EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020Y0914(01)

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-17 ta’ Awwissu 2020 dwar il-ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2020/11) 2020/C 303/04

ĠU C 303, 14.9.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2023

14.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/5


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tas-17 ta’ Awwissu 2020

dwar il-ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2020/11)

(2020/C 303/04)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (2), u b’mod partikolari l- Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2012/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-13 ta’ Lulju 2012 li timplimenta regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/655 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2020 li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad-data fil-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/1 (BĊE/2020/28) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Lulju 2019, il-Bord Ġenerali tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) adotta d-Deċiżjoni BERS/2019/17 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5), li ħatar lis-Sinjura Evanthia Chatziliasi bħala Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (DPO) tal-BERS sal-31 ta' Lulju 2024.

(2)

Fuq talba tas-Sinjura Chatziliasi, it-terminu tal-kariga tagħha ser jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2020. Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar is-suċċessur tagħha bħala DPO tal-BERS mill-1 ta’ Settembru 2020.

(3)

B’mod konformi mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, id-DPO tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) attwalment jaġixxi wkoll bħala DPO tal-BERS.

(4)

Fil-21 ta’ Lulju 2020, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE ħatar lis-Sir Maarten Daman biex jissostitwixxi lis-Sinjura Evanthia Chatziliasi bħala DPO tal-BĊE b'effett mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(5)

L-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28), li japplika mill-1 ta’ Novembru 2020, jipprovdi li, fuq talba tal-BERS, id-DPO tal-BĊE jistgħu jkun awtorizzat biex iwettaq ukoll fir-rigward tal-BERS il-kompiti stipulati fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, u b’mod konformi mal-prattika fil-passat, il-Bord Ġenerali tal- BERS iqis li dik it-talba għandha ssir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

Is-Sur Maarten Daman huwa maħtur bħala l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (DPO) tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) b'effett mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2023, fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-persunal u DPO tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

Artikolu 2

Talba għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28)

Skont l-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28), il-BERS jitlob li kwalunkwe DPO maħtur mill-BĊE wara l-1 ta’ Novembru 2020 ikun awtorizzat li jwettaq ukoll b’rabta mal-BERS il-kompiti stipulati fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Awwissu 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Awwissu 2020.

Kap tas-Segretarjat tal-BERS,

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS

Francesco MAZZAFERRO


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(3)  ĠU C 286, 22.9.2012, p. 16.

(4)  ĠU L 152, 15.5.2020, p. 13.

(5)  Id-Deċiżjoni BERS/2019/17 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat- 30 ta’ Lulju 2019 dwar il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU C 344, 11.10.2019, p. 3).


Top