Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1302

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1302 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

ST/11032/2021/INIT

ĠU L 283, 6.8.2021, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1302/oj

6.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1302

tal-5 ta’ Awwissu 2021

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(2)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jitneħħew żewġ persuni mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)   ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:

“17.

Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf ukoll bħala Nan Tchongo)

19.

Kaptan Paulo SUNSAI.”


Top