This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0479
Council Regulation (EU) 2021/479 of 22 March 2021 amending Regulation (EU) No 401/2013 concerning restrictive measures in respect of Myanmar/Burma
Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/479 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/479 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
ST/6791/2021/INIT
ĠU L 99I, 22.3.2021, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 99/13 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/479
tat-22 ta’ Marzu 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/482 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK (3). |
(2) |
Fit-22 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/482, li permezz tagħha emenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK, inkluż it-titolu tagħha. Huwa espanda wkoll il-kriterji ta’ deżinjazzjoni biex jippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll kontra persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw),jipprovdulhom appoġġ jew jibbenefikaw minnhom u b’hekk jikkontribwixxu għal, jew jibbenefikaw minn, attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt jew jiksru b’mod serju d-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma. |
(3) |
Hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/482, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 401/2013 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008”; |
(2) |
fl-Artikolu 4a, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Anness IV għandu jinkludi:
|
(3) |
qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 4da 1. B’deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, u ikel, għat-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet mill-Myanmar/Burma. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba’ ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Ara l-paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).