Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2254

    Deċiżjoni (UE) 2021/2254 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deciżjoni (UE) 2020/1997 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2021 (BĊE/2021/53)

    ECB/2021/53

    ĠU L 454, 17.12.2021, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2254/oj

    17.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 454/17


    DEĊIŻJONI (UE) 2021/2254 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-7 ta’ Diċembru 2021

    li temenda d-Deciżjoni (UE) 2020/1997 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2021

    (BĊE/2021/53)

    IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    (2)

    Skont l-estimi tad-domanda għall-muniti tal-euro fl-2021 li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2021 fid-Deċiżjoni (UE) 2020/1997 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/57) (2).

    (3)

    Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/43), Stat Membru taż-żona tal-euro għandu jinnotifika lill-BĊE jekk id-domanda reali għall-muniti tal-euro aktarx li taqbeż il-volum approvat ta’ ħruġ ta’ muniti f’sena kalendarja u għandu jitlob approvazzjoni ad hoc għal volum addizzjonali ta’ ħruġ ta’ muniti f’dik is-sena kalendarja jekk iż-żieda fid-domanda għall-muniti tkompli.

    (4)

    Fit-22 ta’ Novembru, il-BĊE irċieva talba mis-Central Bank of Ireland f’isem l-Irlanda biex jiżdied il-volum ta' muniti tal-euro li l-Irlanda tista’ toħroġ fl-2021, b’volum addizzjonali ta’ EUR10 miljun minn EUR 16.3 miljun għal EUR 26.3 miljun biex ikun jista’ jwieġeb għal żieda sinifikanti fid-domanda għall-muniti b’rabta ma’ tnaqqis fid-depożiti tal-muniti fl-2021 meta mqabbel mal-2020 u ma’ domanda ikbar milli stmata prevista għall-perjodu ta’ qabel il-Milied fl-2021.

    (5)

    Skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni individwali dwar it-talba ad hoc għal approvazzjoni, meta ebda modifika għat-talba ad hoc tkun meħtieġa.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2020/1997 (BĊE/2020/57) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda

    It-tabella fl-Artikolu 2 tad-Decizjoni (UE) 2020/1997 (BĊE/2020/57) hija emendata kif gej:

    ir-ringiela dwar l-Irlanda hija mibdula b’li ġej:

    “L-Irlanda

    25,8

    0,5

    26,3 ”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2021.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.

    (2)  Deċiżjoni (UE) 2020/1997 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2021 (BĊE/2020/57) (ĠU L 410, 7.12.2020, p. 104).


    Top