This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0486
Council Decision (EU) 2021/486 of 15 February 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union in the written procedure by the Participants to the Sector Understanding on Export Credits for Civil Aircraft contained in Annex III to the Arrangement on Officially Supported Export Credits as regards the Common Line on the temporary deferral of loan principal repayment
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/486 tal-15 ta’ Frar 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li jinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/486 tal-15 ta’ Frar 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li jinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self
ST/5327/2021/INIT
ĠU L 100, 23.3.2021, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/03/2021
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/486
tal-15 ta’ Marzu 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li jinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali, inkluż il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili (“Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru”) li jinsab fl-Anness III tiegħu, japplikaw fl-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
(2) |
Skont l-Artikolu 28 tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, proposti dwar il-Linji Komuni għandhom jiġu indirizzati lis-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. |
(3) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis ekonomiku li rriżulta affettwaw severament lill-industrija tal-avjazzjoni ċivili, li n-negozju tagħha huwa mhedded mill-problemi ta’ likwidità f’medda ta’ żmien qasis tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u tax-xerrejja ta’ inġenji tal-ajru u ta’ magni ġodda. Fid-dawl tat-tnaqqis ekonomiku attwali u li qed jiżviluppa u sabiex titnaqqas is-severità tal-impatt tiegħu, l-Unjoni għandha tipproponi Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self għall-akkwist ta’ inġenji tal-ajru u ta’ magni ġodda (il-“Linja Komuni proposta”). |
(4) |
Skont il-Parti 4, Taqsima 3 tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru għandhom jiddeċiedu permezz tal-proċedura bil-miktub dwar il-Linja Komuni proposta. |
(5) |
Il-Linja Komuni proposta tippermetti lill-akkwirenti ta’ inġenji tal-ajru ġodda kif definit fl-Artikolu 8(a)(1) tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru u l-akkwirenti ta’ magni ta’ riżerva u spare parts kif definit fl-Artikolu 20(a), (b) u (c) tiegħu li jiddifferixxu r-ripagamenti tal-kapital tas-self għal 12-il xahar wara l-konsenja tal-merkanzija akkwistata jew, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, għal 18-il xahar wara l-konsenja tal-merkanzija akkwistata. |
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward tal-Linja Komuni proposta fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, billi l-Linja Komuni proposta, ladarba tiġa miftiehma, ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni u kapaċi li tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1233/2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall- Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li tinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz propost tal-Linja Komuni (*1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45).
(*1) Ara d-dokument ST 5390/21 fuq http://register.consilium.europa.eu