Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0136

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/136 tal-4 ta’ Frar 2021 li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339 dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/554

    ĠU L 42, 5.2.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/136/oj

    5.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 42/13


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/136

    tal-4 ta’ Frar 2021

    li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339 dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-formula 9 fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 (2)mhix korretta u jenħtieġ li tiġi ssostitwita minn formula kkoreġuta ġdida.

    (2)

    Il-livell limitu ta’ ffrankar tas-CO2 imsemmi fil-punt 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1339 (3) mhux korrett u jenħtieġ li jiġi ssostitwit bil-valur imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (4).

    (3)

    Għalhekk, id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 u (UE) 2020/1339 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Korrezzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119

    Fil-punt 4.2.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119, il-Formula 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Image 1

    Artikolu 2

    Korrezzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339

    Fil-punt 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339, it-test: “MT hija l-livell limitu minimu ugwali għal 1 g ta’ CO2/km” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “MT hija l-livell limitu minimu ugwali għal 0,5 g ta’ CO2/km”

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 67).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1339 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (ĠU L 313, 28.9.2020, p. 4).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).


    Top