EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0638

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/638 tad-19 ta’ April 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

ST/7710/2021/INIT

ĠU L 132I, 19.4.2021, p. 1–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/638/oj

19.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 132/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/638

tad-19 ta’ April 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

Fit-22 ta' Marzu 2021, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2021/479 (2) li, estenda l-kriterji ta' deżinjazzjoni biex jinkludi attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu imposti miżuri restrittivi kontra l-interessi ekonomiċi tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

(3)

Fit-22 ta' Marzu 2021, il-Kunsill adotta wkoll ir-Regolament (UE) 2021/480 (3)li jimponi miżuri restrittivi kontra 11-il persuna b'rispons għall-kolp ta' stat militari mwettaq fl-1 ta' Frar 2021 u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn dakinhar mill-forzi militari u tal-pulizija fil-Myanmar/Burma.

(4)

Minħabba s-sitwazzjoni gravi li għadha tippersisti fil-Myanmar/Burma, għaxar persuni u żewġ entitajiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(5)

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/479 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma (ĠU L 99I, 22.3.2021, p. 13).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma (ĠU L 99I, 22.3.2021, p. 15).


ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

tiżdied l-intestatura li ġejja għat-tabella:

"A.

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4a";

(2)

jiżdiedu l-persuni fiżiċi li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

"26.

MAHN Nyein Maung (magħruf ukoll bħala P'do, Phado Man Nyein Maung)

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;

Mahn Nyein Maung huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

19.4.2021

 

 

Data tat-twelid: madwar l-1947;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: Raġel

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Mahn Nyein Maung kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

 

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Mahn Nyein Maung hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

27.

THEIN Nyunt

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; President tal-Partit il-Ġdid Għad-Demokrazija Nazzjonali (NNDP);

Data tat-twelid: 26 ta' Diċembru 1944;

Post tat-twelid: Kawkareik (Stat ta' Karen); Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Numru tal-ID: 12/THAGAKA(NAING)012432;

Sess: Raġel

Thein Nyunt huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Thein Nyunt kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Thein Nyunt hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

28.

KHIN Maung Swe

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; President tal-partit tal-Forza Demokratika Nazzjonali (NDF);

Data tat-twelid: 24 ta' Lulju 1942;

Post tat-twelid: Ngathaingchaung, Distrett ta' Pathein, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: Raġel

Khin Maung Swe huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Khin Maung Swe kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Khin Maung Swe Kyaw hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

29.

AYE Nu Sein

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; Viċi President tal-Partit Nazzjonali Arakan;

Data tat-twelid: 24 ta' Marzu 1957;

Post tat-twelid: Sittwe, Stat ta' Rakhine, Myanmar/ Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: Mara

Aye Nu Sein hija membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Aye Nu Sein kienet direttament involuta u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hi responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Aye Nu Sein hi direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

30.

Jeng Phang Naw Htaung

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: Raġel

Jeng Phang Naw Htaung huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Jeng Phang Naw Htaung kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Jeng Phang Naw Htaung hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

31.

MAUNG Ha

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: Raġel

Maung Ha huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Maung Ha kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Maung Ha hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

32.

SAI Long Hseng

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;

Data tat-twelid: 18 ta' April 1947;

Post tat-twelid: Kengtung, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Karta tal-verifika taċ-ċittadinanza: Katana (Naing) 0052495;

Numru tal-NRC:

13/ KATANA (N)-005249;

Ġeneru: Raġel

Sai Long Hseng huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Sai Long Hseng kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żona speċifika, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Sai Long Hseng hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

33.

Saw Daniel

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;

Data tat-twelid: 25 ta' Novembru 1957;

Post tat-twelid: Loikaw (Stat ta' Kayah); Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Ġeneru: Raġel

Saw Daniel huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Saw Daniel kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Saw Daniel hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

34.

Dr BANYAR Aung Moe

Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;

Nazzjonalità: Myanmar;

Ġeneru: Raġel

Banyar Aung Moe huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, Banyar Aung Moe kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

 

 

 

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta' Frar 2021 'l hawn, il-qtil ta' dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta' stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F'żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC, Banyar Aung Moe hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

 

35.

U Chit NAING (magħruf ukoll bħala: Sate Pyin Nyar

Ministru għall-Informazzjoni;

Data tat-twelid: 12 ta' Diċembru 1948;

Post tat-twelid: Kyee Nee Village, Chauk Township, Magway Region, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Indirizz: No. 150, Yadanar Street, Yadanar Housing (near Tine Yin Thar Village), Tharkayta Township, Yangon, Myanmar;

U Chit Naing kien il-Ministru għall-Informazzjoni mit-2 ta' Frar 2021. Inħatar mill-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) li ħa f'idu s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi, u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta' Frar 2021.

Bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għall-media tal-istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar u l-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Mindu ħa r-riedni tal-ministeru, il-gazzetti mtlew b'artikli favur il-forzi militari u għaldaqstant huwa responsabbli għall-propaganda tal-ġunta u għat-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b'mod preċiż. Huwa direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media ta' Myanmar. Dan jinkludi direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx il-kliem "kolp ta' stat", "reġim militari" u "ġunta", u li wasslet għall-projbizzjoni ta' ħames aġenziji tal-aħbarijiet fil-pajjiż. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija fil-Myanmar/Burma billi illimita l-libertà tal-istampa u l-aċċess tal-informazzjoni kemm online kif ukoll offline.

19.4.2021";

 

 

Responsabbli għall-media tal-istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar u l-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News).

Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta' stat militari. Bħala Ministru għall-informazzjoni, maħtur mill-President tal-SAC U Chit Naing huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

 

(3)

jiżdiedu l-intestatura u t-tabella li ġejjin:

"B.

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

Myanmar Economic Holdings Public Company Ltd

Indirizz: 51 Mahabandoola road, 189/191 Botataung, Yangon region, Myanmar 11 161;

Tip ta' entità: Kumpanija Pubblika Limitata b'Ishma;

Post ta' reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar/Burma;

Data ta' reġistrazzjoni: 27 ta' April 1990;

Myanmar Economic Holdings Public Company Ltd (MEHL) hija konglomerat proprjetà ta' u kkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li għandha sussidjarji u kumpaniji affiljati f'diversi setturi tal-ekonomija, inkluż is-settur bankarju, l-assigurazzjoni, il-kostruzzjoni, il-kummerċ, it-trasport, l-estrazzjoni, l-estrazzjoni tal-ħaġar prezzjuż, il-manifattura u t-turiżmu. MEHL u s-sussidjarji tagħha jiġġeneraw introjtu u jipprovdu servizzi għat-Tatmadaw, u għaldaqstant jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

MEHL u s-sussidjarji tagħha taw b'donazzjoni assi lill-forzi militari fl-2017 matul iċ-ċerimonji ta' ġbir ta' fondi tat-Tatmadaw. Għalhekk, MEHL appoġġat finanzjarjament lit-Tatmadaw u għaldaqstant ikkontribwiet għall-kapaċità tagħhom li jwettqu l-"operazzjonijiet ta' tindif" u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya.

19.4.2021

 

 

Numru ta' reġistrazzjoni: 156387282;

Post ewlieni ta' negozju: Myanmar/Burma;

Assoċjati: Bord ta' diretturi: Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin: direttur (iddeżinjat mill-UE); Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun: direttur (iddeżinjat mill-UE); Grupp prinċipali: Kap Kmandant Min Aung Hlaing: president (iddeżinjat mill-UE);

Viċi Kap Kmandant Soe Win: Viċi president (iddeżinjat mill-UE);

Numru tat-telefon: 01-290843

Sit web: http://www.mehl.com.mm/

Il-bord tad-diretturi tal-MEHL huwa magħmul esklużivament minn uffiċjali anzjani (attivi jew irtirati) tat-Tatmadaw. Żewġ membri tal-bord tad-Diretturi (il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin u l-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun) huma wkoll membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, il-korp ad hoc maħluq wara l-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar li attwalment qed jiggverna de facto lill-Myanmar, u huma elenkati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.

Il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win imexxu l-Grupp Prinċipali tal-MEHL bħala President u Viċi President, rispettivament.

 

2.

Myanmar Economic Corporation Limited

Indirizz: Corner of Ahlone road & Kannar road, Ahlone, Yangon, Myanmar;

Tip ta' entità: Kumpanija limitata b'ishma;

Post ta' reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar/Burma

Data ta' reġistrazzjoni: Stabbilita fl-1997 bħala kumpanija tal-Istat, reġistrata bħala kumpanija privata fid-9 ta' Jannar 2019;

Numru ta' reġistrazzjoni: 105444192;

Myanmar Economic Corporation (MEC) hija konglomerat proprjetà ta' u kkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li għandha sussidjarji u kumpaniji affiljati f'diversi setturi tal-ekonomija, inkluż is-settur bankarju, l-assigurazzjoni, il-kostruzzjoni, il-kummerċ, it-trasport, l-estrazzjoni, l-estrazzjoni tal-ħaġar prezzjuż, il-manifattura u t-turiżmu. MEC u s-sussidjarji tagħha jiġġeneraw introjtu għat-Tatmadaw, u għaldaqstant jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

Il-bord tad-diretturi tal-MEC huwa magħmul esklużivament minn uffiċjali anzjani (attivi jew irtirati) tat-Tatmadaw.

19.4.2021".

 

 

Post ta' negozju: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: 01-8221369;

Indirizz elettroniku: mecadm.hq@gmail.com

MEC u s-sussidjarji tagħha taw b'donazzjoni assi lill-forzi militari fl-2017 matul iċ-ċerimonji ta' ġbir ta' fondi tat-Tatmadaw. Għalhekk, MEC appoġġat finanzjarjament lit-Tatmadaw u għaldaqstant ikkontribwiet għall-kapaċità tagħhom li jwettqu l-"operazzjonijiet ta' tindif" u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya.

 


Top