Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0875R(01)

    Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/875 tal-15 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 204 tas‐26 ta' Ġunju 2020)

    ĠU L 367, 5.11.2020, p. 45–45 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/875/corrigendum/2020-11-05/oj

    5.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 367/45


    Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/875 tal-15 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 204 tas‐26 ta' Ġunju 2020 )

    Fil-paġna 34, il-premessa 5,

    minflok:

    “(5)

    Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2588, il-perijodu tal-kwota jenħtieġ li jiġi estiż tal-31 ta’ Diċembru 2020, minħabba li dik il-kwota tariffarja nfetħet għal perijodu ta’ sitt xhur biss u għadu fl-interess tal-Unjoni li tinżamm.”,

    aqra:

    “(5)

    Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2588, il-perijodu tal-kwota jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2020, minħabba li dik il-kwota tariffarja nfetħet għal perijodu ta’ sitt xhur biss iżda għadu fl-interess tal-Unjoni li tinżamm.”;

    Fil-paġna 34, l-aħħar sentenza tal-premessa 6,

    minflok:

    “Barra minn hekk, il-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2590 jenħtieġ li jingħalqu u jenħtieġ li tinfetaħ kwota tariffarja ġdida b’numru tal-ordni 09.2582 sal-31 ta’ Diċembru 2020 b’rata ta’ dazju konvenzjonali ta’ 2 %.”,

    aqra:

    “Barra minn hekk, il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2590 jenħtieġ li tingħalaq u jenħtieġ li tinfetaħ kwota tariffarja ġdida b’numru tal-ordni 09.2582 sal-31 ta’ Diċembru 2020 b’rata ta’ dazju konvenzjonali ta’ 2 %.”.


    Top