Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0695R(04)

    Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-12 ta' Mejju 2021)

    ST/8867/2022/INIT

    ĠU L 161, 16.6.2022, p. 128–128 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/corrigendum/2022-06-16/oj

    16.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/128


    Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-12 ta' Mejju 2021 )

    Fil-paġna 13, Premessa (84), it-tieni sentenza,

    minflok:

    “... Għaldaqstant, il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti, li t-titlu tiegħu inbidel għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka (il-‘Mekkaniżmu’) jenħtieġ jitkompla u jitwessa' biex jilqa' korpi ta' finanzjament oħra b’mod partikolari inizjattivi skont l-Artikolu 185 TFUE. ...”,

    aqra:

    “... Għaldaqstant, il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti, li t-titlu tiegħu inbidel għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni mutwa (il-‘Mekkaniżmu’) jenħtieġ jitkompla u jitwessa' biex jilqa' korpi ta' finanzjament oħra b’mod partikolari inizjattivi skont l-Artikolu 185 TFUE...”;

    Fil-paġna 38, Artikolu 37, it-titolu,

    minflok:

    “Mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka”,

    aqra:

    “Mekkaniżmu ta' assigurazzjoni mutwa”;

    Fil-paġna 38, Artikolu 37(1),

    minflok:

    “1.   B'dan huwa stabbilit mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka (il-‘Mekkaniżmu’) li għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti mill-benefiċjarji:”,

    aqra:

    “1.   B'dan huwa stabbilit mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa (il-‘Mekkaniżmu’) li għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti mill-benefiċjarji:”.


    Top