|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)
|
Ismijiet
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet għall-elenkar
|
Data tal-elenkar
|
“5.
|
ZHU Hailun
|
朱海仑 (Ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Eks Viċi Kap tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)
Data tat-twelid: Jannar 1958
Post tat-twelid: Lianshui, Jiangsu (iċ-Ċina)
Nazzjonalità: Ċiniża
Ġeneru: raġel
|
Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u eks Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX (mill-2016 sal-2019). Eks Viċi Deputat tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX, korp leġiżlattiv reġjonali (mill-2019 sa Frar 2021).
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (mill-2016 sal-2019), Zhu Hailun kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Zhu Hailun ġie deskritt bħala l-“arkitett” ta’ dan il-programm. Huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.
|
|
|
|
|
|
Bħala Viċi Kap tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX (mill-2019 sa Frar 2021), Zhu Hailun kompla jeżerċita influwenza deċiżiva fir-RAUX fejn il-programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn għadu għaddej sal-lum.
|
|
6.
|
WANG Junzheng
|
王君正 (Ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina. Kummissarju politiku tal-KPKX u uffiċjal kap eżekuttiv tal-Grupp ta’ Xinjian taċ-Ċina
Data tat-twelid: Mejju 1963
Post tat-twelid: Linyi, Shandong (iċ-Ċina)
Nazzjonalità: Ċiniża
Ġeneru: raġel
|
Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina sa minn April 2020 kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX sa minn Mejju 2020.
Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (minn Frar 2019 sa Settembru 2020). Wang Junzheng għandu wkoll karigi għoljin oħra fil-KPKX.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Il-KPKX hu organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-RAUX, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang. Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX sa mill-2020, Wang Junzheng hu involut fis-sorveljanza tal-politika kollha implimentata mill-KPKX. F’din il-kariga, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.
|
|
|
|
|
|
Hu responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.
Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX sa mill-2020, Wang Junzheng hu involut fis-sorveljanza tal-politika tas-sigurtà kollha implimentata f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (minn Frar 2019 sa Settembru 2020), Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.
|
|
7.
|
WANG Mingshan
|
王明山 (Ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX
Data tat-twelid: Jannar 1964
Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (iċ-Ċina)
Nazzjonalità: Ċiniża
Ġeneru: raġel
|
Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020. Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) bejn l-2017 u Jannar 2021.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020, Wang Mingshan hu responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, għandu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.
|
|
|
|
|
|
Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-BSPX (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien responsabbli direttament mill-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jindika lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.
Fil-kariga attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjoni jew tat-twemmin tagħhom.
|
|
8.
|
CHEN Mingguo
|
陈明国
(Ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)
Data tat-twelid: Ottubru 1966
Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (iċ-Ċina)
Nazzjonalità: Ċiniża
Ġeneru: raġel
|
Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) sa minn Jannar 2021 u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX).
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Bħala Direttur tal-BSPX, Chen Mingguo għandu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u hu involut direttament fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjoni jew ta’ twemmin tagħhom.
|
|
9.
|
JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO’NG Kyo’ng-t’aek)
|
정경택
(Ortografija Koreana)
|
Kariga/i: Ministru tas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Data tat-twelid: bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963
Nazzjonalità: Koreana ta’ Fuq
Ġeneru: raġel
|
Jong Kyong-thaek hu l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa mill-2017.
Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika repressiva tas-sigurtà tar-RDPK, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni u t-trażżin ta’ dissens politiku, l-influss ta’ informazzjoni “sovversiva” minn barra, u kull imġiba oħra meqjusa bħala theddida politika serja għas-sistema politika u t-tmexxija tagħha.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Bħala Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Jong Kyong-thaek huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.
|
|
10.
|
RI Yong Gil
(Magħruf bħala RI Yong Gi, Ri Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil)
|
리영길
(Ortografija Koreana)
|
Kariga/i: Ministru tas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblik Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Data tat-twelid: 1955
Nazzjonalità: Koreana ta’ Fuq
Ġeneru: raġel
|
Ri Yong Gil huwa l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa minn Jannar 2021 u l-eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (APK) bejn l-2018 u Jannar 2021.
Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK (qabel magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli milli jimplimenta l-politika repressiva tas-sigurtà tar-RDPK, inkluż l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perijodu qasir ta’ żmien permezz tal-Bureau Korrettiv tiegħu, fejn il-prigunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u jirċievu trattament inuman ieħor.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Bħala l-Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.
Bħala eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal- KPA, Ri Yong Gil huwa responsabbli wkoll għall-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA.
|
|
11.
|
Mohammed Khalifa AL-KANI (magħruf ukoll bħala Mohamed Khalifa Abderrahim Shaqaqi AL-KANI, Mohammed AL-KANI Muhammad Omar AL-KANI)
|
الكاني خليفة محمد (Ortografija Għarbija)
|
Kariga/i: Kap tal-Milizzja Kaniyat
Data tat-twelid: 3.5.1979
Nazzjonalità: Libjana
Numru tal-passaport: F86JKFJF
Ġeneru: raġel
|
Mohammed Khalifa Al-Kani huwa l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, li eżerċitat il-kontroll tal-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. F’dik il-kariga, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Milizzja Kaniyat. Fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta’ persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f’Tarhuna.
Mohammed Khalifa Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta’ Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Wara dan, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna.
|
22.3.2021
|
12.
|
Abderrahim AL-KANI Al-Kani (magħruf ukoll bħala AL-KANI Abdul-Rahim, AL-KANI Abd-al-Rahim)
|
الرحيم الكاني عبد (Ortografija Għarbija)
|
Kariga/i: membru tal-Milizzja Kaniyat
Data tat-twelid: 7.9.1997
Nazzjonalità: Libjana
Numru tal-passaport: PH3854LY
Numru tal-karta tal-identità: 119970331820
Ġeneru: raġel
|
Abderrahim Al-Kani huwa membru ewlieni tal-Milizzja Kaniyat u ħu l-Kap tal-Milizzja Kaniyat Mohammed Khalifa Al-Khani. Il-Milizzja Kaniyat eżerċitat il-kontroll tal-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020.
Abderrahim Al-Kani huwa inkarigat mis-sigurtà interna għall-Milizzja Kaniyat. F’dik il-kapaċità, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta’ persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f’Tarhuna.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Abderrahim Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta’ Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Wara dan, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna.
|
|
13.
|
Aiub Vakhaevich KATAEV
(magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV)
|
Аюб Вахаевич КАТАЕВ (magħruf ukoll bħala Аюбхан Вахаевич КАТАЕВ)
(Ortografija Russa)
|
Kariga/i: Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena
Data tat-twelid: 1.12.1980 jew 1.12.1984
Nazzjonalità: Russa
Ġeneru: raġel
|
Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa f’Argun, Aiub Kataev jissorvelja l-attivitajiet tas-sigurtà tal-istat u tal-aġenziji tal-pulizija lokali. F’din il-kariga, huwa jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI, u individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov. Aiub Kataev u forzi taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament u pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u eżekuzzjonijiet arbitrarji jew ekstraġudizzjarji u qtil.
|
|
|
|
|
|
Skont diversi xiehda, Aiub Kataev issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti.
|
|
14.
|
Abuzaid (Abuzayed) Dzhandarovich VISMURADOV
|
Абузайд Джандарович ВИСМУРАДОВ
|
Kariga/i: Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov
Data tat-twelid: 24.12.1975
Post tat-twelid: Akhmat-Yurt/Khosi-Yurt, eks Repubblika Soċjalista Sovjetika Awtonoma Ċeċena-Ingush (ASSR), issa Repubblika Ċeċena (Federazzjoni Russa)
Nazzjonalità: Russa
Ġeneru: raġel
|
Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.
Abuzaid Vismuradov ilu l-kmandant tal-istakkament “Terek” tas-SOBR sa minn Mejju 2012. F’din il-kariga, huwa jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI jew individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.
|
22.3.2021
|
|
|
|
|
Abuzaid Vismuradov u l-unità “Terek” taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u qtil ekstraġudizzjarju u arbitrarju u eżekuzzjonijiet.
Skont diversi xiehda, Abuzaid Vismuradov issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti. Huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Ramzan Kadyrov, il-Kap tar-Repubblika Ċeċena, li ilu jmexxi kampanja ta’ repressjonijiet kontra l-avversarji politiċi tiegħu għal bosta snin.
|
|
15.
|
Gabriel Moses LOKUJO
|
-
|
Kariga/i: Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF)
Nazzjonalità: Sud Sudaniża
Ġeneru: raġel
|
Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF).
Gabriel Moses Lokujo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, b’mod partikolari eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil.
F’Mejju 2020, tliet uffiċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) inħatfu u inqatlu fuq l-ordnijiet tal-Maġġur Ġeneral Lokujo.
|
22.3.2021’;
|
|
|
|
|
F’Settembru 2020, il-Maġġur Ġeneral Lokujo abbanduna lill-SPLA-IO u ngħaqad mal-SSPDF u huwa responsabbli għall-konfrontazzjonijiet sussegwenti ġewwa u madwar iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta’ Moroto fl-Equatoria Ċentrali tan-Nofsinhar. Bħala konsegwenza, diversi mwiet u korrimenti ġew irrapportati miż-żewġ naħat matul l-aħħar trimestru tal-2020, u ġew spustati wkoll persuni ċivili, speċjalment fiż-żona Kajo-Keji tal-Istat tal-Equatoria Ċentrali. Il-forzi tal-Maġġur Ġeneral Lokujo baqgħu fiż-żona fejn ġew irrapportati diversi konfrontazzjonijiet oħra u s-sikurezza u s-sigurtà tal-komunitajiet ċivili għadhom f’periklu.
|
|