Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 32021L0415
Commission Implementing Directive (EU) 2021/415 of 8 March 2021 amending Council Directives 66/401/EEC and 66/402/EEC in order to adapt to the evolution of scientific and technical knowledge, taxonomic groups and names of certain species of seeds and weeds (Text with EEA relevance)
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/415 tat-8 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE sabiex tadatta l-gruppi tassonomiċi u l-ismijiet ta’ ċerti speċi ta’ żrieragħ u ħaxix ħażin għall-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/415 tat-8 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE sabiex tadatta l-gruppi tassonomiċi u l-ismijiet ta’ ċerti speċi ta’ żrieragħ u ħaxix ħażin għall-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
C/2021/1439
ĠU L 81, 9.3.2021., 65–69. o.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Hatályos
9.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/65 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/415
tat-8 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE sabiex tadatta l-gruppi tassonomiċi u l-ismijiet ta’ ċerti speċi ta’ żrieragħ u ħaxix ħażin għall-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (1), u partikolarment l-Artikolu 2(1)(A)(a) u l-Artikolu 21a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u partikolarment l-Artikolu 2(1)(A)(a) u l-Artikolu 21a tagħha,
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku, l-ismijiet botaniċi tal-iżwien iebes tal-ġenu Festuca u tan-niġem, kif ukoll l-ismijiet botaniċi tal-qamħ, tal-qamħ durum, tal-qamħ spelt, tal-ħaxix tas-Sorgu u tal-ħaxix tas-Sudan ġew riveduti f’konformità mar-regoli tal-Kodiċi Internazzjoni għan-Nomenklatura għall-algi, għall-fungi, u għall-pjanti. |
(2) |
L-isem botaniku tal-ġenu Festuca ġie rivedut wara l-isem Festuca trachyphylla (Hack.) Hack. ġie ppubblikat b’mod validu qabel l-isem Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina. Elytrigia repens bħala l-isem botaniku tan-niġem ma ġiex ippubblikat b’mod validu. Minflok, Elymus repens ġie stabbilit bħala l-isem botaniku validu għal dik l-ispeċi. |
(3) |
Approċċi bbażati fuq il-ġenoma u fuq il-filoġenija għat-tassonomija tal-ispeċi Triticumikkonfermaw li l-qamħ durum u l-qamħ spelt, li qabel kienu jitqiesu bħala speċi indipendenti, huma sottospeċi ta’ speċi oħrajn. L-isem botaniku preċedenti tal-qamħ durum, Triticum durum Desf., għalhekk ġie rivedut u l-isem il-ġdid huwa Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren. L-isem botaniku tal-qamħ spelt, Triticum spelta L., ġie rivedut u issa huwa Triticum aestivum L. subsp. spelta (L.) Thell. Minħabba li l-qamħ spelt sar sottospeċi tal-qamħ, il-grupp ta’ pjanti li qabel kien jismu Triticum aestivum L. ingħata l-isem ġdid Triticum aestivum L. subsp. aestivum f’konformità mar-regoli tal-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura għall-algi, għall-fungi u għall-pjanti. |
(4) |
L-isem botaniku preċedenti tal-ħaxix tas-Sudan, Sorghum sudanense (Piper) Stapf, ma ġiex ippubblikat b’mod validu u Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse ġie stabbilit bħalha l-isem botaniku l-validu ta’ dan il-grupp ta’ pjanti f’konformità mar-regoli tal-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura għall-algi, għall-fungi u għall-pjanti. Minħabba li l-ħaxix tas-Sudan jaqa’ fil-grad tassonomiku ta’ sottospeċi tal-ħaxix tas-Sorgu, l-isem botaniku tal-ħaxix tas-Sorgu, Sorghum bicolor (L.) Moench, ġie rivedut b’konformità mar-regoli tal-Kodiċi Internazzjonali għall-algi, għall-fungi u għall-pjanti u issa huwa Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttivi 66/401/KEE u 66/402/KEE jiġu emendati sabiex jirriflettu dawk il-bidliet. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 66/401/KEE
Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2(1)(A)(a), is-sittax-il definizzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità ma’ Parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 66/402/KEE
Id-Direttiva 66/402/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2(1)(A) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Annessi I, II u III huma emendati b’konformità mal-Parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2022. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Parti A – Emendi għall-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE
L-intestatura tal-kolonna 7 fit-tabella fil-punt I(2)(A), u l-intestatura tal-kolonna 5 fit-tabella fil-punt II(2)(A) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“ Elymus repens ”
Parti B – Emendi għall-Annessi I, II u III tad-Direttiva 66/402/KEE
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness III t-tabella hija emendata kif ġej:
|