Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1703

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1703 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar kundizzjonijiet uniformi għat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2020/7857

    ĠU L 382, 16.11.2020, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1703/oj

    16.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 382/7


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1703

    tat-13 ta’ Novembru 2020

    dwar kundizzjonijiet uniformi għat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jipprevedi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali jkunu jistgħu jsiru l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni.

    (2)

    Il-Kummissjoni emendat il-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont l-Anness sal-1 ta’ Jannar 2023.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 154, 21.6.2003.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1).


    ANNESS

    Is-sena tal-bidu meħtieġa skont id-dominju statistiku

    Id-dominju

    Il-livell 2 tan-NUTS

    Il-livell 3 tan-NUTS

    Agrikoltura

    2016

     

    Demografija – il-popolazzjoni, twelidiet ta’ trabi ħajjin, imwiet

    1990  (1)

    1990  (2)

    Suq tax-xogħol – impjiegi, qgħad

    2016

    2016  (3)

    Edukazzjoni

    2013

     

    Ambjent – faċilitajiet tat-trattament tal-iskart

    2018

     

    Saħħa – kawżi tal-imwiet

    2011

     

    Saħħa – infrastruttura

    1996  (4)

     

    Saħħa – pazjenti

    2003  (5)

     

    Soċjetà tal-informazzjoni

    2016  (6)

     

    Kontijiet reġjonali – Kontijiet tal-unitajiet domestiċi skont ir-reġjun

    2000

     

    Kontijiet reġjonali – Kontijiet skont l-industrija u skont ir-reġjun

    2000

    2000

    Xjenza u teknoloġija – nefqa u persunal għar-riċerka u l-iżvilupp

    2016

     

    Turiżmu

    2018

     


    (1)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta’ referenza mill-1990 sal-2012.

    (2)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta’ referenza mill-1990 sal-2012.

    (3)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.

    (4)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.

    (5)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.

    (6)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.


    Top