This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021H0992
Council Recommendation (EU) 2021/992 of 18 June 2021 amending Recommendation (EU) 2020/912 on the temporary restriction on non-essential travel into the EU and the possible lifting of such restriction
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/992 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/992 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni
ST/9878/2021/INIT
ĠU L 221, 21.6.2021, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/12 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/992
tat-18 ta’ Ġunju 2021
li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2) (b) u (e) u l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Ġunju 2020, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni (1) ("Rakkomandazzjoni tal-Kunsill"). |
(2) |
Minn dakinhar 'l hawn, il-Kunsill adotta ir-Rakkomandazzjonijiet (UE) 2020/1052 (2), (UE) 2020/1144 (3), (UE) 2020/1186 (4), (UE) 2020/1551 (5), (UE) 2020/2169 (6), (UE) 2021/89 (7), (UE) 2021/132 (8), (UE) 2021/767 (9) u (UE) 2021/892 (10) li jemendaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni. |
(3) |
Fl-20 ta' Mejju 2021, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/816 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni (11) sabiex jaġġorna l-kriterji użati biex jiġi vvalutat jekk huwiex sikur l-ivvjaġġar mhux essenzjali minn pajjiżi terzi u jekk dan jenħtieġx li jkun permess. |
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tipprevedi li jenħtieġ li l-Istati Membri jneħħu gradwalment ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE mill-1 ta' Lulju 2020 b'mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Jenħtieġ li l-lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I tkun riveduta kull ġimagħtejn u, jekk meħtieġ, aġġornata mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE wara valutazzjoni ġenerali bbażata fuq il-metodoloġija, il-kriterji u l-informazzjoni msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(5) |
Minn dak iż-żmien 'l hawn saru diskussjonijiet fil-Kunsill, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE, dwar ir-rieżami tal-lista ta' pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u fl-applikazzjoni tal-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni 2021/816. Bħala riżultat ta' dawn id-diskussjonijiet, il-lista ta' pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness I jenħtieġ li tiġi emendata. B'mod partikolari, l-Albanija, il-Libanu, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, is-Serbja u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom jiġu miżjuda mal-lista, kif ukoll it-Tajwan, taħt il-kategorija ta' entitajiet u awtoritajiet oħra li mhumiex rikonoxxuti bħala stati minn tal-anqas Stat Membru wieħed. Fir-rigward ta' Hong Kong u l-Macao, l-ivvjaġġar mhux essenzjali issa għandu jkun possibbli mingħajr ir-rekwiżit ta' reċiproċità. |
(6) |
Il-kontrolli fuq il-fruntieri mhumiex biss fl-interess tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri meħuda fil-fruntieri esterni jkunu kkoordinati sabiex jiżguraw żona Schengen li tiffunzjona tajjeb. Għal dak il-għan, mit-18 ta' Ġunju 2021, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b'mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi, Reġjuni Amministrattivi Speċjali u entitajiet u awtoritajiet territorjali oħra elenkati fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill kif emendat b'din ir-Rakkomandazzjoni. |
(7) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din ir-Rakkomandazzjoni jekk hijiex ser timplimentaha. |
(8) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (12); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(9) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (13). |
(10) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (14) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (15). |
(11) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (16), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (17), |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1052, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1144, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1186, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1551, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/2169, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/89, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/132, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/767, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/816 u bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/892 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni hija emendata kif ġej:
(1) |
L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness I għar-Rakkomandazzjoni huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS I Pajjiżi terzi, Reġjuni Amministrattivi Speċjali u entitajiet u awtoritajiet territorjali oħra li r-residenti tagħhom jenħtieġ li ma jiġux affettwati minn restrizzjoni temporanja fil-fruntieri esterni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE: I. STATI
II. REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SPEĊJALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
III. ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MHUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED
(*1) soġġett għall-konferma tar-reċiproċità" |
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. LEÃO
(1) ĠU L 208I, 1.7.2020, p. 1.
(2) ĠU L 230, 17.7.2020, p. 26.
(3) ĠU L 248, 31.7.2020, p. 26.
(4) ĠU L 261, 11.8.2020, p. 83.
(5) ĠU L 354, 26.10.2020, p. 19.
(6) ĠU L 431, 21.12.2020, p. 75.
(9) ĠU L 165I, 11.5.2021, p. 66.
(10) ĠU L 198, 4.6.2021, p. 1.
(11) ĠU L 182, 21.5.2021, p. 1.
(12) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(13) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(14) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(15) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(16) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(17) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).