This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021O0832
Guideline (EU) 2021/832 of the European Central Bank of 26 March 2021 on reporting requirements on payments statistics (ECB/2021/13)
Linja Gwida (UE) 2021/832 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar rekwiżiti għar-rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2021/13)
Linja Gwida (UE) 2021/832 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar rekwiżiti għar-rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2021/13)
ĠU L 208, 11.6.2021, p. 98–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/98 |
LINJA GWIDA (UE) 2021/832 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Marzu 2021
dwar rekwiżiti għar-rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2021/13)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jeħtieġ il-ġbir u rapportar ta’ tagħrif statistiku dwar il-ħlasijiet u dwar sistemi ta’ pagament sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti skont it-Trattat biex jippromwovi t-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas fl-Unjoni u t-tmexxija bla xkiel ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. |
(2) |
Sabiex il-BĊE jidentifika u jissorvelja b’mod effettiv żviluppi fis-sistemi ta’ ħlasijiet u swieq tal-ħlasijiet fl-Istati Membri u jissorvelja l-livell ta’ integrazzjoni tagħhom, t-tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE għandu jkun kemm speċifiku għall-Istat Membru kif ukoll kumparattiv. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli komuni għat-trattament u r-rappurtar ta’ dik l-informazzjoni. |
(3) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li dawk ir-regoli ma jimponux piż ta’ rapportar mhux raġonevoli fuq il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). Il-BĊNi għandhom għalhekk jirrapportaw tagħrif statistiku lill-BĊE billi jużaw it-tagħrif statistiku miġbur skont ir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/43) (1) u bl-istess frekwenza kif stabbilit f’dak ir-Regolament. BĊNi għandhom ukoll ikunu meħtieġa li jirrapportaw it-tagħrif statistiku għad-dispożizzjoni tagħhom f’livell nazzjonali |
(4) |
Id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43) huma ukoll rilevanti għall-finijiet tar-rappurtaġġ skont din il-Linja Gwida u għandhom għalhekk japplikaw. |
(5) |
Bil-għan li jiġi żgurat li l-istatistika tal-ħlasijiet rrapportata lill-BĊE tkun rappreżentattiva tal-popolazzjoni ta’ rappurtar sħiħa, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għaż-żieda fejn l-aġenti li jirrapportaw ikunu ngħataw derogi minn ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43). |
(6) |
Il-BĊE jżomm ir-Reġistru ta’ data dwar Istituzzjonijiet u Affiljati (minn hawn ’il quddiem ‘RIAD’), repożitorju ċentrali ta' data ta' referenza dwar unitajiet istituzzjonali rilevanti għall-finijiet ta' statistika. Lista ta’ istituzzjonijiet relevanti għall-finijiet tal-istatistika dwar il-ħlasijiet (minn hawn ’il quddiem ‘PSRI’) hija miżmuma f’ RIAD skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (2). Huwa xieraq li t-tagħrif statistiku dwar PSRI jinkiseb direttament mir-RIAD. |
(7) |
Sabiex il-BĊE jwettaq il-kompiti tiegħu, huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-BĊNi jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa sa data speċifikata. |
(8) |
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li qegħdin jippjanaw li jadottaw l-euro għandhom ifasslu u jimplimentaw miżuri għall-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-BĊE bi tħejjija għal tali adozzjoni tal-euro. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida tista’ tiġi estiża biex tapplika għall-BĊNi ta’ Stati Membri mhux taż-żona tal-euro għal perjodu ta’ referenza definit. Barra minn hekk, sabiex il-BĊE jkun jista’ jikseb ħarsa ġenerali komprensiva tat-tagħrif statistiku miġbur u jwettaq analiżi rilevanti, il-BĊNi ta’ Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li jadottaw l-euro għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu lill-BĊE b’tagħrif statistiku li jkopri perijodu speċifikat qabel l-adozzjoni tal-euro minnhom. |
(9) |
Sabiex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-kwalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-BĊE, huwa meħtieġ li l-BĊE jipprovdi għal regoli dwar il-monitoraġġ, il-verifika u, fejn xieraq, ir-reviżjoni tat-tagħrif statistiku rrapportat mill-BĊNi. Għall-istess raġunijiet, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE, kull meta jkun meħtieġ u fuq talba mill-BĊE, dwar it-tagħrif statistiku rrapportat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti ta’ rapportar li jista’ jkollha impatt fuq dak it-tagħrif statistiku jew il-kwalità tiegħu. |
(10) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut metodu komuni ta’ trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE għall-BĊNi kollha. Għaldaqstant, għandu jiġi miftiehem u speċifikat format ta’ trażmissjoni elettroniku armonizzat mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). |
(11) |
Jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sabiex isiru emendi tekniċi għall-Anness ta’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, kemm-il darba dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jżidu l-piż tar-rapportar. Meta tkun qiegħda tiġi segwita din il-proċedura, jenħtieġ li jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ. Tali emendi tekniċi għall-Anness ta’ din il-Linja Gwida għandhom jiġu proposti permezz tal-Kumitat tal-Istatistika. |
(12) |
Huwa meħtieġ li tiġi prevista dispożizzjoni tranżitorja għar-rapportar lill-BĊE ta’ tagħrif statistiku għall-perjodu ta’ referenza 2021 sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda interruzzjoni fir-rapportar ta’ tagħrif statistiku. |
(13) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-BĊNi għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-istess data kif imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2021/835 BĊE/2021/16 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Suġġett
Din il-Linja Gwida tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-BĊNi dwar l-istatistika tal-ħlasijiet li għandha tiġi rrapportata lill-BĊE. B’mod partikolari, din il-Linja Gwida tispeċifika t-tagħrif statistiku li għandu jiġi rraportat lill-BĊE, it-trattament ta’ dak it-tagħrif statistiku, kif ukoll il-frekwenza u ż-żmien ta’ dak ir-rapportar u l-istandards li għandhom japplikaw lil dak ir-rapportar.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), fejn rilevanti; |
(b) |
id-definizzjonijiet fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), fejn rilevanti; |
Id-definizzjoni li ġejja tapplika ukoll:
"tagħrif statistiku" tfisser ‘tagħrif statistiku’ kif iddefinit fl-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (4);
Artikolu 3
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar l-istatistika tal-ħlasijiet
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku stabbilit fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43) fuq bażi aggregata fil-livell nazzjonali.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku stabbilit fl-Anness għal din il-Linja Gwida fuq bażi aggregata fil-livell nazzjonali.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fejn il-BĊNi jagħtu derogi lill-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), il-BĊNi għandhom jingrossaw sa kopertura ta’ 100 % filwaqt li jiżguraw li jiġi rrapportat it-tagħrif statistiku meħtieġ kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament.
4. Meta t-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx disponibbli jew ma jkunx jista’ jiġi rrapportat mill-BĊNi, il-BĊNi għandhom:
(a) |
jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-aġenti li jirrapportaw; jew |
(b) |
jużaw data provviżorja; jew |
(c) |
jużaw stimi, li l-metodoloġija tagħhom għandha tiġi definita minn kull BĊN li tirrifletti l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. |
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE li jiġġustifikaw l-approċċ użat.
Artikolu 4
Tempesitività
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku msemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ din il-Linja Gwida skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43).
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku msemmi fl-Artikolu 3(1) fuq bażi semi-annwali kif speċifikat fit-tabella rilevanti fl-Anness ta’ din il-Linja Gwida hekk kif ġej:
(a) |
għar-rapportar fuq bażi semi-annwali tat-tagħrif statistiku għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju, sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Novembru wara l-aħħar tal-ewwel nofs tas-sena li jirreferi għaliha; |
(b) |
għar-rapportar fuq bażi semi-annwali, tat-tagħrif statistiku għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru, sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Mejju wara l-aħħar tat-tieni nofs tas-sena li jirreferi għaliha; |
(c) |
għar-rapportar fuq bażi semi-annwali, bi tqassim trimestrali, il-paragrafi (a) u (b) japplikaw. |
3. Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena, il-BĊE għandu jikkomunika d-dati eżatti tat-trażmissjoni lill-BĊNi fil-forma ta’ kalendarju ta’ rapportar għas-sena ta’ wara.
Artikolu 5
Rekwiżiti ta’ rappurtar tad-data b’lura f’każ ta’ adozzjoni tal-euro
1. Meta Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem l-'Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro') jadotta l-euro wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida, il-BĊN ta’ dak l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-BĊE t-tagħrif statistiku dwar l-istatistika tal-ħlasijiet għal ħames snin qabel l-adozzjoni tal-euro mill-Istat Membru u biss mill-adeżjoni għall-Unjoni ta’ dak l-Istat Membru.
2. Il-BĊNi għandhom jikkumpilaw it-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1 daqslikieku l-Istat Membru kien parti miż-żona tal-euro matul il-perjodi ta’ referenza kollha. Għal dan il-għan, il-BĊNi jistgħu jużaw tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE qabel l-adozzjoni tal-euro mill-Istat Membru skont l-iskemi ta’ rapportar adattati mill-BĊE għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku skont ir-rekwiżiti u l-mudelli li kienu applikabbli għall-Istati Membri taż-żona tal-euro fil-perjodi ta’ referenza rispettivi sakemm il-BĊE u l-BĊN ma jaqblux, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-piż tar-rapportar tal-BĊN, li jeskludu xi tagħrif statistiku.
Artikolu 6
Verifika
1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2533/98 u r-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), il-BĊNi għandhom jimmoniterjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tat-tagħrif statistiku irrapportat lill-BĊE skont l-Artikolu 3. B’mod partikolari, BĊNi għandhom jivverifikaw dawn it-tnejn li ġejjin:
(a) |
li l-informazzjoni rrapportata skont din il-Linja Gwida tissodisfa r-regoli ta’ validazzjoni pprovduti u miżmuma mill-BĊE; |
(b) |
il-konsistenza bejn it-tagħrif statistiku trimestrali u semi-annwali rrapportata skont l-Artikolu 3. |
2. Fejn il-BĊNi jidentifikaw kwalunkwe diskrepanza wara l-verifiki mwettqa skont dan l-Artikolu, huma għandhom jipprovdu lill-BĊE bir-riżultati tal-verifiki mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 7
Reviżjonijiet
1. Fejn meħtieġ, il-BĊNi għandhom jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Artikolu 3 li tirreferi għall-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar preċedenti filwaqt li jiżguraw il-konsistenza bejn it-tagħrif statistiku rrapportat bi frekwenzi differenti, inkluż fejn tali konsistenza teħtieġ reviżjonijiet għal perijodi ta’ referenza ta’ rapportar oħrajn (reviżjonijiet ordinarji). Il-BĊNi għandhom jirrapportaw kwalunkwe reviżjoni ordinarja matul ir-rapportar regolari.
2. Fejn meħtieġ, il-BĊNi għandhom jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Artikolu 3 li mhumiex reviżjonijiet ordinarji (reviżjonijiet eċċezzjonali) fi kwalunkwe ħin b’approvazzjoni minn qabel mill-BĊE u għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet meta jirrapportaw tali reviżjonijiet.
Artikolu 8
Noti spjegattivi
Fejn meħtieġ, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE dwar devjazzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ rapportar minħabba speċifiċitajiet nazzjonali u interruzzjonijiet strutturali fid-dettall, inkluż l-impatt fuq dak it-tagħrif statistiku. Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll dawn l-ispjegazzjonijiet fuq talba mill-BĊE.
Artikolu 9
Trażmissjoni
1. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu t-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida b’mod elettroniku, bl-użu tal-mezzi speċifikati mill-BĊE. Il-format tal-messaġġ statistiku żviluppat għal dan l-iskambju elettroniku ta’ tagħrif statistiku għandu jkun il-format miftiehem mis-SEBĊ.
2. Fejn ma japplikax il-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jużaw mezzi oħra għat-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.
Artikolu 10
Proċedura ta’ emenda simplifikata
Wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel kwalunkwe emenda teknika meħtieġa lill-Anness ta’ din il-Linja Gwida, sakemm dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar tal-aġenti li jirrapportaw fl-Istati Membri. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’ kull emenda bħal din mingħajr dewmien.
Artikolu 11
L-ewwel rapportar
1. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku trimestrali li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għall-ewwel trimestru tal-2022.
2. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku semi-annwali b’ rendikont trimestrali li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għall-ewwel u t-tieni trimestru tal-2022.
3. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku semi-annwali li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2022.
4. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku annwali b’rendikont ta’ kull sitt xhur li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għall-ewwel u t-tieni sitt xhur tal-2022.
Artikolu 12
Dispożizzjoni tranżitorja
Għall-perjodu ta’ referenza 2021, il-BĊNi għandhom jirrapportaw dan li ġej lill-BĊE:
(a) |
it-tagħrif statistiku annwali kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2021; |
(b) |
it-tagħrif statistiku annwali kif stabbilit fl-Artikolu 18 tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 u Parti 16 tal-Anness II għal dik il-Linja Gwida kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2021. |
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-BĊE għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Frar 2022.
Artikolu 14
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/43) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 18).
(2) Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).
(3) Linja Gwida (UE) 2021/835 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzo 2021 li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2014/5 dwar istatistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2021/16) (ara paġna 335 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).
ANNESS
Iċ-ċelloli mmarkati bil-griż jirrappreżentaw ir-rekwiżiti tar-rapportar. Għal dawk l-indikaturi li għalihom mhijiex ipprovduta definizzjoni fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), hemm definizzjoni inkluża taħt it-tabella rilevanti ta’ dan l-Anness. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont l-Artikolu 3 ta’ din il-Linja Gwida għandu jiġi rrapportat irrispettivament mill-eżistenza attwali tal-fenomenu sottostanti u anke meta tkun żero. ‘-‘ bi status ta' osservazzjoni M hija użata biex jiġi indikat li l-fenomenu ma jeżistix.
It-Tabella A hija rrapportata fuq bażi semi-annwali u fejn indikat, b’rendikont trimestrali. It-Tabella A tikkumplimenta t-Tabella 1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43). Tagħrif statistiku fuq is-self intraday f’euro mill-bank ċentrali jirreferi għall-‘medja għall-aħħar perjodu ta’ żamma ta’ riżerva’. Data oħra dwar stokks irrapportata fit-Tabella A tirreferi għall-figuri tal-aħħar tal-perjodu.
Tabella A
Istituzzjonijiet li joffru servizzi ta’ ħlas lill-mhux MFIs
(l-aħħar tal-perjodu, numru f’unitajiet attwali, valur f’miljuni ta’ EUR, Ġeo 0) |
||
|
Numru |
Valur |
Bank ċentrali |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
Numru ta’ depożiti matul il-lejl |
|
|
|
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Mezzi ta’ saldu użati minn istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Depożiti ta’ matul il-lejl f’euro miżmumin f’istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu (trimestrali) |
|
|
Self intraday f’euro mill-bank ċentrali (medja għall-aħħar perjodu ta’ żamma ta’riżerva) |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati legalment fil-pajjiż ta’ rapportar |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
Valur ta’ depożiti ta’ matul il-lejl miżmumin minn mhux MFIs (trimestrali) |
|
|
Friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bbażati fiż-żona tal-euro |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
Valur ta’ depożiti ta’ matul il-lejl miżmumin minn mhux MFIs (trimestrali) |
|
|
Friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bbażati fiż-ŻEE barra miż-żona tal-euro |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
Valur ta’ depożiti ta’ matul il-lejl miżmumin minn mhux MFIs (trimestrali) |
|
|
Friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bbażati barra miż-ŻEE |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
Valur ta’ depożiti ta’ matul il-lejl miżmumin minn mhux MFIs (trimestrali) |
|
|
|
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Numru ta’ istituzzjonijiet |
|
|
Valur pendenti fuq ħażniet ta’ flus elettroniċi |
|
|
Li minnhom: |
|
|
maħruġ mill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li huma MFIs |
|
|
|
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Numru ta’ istituzzjonijiet |
|
|
Li minnhom: |
|
|
PISP |
|
|
AISP |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
|
|
|
PSPs u emittenti oħra ta' flus elettroniċi |
|
|
Numru ta’ istituzzjonijiet |
|
|
Numru ta’ uffiċċji |
|
|
Numru ta’ depożiti ta’ matul il-lejl miżmumin minn mhux MFIs |
|
|
Valur ta’ depożiti ta’ matul il-lejl miżmumin minn mhux MFIs (trimestrali) |
|
|
|
|
|
Numru totali ta’ istituzzjonijiet ta’ ħlas li joperaw fil-pajjiż fuq bażi transkonfinali |
|
|
Li minnhom: |
|
|
Numru ta’ istituzzjonijiet ta’ ħlas li jipprovdu servizzi permess ta’ fergħa stabbilita |
|
|
Numru ta’ istituzzjonijiet ta’ ħlas li jipprovdu servizzi permess ta’ aġent |
|
|
Numru ta’ istituzzjonijiet ta’ ħlas li jipprovdu servizzi li la jistabbilixxu fergħa u lanqas permess ta’ aġent |
|
|
Numru ta’ uffiċċji - numru ta’ postijiet ta’ negozju fil-pajjiż tar-rapportar. Kull post ta’ negozju stabbilit fl-istess pajjiż tar-rapportar jingħadd separatament. Huma inklużi biss dawk l-uffiċċji (irrispettivament mid-daqs u siegħat operattivi) li jipprovdu servizzi ta’ ħlas b’ikklerjar u saldu mingħajr flus kontanti, filwaqt li l-uffiċċji mobbli mhumiex inklużi. L-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni jitqies bħala uffiċċju jekk ikun joffri servizzi ta’ ħlas bi kklerjar u saldu mingħajr flus kontanti.
Mezz ta’ saldu użat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu — assi jew pretensjonijiet fuq assi li jistgħu jintużaw minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ħlasijiet.
Self intraday f’euro mill-bank ċentrali (medja għall-aħħar perjodu ta’ żamma ta’ riżerva) — valur totali ta’ kreditu estiż mill-bank ċentrali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u rimborżat fi ħdan perjodu ta’ anqas minn jum ta’ negozju wieħed. Din hija l-medja tal-valur massimu ta’ kuljum ta’ pożizzjonijiet ta’ overdraft simultanji u attwali intraday jew it-teħid mill-faċiltajiet ta’ kreditu intraday matul il-jum għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha meħudin flimkien. Il-jiem kollha fil-perjodi tal-manteniment, inkluż fit-tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi huma kkunsidrati fil-medja.
Fergħa ta’ istituzzjoni ta' kreditu bbażata fiż-żona tal-euro - fergħa (li tinstab fil-pajjiż li jirraporta) ta’ istituzzjoni ta' kreditu inkorporata legalment barra mill-pajjiż li jirraporta imma ġewwa ż-żona tal-euro.
Fergħa ta’ istituzzjoni ta' kreditu mhux ibbażata fiż-ŻEE - fergħa (li tinstab fil-pajjiż li jirraporta) ta’ istituzzjoni ta' kreditu inkorporata legalment f’pajjiż barra miż-ŻEE barra mill-pajjiż li jirraporta u barra ż-ŻEE.
Fergħa ta’ istituzzjoni ta' kreditu ibbażata fiż-ŻEE (barra miż-żona tal-euro) - fergħa (li tinstab fil-pajjiż li jirraporta) ta’ istituzzjoni ta' kreditu inkorporata legalment f’pajjiż fiż-ŻEE barra mill-pajjiż li jirraporta u barra ż-żona tal-euro.
Valur pendenti fuq ħażniet ta' flus elettroniċi maħruġa minn istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li huma MFIs - valur ta’ flus elettroniċi maħruġ minn istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi, u li għalhekk huma inklużi fis-settur MFI.
Istituzzjonijiet ta’ ħlas li joperaw fil-pajjiż fuq bażi traskonfinali - istituzzjonijiet ta' ħlas li jinsabu barra l-pajjiż li jirraporta imma li joperaw fil-pajjiż li jirraporta permezz ta’ fergħa stabbilita, aġent, jew aċċess remot.
It-tabella B hija rrapportata fuq bażi semi-annwali. It-Tabella B tikkumplimenta t-Tabella 7 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43). In-numru ta’ parteċipanti jirreferi għall-figuri tal-aħħar tal-perijodu.
Tabella B
Parteċipazzjoni fis-sistemi ta’ ħlas magħżulin TARGET2
(l-aħħar tal-perijodu, unitajiet oriġinali, Ġeo 1) |
|
|
Numru |
Sistema komponenti ta’ TARGET2 |
|
Numru ta’ parteċipanti |
|
Parteċipanti diretti |
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
Bank ċentrali |
|
Parteċipanti diretti oħrajn |
|
Gvern ġenerali |
|
Organizzazzjonijiet tal-ikklerjar u tas-saldu |
|
Istituzzjonijiet finanzjarji oħra |
|
Oħrajn |
|
Parteċipanti indiretti |
|
Sistema komponenti ta’ TARGET2 - "Sistema komponenti ta’ TARGET2" kif iddefinita fl-Artikolu 2(2) tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).
It-Tabella Ċ hija rrapportata fuq bażi semi-annwali. It-Tabella Ċ tikkumplimenta t-Tabella 8 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43). It-tranżazzjonijiet ta’ ħlas huma rrapportati bħala flussi grossi, jiġifieri totali, għall-perjodu. L-informazzjoni tiġi rrapportata b’rendikont Ġeo0, Ġeo1 jew Ġeo2, kif indikat fit-tabella.
Tabella Ċ
Ħlasijiet ipproċessati minn sistemi ta’ ħlas magħżulin TARGET2
(total għall-perjodu; numru ta’ tranżazzjonijet f’miljuni; valur ta’ tranżazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR) |
||
|
Mibgħuta |
|
|
Numru |
Valur |
Sistema komponenti ta’ TARGET2 |
|
|
Trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Fi ħdan l-istess sistema komponenti ta’ TARGET2 |
Ġeo 0 |
Ġeo 0 |
Għal sistema komponenti ta’ TARGET2 oħra |
Ġeo 2 |
Ġeo 2 |
Għal sistema komponenti ta’ TARGET2 fiż-żona ta’ l-euro |
Ġeo 2 |
Ġeo 2 |
Għal sistema komponenti ta’ TARGET2 mhux fiż-żona ta’ l-euro |
Ġeo 2 |
Ġeo 2 |
Li minnhom |
|
|
TIPS |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
|
|
|
Proporzjon ta' konċentrazzjoni |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Għat-TARGET2, id-definizzjoni ta’ ‘transkonfinali’ hija bbażata fuq il-post fejn jinsab il-komponenti u mhux dak tal-parteċipant, bħal fil-każ ta’ sistemi ta’ ħlas oħra.
TIPS - ‘TARGET instant payment settlement’ service (Servizz ta' saldu ta' ħlas istantanju TARGET) hekk kif iddefinit fl-Artikolu 1 tal-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2012/27.
It-Tabella D hija rrapportata fuq bażi semi-annwali u b’rendikont Ġeo3 sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. It-tranżazzjonijiet ta’ ħlas huma rrapportati bħala flussi grossi, jiġifieri totali, għall-perjodu.
Tabella D
Attivitajiet ta’ PSPs skont it-tip ta' servizz ta’ ħlas
(total għall-perjodu; numru ta’ tranżazzjonijet f’miljuni; valur ta’ tranżazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR, Ġeo 3) |
||
|
Mibgħuta |
|
|
Numru |
Valur |
Trasferimenti ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
|
|
|
Debiti diretti |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
|
|
|
Tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq kards (ħlief għal kards b'funzjoni ta' flus elettroniċi biss) (2) |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
|
|
|
Tranżazzjonijiet ta’ ħlas tal-flus elettroniċi bil-flus elettroniċi maħruġa mill-PSPs residenti |
|
|
B’kards li fuqhom il-flus elettroniċi jistgħu jinħażnu direttament |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
B’kontijiet ta’ flus elettroniċi (tranżazzjonijiet mibdija permezz ta’ kard) |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
B’kontijiet ta’ flus elettroniċi (tranżazzjonijiet minn kont għal kont) |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
|
|
|
Depożiti ta' flus kontanti OTC (3) |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
|
|
|
Ġbid ta' flus kontanti OTC |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
Ġeo 1 |
Ġeo 1 |
|
|
|
Rimessa ta' flus |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi |
|
|
Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali |
|
|
Istituzzjonijiet ta’ ħlas |
|
|
Awtoritajiet pubbliċi: 1) BĊE u BĊNi u ii) Stati Membri jew awtoritajiet lokali |
|
|
Ir-rendikont ġeografiku meħtieġ japplika l-klassifikazzjonijiet użati fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43) filwaqt li jinkludi wkoll ir-rendikont ġeografiku “Ġeo 2” li jirreferi għal tranżazzjonijiet transkonfinali biss. Ir-rendikonti ġeografiċi huma:
Rendikonti ġeografiċi
Ġeo 0 |
Ġeo 1 |
Ġeo 2 |
Ġeo 3 |
Domestiċi |
Domestiċi u transkonfinali kkombinati |
Transkonfinali |
Domestiċi Rendikont skont pajjiż wieħed għal kull membru taż-ŻEE Transkonfinali barra miż-ŻEE |
(1) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(2) Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq kards transkonfinali r-residenza tal-kontroparti u l-post fejn jinsab il-punt tal-bejgħ (point of sale) għandhom jiġu rraportati flimkien.
(3) Depożiti ta’ flus kontanti OTC jaqgħu fil-kategorija ta’ transazzjonijiet riċevuti peress li fondi jiġu kkreditati lill-kont tal-utent tas-servizz ta’ ħlas. Għalkemm it-Tabella D tinkludi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta’ ħlas mibgħuta, id-depożiti ta’ flus kontanti OTC għandhom jiġu inklużi fir-rapportar.