċ-ċertifikati. Il-perjodu tranżitorju jintemm fl-20 ta’ Ottubru 2021. |
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (6) jistabbilixxi, inter alia, regoli dwar il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi, jew mit-territorji jew żoni tagħhom. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi, jew mit-territorji jew żoni tagħhom akkumpanjati miċ-ċertifikati xierqa maħruġa f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ qabel il-21 ta’ April 2021, dment li ċ-ċertifikati jkunu debitament iffirmati qabel il-21 ta’ Awwissu 2021. Dawk iċ-ċertifikati jridu jinqraw f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fir-rigward ta’ kwalunkwe att li ma għadux japplika msemmi f’dawk iċ-ċertifikati. Dan il-perjodu tranżitorju jintemm ukoll fl-20 ta’ Ottubru 2021. |
(4) |
Il-perjodu tranżitorju attwalment previst fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404, ma jagħtix biżżejjed żmien biex jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa f’pajjiżi u f’territorji terzi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ġodda f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli mill-21 ta’ April 2021. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju stabbilit f’dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni jiġi estiż sal-15 ta’ Marzu 2022 meta l-miżuri meħtieġa jkunu laħqu daħlu fis-seħħ u jkunu qed jitħaddmu. Jenħtieġ li dik l-estensjoni tassisti t-tranżizzjoni lejn l-użu taċ-ċertifikati l-ġodda previsti f’dawk l-erba’ Regolamenti ta’ Implimentazzjoni u li tipprevjeni kull tfixkil bla bżonn tal-kummerċ li jikkonċerna d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni. |
(5) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġi estiż il-perjodu tranżitorju stabbilit fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-pajjiżi terzi u lit-territorji biex idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa għar-rekwiżiti l-ġodda taċ-ċertifikazzjoni applikabbli mill-21 ta’ April 2021, għal perjodu sal-15 ta’ Marzu 2022, dment li ċ-ċertifikat rilevanti jiġi ffirmat qabel il-15 ta’ Jannar 2022 mill-persuna awtorizzata li tiffirmah, sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-emendi li jridu jsiru fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236, (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b’urġenza. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235
Fl-Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti komposti, ta’ nebbieta maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta’ żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem akkumpanjati miċ-ċertifikati xierqa maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 28/2012 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628, għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-15 ta’ Marzu 2022 dment li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat mill-persuna awtorizzata li tiffirma ċ-ċertifikat f’konformità ma’ dak ir-Regolament u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni qabel il-15 ta’ Jannar 2022.”
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236
Fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-kunsinni ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali xierqa maħruġa f’konformità mal-mudell stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-15 ta’ Marzu 2022 dment li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun ġie ffirmat minn spettur uffiċjali qabel il-15 ta’ Jannar 2022.”
Artikolu 3
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403
Fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-kunsinni ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008 u (UE) Nru 206/2010, mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 u (UE) 2018/659, mad-Deċiżjonijiet 2006/168/KE, u 2010/472/UE, kif ukoll f’konformità mad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE, 2012/137/UE u (UE) 2019/294, għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-15 ta’ Marzu 2022 dment li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat mill-persuna awtorizzata biex tiffirma ċ-ċertifikat f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni, mad-Deċiżjonijiet u mad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni qabel il-15 ta’ Jannar 2022.”
Artikolu 4
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
Fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi, jew mit-territorji jew partijiet tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni f’konformità mal-atti li ġejjin, u akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità ma’ dawk l-atti, għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni sal-15 ta’ Marzu 2022, dment li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat mill-persuna awtorizzata biex tiffirma ċ-ċertifikat f’konformità ma’ dawk l-atti qabel il-15 ta’ Jannar 2022:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008; |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008; |
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010; |
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010; |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 139/2013; |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759; |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659; |
— |
Id-Deċiżjoni 2006/168/KE, |
— |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE, |
— |
Id-Deċiżjoni 2008/636/KE, |
— |
Id-Deċiżjoni 2010/472/UE, |
— |
Id-Deċiżjoni 2011/630/UE, |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/294.” |
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).