This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1318
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1318 of 22 September 2020 amending Implementing Regulations (EU) 2020/21 and (EU) No 2020/194 as regards the dates of application in response to the COVID‐19 pandemic
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1318 tat-22 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21 u (UE) 2020/194 fir-rigward tad-dati tal-applikazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID‐19
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1318 tat-22 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21 u (UE) 2020/194 fir-rigward tad-dati tal-applikazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID‐19
C/2020/6339
ĠU L 309, 23.9.2020, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1318
tat-22 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21 u (UE) 2020/194 fir-rigward tad-dati tal-applikazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID‐19
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 47 l tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Skont il-punt (d) tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/21 (3), il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli portal web għall-Istati Membri li jagħżlu li jippubblikaw fost l-oħrajn ir-rati tat-taxxa applikabbli għall-provvisti ta’ oġġetti u servizzi msemmija fl-Artikolu 47 g, it-tieni paragrafu tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 mill-1 ta’ Jannar 2021. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2012 (4) li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, dwar skemi speċjali għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012 huwa mħassar u sostitwit b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/194 (5) biex jiġi rifless l-ambitu estiż tal-iskemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli, li jbigħu b’distanza oġġetti u ċerti provvisti domestiċi ta’ oġġetti. Madankollu, fir-rigward tal-preżentazzjoni u l-korrezzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvisti ta’ servizzi koperti mill-iskemi speċjali msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012 li twettqu qabel l-1 ta’ Jannar 2021, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jkompli japplika sal-10 ta’ Frar 2024. Dan biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni jibqa’ japplika għal provvisti li saru qabel l-1 ta’ Jannar 2021. Il-korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT jistgħu jsiru fi żmien tliet snin mid-data li fiha kellha tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni inizjali. |
(3) |
Dawk il-bidliet saru biex jirriflettu l-estensjoni tal-iskemi speċjali stabbiliti fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (6) bid-Direttivi tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (7) u (UE) 2019/1995 (8) u l-emendi korrispondenti li saru fir-Regolament (UE) Nru 904/2010 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 (9). |
(4) |
Il-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, li qed taffettwa ħafna lill-Istati Membri kollha u ġġegħelhom jieħdu l-azzjoni minnufih fil-livell nazzjonali bi prijorità billi jirriallokaw ir-riżorsi lejn kwistjonijiet oħra, qed tikkawża diffikultajiet għal xi Stati Membri biex jimplimentaw u japplikaw dawk il-bidliet mill-1 ta’ Jannar 2021. Għaldaqstant, id-dati tal-applikazzjoni tal-emendi għat-Titolu XII, il-Kapitolu 6 tad-Direttiva 2006/112/KE u tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 ġew posposti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1109 (10) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1108 (11) b’sitt xhur sal-1 ta’ Lulju 2021. |
(5) |
Sabiex ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21 u (UE) 2020/194 ikunu japplikaw mill-istess data tad-dispożizzjonijiet emendati tat-Titolu XII, il-Kapitolu 6 tad-Direttiva 2006/112/KE u tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2021. |
(6) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi ċċarat li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn intermedjarju mar-reġistrazzjoni fl-Anness I, il-Kaxxa 21, il-Kolonna E tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 tirreferi biss għal numri ta’ identifikazzjoni preċedenti possibbli li jippermettu lil dik il-persuna taġixxi bħala intermedjarju. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21 u (UE) 2020/194 jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/21 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.”; |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Tħassir Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2021. Madankollu, fir-rigward tal-preżentazzjoni u l-korrezzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvisti ta’ servizzi koperti minn waħda mill-iskemi speċjali msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012 li twettqu qabel l-1 ta’ Lulju 2021, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jkompli japplika sal-10 ta’ Awwissu 2024.”; |
(2) |
fl-Artikolu 8, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.” |
(3) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 29, 1.2.2012, p. 13).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/21 tal-14 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 11, 15.1.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2012 tat-13 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, dwar skemi speċjali għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti li jfornu servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli (ĠU L 249, 14.9.2012, p. 3).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2020/194 tat-12 ta’ Frar 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli, li jbigħu b’distanza oġġetti u ċerti provvisti domestiċi ta’ oġġetti (ĠU L 40, 13.2.2020, p. 114).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/1995 tal-21 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet li jirrelataw ma’ bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija (ĠU L 310, 2.12.2019, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 1).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1109 tal-20 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f’dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 244, 29.7.2020, p. 3).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1108 tal-20 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2454 f’dak li jirrigwarda d-dati tal-applikazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 244, 29.7.2020, p. 1).