Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1034

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1034 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4728

    ĠU L 227, 16.7.2020, p. 34–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2024; Imħassar b' 32024R1058

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1034/oj

    16.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 227/34


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1034

    tal-15 ta’ Lulju 2020

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372). Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    Fl-opinjonijiet tagħha tas-26 ta’ Settembru 2017 (2) u tat-13 ta’ Novembru 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) ma fihiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur respiratorju potenzjali u li ma setgħet issir l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni dermali mill-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv wera li kellu effett fit-titjib tal-prestazzjoni tat-tiġieġ tal-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali kif stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2017;15(10):5020.

    (3)  EFSA Journal 2019;17(11):5919.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà.

    4a1607i

    DSM Nutritional Products Ltd rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o

    Endo-1,4-beta-ksilanażi

    (EC 3.2.1.8)

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) b’attività minima ta’:

    Forma solida: 1 000 FXU  (1)/g

    Forma likwida: 650 FXU/ml

    Tiġieġ tal-bajd

    -

    100 FXU

    -

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    2.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż b’protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

    5.8.2030

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372)

    Metodu analitiku  (2)

    Għall-kwantifikazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) fl-addittiv tal-għalf:

    il-metodu kolorimetriku li jkejjel il-kompost kimiku prodott bl-aċidu dinitrosaliċiliku (DNSA) u l-frazzjonijiet ksilosiliċi rilaxxati mill-azzjoni tal-ksilanażi fuq l-arabinoksilan.

    Għall-kwantifikazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-addittivi tal-għalf:

    il-metodu kolorimetriku li jkejjel il-kolorant solubbli fl-ilma rilaxxat bl-azzjoni tal-ksilanażi mill-ażo-ksilan tal-ħafur/tal-ispelt evidenzjat bil-kolorant.


    (1)  1 FXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jilliberaw 7,8 μmol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti ta’ ksilożju) mill-ażo-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta b’pH 6,0 u b’50 °C

    (2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top