This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1033
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1033 of 15 July 2020 concerning the renewal of the authorisation of L-arginine produced by Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 and the authorisation of L-arginine produced by Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 as feed additives for all animal species, and repealing Regulation (EC) No 1139/2007 (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1033 tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 u l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1139/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1033 tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 u l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1139/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/4726
ĠU L 227, 16.7.2020, p. 27–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1033
tal-15 ta’ Lulju 2020
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 u l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1139/2007
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 ġiet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2007 (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, bit-talba li dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, fil-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u kienet tinkludi talba biex tinbidel id-denominazzjoni tal-varjetà għall-Corynebacterium glutamicum NITE SD 00285. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” il-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom” u fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”, il-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-3 ta’ April 2019 (3) u tal-14 ta’ Mejju 2019 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum NITE SD 00285 u mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Iddikjarat ukoll li l-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum NITE SD 00285 hija irritanti għall-ġilda, korrużiva għall-għajnejn u ta’ periklu għall-inalazzjoni. Dwar l-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182, hija ddikjarat li hija korrużiva għall-ġilda u għall-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa sors effettiv tal-amminoaċidu arġinina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li biex l-L-arġinina bħala suppliment ikun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li jiġi protett mid-degradazzjoni fil-kirxa. |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha dwar l-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182, l-Awtorità esprimiet preokkupazzjoni dwar is-sikurezza tal-amministrazzjoni orali simultanja tal-amminoaċidu permezz tal-ilma għax-xorb u l-għalf. Madankollu, l-Awtorità ma pproponietx kontenut massimu għal-L-arġinina. Barra minn hekk, l-Awtorità tirrakkomanda s-supplimentazzjoni bl-L-arġinina f’ammonti adatti. Għalhekk, fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-arġinina permezz tal-ilma għax-xorb, jixraq li l-utent jiġi allertat biex iqis il-provvista djetika bl-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex jippermettu kontroll aħjar tal-L-arġinina meta jintużaw bħala aromatizzanti. Għal-L-arġinina użata bħala aromatizzant, fuq it-tikketta jenħtieġ jiġi indikat il-kontentu rakkomandat. Fejn dan il-kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta tal-pretaħlitiet jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni. |
(8) |
Fir-rigward tal-użu tal-L-arġinina bħala aromatizzant, l-Awtorità tiddikjara li ma hemmx bżonn iżjed provi tal-effikaċja tiegħu meta s-sustanza tintuża fil-livell tad-doża rakkomandata. L-użu tal-L-arġinina bħala kompost aromatizzant mhuwiex awtorizzat fl-ilma tax-xorb. Fid-doża rrakkomandata, l-L-arġinina bħala kompost aromatizzant x’aktarx li fiha l-ebda preokkupazzjoni fir-rigward tal-provvista djetika bl-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha. |
(9) |
L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(10) |
Il-valutazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum NITE SD 00285 u mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(11) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 bħala addittiv fl-għalf bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1139/2007. |
(12) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżizzjonali biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
(13) |
Il-fatt li l-użu tal-L-arġinina mhuwiex awtorizzat bħala aroma fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost li jiġi amministrat permezz tal-ilma. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870, li tappartjeni fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, qed tiġġedded bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
2. L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80182, li tappartjeni fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, u fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”, fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzant” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum ATCC 13870 u pretaħlitiet li jkun fihom minnu, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Awwissu 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel [il-5 ta’ Awwissu 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Awwissu 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1139/2007 jitħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2007 tal-1 ta’ Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ L-arginine bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 11).
(3) EFSA Journal 2019;17(5):5696.
(4) EFSA Journal 2019;17(6):5720.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||||
3c364 |
- |
L-arġinina |
Kompożizzjoni addittiva: Trab b’kontenut minimu tal-L-arġinina ta’ 98 % (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ ilma ta’ 15 % |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
- |
- |
- |
|
Il-5 ta’ Awwissu 2030 |
||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-arġinina (aċidu (S)-2-ammino-5-gwanidinopentanojku) prodotta bil-fermentazzjoni ta’ Corynebacterium glutamicum NITE SD 00285. Formula kimika: C6H14N4O2 Numru CAS: 74-79-3 |
|||||||||||||||||||||
Il-metodu analitiku (1): Għall-identifikazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fl-addittiv fl-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fil-pretaħlitiet, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||||||
3c362 |
- |
L-arġinina |
Kompożizzjoni addittiva: Trab b’kontenut minimu tal-L-arġinina ta’ 98 % (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ 0,5 % ilma |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
- |
- |
- |
|
Il-5 ta’ Awwissu 2030 |
||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-arġinina (aċidu (S)-2-ammino-5-gwanidinopentanojku) prodotta bil-fermentazzjoni ta’ Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 Formula kimika: C6H14N4O2 Numru CAS: 74-79-3 |
|||||||||||||||||||||
Il-metodu analitiku (2): Għall-identifikazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fl-addittiv tal-għalf u fl-ilma:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fil-pretaħlitiet, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||
3c362 |
- |
L-arġinina |
Kompożizzjoni addittiva: Trab b’kontenut minimu tal-L-arġinina ta’ 98 % (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ 0,5 % ilma |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
|
- |
- |
|
Il-5 ta’ Awwissu 2030 |
||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-arġinina (aċidu (S)-2-ammino-5-gwanidinopentanojku) prodotta bil-fermentazzjoni ta’ Corynebacterium glutamicum KCCM 80182 Formula kimika: C6H14N4O2 Numru CAS: 74-79-3 Flavis 17.003 |
|||||||||||||||||||||
Il-metodu analitiku (3): Għall-identifikazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fl-addittiv fl-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fil-pretaħlitiet, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports