EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1301

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1301 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

ST/11030/2021/INIT

ĠU L 283, 6.8.2021, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1301/oj

6.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1301

tal-5 ta’ Awwissu 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.

(2)

L-informazzjoni dwar ħames persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  ĠU L 346 23.12.2009, p. 26.


ANNESS

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(3)”, l-entrati 1 sa 5 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

“1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

Data tat-twelid: 1.1.64 jew 29.12.1968

Numru tal-passaport: R0001318

Sess: raġel

Indirizz: Ouagadougou (Burkina Faso)

Funzjoni jew professjoni: Eks militar u kap tal-ġunta militari tas-CNDD (Conseil National pour la Democratie et le Developpement)

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

2.

Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA

Psewdonimu: Moussa Tiégboro CAMARA

Data tat-twelid: 1.1.68

Numru tal-passaport: 7190

Sess: raġel

Funzjoni jew professjoni: Segretarju Ġenerali, Presidenza tar-Repubblika tal-Guinea

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

3.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

Data tat-twelid: 26.2.1957

Numru tal-passaport: 13683

Sess: raġel

Funzjoni jew professjoni: tabib militari

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

4.

Kaptan Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ

Sess: raġel

Indirizz: Conakry (Ir-Repubblika tal-Guinea)

Funzjoni jew professjoni: eks militari.

Informazzjoni oħra: f’detenzjoni

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

5.

Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonimu Coplan)

Data tat-twelid: 1.1.1960

Sess: raġel

Funzjoni jew professjoni: Ministru inkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea”


Top