This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0686
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/686 of 17 December 2019 supplementing Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and of the Council as regards the approval of germinal product establishments and the traceability and animal health requirements for movements within the Union of germinal products of certain kept terrestrial animals (Text with EEA relevance) (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/04/2023
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/686
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 94(3), l-Artikolu 97(2), l-Artikolu 101(3), l-Artikolu 106(1), l-Artikolu 122(1) u (2), l-Artikolu 131(1), l-Artikolu 160(1) u (2), l-Artikolu 161(6), l-Artikolu 162(3) u (4), l-Artikolu 163(5), l-Artikolu 164(2), l-Artikolu 165(3) u l-Artikolu 279(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li jiġi trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin. Dawk ir-regoli jipprevedu, inter alia, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali, u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa wkoll lill-Kummissjoni li tadotta r-regoli li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament permezz ta’ atti delegati. Għalhekk jixraq li jiġu adottati dawn ir-regoli biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema fil-qafas legali l-ġdid stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/429. |
(2) |
Ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament huma meħtieġa biex jissupplimentaw dawk stipulati fil-Kapitoli 1, 2 u 5 tat-Titolu I tal-Parti IV tar-Regolament (UE) 2016/429, rigward l-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali, ir-reġistri tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali li jridu jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti, l-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi, ir-rekwiżiti għat-traċċabbiltà u għas-saħħa tal-annimali, u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni u n-notifika tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fl-Unjoni minn dawk il-prodotti. |
(3) |
Dawn ir-regoli huma sostanzjalment marbuta u ħafna minnhom huma intiżi biex jiġu applikati flimkien. Fl-interessi tas-sempliċità u tat-trasparenza, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u tiġi evitata multiplikazzjoni tar-regoli, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’att wieħed u mhux f’għadd ta’ atti separati b’ħafna referenzi inkroċjati bir-riskju li ssir duplikazzjoni. |
(4) |
Tabilħaqq, ir-Regolament (UE) 2016/429 għandu l-għan li jipprovdi qafas regolatorju aktar sempliċi u flessibbli minn dak li kien jeżisti qabel, filwaqt li jiżgura approċċ aktar ibbażat fuq ir-riskji għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, tħejjija mtejba għall-mard, għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali. Ġie adottat ukoll biex ikun żgurat li r-regoli dwar il-mard tal-annimali jkunu stabbiliti f’att wieħed minflok ma jkunu mifruxin fuq għadd ta’ atti diversi. Ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament dwar il-prodotti ġerminali wkoll isegwu wkoll dan l-approċċ. |
(5) |
Qabel ma ġie adottat ir-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni dwar il-prodotti ġerminali kienu stipulati fid-Direttivi tal-Kunsill 88/407/KEE (2), 89/556/KEE (3), 90/429/KEE (4) u 92/65/KEE (5). Ir-Regolament (UE) 2016/429 iħassar u jissostitwixxi dawk l-erba’ Direttivi b’effett mill-21 ta’ April 2021. Dawk id-Direttivi jistipulaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ fl-Unjoni u għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini u fil-prinċipju, ta’ ċerti speċijiet ta’ annimali oħrajn. Ir-regoli stipulati f’dawk id-Direttivi wrew li huma effettivi fil-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-mard trażmissibbli tal-annimali. Għaldaqstant, jenħtieġ li tinżamm is-sustanza prinċipali ta’ dawk ir-regoli, iżda tiġi aġġornata biex tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom u l-għarfien xjentifiku attwali. |
(6) |
Il-prodotti ġerminali u, b’mod partikolari, is-semen, iżda xi ftit jew wisq l-ooċiti u l-embrijuni wkoll, jistgħu jirrappreżentaw riskju importanti għat-tixrid tal-mard tal-annimali. Dawn jinġabru jew jiġu prodotti minn għadd limitat ta’ donaturi, iżda jintużaw ħafna fil-popolazzjoni ġenerali tal-annimali u għalhekk, jekk ma jkunux immanipulati tajjeb jew jekk ma jiġux ikklassifikati bl-istatus tas-saħħa korrett, jistgħu jkunu sors ta’ mard għal għadd kbir ta’ annimali. Każijiet bħal dawn seħħew fil-passat u kkawżaw telf ekonomiku sostanzjali. |
(7) |
Biex jiġi evitat ir-riskju tat-tixrid tal-mard, ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li jenħtieġ li l-prodotti ġerminali jinġabru, jiġu prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbilimenti speċjalizzati tal-prodotti ġerminali u jkunu soġġetti għal sistemi speċjali tal-iġjene u tas-saħħa tal-annimali. Fl-istess ħin, sabiex l-annimali jiddaħħlu f’dawk l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali u jiġu kklassifikati bħala donaturi ta’ prodotti ġerminali li jistgħu jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, huma meħtieġa jikkonformaw ma’ standards ta’ saħħa tal-annimali ogħla minn dawk li japplikaw għall-popolazzjoni ġenerali tal-annimali. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi wkoll proċeduri speċifiċi maħsuba biex jiżguraw it-traċċabbiltà ta’ dawk il-prodotti ġerminali, filwaqt li japplika sett speċjali ta’ rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tagħhom fl-Unjoni. F’dan il-qafas, jixraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali abbażi ta’ diversi dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa stipulati fir-Regolament (UE) 2016/429, li jipprevedu li l-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati u, b’mod partikolari, dawk stipulati fil-Parti IV tiegħu. |
(8) |
L-Artikolu 160(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini. Waħda mill-kundizzjonijiet għal dawn il-movimenti hija li dawk il-prodotti ġerminali jridu jiġu minn stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat għal dak l-iskop f’konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati f’att delegat. Barra minn hekk, l-Artikolu 94(3)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta l-atti delegati dwar ir-regoli speċjali għat-twaqqif tal-attivitajiet ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali li kienu approvati preċedentement skont il-kundizzjonijiet stipulati f’att delegat. Fl-istess ħin, l-Artikolu 101(3) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta l-atti delegati dwar l-informazzjoni dettaljata li trid tiddaħħal fir-reġistri tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u approvati miżmuma mill-awtorità kompetenti, li jinkludu wkoll l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali li waqqfu l-attività tagħhom. |
(9) |
Billi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u d-derogi għalihom, li jridu jiġu adottati skont dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/429 huma kollha relatati mal-movimenti ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma fl-Unjoni, għalkemm jappartjenu għal għadd ta’ speċijiet differenti, fl-interess tas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni, iridu jiġu stipulati f’att delegat wieħed, flok ma jkunu mifruxa f’għadd ta’ atti delegati separati. |
(10) |
L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-informazzjoni minima li trid titniżżel fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini. Dawn iridu jinkludu l-informazzjoni dwar l-immarkar tal-prodotti ġerminali, meta dan ikun meħtieġ mill-Artikolu 121(1) ta’ dak ir-Regolament jew minn kull regola stipulata fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 122(1) tiegħu, u l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-prodotti ġerminali jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-moviment kif previst fl-Artikoli 157 u 159 ta’ dak ir-Regolament jew mir-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 160 tiegħu. L-Artikolu 162(3) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-atti delegati li jridu jiġu adottati dwar l-informazzjoni li trid tiddaħħal fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. Fl-istess ħin, l-Artikolu 163(5) tiegħu jipprevedi l-atti delegati li jridu jiġu adottati dwar ir-rekwiżiti ta’ notifika għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li l-kontenut tiegħu irid jiġi stabbilit skont l-Artikolu 162(3) u (4) ta ‘dak ir-Regolament. |
(11) |
L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li l-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jistgħu jinġarru lejn Stat Membru ieħor jekk dawk il-prodotti ġerminali jkunu nġabru fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali li jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 97(1) tiegħu. Din l-approvazzjoni tista’ tingħata biss jekk dawk l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali jikkonformaw ma’ rekwiżiti partikolari dwar il-kwarantina, l-iżolament u miżuri oħra tal-bijosigurtà, is-sorveljanza, il-faċilitajiet u t-tagħmir, kif ukoll dwar ir-responsabbiltajiet, il-kompetenza u t-taħriġ speċjalizzat tal-persunal u tal-veterinarji. Għalhekk, abbażi ta’ dawk ir-rekwiżiti, jeħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom il-prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali jistgħu jinġarru lejn Stat Membru ieħor. |
(12) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula li s-semen ta’ annimali ovini u kaprini, li jkun se jinġarr lejn Stat Membru ieħor jista’ jinġabar fl-istabbiliment tal-oriġini ta’ dawk l-annimali minflok f’ċentru tal-ġbir tas-semen. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi deroga simili. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ tali semen, inkluż l-iskop ta’ dawn il-movimenti u l-kunsens tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Għalhekk, abbażi tar-riskju possibbli kkawżat mill-moviment ta’ tali semen, ir-regoli u l-kundizzjonijiet li jawtorizzaw dawn id-derogi jenħtieġ li jiġu stipulati f’dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-ġbir tas-semen tal-annimali ekwini għandu l-karatteristiċi partikolari tiegħu minħabba s-sistema speċjali ta’ tnissil tal-annimali ekwini li tqis il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-annimali f’kompetizzjonijiet, f’wirjiet u f’avvenimenti ekwestri oħrajn iddedikati għall-annimali ekwini. Attwalment, id-Direttiva 92/65/KEE tipprevedi tliet tipi ta’ residenza għaż-żwiemel tal-għalla fiċ-ċentri tal-ġbir tas-semen. Ir-regoli ewlenin stipulati fis-sistema attwali prevista f’dik id-Direttiva jenħtieġ li jinżammu f’dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jittejbu u jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-programm ta’ ttestjar kif speċifikat fil-punt 1.6(b) tal-Kapitolu II(I) tal-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE għad-donaturi li jistgħu jitilqu miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen okkażjonalment, kif ukoll għall-programm ta’ ttestjar kif speċifikat fil-punt 1.6(c) tal-Kapitolu II(I) tal-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE għaż-“żwiemel tal-għalla mhux residenti”. |
(14) |
Jenħtieġ ukoll li dan ir-Regolament jipprevedi ċentri tal-ħżin tal-prodotti ġerminali li jaħżnu prodotti ġerminali ta’ kull tip u li joriġinaw minn aktar minn speċi waħda, taħt numru ta’ approvazzjoni uniku wieħed u soġġetti għal regoli li jiżguraw it-traċċabbiltà, billi ma hemmx raġunijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali li jirrikjedu ċentri ta’ ħżin separati għal kull tip ta’ prodott ġerminali jew għal kull speċi. L-informazzjoni dwar it-tipi u l-ispeċijiet tal-prodotti ġerminali maħżuna jenħtieġ li tkun speċifikata fl-approvazzjoni ta’ tali stabbilimenti u fir-reġistru disponibbli għall-pubbliku tal-istabbilimenti ta’ prodotti ġerminali approvati miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħżin ta’ semen frisk, imkessaħ u ffriżat. |
(15) |
Il-progress kontinwu fit-tekniki tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali wassal għat-twaqqif ta’ unitajiet speċjalizzati għal dak l-iskop. Dawk l-unitajiet mhux biss jipproċessaw il-prodotti ġerminali, u jagħmlu s-sessaġġ tas-semen, iżda wkoll iħejju l-prodott finali biex ikun lest biex jintuża jew jinħażen. Għalhekk, tali unitajiet iridu jitqiesu bħala stabbilimenti ta’ prodotti ġerminali fejn iseħħu l-ipproċessar u l-ħżin ta’ prodotti ġerminali. Madankollu, billi t-tagħmir għas-sessaġġ tas-semen jiswa ħafna flus, iċ-ċentri tal-ġbir tas-semen jistgħu jużaw is-servizzi ta’ operaturi oħrajn għall-ipproċessar tas-semen, dan jinkludi s-sessaġġ tiegħu. F’dak il-każ, is-semen jintbagħat għall-ipproċessar u mbagħad jintbagħat lura lejn iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tal-oriġini. Għalhekk, jixraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-regoli għall-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, inkluża l-possibbiltà li jiġu pproċessati fi stabbilimenti tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali, kif ukoll regoli dettaljati dwar it-trasport u dwar l-immarkar tas-semen u ta’ prodotti ġerminali oħrajn lejn u minn tali stabbilimenti tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali. Meta s-semen jiġi pproċessat fi stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, in-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni kemm taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, kif ukoll tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jridu jkunu mmarkati fuq it-tubu straw jew fuq kwalunkwe pakkett ieħor biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tas-semen. |
(16) |
Filwaqt li jeħtieġ li l-antibijotiċi jintużaw b’mod prudenti, fl-istess ħin, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ kummerċ internazzjonali, l-inklużjoni tal-antibijotiċi fid-dilwenti tas-semen għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.6.7 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (“il-Kodiċi”) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Edizzjoni tal-2017 (6). F’konformità mad-Direttiva 88/407/KEE, hemm obbligu li mas-semen tal-bovini jinżiedu antibijotiċi li huma effettivi kontra l-kampilobatterji, il-leptospira u l-mikoplasmi u, f’konformità mad-Direttiva 90/429/KEE, hemm obbligu li mas-semen tal-porċini jinżiedu antibijotiċi li huma effettivi kontra l-leptospira, filwaqt li d-Direttiva 92/65/KEE tipprevedi l-użu volontarju tal-antibijotiċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament iżomm ir-regoli dwar l-użu tal-antibijotiċi li hemm stipulati fid-Direttivi 88/407/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, kif ukoll dawk li huma rrakkomandati mill-OIE. Meta jinżiedu l-antibijotiċi mas-semen, l-informazzjoni dwar is-sustanza/i attiva/i u l-konċentrazzjoni tagħhom għandha tkun indikata fiċ-ċertifikat tas-saħħa li jkun miegħu. |
(17) |
L-Artikolu 101(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li kull awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri aġġornati tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati li għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Barra minn hekk, ir-reġistru tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Għalhekk jixraq li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita l-informazzjoni dettaljata li trid tiddaħħal f’dawk ir-reġistri u d-disponibbiltà għall-pubbliku tar-reġistru tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati. |
(18) |
Minħabba l-kapaċitajiet ta’ stokkjar fit-tul tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni, jeħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stipulati regoli speċjali għall-ħżin u l-moviment tal-prodotti ġerminali miġbura mill-istabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali li jwaqqfu l-attività tagħhom. L-informazzjoni dwar dawn l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali jenħtieġ li tinżamm fir-reġistru tal-istabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali tal-Istat Membru kkonċernat u jenħtieġ li jiddaħħlu wkoll id-dati ta’ meta twaqqfet l-attività. Barra minn hekk, id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni jenħtieġ li tkun indikata f’dak ir-reġistru. Jenħtieġ ukoll li jiġi stabbilit il-perjodu li fih trid tinżamm l-informazzjoni dwar dawn l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali f’dak ir-reġistru. |
(19) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli li jiżguraw li qabel id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati li jwaqqfu l-attività tagħhom, l-operaturi ta’ dawn l-istabbilimenti jibagħtu s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni li jkunu nġabru jew ġew prodotti u kienu maħżuna f’dawk l-istabbilimenti f’ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali biex jibqgħu jinħażnu, jew jibagħtuhom fi stabbiliment fejn jinżammu l-annimali bovini, porċini, kaprini jew ekwini għall-fini ta’ riproduzzjoni, inkella jibagħtuhom biex jintremew b’mod sikur jew biex jintużaw bħala prodotti sekondarji tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(20) |
L-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, u jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati dwar l-immarkar ta’ dawk il-prodotti ġerminali f’dan ir-Regolament. Is-sistema attwali għall-immarkar ta’ tubi straw u ta’ pakketti oħrajn li jkun fihom il-prodotti ġerminali hija stabbilita sew. F’dan ir-rigward, għandhom jitqiesu wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrazzjoni tal-Annimali (ICAR) (8). |
(21) |
Il-ġbir u l-ipproċessar tas-semen ta’ annimali ovini u kaprini għandhom ukoll karatteristiċi partikolari. Xi ċentri tal-ġbir tas-semen jiffriżaw is-semen f’forma ta’ pellets, filwaqt li oħrajn iqiegħdu s-semen frisk jew imkessaħ għal żmien qasir f’reċipjenti, bħal tubi. L-immarkar individwali ta’ dawn il-pellets u t-tubi jieħu l-ħin u huwa oneruż. Sabiex ikun permess il-moviment lejn Stati Membri oħrajn ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini, filwaqt li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tiegħu, għandha tkun disponibbli l-identifikazzjoni tal-grupp ta’ pellets ta’ semen iffriżat jew tat-tubi jew tat-tubi straw bis-semen frisk jew imkessaħ. Għaldaqstant jeħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-regoli għall-immarkar ta’ pakketti kollettivi, bħalma huma l-goblets li fihom jitqiegħdu l-pellets ta’ semen iffriżat jew it-tubi jew it-tubi straw bis-semen frisk jew imkessaħ tal-annimali ovini u kaprini. |
(22) |
Ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini stipulati f’dan ir-Regolament se jiġu ssupplimentati bir-regoli li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar tat-tubi straw u ta’ pakketti oħrajn li se jiġu stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
(23) |
Dejjem qed jikber l-għadd ta’ prodotti ġerminali tal-klieb u l-qtates, ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jinżammu fi stabbilimenti konfinati, u ta’ annimali tal-familji Camelidae u Cervidae li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk, jixraq li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar l-immarkar tat-tubi straw u ta’ pakketti oħrajn li jkun fihom dawn il-prodotti ġerminali. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli addizzjonali dwar it-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma ta’ speċijiet oħrajn barra dawk tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina f’dan ir-Regolament. |
(24) |
L-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-movimenti lejn Stati Membri oħrajn tal-prodotti ġerminali ta’ annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina. Sabiex dawk ir-regoli jkunu jistgħu jitħaddmu, jeħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stipulati regoli dettaljati għall-ġbir, għall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport tal-prodotti ġerminali, u rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi miżmuma li minnhom jinġabru l-prodotti ġerminali, u li jikkonċernaw l-iżolament u l-kwarantina għal dawn l-annimali, u rekwiżiti għat-testijiet tal-laboratorju u għal testijiet oħrajn li jridu jitwettqu fuq l-annimali donaturi miżmuma u fuq il-prodotti ġerminali, kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, għall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin jew proċeduri oħrajn u għat-trasport ta’ dawk il-prodotti ġerminali. |
(25) |
Barra minn hekk, id-Direttivi 88/407/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE pprevedew derogi, taħt ċerti kundizzjonijiet, mill-obbligi tal-ittestjar tal annimali donaturi tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina meta dawk l-annimali jinġarru minn ċentru tal-ġbir tas-semen għal ieħor. Billi dawn id-derogi jnaqqsu l-piżijiet proċedurali u ekonomiċi għall-operaturi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen u huma ġustifikati minn perspettiva tas-saħħa tal-annimali, jixraq li f’dan ir-Regolament jinżammu derogi ta’ dan it-tip minn ċerti rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina li jinġarru minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat għal ieħor. |
(26) |
Abbażi tal-għarfien xjentifiku attwali, it-trasport ta’ tipi differenti ta’ prodotti ġerminali ta’ speċi waħda f’kontenitur wieħed ma joħloq ebda riskju għall-kontaminazzjoni tal-prodotti ġerminali jekk jiġu ttrasportati taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu t-trasportazzjoni f’kompartimenti separati fiżikament tal-kontenitur tat-trasport jew bl-użu ta’ sistema b’boroż doppji li tipproteġi l-komodità ta’ tip wieħed mill-ieħor. Għalhekk, jixraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti regoli li jippermettu t-trasport ta’ prodotti ġerminali ta’ tipi differenti ta’ speċi waħda f’kontenitur wieħed taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(27) |
L-issiġillar tal-kontenituri li fihom jiġu trasportati l-prodotti ġerminali minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati lejn Stati Membri oħrajn jew f’livell nazzjonali minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati lejn stabbilimenti tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali u lejn ċentri tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, jiżgura li l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għat-trasport tal-prodotti ġerminali ma jkunux kompromessi. Il-veterinarju taċ-ċentru jew il-veterinarju tal-grupp responsabbli mill-istabbiliment tal-prodotti ġerminali, li ismu jkun speċifikat fl-approvazzjoni ta’ dak l-istabbiliment, għandu jiżgura li dan is-siġill jiġi applikat fuq il-kontenitur tat-trasport. Veterinarju uffiċjali li jiċċertifika konsenja ta’ prodotti ġerminali għandu jkollu l-possibbiltà li jikser dak is-siġill għall-finijiet ta’ verifika tal-kontenut tal-kontenitur tat-trasport u li wara jerġa’ jissiġilla l-kontenitur tat-trasport. Jenħtieġ li dawk l-arranġamenti jitqiesu fir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. |
(28) |
Id-Direttiva 89/556/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kummerċ intra-UE u għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi bovina. Madankollu, jeħtieġ ukoll li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti regoli dwar il-movimenti fl-Unjoni ta’ ooċiti u ovarji bovini. |
(29) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 u ta’ dan ir-Regolament stabbilixxiet ir-regoli dwar il-kummerċ ta’ semen li jkopru sitwazzjonijiet fejn kull doża tal-konsenja tkun tikkonsisti minn eġakulati ta’ donatur partikolari. Madankollu, minħabba l-fatt li s-semen imħallat minn diversi donaturi jista’ jżid il-fertilità u li dan is-semen jintuża ħafna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-movimenti tas-semen imħallat ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini, sakemm it-taħlit tas-semen ikun ristrett biss għal ċentru wieħed tal-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen, u marka fuq kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħed is-semen imħallat tippermetti li jiġu traċċati n-numri ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali donaturi kollha. Barra minn hekk, l-operatur irid ikollu l-proċeduri fis-seħħ għall-ipproċessar tas-semen imħallat, u fir-rekords tiegħu jrid jinkludi d-dettalji tal-movimenti ta’ dan is-semen miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen. |
(30) |
L-Artikolu 13 tad-Direttiva 92/65/KEE jistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni ta’ annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-mard elenkat fl-Anness A jew B tagħha, li jintbagħtu lejn u minn korpi, istituti jew ċentri approvati f’konformità mal-Anness C tagħha. L-Anness E ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ, li jrid jakkumpanja l-konsenji ta’ tali semen, ova jew embrijuni. L-Artikoli 95 u 137 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu l-kunċett ta’ “stabbiliment konfinat” li huwa ekwivalenti għal “korp, istitut jew ċentru approvat” iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 92/65/KEE. Minħabba li l-materjal ġenetiku tal-annimali bħalissa qed jiġi skambjat bejn il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati, jeħtieġ li tinżamm il-possibbiltà għal tali movimenti intra-Unjoni f’dan ir-Regolament. Għalhekk, jixraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati. B’hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati li jġorru konsenji ta’ prodotti ġerminali miġbura mill-annimali miżmuma f’dawk l-istabbilimenti lejn Stati Membri oħrajn mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ approvazzjoni addizzjonali bħala stabbiliment tal-prodotti ġerminali. Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stretti biex tinkiseb l-approvazzjoni għal stabbiliment konfinat, il-ġestjoni kkontrollata tal-annimali f’dawk l-istabbilimenti, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza u l-moviment immirat tal-konsenji ta’ prodotti ġerminali lejn stabbiliment konfinat ieħor ikunu jipprovd biżżejjed garanziji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard tal-annimali. |
(31) |
L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw l-informazzjoni minima li trid tiddaħħal fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miġbura tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni dettaljata li trid tiddaħħal f’dawn iċ-ċertifikati. |
(32) |
L-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-operaturi jridu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom bil-quddiem dwar intenzjoni li jibagħtu prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina lejn Stat Membru ieħor, u jridu jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex dik l-awtorità kompetenti tkun tista’ tinnotifika l-moviment tal-prodotti ġerminali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għan-notifika bil-quddiem mill-operaturi, l-informazzjoni meħtieġa biex dawn il-movimenti jiġu nnotifikati u l-proċeduri ta’ emerġenza għal tali notifiki. |
(33) |
L-Artikolu 163(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li trid tintuża t-Traces għall-finijiet ta’ notifika meta jkun ippjanat li l-konsenji tal-prodotti ġerminali jintbagħtu lejn Stati Membri oħrajn. It-Traces hija s-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata kif prevista fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/24/KE (9) u 2004/292/KE (10). L-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jipprevedi l-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) li tkun tinkorpora l-funzjonalitajiet tat-Traces. Għalhekk, l-IMSOC għandha tissemma f’dan ir-Regolament minflok it-Traces. |
(34) |
L-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista’, soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini, tawtorizza għal finijiet xjentifiċi movimenti ta’ prodotti ġerminali fit-territorju tagħha meta dawk il-movimenti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti standard għall-movimenti ta’ prodotti ġerminali. Sabiex ikunu jistgħu jsiru tali movimenti, jixraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-regoli għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali għal finijiet xjentifiċi. |
(35) |
Bank tal-ġeni nazzjonali għandu rwol importanti fil-ħażna tal-materjal ġenetiku ta’ popolazzjonijiet tal-annimali li jkunu partikolari għal dak l-Istat Membru. L-għan ta’ dawn il-banek tal-ġeni nazzjonali huwa l-konservazzjoni ex situ u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali miżmuma. Il-prodotti ġerminali li jinħażnu fil-banek tal-ġeni nazzjonali ta’ spiss ikollhom status ta’ saħħa tal-annimali mhux magħruf jew ikunu nġabru, ġew prodotti, ġew ipproċessati u nħażnu f’konformità ma’ sistema tas-saħħa tal-annimali differenti minn dik li tapplika bħalissa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni. Billi dawn il-prodotti ġerminali għandhom valur partikolari għaliex ħafna drabi jkunu materjal ġenetiku ta’ razez fil-periklu, kif iddefinit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jew ta’ razez li laħqu għebu mindu nġabru l-prodotti ġerminali, u billi l-Istati Membri wrew l-interess li jpartu dawn il-prodotti ġerminali bejniethom, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċjali għall-għotja ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-moviment tal-prodotti ġerminali maħżunin fil-banek tal-ġeni nazzjonali lejn Stati Membri oħra. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet għall-movimenti ta’ dawk il-prodotti ġerminali bejn il-banek tal-ġeni nazzjonali ta’ Stati Membri differenti, filwaqt li r-regoli għad-distribuzzjoni nazzjonali ta’ prodotti ġerminali minn banek tal-ġeni nazzjonali lill-operaturi jenħtieġ li jitħallew għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għal movimenti bħal dawn, fejn jista’ jkun meħtieġ ittestjar għal mard partikolari. |
(36) |
Dan ir-Regolament jirreferi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (13) u għar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni 2019/2035 (14), (UE) 2020/689 (15) u (UE) 2020/688 (16), li ġew adottati wkoll skont ir-Regolament (UE) 2016/429. Ir-referenzi għal dawk ir-Regolamenti huma meħtieġa billi jistipulaw ir-rekwiżiti dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni, it-traċċabbiltà u l-movimenti fl-Unjoni u d-dħul ta’ annimali fl-Unjoni, li japplikaw ukoll għall-annimali donaturi tal-prodotti ġerminali. |
(37) |
Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas legali l-ġdid għaċ-ċentri tal-ġbir jew tal-ħżin tas-semen jew tal-gruppi għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni, li jwettqu attivitajiet b’rabta mal-ġbir, mal-produzzjoni, mal-ipproċessar, mal-ħżin u mat-trasport ta’ prodotti ġerminali, li kienu approvati skont l-atti adottati bid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, li tħassru bir-Regolament (UE) 2016/429 b’effett mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dawn jitqiesu li huma approvati skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi jkunu konformi mar-regoli kollha previsti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi jissottomettuhom għal kontrolli uffiċjali regolari u bbażati fuq ir-riskji. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li dawk l-operaturi jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedjaw dak in-nuqqas ta’ konformità u, fejn meħtieġ, jissospendu jew jirtiraw l-approvazzjoni tagħhom. |
(38) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-prodotti ġerminali li jinġabru u jiġu prodotti qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-tubi straw u pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati tali semen, ooċiti jew embrijuni, kemm jekk separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, u li jiġu mmarkati qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mal-leġiżlazzjoni adottata skont id-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, jenħtieġ li jitqiesu li ġew immarkati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li huma eliġibbli għall-moviment bejn l-Istati Membri. |
(39) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
PARTI I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/429 rigward l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u approvati u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma.
2. Il-Kapitolu 1 tal-Parti II jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti ta’ prodotti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom il-prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali jinġarru lejn Stat Membru ieħor fir-rigward ta’:
(a) |
kwarantina, iżolament u miżuri oħrajn ta’ bijosigurtà; |
(b) |
rekwiżiti ta’ sorveljanza; |
(c) |
faċilitajiet u tagħmir; |
(d) |
ir-responsabbiltajiet, il-kompetenza u t-taħriġ speċjalizzat tal-persunal u tal-veterinarji għall-attività tal-istabbilimenti ta’ prodotti ġerminali; |
(e) |
ir-responsabbiltajiet tal-awtorità kompetenti li tapprova l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali; |
(f) |
regoli speċjali għall-waqfien tal-attivitajiet ta’ dawk l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali. |
3. Il-Kapitolu 2 tal-Parti II jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar:
(a) |
l-informazzjoni li trid tiddaħħal mill-awtorità kompetenti fir-reġistru tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati; |
(b) |
l-informazzjoni li trid tiddaħħal mill-awtorità kompetenti fir-reġistri tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini; u r-regoli dwar id-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ dawk ir-reġistri meta l-prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali jkunu se jinġarru minn Stat Membru għal ieħor. |
4. Il-Kapitolu 3 tal-Parti II jistabbilixxi:
(a) |
ir-regoli dwar l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ stabbilimenti ta’ prodotti ġerminali approvati għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, u r-rekwiżiti għaż-żamma ta’ rekords fir-rigward tal-prodotti ġerminali li jinġabru, jiġu prodotti jew jiġu pproċessati f’dan it-tip ta’ stabbiliment wara li jkun waqqaf l-attivitajiet tiegħu; |
(b) |
ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali ta’:
|
5. Il-Kapitolu 1 tal-Parti III jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, inklużi d-derogi, għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li jispeċifikaw:
(a) |
ir-regoli dwar il-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-prodotti ġerminali fl-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati; |
(b) |
ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi li minnhom ikunu nġabru l-prodotti ġerminali u li jikkonċernaw l-iżolament jew il-kwarantina ta’ dawk l-annimali; |
(c) |
it-testijiet tal-laboratorju u testijiet oħrajn li jridu jitwettqu fuq l-annimali donaturi u fuq il-prodotti ġerminali; |
(d) |
ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, għall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u proċeduri oħrajn, u għat-trasport tal-prodotti ġerminali. |
6. Il-Kapitolu 2 tal-Parti III, dwar il-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li jistabbilixxi:
(a) |
ir-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali; |
(b) |
l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali; |
(c) |
ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokument ta’ awtodikjarazzjoni; |
(d) |
ir-rekwiżiti ta’ notifika. |
7. Il-Kapitolu 3 tal-Parti III jistabbilixxi r-rekwiżiti tan-notifikazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’:
(a) |
il-klieb u l-qtates; |
(b) |
annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati; |
(c) |
l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae. |
8. Il-Kapitolu 4 tal-Parti III jistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali għal finijiet xjentifiċi u prodotti ġerminali maħżuna f’banek tal-ġeni.
9. Il-Parti IV tistabbilixxi ċerti miżuri tranżizzjonali rigward id-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE fir-rigward ta’:
(a) |
l-approvazzjoni ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen, ċentri tal-ħżin tas-semen, gruppi għall-ġbir tal-embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni tal-embrijuni; |
(b) |
l-immarkar ta’ tubi straw u pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni. |
10. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti ġerminali ta’ annimali selvaġġi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ hawn taħt:
(1) |
“stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali, għajr stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat, irreġistrat mal-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(2) |
“stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat” tfisser ċentru tal-ġbir tas-semen, grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, approvat f’konformità mal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(3) |
“annimal bovin” jew “annimal tal-ispeċi bovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-sottoġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-sottoġeneru Anoa) u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(4) |
“annimal porċin” jew “annimal tal-ispeċi porċina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati Sus scrofa; |
(5) |
“annimal ovin” jew “annimal tal-ispeċi ovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneru Ovis u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(6) |
“annimal kaprin” jew “annimal tal-ispeċi kaprina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneru Capra u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(7) |
“annimal ekwin” jew “annimal tal-ispeċi ekwina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ solipedi tal-ġeneru Equus (inklużi ż-żwiemel, il-ħmir u ż-żebri) u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(8) |
“ċertifikat tas-saħħa tal-annimali” tfisser dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jakkumpanja konsenja ta’ prodotti ġerminali lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 161(4) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(9) |
“dokument ta’ awtodikjarazzjoni” tfisser dokument maħruġ mill-operatur li jrid jakkumpanja konsenja ta’ prodotti ġerminali lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 32 u 46; |
(10) |
“bank tal-ġeni” tfisser repożitorju ta’ materjal ġenetiku tal-annimali għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli ex situ tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali terrestri miżmuma, li jinżammu minn istituzzjoni ospitanti awtorizzata jew rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti biex twettaq dawn il-kompiti; |
(11) |
“ċentru tal-ġbir tas-semen” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti biex jiġbor, jipproċessa, jaħżen u jittrasporta s-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini intiżi biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
(12) |
“grupp għall-ġbir tal-embrijuni” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali magħmul minn grupp ta’ professjonisti jew struttura approvata mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ embrijuni dderivati in vivo ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini intiżi biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
(13) |
“grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali magħmul minn grupp ta’ professjonisti jew struttura approvata mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ ooċiti, u għall-produzzjoni in vitro, fejn japplika bis-semen maħżun, għall-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ embrijuni, ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini intiżi biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
(14) |
“semen” tfisser l-eġakulazzjoni ta’ annimal jew annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit; |
(15) |
“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova; |
(16) |
“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur; |
(17) |
“konsenja ta’ prodotti ġerminali” tfisser kwantità ta’ semen, ooċiti, embrijuni dderivati in vivo jew embrijuni prodotti in vitro mibgħuta minn stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat wieħed kopert minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali wieħed; |
(18) |
“stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti għall-ipproċessar, li jinkludi s-sessaġġ tas-semen, fejn xieraq, u l-ħżin tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini ta’ speċi waħda jew aktar, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ tipi ta’ prodotti jew speċijiet ġerminali, intiżi għall-moviment lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
(19) |
“stabbiliment tal-ħżin tal-prodotti ġerminali” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti biex jaħżen is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini ta’ speċi waħda jew aktar, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ tipi ta’ prodotti jew speċijiet ġerminali, intiżi għall-moviment lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
(20) |
“veterinarju taċ-ċentru” tfisser il-veterinarju responsabbli mill-attivitajiet imwettqa fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, fl-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jew fiċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali kif stipulat f’dan ir-Regolament; |
(21) |
“veterinarju tal-grupp” tfisser il-veterinarju responsabbli mill-attivitajiet imwettqa minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni jew minn grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni kif stipulat f’dan ir-Regolament; |
(22) |
“numru tal-approvazzjoni uniku” tfisser numru li jkun assenjat mill-awtorità kompetenti; |
(23) |
“id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni” tfisser id-data li fiha l-awtorità kompetenti tkun issospendiet jew irtirat l-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat f’konformità mal-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(24) |
“numru tar-reġistrazzjoni uniku” tfisser numru li jkun assenjat għal stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat; |
(25) |
“akkomodazzjoni fi kwarantina” tfisser faċilità awtorizzata mill-awtorità kompetenti għall-fini tal-iżolament ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum qabel ma jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen; |
(26) |
“stabbiliment ħieles (mill-mard)” tfisser stabbiliment li jkun ingħata dan l-istatus skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689; |
(27) |
“laboratorju uffiċjali” tfisser laboratorju, li jinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż jew f’territorju terz, maħtur f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/625 mill-awtorità kompetenti biex iwettaq it-testijiet previsti fl-Artikoli 24 u 25 ta’ dan ir-Regolament; |
(28) |
“IMSOC” tfisser sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali għat-tħaddim integrat tal-mekkaniżmi u l-għodod li permezz tagħhom id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti li jikkonċernaw il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn jiġu ġestiti, ittrattati u skambjati awtomatikament kif imsemmi fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 u hija s-sistema li qed tintuża issa minflok Traces; |
(29) |
“razza fil-periklu” tfisser razza lokali, rikonoxxuta minn Stat Membru li hija fil-periklu, li hija ġenetikament addattata għal ambjent jew sistema ta’ produzzjoni tradizzjonali wieħed/waħda jew aktar f’dak l-Istat Membru u fejn l-istatus fil-periklu jkun xjentifikament stabbilit minn korp li jkollu l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa fil-qasam tar-razez fil-periklu kif imsemmi fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012; |
(30) |
“programm ta’ eradikazzjoni approvat” tfisser programm għall-eradikazzjoni ta’ marda implimentat fi Stat Membru jew f’żona tiegħu, approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(31) |
“lott ta’ annimali donaturi” tfisser grupp ta’ annimali li jkollhom l-istess status ta’ saħħa, li minnhom jinġabru u jiġu pproċessati l-prodotti ġerminali fl-istess ħin, u li jiġu ttrasportati flimkien. |
PARTI II
APPROVAZZJONI TAL-ISTABBILIMENTI TAL-PRODOTTI ĠERMINALI, IR-REĠISTRI, IŻ-ŻAMMA TA’ REKORDS U T-TRAĊĊABBILTÀ
KAPITOLU 1
Approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali
Artikolu 3
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
Biex jiksbu l-approvazzjoni biex iġorru l-konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn Stati Membri oħrajn, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali li ġejjin għandhom japplikaw għand l-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 94(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429:
(a) |
l-istabbiliment fejn jinġabar, jiġi pproċessat u jinħażen is-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala ċentru tal-ġbir tas-semen; |
(b) |
il-grupp ta’ professjonisti jew l-istruttura ssorveljata minn veterinarju tal-grupp li hu kompetenti li jwettaq il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala grupp għall-ġbir tal-embrijuni; |
(c) |
il-grupp ta’ professjonisti jew l-istruttura ssorveljata minn veterinarju tal-grupp li hu kompetenti li jwettaq il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tal-ooċiti u l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni; |
(d) |
l-istabbiliment fejn jiġu pproċessati u maħżuna s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni friski, imkessħin jew iffriżati ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali; |
(e) |
l-istabbiliment fejn jinħażnu s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni friski, imkessħin jew iffriżati ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala stabbiliment tal-ħżin tal-prodotti ġerminali. |
Artikolu 4
L-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini mill-awtorità kompetenti
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni lil stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2016/429 biss wara li tkun żgurat li dan ikun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-operatur ikun ħatar:
|
(b) |
il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-proċeduri operazzjonali għall-attività inkwistjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
2. Meta tagħti l-approvazzjoni lil stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, kif imsemmi fl-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tassenjalu numru ta’ approvazzjoni uniku li għandu jinkludi l-kodiċi ISO 3166-1 aplha-2 tal-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni.
Artikolu 5
Regoli speċjali għall-waqfien tal-attivitajiet ta’ stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
1. Meta l-operatur ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini approvat iwaqqaf l-attività tiegħu, dak l-operatur għandu jiżgura li, qabel id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni, il-konsenji kollha ta’ semen, ooċiti jew embrijuni miġbura jew prodotti u maħżuna f’dak l-istabbiliment tal-prodotti ġerminali jkunu ntbagħtu:
(a) |
lejn ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali biex jibqgħu jinħażnu; jew |
(b) |
għall-finijiet ta’ riproduzzjoni, lejn stabbiliment fejn jinżammu annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini; jew |
(c) |
għar-rimi b’mod sikur jew għall-użu bħala prodott sekondarju skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
2. Meta l-konsenji ta’ semen, ooċiti jew embrijuni ma jinħarġux mill-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat qabel id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, tali konsenji ma għandhomx jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor.
KAPITOLU 2
Reġistri li jridu jinżammu mill-awtorità kompetenti tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u approvati
Artikolu 6
Ir-reġistru li jrid jinżamm mill-awtorità kompetenti tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati
1. L-awtorità kompetenti għandha tħejji reġistru tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u żżommu aġġornat.
2. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1, għal kull stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat:
(a) |
l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u, fejn disponibbli, il-Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) tas-sit web tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat; |
(b) |
l-indirizz tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat; |
(c) |
it-tip ta’ prodotti ġerminali u ta’ speċijiet ta’ annimali li għalihom ġie rreġistrat; |
(d) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti u d-data tar-reġistrazzjoni; |
(e) |
jekk ikunu waqfu l-attivitajiet tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat, id-data tal-waqfien ta’ dawk l-attivitajiet. |
Artikolu 7
Ir-reġistru tal-istabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jrid jinżamm mill-awtorità kompetenti
1. L-awtorità kompetenti għandha tħejji reġistru tal-istabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini u żżommu aġġornat.
2. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1, għal kull stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat:
(a) |
l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u, fejn disponibbli, il-URL tas-sit web tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali; |
(b) |
l-indirizz tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali; |
(c) |
l-isem tal-veterinarju taċ-ċentru jew tal-veterinarju tal-grupp; |
(d) |
it-tip ta’ prodotti ġerminali, it-tip tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet ta’ annimali li għalihom ingħatat l-approvazzjoni; |
(e) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti u d-data tal-approvazzjoni. |
3. Meta, skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4, stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali jkun approvat mill-awtorità kompetenti biex jaħżen, u rigward l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, biex jipproċessa, il-prodotti ġerminali ta’ iktar minn tip wieħed, jew ta’ iktar minn speċi waħda ta’ annimal, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni dwar it-tip tal-prodotti ġerminali u dwar l-ispeċi ta’ annimal li ġejjin minnu l-prodotti maħżuna, u fejn japplika, l-prodotti pproċessati fl-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati.
4. Meta l-awtorità kompetenti tkun issospendiet jew irtirat l-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat f’konformità mal-Artikolu 100(2) tar-Regolament (UE) 2016/429, hija għandha, mingħajr dewmien bla bżonn:
(a) |
tindika dik is-sospensjoni jew dak l-irtirar fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati; |
(b) |
fil-każ tas-sospensjoni tal-approvazzjoni, tispeċifika d-data tal-bidu u tat-tmiem u, fil-każ tal-irtirar, tispeċifika d-data tal-irtirar tal-approvazzjoni. |
5. Meta stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat ikun waqqaf l-attività tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tindika d-data tal-waqfien ta’ dawk l-attivitajiet fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati.
6. L-awtorità kompetenti għandha tippubblika r-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 fis-sit web tagħha, meta l-prodotti ġerminali jkunu se jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, u tibgħat il-URL tas-sit web lill-Kummissjoni.
Meta l-URL tas-sit web ta’ awtorità kompetenti jkun inbidel, din għandha tinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, il-URL il-ġdid ta’ dak is-sit web lill-Kummissjoni.
KAPITOLU 3
Iż-żamma tar-rekords u t-traċċabbiltà
Artikolu 8
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ stabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
1. L-operaturi tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom iżommu rekords aġġornati li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
fir-rigward ta’ ċentru tal-ġbir tas-semen:
|
(b) |
fir-rigward ta’ grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jew grupp għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni:
|
(c) |
fir-rigward ta’ stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ta’ ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali:
|
2. Meta stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-paragrafu 1(c) jkun approvat mill-awtorità kompetenti biex jipproċessa u jaħżen jew biex jaħżen il-prodotti ġerminali ta’ iktar minn tip wieħed jew ta’ iktar minn speċi ta’ annimal waħda, l-operatur għandu jżomm rekords separati għal kull tip ta’ prodott ġerminali u għall-prodotti ġerminali ta’ kull speċi ta’ annimal, ipproċessati u maħżuna, jew maħżuna, u jżommhom aġġornati.
Artikolu 9
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ stabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jieqfu mill-attività tagħhom
1. Meta stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jwaqqaf l-attività tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-operatur ta’ dak l-istabbiliment għandu jġorr il-konsenji tal-prodotti ġerminali maħżuna lejn ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali biss jekk tali konsenji jkunu akkumpanjati mir-rekords oriġinali jew minn kopji tagħhom meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 8(1).
2. L-operatur taċ-ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali li jirċievi l-konsenja tal-prodotti ġerminali mingħand l-istabbiliment li waqqaf l-attività tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jirreġistra d-daħla u d-dettalji tal-prodotti ġerminali skont ir-rekords li jakkumpanjaw il-konsenja meħtieġa skont l-Artikolu 8(1)(c).
Artikolu 10
Rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
1. L-operaturi li jiġbru, jipproduċu, jipproċessaw jew jaħżnu l-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għandhom jimmarkaw kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, b’tali mod li l-informazzjoni li ġejja tkun tista’ tiġi stabbilita faċilment:
(a) |
id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali; |
(b) |
l-ispeċijiet u l-identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i); |
(c) |
in-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ dawk il-prodotti ġerminali; |
(d) |
kull informazzjoni rilevanti oħra. |
2. Fil-każ tas-sessaġġ tas-semen fi stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, l-operatur taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għandu jissupplimenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’informazzjoni li tippermetti li jkun identifikat in-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali fejn ikun sar is-sessaġġ ta’ dak is-semen.
3. Meta tubu straw wieħed jew pakkett ieħor ikun fih is-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini miġbur minn aktar minn annimal donatur wieħed, l-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tippermetti l-identifikazzjoni tal-annimali donaturi kollha li kkontribwixxew għad-doża tas-semen li tintuża fl-inseminazzjoni.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, meta s-semen ta’ annimali ovini jew kaprini jkun
(a) |
ffriżat f’forma ta’ pellets, l-operatur jista’ jimmarka l-goblet li jkun fih il-pellets tas-semen ta’ donatur wieħed minflok ma jkollu jimmarka kull pellet f’dak il-goblet b’mod individwali; |
(b) |
semen frisk jew imkessaħ, l-operatur jista’ jimmarka l-goblet li jkun fih it-tubi jew it-tubi straw bis-semen ta’ donatur wieħed minflok ma jkollu jimmarka kull tubu jew tubu straw f’dak il-goblet b’mod individwali. |
5. B’deroga mill-paragrafu 1(c), l-operatur għandu jiżgura li l-immarkar ta’ kull tubu straw jew ta’ pakkett ieħor li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, jitwettaq b’tali mod li jippermetti l-identifikazzjoni ta’:
(a) |
fil-każ tas-semen ta’ annimali ovini u kaprini li jkun inġabar fl-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali donaturi kif imsemmi fl-Artikolu 13, in-numru tar-reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew |
(b) |
fil-każ ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini li jkunu nġabru jew ġew prodotti fi stabbiliment konfinat imsemmi fl-Artikolu 14, in-numru tal-approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment konfinat. |
Artikolu 11
Rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali tal-klieb u l-qtates, ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati, u ta’ annimali tal-familji Camelidae u Cervidae
1. L-operaturi li jiġbru, jipproduċu, jipproċessaw jew jaħżnu l-prodotti ġerminali tal-klieb jew tal-qtates, ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae għandhom jimmarkaw kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk ikunu separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, b’tali mod li l-informazzjoni li ġejja tkun tista’ tiġi stabbilita faċilment:
(a) |
id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali; |
(b) |
l-ispeċi u, fejn meħtieġa, is-sottospeċi, u l-identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i); |
(c) |
wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(d) |
kull informazzjoni oħra. |
2. Fil-każ li jsir is-sessaġġ tas-semen fi stabbiliment differenti minn dak fejn is-semen inġabar jew ġie prodott, l-operatur tal-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dak is-semen għandu jissupplimenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-istabbiliment fejn sar is-sessaġġ ta’ dak is-semen.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, meta s-semen tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 ikun iffriżat f’forma ta’ pellets, l-operatur jista’ jimmarka l-goblet li fih il-pellets tas-semen ta’ donatur wieħed minflok ma joqgħod jimmarka kull pellet individwali f’dak il-goblet.
4. Meta tubu straw wieħed jew pakkett ieħor li jkun fih semen miġbur minn aktar minn annimal donatur wieħed, l-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi l-identifikazzjoni tal-annimali donaturi kollha.
PARTI III
MOVIMENTI TA’ PRODOTTI ĠERMINALI BEJN L-ISTATI MEMBRI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
Artikolu 12
Regoli għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati
L-operaturi għandhom iġorru biss is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li jkunu nġabru, ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna fl-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, lejn Stat Membru ieħor.
Artikolu 13
Deroga għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini mill-istabbilimenti fejn jinżammu dawk l-annimali
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12, l-operaturi jistgħu jġorru lejn Stati Membri oħrajn konsenji ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini li nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna fl-istabbiliment fejn jinżammu dawk l-annimali donaturi, dment li dawk l-operaturi:
(a) |
jiksbu l-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jaċċettaw il-konsenja; |
(b) |
jiżguraw li fil-jum tal-ġbir tas-semen l-annimali donaturi jkunu ġew eżaminati minn veterinarju qabel ma nġabar is-semen u ma jkunux urew sintomi li jimplikaw il-preżenza ta’ xi mard tal-kategorija D jew ta’ xi mard ġdid rilevanti għall-annimali ovini u kaprini, u ebda sinjali kliniċi ta’ dan il-mard tal-kategorija D jew ta’ mard ġdid; |
(c) |
jiżguraw li l-annimali donaturi jkunu ġejjin minn stabbilimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikolu 15(1), (2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688; |
(d) |
jiżguraw li l-annimali donaturi jkunu għaddew mit-testijiet li ġejjin b’riżultati negattivi mwettqa fuq kampjuni meħuda waqt il-perjodu ta’ iżolament li jrid jibda mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen:
|
(e) |
jiżguraw li l-annimali donaturi jiġu identifikati skont l-Artikolu 45(2) jew (4), jew skont l-Artikolu 46(1), (2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2019/2035; |
(f) |
jiżguraw li s-semen ikun ġie mmarkat f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10; |
(g) |
iżommu R-rekords fl-istabbiliment li jridu jinkludu mill-inqas l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 8(1)(a); |
(h) |
jiżguraw li l-konsenja tas-semen tiġi ttrasportata f’konformità mal-Artikoli 28 u 29. |
Artikolu 14
Deroga għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12, l-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati jistgħu jġorru lejn Stati Membri oħrajn konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni miġbura f’dawk l-istabbilimenti minn annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, dment li dawk l-operaturi:
(a) |
iġorru biss il-konsenji ta’ dawk il-prodotti ġerminali lejn stabbiliment konfinat ieħor; |
(b) |
jiżguraw li l-annimali donaturi:
|
(c) |
jiżguraw li l-prodotti ġerminali jkunu ġew immarkati f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10; |
(d) |
jiżguraw li l-prodotti ġerminali jiġu ttrasportati f’konformità mal-Artikoli 28 u 29. |
Artikolu 15
Responsabbiltajiet tal-operaturi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali
L-operaturi għandhom iġorru lejn Stat Membru ieħor biss konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-prodotti ġerminali nġabru minn annimali li ma wrewx sintomi jew sinjali kliniċi ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fil-jum tal-ġbir; |
(b) |
il-moviment ikun ġie awtorizzat rispettivament mill-veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp. |
Artikolu 16
Responsabbiltajiet tal-veterinarji taċ-ċentri u tal-veterinarji tal-gruppi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali
Il-veterinarji taċ-ċentri, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarji tal-gruppi, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandhom jiżguraw li l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
twieldu fl-Unjoni u baqgħu fl-Unjoni mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni; |
(b) |
ġew minn stabbilimenti fi Stat Membru jew f’xi żona ta’ Stat Membru, jew minn stabbilimenti taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti f’pajjiż jew f’territorju terz, jew minn żona tiegħu, u kull wieħed minn dawn l-istabbilimenti jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fir- Regolament Delegat (UE) 2020/688:
|
(c) |
ġew identifikati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2035:
|
(d) |
għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tal-prodotti ġerminali u matul il-perjodu tal-ġbir:
|
(e) |
ma wrewx sintomi jew sinjali kliniċi ta’ ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D imsemmijin fil-punt (d)(ii) jew tal-mardiet ġodda fil-jum tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(f) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stabbiliti:
|
Artikolu 17
Responsabbiltajiet tal-veterinarji taċ-ċentri u tal-veterinarji tal-gruppi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali minn stabbilimenti soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali
Il-veterinarji taċ-ċentri, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annimali donaturi ta’ semen, jew il-veterinarji tal-gruppi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annimali donaturi ta’ ooċiti u embrijuni, għandhom jiżguraw li s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni li jinġabru f’ċentru tal-ġbir tas-semen jew fi stabbiliment soġġett għal restrizzjonijiet fuq il-moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali li jikkonċernaw il-mardiet imsemmijin fl-Artikoli 16(b), 20, 21, 22 jew 23, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iridu jinżammu f’ħażna separata; |
(b) |
jeħtieġ li ma jinġarrux minn Stat Membru għal ieħor qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jneħħu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment li japplikaw għaċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew għall-istabbiliment fejn inġabar is-semen; kif ukoll |
(c) |
is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni maħżuna jridu jkunu għaddew mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa biex tiġi eskluża l-preżenza fis-semen, fl-ooċiti u fl-embrijuni ta’ patoġeni tal-annimali li jikkawżaw il-mard li għalih ġew stabbiliti r-restrizzjonijiet fuq il-moviment. |
Artikolu 18
Responsabbiltajiet addizzjonali tal-veterinarji taċ-ċentri għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li minnhom inġabar is-semen
Il-veterinarji taċ-ċentri għandhom jiżguraw li l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ma wrewx sintomi jew sinjali kliniċi ta’ ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D imsemmijin fl-Artikolu 16(d)(ii) fil-jum meta daħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen; |
(b) |
fil-każ tal-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini donaturi, qabel il-jum tad-dħul tagħhom f’ċentru tal-ġbir tas-semen, ikunu nżammu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina li f’dak il-jum kienet konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(c) |
jinżammu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen li:
|
Artikolu 19
Deroga mir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li jinġarru minn ċentru tal-ġbir tas-semen għal ieħor
1. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 18, l-operaturi jistgħu jġorru l-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini donaturi, kif ukoll l-annimali ekwini donaturi soġġetti għall-programm tal-ittestjar għal ċertu mard kif imsemmi fil-punt 1(b)(i) tal-Kapitolu I tal-Parti 4 tal-Anness II, direttament minn ċentru tal-ġbir tas-semen wieħed lejn ċentru tal-ġbir tas-semen ieħor:
(a) |
mingħajr kwarantina jew ittestjar, qabel u wara l-moviment, kif imsemmi fl-Anness II għall-annimali li ġejjin:
|
(b) |
dment li l-annimali donaturi:
|
2. L-operaturi għandhom iġorru l-annimali donaturi, kif imsemmi fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1, biss meta l-moviment ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tal-oriġini u bil-kunsens minn qabel tal-veterinarju taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tad-destinazzjoni.
3. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali donaturi msemmija fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 ma jiġux f’kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali bi status ta’ saħħa aktar baxx matul il-moviment u li l-mezzi tat-trasport li jintużaw ikunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-użu.
4. L-operaturi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen tad-destinazzjoni għandhom jissoġġettaw lill-annimali donaturi msemmija fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 għat-testijiet ta’ rutina obbligatorji kollha msemmija fil-paragrafu 1(a) mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data li fiha twettqu l-aħħar testijiet ta’ rutina obbligatorji fuq dawk l-annimali.
Artikolu 20
Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni
1. Il-veterinarju taċ-ċentru, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarju tal-grupp, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandu jiżgura li l-annimali bovini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
fil-każ tal-annimali donaturi tas-semen, qabel ma ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu ġew minn stabbiliment li kien ħieles mill-mard ta’ hawn taħt u qatt qabel ma nżammu fi stabbiliment bi status ta’ saħħa inferjuri:
|
(b) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 1 u fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1(a)(iii), il-veterinarju taċ-ċentru jista’ jaċċetta li annimal donatur tas-semen ikun ġej minn stabbiliment li ma kienx ħieles mil-lewkożi enżootika bovina dment li l-annimal:
(a) |
jkollu inqas minn sentejn u wara li tneħħa minn ma’ ommu, din tkun ġiet issoġġettata għal test seroloġiku għal-lewkożi enżootika bovina li ħareġ riżultati negattivi; jew |
(b) |
għalaq sentejn u ġie ssoġġettat għal test seroloġiku għal-lewkożi enżootika bovina li ħareġ riżultati negattivi. |
3. B’deroga mill-paragrafu 1(a)(iii), il-veterinarju tal-grupp jista’ jaċċetta annimal donatur ta’ ooċiti u embrijuni li jkollu inqas minn sentejn li jkun ġie minn stabbiliment li ma kienx ħieles mil-lewkożi enżootika bovina dment li l-veterinarju uffiċjali responsabbli mill-istabbiliment tal-oriġini jkun iċċertifika li ma kienx hemm każijiet tal-lewkożi enżootika bovina tul perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti.
4. B’deroga mill-paragrafu 1(a)(iv),
(a) |
il-veterinarju taċ-ċentru, fil-każ tal-annimali donaturi tas-semen, jista’ jaċċetta annimal donatur li jkun ġie minn stabbiliment li ma kienx ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/mill-vulvovaġinite pustulari infettiva, dment li l-annimal ikun sarlu t-test f’konformità mal-punt 1(b)(iv) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, jew |
(b) |
il-veterinarju tal-grupp, fil-każ tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, jista’ jaċċetta annimal donatur li jkun ġie minn stabbiliment li ma kienx ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/mill-vulvovaġinite pustulari infettiva, dment li l-veterinarju uffiċjali responsabbli mill-istabbiliment tal-oriġini jkun iċċertifika li ma kienx hemm każijiet kliniċi tar-rinotrakeite bovina infettiva/tal-vulvovaġinite pustulari infettiva tul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar preċedenti. |
Artikolu 21
Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali porċini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni
1. Il-veterinarju taċ-ċentru, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarju tal-grupp, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandu jiżgura li l-annimali porċini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ikunu ġew minn stabbiliment, fil-każ ta’ annimali donaturi tas-semen qabel ma jkunu ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina, fejn ma tkun ġiet individwata l-ebda evidenza klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda Aujeszky matul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar preċedenti; |
(b) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 2 u l-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tal-Anness II. |
2. Il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li l-annimali porċini donaturi tas-semen ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
qabel ma ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina, ikunu ġew minn stabbiliment li kien ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u l-Brucella suis f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tal-Parti 5 tal-Anness II; |
(b) |
inżammu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina li fil-jum tad-dħul tagħhom kienet ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis għall-perjodu ta’ mill-inqas it-tliet xhur preċedenti; |
(c) |
jinżammu f’ċentru tal-ġbir tas-semen fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda evidenza klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda Aujeszky għal perjodu li jinkludi mill-inqas 30 jum qabel id-data tad-dħul u mill-inqas 30 jum immedjatament qabel id-data tal-ġbir; |
(d) |
ma tlaqqmux kontra l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer u mit-twelid, jew għal mill-inqas tliet xhur qabel id-data tad-dħul fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, inżammu fi stabbiliment fejn l-ebda annimal ma tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, u tul dak il-perjodu ma nstab ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer. |
Artikolu 22
Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ovini u kaprini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni
Il-veterinarju taċ-ċentru, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarju tal-grupp, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandu jiżgura li l-annimali ovini u kaprini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
fil-każ ta’ annimali donaturi tas-semen, li qabel ma ddaħħlu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, ma ġewx minn stabbiliment, u ma kinux f’kuntatt ma’ annimali minn stabbiliment, li kien soġġett għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment minħabba l-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis. Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment f’dak l-istabbiliment tneħħew wara li għadda l-perjodu ta’ mill-inqas 42 jum mid-data tat-tbiċċir jew tal-qatla u r-rimi tal-aħħar annimal infettat jew suxxettibbli għal dik il-marda; |
(b) |
fil-każ tal-annimali donaturi tas-semen, qabel ma ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu ġew minn stabbiliment li kien ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis u qatt qabel ma nżammu fi stabbiliment bi status ta’ saħħa inferjuri; |
(c) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 3 u fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II. |
Artikolu 23
Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ekwini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni
1. Il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li l-annimali ekwini li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen u l-veterinarju tal-grupp għandu jiżgura li l-annimali ekwini li jintużaw għall-ġbir tal-ooċiti u tal-embrijuni jew għall-produzzjoni tal-embrijuni jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin qabel ma jinġabru l-prodotti ġerminali:
(a) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment:
|
(b) |
fil-każ tad-donaturi tas-semen, inżammu għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen fi stabbilimenti fejn l-ebda annimal ekwin ma wera xi sinjal kliniku ta’ infezzjoni bil-virus tal-arterite ekwina jew tal-metrite kuntaġġuża ekwina matul dak il-perjodu; |
(c) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II. |
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1(a), ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iii) jridu jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum, li jibda minn dakinhar li l-annimali kollha fl-istabbiliment tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rispettiva msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iii) jkunu nqatlu u nqerdu l-katavri tagħhom, jew tbiċċru, meta jkun permess skont il-paragrafu 1(b), u l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie ddiżinfettat.
Artikolu 24
Testijiet tal-laboratorju u testijiet oħrajn li jridu jitwettqu fuq annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi u fuq il-prodotti ġerminali tagħhom
L-operaturi għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-annimali donaturi li l-prodotti ġerminali tagħhom se jinġarru lejn Stati Membri oħrajn ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin:
|
(b) |
it-testijiet kollha msemmija fil-punt (a) jitwettqu f’laboratorji uffiċjali. |
Artikolu 25
Awtorizzazzjoni għat-testijiet tal-laboratorju li jridu jitwettqu fuq annimali donaturi tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina u kaprina f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li jitwettqu t-testijiet li ġejjin imsemmija fl-Anness II fuq kampjuni miġbura fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina:
(a) |
għall-annimali bovini, it-testijiet imsemmijin fil-punt 1(b) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tiegħu; |
(b) |
għall-annimali porċini, it-testijiet imsemmijin fil-punt 1(b) tal-Kapitolu I tal-Parti 2 tiegħu; |
(c) |
għall-annimali ovini u kaprini, it-testijiet imsemmijin fil-punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 3 tiegħu. |
2. Meta l-awtorità kompetenti tkun tat l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-perjodu ta’ kwarantina fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina ma għandux jibda qabel id-data tal-kampjunar għall-fini tal-ittestjar imsemmi fil-paragrafu 1(a), (b) u (c); |
(b) |
meta r-riżultati ta’ kwalunkwe wieħed mit-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu pożittivi, l-annimal ikkonċernat irid jitneħħa minnufih mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina; |
(c) |
fil-każ ta’ kwarantina ta’ grupp ta’ annimali, jekk xi wieħed mill-annimali jagħtu riżultat pożittiv għal test imsemmi fil-paragrafu 1, il-kwarantina fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina ma għandhiex tibda għall-annimali li jifdal qabel ma jitneħħa mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina l-annimal li jkun ta riżultat pożittiv. |
Artikolu 26
Obbligi fuq l-operaturi fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
L-operaturi għandhom jiżguraw li l-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jinġarru lejn Stati Membri oħrajn biss jekk dawk il-konsenji jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-prodotti ġerminali stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 27
Responsabbiltajiet tal-veterinarji taċ-ċentri u tal-veterinarji tal-gruppi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-trasport ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
1. Meta l-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jinġarru lejn Stat Membru ieħor jew lejn stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali fl-istess Stat Membru, il-veterinarju taċ-ċentru jew il-veterinarju tal-grupp għandu jiżgura li:
(a) |
il-kontenituri tat-trasport jiġu ssiġillati u nnumerati qabel id-dispaċċ tagħhom mill-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat; |
(b) |
il-marka fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn, applikata f’konformità mal-Artikolu 10, tkun tikkorrispondi għan-numru pprovdut jew fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inkella fid-dokument ta’ awtodikjarazzjoni u fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati. |
2. Is-siġill imsemmi fil-paragrafu 1(a) li jkun tpoġġa taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju taċ-ċentru jew tal-veterinarju tal-grupp jista’ jiġi ssostitwit mill-veterinarju uffiċjali.
Artikolu 28
Responsabbiltajiet tal-operaturi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-trasport ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
1. L-operaturi għandhom iġorru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn Stati Membri oħrajn biss soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikun tqiegħed tip wieħed biss ta’ prodott ġerminali ta’ speċi waħda fil-kontenitur tat-trasport; |
(b) |
il-kontenitur tat-trasport, imsemmi fil-punt (a):
|
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jqiegħdu f’kontenitur tat-trasport wieħed semen, ooċiti u embrijuni tal-istess speċi, sakemm:
(a) |
it-tubi straw jew pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu prodotti ġerminali jkunu ssiġillati b’mod sigur u ermetiku; |
(b) |
il-prodotti ġerminali ta’ tipi differenti jkunu sseparati minn xulxin permezz ta’ kompartimenti fiżiċi jew billi jitqiegħdu f’boroż protettivi sekondarji. |
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-operaturi jistgħu jqiegħdu f’kontenitur tat-trasport wieħed semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini.
Artikolu 29
Responsabbiltajiet addizzjonali fuq l-operaturi għat-trasport tas-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini
Meta l-operaturi jġorru konsenji ta’ semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini li jkun inġabar minn aktar minn annimal donatur wieħed u li jkun tqiegħed f’tubu straw wieħed jew pakkett ieħor lejn Stat Membru ieħor, l-operaturi għandhom:
(a) |
jiżguraw li s-semen jinġabar u jintbagħat minn ċentru għall-ġbir tas-semen wieħed jew, fil-każ tad-derogi previsti fl-Artikoli 13 u 14, stabbiliment wieħed minn fejn ikun inġabar; |
(b) |
proċeduri fis-seħħ rigward l-ipproċessar ta’ dak is-semen sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tiegħu f’konformità mal-Artikoli 10 u 19. |
KAPITOLU 2
Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, awtodikjarazzjoni u notifika tal-moviment għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
Artikolu 30
Regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali
1. Qabel joħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:
(a) |
eżaminazzjoni viżiva tal-kontenitur tat-trasport biex jivverifika li r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 28 ġew issodisfati u biex jivverifika:
|
(b) |
kontroll dokumentarju tad-data sottomessa mill-veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp biex jiġi żgurat li:
|
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kontrolli u l-eżamijiet kif previst fil-paragrafi 1 u joħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-perjodu ta’ 72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali.
3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jkun validu għal perjodu ta’ 10 ijiem mid-data tal-ħruġ tiegħu.
Artikolu 31
Informazzjoni li trid tiddaħħal fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-punt 1 tal-Anness IV.
Artikolu 32
Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokument ta’ awtodikjarazzjoni għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn u mill-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali
1. Meta operatur ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini approvat jagħmel l-arranġamenti biex il-prodotti ġerminali jiġu pproċessati minn stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, dak l-operatur għandu jiżgura li mal-konsenja tal-prodotti ġerminali jkun hemm dokument ta’ awtodikjarazzjoni waqt it-trasport lejn l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali u ’l barra minnu.
2. Operatur ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat għandu jiżgura li d-dokument ta’ awtodikjarazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni tal-prodotti ġerminali; |
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali li lejh jinġarru l-prodotti ġerminali għall-ipproċessar; |
(c) |
id-dati tal-moviment tal-konsenja tal-prodotti ġerminali lejn u minn stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali; |
(d) |
it-tip u l-kwantità tal-prodotti ġerminali; |
(e) |
l-immarkar tal-prodotti ġerminali, kif mitlub mill-Artikolu 10. |
Artikolu 33
Rekwiżit għal notifika bil-quddiem mill-operaturi ta’ movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri
Meta jinġarru konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn Stat Membru ieħor, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, tal-istabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini, kif imsemmi fl-Artikolu 13, jew ta’ stabbilimenti konfinati kif imsemmi fl-Artikolu 14, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini qabel ma jinġarru l-konsenji tal-prodotti ġerminali.
Artikolu 34
Informazzjoni meħtieġa għal notifika bil-quddiem ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri
L-operaturi li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom f’konformità mal-Artikolu 33, għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar kull konsenja ta’ prodotti ġerminali li se tinġarr lejn Stat Membru ieħor kif previst:
(a) |
fil-punti 1(a) sa (f) tal-Anness IV, meta l-prodotti ġerminali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali; jew |
(b) |
fl-Artikolu 32(2), meta l-prodotti ġerminali jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ awtodikjarazzjoni. |
Artikolu 35
Proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika tal-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC
1. Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jkunu se jinġarru lejn Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni dwar il-moviment ta’ dik il-konsenja permezz ta’ fax jew bil-posta elettronika.
2. In-notifika, imsemmija fil-paragrafu 1, għandha ssir mill-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali f’konformità mal-arranġamenti ta’ kontinġenza li jridu jiġu applikati fil-każ tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet tal-IMSOC.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u n-notifika dwar il-prodotti ġerminali ta’ annimali għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
Artikolu 36
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’ klieb u qtates
L-operaturi għandhom iġorru lejn Stati Membri oħrajn is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni miġbura mill-klieb (Canis lupus familiaris) u mill-qtates (Felis silvestris catus) biss li:
(a) |
twieldu fl-Unjoni u baqgħu hemm mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni; |
(b) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata l-infezzjoni bil-virus tar-rabja għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(c) |
ma jkunu wrew l-ebda sintomu ta’ mard fil-jum tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(d) |
ikunu mmarkati permezz tal-impjant ta’ transponder jew permezz ta’ tattwaġġ li jista’ jinqara biċ-ċar, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jew identifikati skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2019/2035; |
(e) |
ikunu ngħataw tilqima kontra l-marda tar-rabja li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688; |
(f) |
jikkonformaw ma’ kull miżura tas-saħħa preventiva għall-mard jew għall-infezzjonijiet għajr ir-rabja li huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness VII tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688; |
(g) |
ma ntużawx għat-tnissil naturali għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir. |
Artikolu 37
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn bejn stabbilimenti konfinati ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
L-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati għandhom iġorru l-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, miżmuma f’dawk l-istabbilimenti lejn stabbilimenti konfinati fi Stati Membri oħrajn biss meta l-annimali donaturi:
(a) |
twieldu fl-Unjoni u baqgħu hemm mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni; |
(b) |
ikunu baqgħu fi stabbiliment konfinat tal-oriġini wieħed għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(c) |
ma jkunux ġew minn stabbiliment, u ma kinux f’kuntatt ma’ annimali li ġew minn stabbiliment, li jinsab f’żona ristretta li tkun ġiet stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida li hi rilevanti għall-ispeċi ta’ dawk l-annimali terrestri miżmuma; |
(d) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrappurtata marda tal-kategorija D rilevanti għal dik l-ispeċi għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(e) |
ikunu identifikati u rreġistrati f’konformità mar-regoli ta’ dak l-istabbiliment konfinat; |
(f) |
kemm kien possibbli, ma ntużawx għat-tnissil naturali matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir u tul il-perjodu tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għall-moviment lejn Stat Membru ieħor; |
(g) |
fil-jum meta jkunu nġabru s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, il-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat ikun eżaminahom klinikament u ma sabx sintomi ta’ mard. |
Artikolu 38
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali tal-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae
L-operaturi għandhom iġorru lejn Stat Membru ieħor il-prodotti ġerminali biss li jkunu nġabru mill-annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae li:
(a) |
twieldu fl-Unjoni u baqgħu hemm mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni; |
(b) |
ikunu baqgħu fi stabbiliment ta’ oriġini wieħed għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(c) |
ma jkunux ġew minn stabbiliment, u ma kinux f’kuntatt ma’ annimali li ġew minn stabbiliment, li jinsab f’żona ristretta li tkun ġiet stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida li hi rilevanti għall-ispeċi ta’ dawk l-annimali terrestri miżmuma; |
(d) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn matul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar preċedenti qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni:
|
(e) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment:
|
(f) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata r- rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva matul il-perjodu ta’ mill-inqas it-30jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(g) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn, f’radjus ta’ 150 km madwar l-istabbiliment ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-virus tal-marda tal-emorraġija epiżootika tul il-perjodu ta’ mill-inqas is-sentejn ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(h) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata infezzjoni bil-virus tar-rabja matul il-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tal-prodotti ġerminali; |
(i) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe matul il-perjodu ta’ mill-inqas il-15-il jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(j) |
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn is-surra (Trypanosoma evansi)
|
(k) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) stipulati fil-Kapitolu II tal-Parti 5 tal-Anness II; |
(l) |
ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali li ma kinux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (k) matul il-perjodu ta’ residenza ta’ mill-inqas 30 jum stabbilit fil-punt (b); |
(m) |
ġew eżaminati klinikament minn veterinarju u ma wrew l-ebda sintomu ta’ mard fil-jum tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; |
(n) |
jkunu identifikati skont l-Artikolu 73(1) jew (2), jew skont l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2019/2035; |
(o) |
ma ntużawx għat-tnissil naturali matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir. |
Artikolu 39
Regoli li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali
1. Qabel jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ klieb jew qtates, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:
(a) |
eżami viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex jiġu vverifikati:
|
(b) |
kontroll dokumentarju tad-data sottomessa mill-operatur biex jiġi żgurat li:
|
2. Qabel jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, miżmuma fi stabbilimenti konfinati, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:
(a) |
eżami viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex jiġu vverifikati:
|
(b) |
verifika fid-dokumenti tad-data li ngħatat mill-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat biex jiġi żgurat li:
|
3. Qabel ma jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:
(a) |
eżami viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex jiġu vverifikati:
|
(b) |
kontroll dokumentarju tad-data sottomessa mill-operatur biex jiġi żgurat li:
|
4. Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kontrolli u l-eżamijiet kif previst fil-paragrafi 1, 2 u 3 u joħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-perjodu tat-72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ tal-konsenja tal-prodotti ġerminali.
5. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ tiegħu.
Artikolu 40
Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ klieb u qtates, u ta’ annimali terrestri għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, miżmuma fi stabbilimenti konfinati jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae, għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness IV.
Artikolu 41
Rekwiżit għal notifika bil-quddiem mill-operaturi tal-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri
Meta jinġarru lejn Stat Membru ieħor, il-konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-klieb jew tal-qtates, ta’ annimali terrestri għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini li jinżammu fi stabbilimenti konfinati, jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew tal-familja Cervidae, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tal-konsenji dwar il-moviment maħsub qabel ma jinġarru l-konsenji tal-prodotti ġerminali.
Artikolu 42
Informazzjoni meħtieġa għan-notifika tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
L-operaturi li huma meħtieġa jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 41, għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar kull konsenja ta’ prodotti ġerminali li se tinġarr lejn Stat Membru ieħor kif previst fil-punt 2(a) sa (f) tal-Anness IV.
Artikolu 43
Proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC
1. Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali ta’ klieb jew qtates, ta’ annimali terrestri għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati, jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae, li se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni dwar il-moviment ta’ dik il-konsenja bil-fax jew bil-posta elettronika.
2. In-notifika, imsemmija fil-paragrafu 1, għandha ssir mill-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja tal-prodotti ġerminali skont l-arranġamenti ta’ kontinġenza li jridu jiġu applikati fil-każ tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet tal-IMSOC.
KAPITOLU 4
Regoli addizzjonali għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti ġerminali
Artikolu 44
Regoli addizzjonali għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti ġerminali maħsuba għal finijiet xjentifiċi
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini jistgħu jagħtu deroga għall-moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-Kapitolu 1 jew 3, dment li l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ ikun kiseb il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jaċċetta l-konsenja tal-prodotti ġerminali.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jaqbel li jaċċetta l-konsenja tal-prodotti ġerminali msemmijin fil-paragrafu 1 biss jekk l-operatur tal-istabbiliment tad-destinazzjoni li hu maħsub li se jirċievi dawk il-prodotti ġerminali jiżgura li l-prodotti ġerminali jkunu se jintużaw biss għal finijiet xjentifiċi f’kundizzjonijiet li ma jippermettux it-tifrix ta’ mard tal-kategorija D.
Artikolu 45
Regoli addizzjonali għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għal prodotti ġerminali li jinġarru lejn banek tal-ġeni fi Stat Membru ieħor
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini jistgħu jagħtu d-derogi għall-moviment ta’ prodotti ġerminali lejn banek tal-ġeni fi Stat Membru ieħor dment li l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ ikun kiseb il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jaċċetta l-konsenja tal-prodotti ġerminali ta’:
(a) |
razez fil-periklu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-Kapitolu 1; jew |
(b) |
annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmumin fi stabbilimenti konfinati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 37. |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jaqbel li jaċċetta l-konsenja ta’ prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk:
(a) |
l-operatur tal-bank tal-ġeni maħsub li se jirċievi dawk il-prodotti ġerminali jiżgura li l-prodotti ġerminali jintużaw biss għall-konservazzjoni ex situ u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali terrestri miżmuma li għalihom ikun ġie stabbilit il-bank tal-ġeni riċeventi; |
(b) |
ikollha biżżejjed informazzjoni, inkluża informazzjoni li tkun ingħatat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, jew ir-riżultati tat-testijiet, jew twettaq trattament fuq il-prodotti ġerminali li jippermettulha tipprevjeni l-firxa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina u ta’ mard elenkat ieħor. |
Artikolu 46
Regoli u informazzjoni li jridu jiddaħħlu fid-dokument ta’ awtodikjarazzjoni għall-prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew li se jinġarru lejn banek tal-ġeni fi Stat Membru ieħor
1. Meta l-prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għall-ħżin fil-banek tal-ġeni jkunu jridu jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandu jiżgura li jkun hemm dokument ta’ awtodikjarazzjoni li jakkumpanja l-prodotti ġerminali matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni.
2. L-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandu jiżgura li d-dokument ta’ awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-ispeditur u tad-destinatarju; |
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-post tad-dispaċċ u tal-post tad-destinazzjoni; |
(c) |
meta l-prodotti ġerminali jkunu nġarru lejn u minn stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali, id-dati ta’ dawk il-movimenti; |
(d) |
it-tip tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet tal-annimali donaturi; |
(e) |
l-għadd ta’ tubi straw jew ta’ pakketti oħrajn fil-konsenja li se tintbagħat; |
(f) |
l-informazzjoni li ġejja li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ġerminali:
|
(g) |
ir-riżultati disponibbli tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 45(2)(b). |
Artikolu 47
Notifika bil-quddiem mill-operaturi ta’ movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għal banek tal-ġeni
Meta l-prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għall-ħżin f’banek tal-ġeni jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandu jinnotifika bil-quddiem lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tal-konsenja dwar il-moviment intenzjonat ta’ dawk il-prodotti ġerminali u jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 46(2)(a) sa (g).
Artikolu 48
Proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għal banek tal-ġeni fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC
1. Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali li huma maħsubin għal finijiet xjentifiċi jew biex jinħażnu f’banek tal-ġeni, li se tinġarr lejn Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni dwar il-moviment ta’ dik il-konsenja bil-fax jew bil-posta elettronika.
2. In-notifika, imsemmija fil-paragrafu 1, għandha ssir mill-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja tal-prodotti ġerminali f’konformità mal-arranġamenti ta’ kontinġenza li jridu jiġu applikati fil-każ li ma tkunx disponibbli xi waħda mill-funzjonalitajiet tal-IMSOC.
PARTI IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 49
Miżuri tranżizzjonali
1. Iċ-ċentri tal-ġbir tas-semen, iċ-ċentri tal-ħżin tas-semen, il-gruppi għall-ġbir tal-embrijuni u l-gruppi għall-produzzjoni tal-embrijuni li jkunu ġew approvati qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE msemmijin fis-sitt, fis-seba’, fit-tmien u fit-12-il inċiż tal-Artikolu 270(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom jitqiesu li huma approvati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Fl-aspetti l-oħrajn kollha, huma għandhom ikunu soġġetti għar-regoli previsti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/429.
2. It-tubi straw u pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, immarkati qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, għandhom jitqiesu li ġew immarkati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
3. Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, għandhom jitqiesu li nħarġu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 50
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
(6) http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_coll_semen.htm
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(8) https://www.icar.org/
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri li jinżammu, u ta’ bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
(15) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-ħelsien mill-mard għal ċerti mardiet elenkati u għall-mardiet ġodda (Ara l-paġna 211 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali biex jinġarru fl-Unjoni l-annimali terrestri u l-bajd għat-tifqis (Ara l-paġna 140 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
ANNESS I
REGOLI GĦALL-ĠBIR, IL-PRODUZZJONI, L-IPPROĊESSAR U L-ĦŻIN TAL-PRODOTTI ĠERMINALI TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI MSEMMIJA FIL-KAPITOLU 1 TAL-PARTI II
PARTI 1
REKWIŻITI GĦAĊ-ĊENTRI TAL-ĠBIR TAS-SEMEN MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
1. |
Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju taċ-ċentru, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(a)(i) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
2. |
Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet, għat-tagħmir u għall-proċeduri operattivi taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(i), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 2
REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ GRUPP GĦALL-ĠBIR TAL-EMBRIJUNI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4
1. |
Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju tal-grupp għall-ġbir tal-embrijuni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(ii), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
2. |
Il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-proċeduri operattivi tal-gruppi għall-ġbir tal-embrijuni, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(ii), għandhom ikunu konformi mal-punti (a) u (b) li ġejjin:
|
PARTI 3
REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ GRUPP GĦALL-PRODUZZJONI TAL-EMBRIJUNI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4
1. |
Minbarra r-responsabbiltajiet elenkati fil-punt 1 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness, il-veterinarju ta’ grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(ii), għandu jiżgura li l-membri tal-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jkunu rċevew taħriġ adegwat dwar il-kontroll tal-mard u t-tekniki tal-laboratorju, b’mod partikolari dwar il-proċeduri għall-ħidma f’kundizzjonijiet sterili. |
2. |
Minbarra r-rekwiżiti elenkati fil-punt 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness, il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-proċeduri operattivi ta’ grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(iii), għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
PARTI 4
REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TAL-IPPROĊESSAR TAL-PRODOTTI ĠERMINALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4
1. |
Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju taċ-ċentru, imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a)(i), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
2. |
Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet, għat-tagħmir u għall-proċeduri tat-tħaddim ta’ stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(iv), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 5
REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ ĊENTRU TAL-ĦŻIN TAL-PRODOTTI ĠERMINALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4
1. |
Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju taċ-ċentru, imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a)(i), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
2. |
Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet, għat-tagħmir u għall-proċeduri tat-tħaddim ta’ ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(v), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
ANNESS II
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI BOVINI, OVINI, KAPRINI, PORĊINI U EKWINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI KIF IMSEMMI FIT-TAQSIMA 2 TAL-KAPITOLU 1 TAL-PARTI III
PARTI 1
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI BOVINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 20
1. |
Għall-annimali bovini kollha li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
L-annimali bovini kollha li jinżammu f’ċentru tal-ġbir tas-semen mill-inqas darba fis-sena għandhom jiġu ssoġġettati għat-testijiet li ġejjin (testijiet ta’ rutina obbligatorji), b’riżultati negattivi:
|
3. |
Jekk xi wieħed mit-testijiet imsemmija fil-punt 2 ikollu riżultat pożittiv, l-annimal għandu jiġi iżolat u s-semen li jkun inġabar minnu wara l-aħħar test b’riżultat negattiv ma għandux jinġarr lejn Stat Membru ieħor, bl-eċċezzjoni, għad-dijarea virali bovina, tas-semen minn kull eġakulazzjoni li tat riżultat negattiv għat-testijiet għall-virus tad-dijarea virali bovina jew għall-ġenoma tal-virus.
L-annimal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen. Is-semen li jinġabar mill-annimali l-oħrajn kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen wara d-data ta’ meta jkun ittieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2 għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jinġarr minn Stat Membru għal ieħor, sakemm ma jitreġġax lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 2. |
1. |
L-annimali bovini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp, u jiġu ċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali ta’ xi waħda mill-mardiet tal-kategorija D rilevanti għall-annimali tal-ispeċi bovina dakinhar tal-ġbir tal-embrijuni. |
2. |
Is-semen użat għall-inseminazzjoni ta’ annimali bovini donaturi b’mod artifiċjali jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u maħżun f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III. |
1. |
Meta l-ooċiti jittieħdu minn annimali bovini ħajjin individwali (jew permezz tal-aspirazzjoni minn ovarji mneħħija b’mod kirurġiku (“ovarjektomija”) jew permezz tal-aspirazzjoni transvaġinali ggwidata b’mod ultrasonografiku (“ovum pick-up”)), ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II għandhom japplikaw għall-annimali donaturi ta’ dawn l-ooċiti. |
2. |
Fil-każ ta’ annimali bovini donaturi ta’ ovarji u tessuti oħrajn li jkunu se jinġabru wara t-tbiċċir f’biċċerija, jeħtieġ li dawk l-annimali ma jkunux ġew indikati għat-tbiċċir bħala parti minn programm ta’ eradikazzjoni approvat, u lanqas ma jkunu ġew minn stabbiliment li jinsab f’żona ristretta stabbilita minħabba tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/429 f’annimali bovini donaturi. |
3. |
Il-biċċerija minn fejn jinġabru l-ovarji u tessuti oħrajn ma għandhiex tkun tinsab f’żona ristretta stabbilita minħabba tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/429 f’annimali bovini donaturi. |
4. |
Is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti tal-annimali bovini għall-produzzjoni in vitro tal-embrijuni jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u nħażen skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III. |
PARTI 2
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI PORĊINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 21
1. |
Għall-annimali porċini kollha li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
L-ittestjar obbligatorju ta’ rutina tal-annimali porċini li jinżammu fiċ-ċentri tal-ġbir tas-semen għandu jitwettaq kif ġej:
|
3. |
Jekk xi wieħed mit-testijiet stabbiliti fil-punt 2(a) jirriżulta pożittiv, l-annimal għandu jiġi iżolat u s-semen li jkun inġabar minnu wara l-aħħar test negattiv ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor.
L-annimal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minnufih. Is-semen li jkun inġabar mill-annimali l-oħrajn kollha preżenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data ta’ meta jkun ittieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2(a) għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jinġarr minn Stat Membru għal ieħor qabel ma jitreġġa’ lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, u s-semen ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 2(a). |
1. |
L-annimali porċini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp u jkunu ġew iċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali ta’ kwalunkwe waħda mill-mardiet tal-kategorija D rilevanti għall-annimali porċini dakinhar tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni. |
2. |
Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt 1, l-annimali porċini femminili donaturi minbarra d-donaturi tal-embrijuni dderivati in vivo soġġetti għal trattament bit-tripsina, għandhom ikunu ġew minn Stat Membru jew minn żona tiegħu li jkunu ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, jew fejn ikun sar programm ta’ eradikazzjoni approvat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky. |
3. |
Rigward l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, il-porċini femminili donaturi ta’ embrijuni dderivati in vivo għandu jsirilhom test seroloġiku għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, li jagħti riżultati negattivi, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall bejniethom ta’ mhux inqas minn 21 jum, u t-tieni test irid jitwettaq waqt il-perjodu tal-15-il jum ta’ qabel il-ġbir tal-embrijuni. |
4. |
Is-semen li jintuża għall-inseminazzjoni tal-annimali porċini donaturi b’mod artifiċjali jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u nħażen skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III. |
PARTI 3
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI OVINI U KAPRINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22
1. |
Għall-annimali ovini u kaprini kollha li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
L-annimali ovini u kaprini kollha li jinżammu f’ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għandhom isirulhom mill-inqas darba fis-sena t-testijiet li ġejjin (testijiet ta’ rutina obbligatorji), b’riżultati negattivi:
|
3. |
Jekk ir-riżultat ta’ kwalunkwe wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2 ikun pożittiv, l-annimal għandu jiġi iżolat u s-semen miġbur minnu wara d-data tal-aħħar test negattiv ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor.
L-annimal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen. Is-semen miġbur mill-annimali l-oħrajn kollha preżenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen wara d-data ta’ meta jkun ittieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2 għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor, qabel ma jitreġġa’ lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, u s-semen ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 2. |
1. |
L-annimali ovini u kaprini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp u ġew iċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali tal-mard tal-kategorija D rilevanti għall-annimali tal-ispeċijiet ovina u kaprina dakinhar tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni. |
2. |
Is-semen li jintuża għall-inseminazzjoni tal-annimali ovini u kaprini donaturi b’mod artifiċjali jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u nħażen skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 3 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III. |
PARTI 4
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI EKWINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 23
1. |
Sabiex jintuża għall-ġbir tas-semen, l-annimal ekwin donatur għandu, b’mod li jissodisfa lill-veterinarju taċ-ċentru, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
1. |
L-annimali ekwini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp u jiġu ċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali tal-mard tal-kategorija D rilevanti għall-annimali tal-ispeċi ekwina dakinhar tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni. |
2. |
Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt 1, l-annimali ekwini donaturi:
Il-kampjuni għandhom jittieħdu waqt il-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum imsemmi fil-punt (a) f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ mhux inqas minn sebat ijiem bejniethom fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (i) ta’ hawn taħt, jew f’okkażjoni waħda fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (ii) ta’ hawn taħt. Il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’medium tat-trasport bil-karbonju attivat, bħalma huwa l-medium Amies, qabel ma jintbagħtu lejn il-laboratorju. Il-kampjuni għandu jsirilhom mill-inqas wieħed mit-testijiet li ġejjin:
|
3. |
Is-semen li jintuża għall-inseminazzjoni tal-annimali donaturi b’mod artifiċjali jrid jinġabar, jiġi pproċessat u jinħażen f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 4 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III. |
PARTI 5
REKWIŻITI OĦRAJN TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI U KAPRINI U ANNIMALI TAL-FAMILJI CAMELIDAE U CERVIDAE LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 20, 21, 22 U 38
1. |
L-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini li huma donaturi ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni jridu:
|
2. |
Il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li:
|
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), il-veterinarju taċ-ċentru jista’ jawtorizza d-dispaċċ tas-semen miġbur minn annimal donatur miżmum li jkun tlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar eżatt qabel id-data tal-ġbir, sakemm:
|
4. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), il-veterinarju tal-grupp jista’ jawtorizza d-dispaċċ, lejn Stat Membru ieħor, tal-embrijuni dderivati in vivo miġbura minn annimal donatur miżmum li jkun tlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar eżatt qabel id-data tal-ġbir, sakemm:
|
1. |
L-annimali bovini, ovini u kaprini u l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li huma donaturi tas-semen, iridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
L-annimali ovini u kaprini u l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li huma donaturi ta’ embrijuni dderivati in vivo, u l-annimali bovini, ovini u kaprini u l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li huma donaturi ta’ ooċiti għall-produzzjoni in vitro ta’ embrijuni, iridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3. |
Is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti jrid jinġabar minn annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1. |
1. |
L-annimali bovini, ovini u kaprini li huma donaturi tas-semen iridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
L-annimali ovini u kaprini li huma donaturi tal-embrijuni dderivati in vivo u l-annimali bovini, ovini u kaprini li huma donaturi tal-ooċiti għall-produzzjoni in vitro tal-embrijuni jridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3. |
Is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti jrid jinġabar minn annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1. |
Biex jikkwalifika bħala ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, stabbiliment tal-annimali porċini jrid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis trid tkun mardanotifikabbli fl-annimali porċini f’dak l-Istat Membru; |
(b) |
ma tkunx ġiet ikkonfermata infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis fl-istabbiliment għal perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti; |
(c) |
l-annimali li juru sinjali kliniċi konsistenti mal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis bħal aborti jew orkite jiġu soġġetti għat-testijiet dijanjostiċi meħtieġa b’riżultati negattivi; |
(d) |
l-ebda annimal porċin li jappartjeni għall-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suisgħal mill-inqas it-tliet snin preċedenti; |
(e) |
l-annimali porċini li jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment:
|
(f) |
għall-perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti, ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis ubil-Brucella suis f’unitajiet epidemjoloġiċi oħrajn tal-istess stabbiliment, jew ġew implimentati miżuri li jevitaw li jkun hemm trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis minn dawk l-unitajiet epidemjoloġiċi l-oħrajn. |
(1) Il-Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali għat-Trasferiment tal-Embrijuni – A procedural guide and general information for the use of embryo transfer technology emphasising sanitary procedures, ippubblikat mill-International Embryo Transfer Society, 1 111 North Dunlap Avenue, Savoy, Illinois 61 874 USA (http://www.iets.org/).
ANNESS III
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR, IL-PRODUZZJONI, L-IPPROĊESSAR U L-ĦŻIN TA’ PRODOTTI ĠERMINALI TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26
PARTI 1
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR, L-IPPROĊESSAR U L-ĦŻIN TA’ SEMEN FRISK, IMKESSAĦ JEW IFFRIŻAT TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI, U GĦAT-TRASPORTAZZJONI TA’ DAK IS-SEMEN
1. |
L-istrumenti kollha li jintużaw għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew l-iffriżar tas-semen għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, ħlief għal strumenti ġodda li jintużaw darba. |
2. |
Is-semen iffriżat għandu:
|
3. |
Fejn ikun hemm bżonn, jistgħu jinżiedu mas-semen jew ikunu fid-dilwenti tas-semen l-antibijotiċi jew it-taħlitiet ta’ antibijotiċi f’kull millilitru ta’ semen, b’attività batteriċidali mill-inqas ekwivalenti għal dik tal-antibijotiċi jew tat-taħlitiet tal-antibijotiċi li ġejjin:
|
4. |
Fir-rigward tas-semen tal-annimali bovini, l-antibijotiċi msemmija fil-punt 3(a), (c) u (d), jew dilwenti tas-semen li fihom minn dawn l-antibijotiċi jew it-taħlitiet ta’ antibijotiċi għandhom jinżiedu u jkunu effettivi, b’mod partikolari, kontra l-kampilobatterji, il-leptospiri u l-mikoplażmi. |
5. |
Fir-rigward tas-semen tal-annimali porċini, l-antibijotiċi jew it-taħlitiet tal-antibijotiċi msemmija fil-punt 3(a), (c) u (d), jew dilwenti tas-semen li fihom minn dawn l-antibijotiċi jew it-taħlitiet ta’ antibijotiċi għandhom jinżiedu u jkunu effettivi, b’mod partikolari, kontra l-leptospiri. |
6. |
Meta jiżdied antibijotiku jew tiżdied taħlita ta’ antibijotiċi mas-semen:
|
7. |
Fil-każ tas-semen iffriżat jew imkessaħ, minnufih wara ż-żieda tal-antibijotiċi, is-semen dilwit għandu jinżamm:
|
PARTI 2
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR U L-IPPROĊESSAR TA’ EMBRIJUNI DDERIVATI IN VIVO TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI
L-embrijuni dderivati in vivo għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppreservati f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
1. |
L-embrijuni għandhom jinġabru u jiġu pproċessati minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ ebda konsenja oħra ta’ embrijuni li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
2. |
L-embrijuni għandhom jinġabru f’post li jkun separat minn partijiet oħrajn tal-bini jew tal-istabbiliment u li għandu jinżamm fi stat tajjeb u jkun mibni b’materjali li jippermettu t-tindif u d-diżinfezzjoni effettivi u faċli tiegħu. |
3. |
L-embrijuni għandhom jiġu pproċessati (eżaminati, maħsula, ittrattati u mqiegħda f’tubi straw jew f’pakketti oħrajn) f’laboratorju li jinsab f’post permanenti jew f’laboratorju mobbli. |
4. |
It-tagħmir kollu li jintuża għall-ġbir, l-immaniġġjar, il-ħasil, l-iffriżar u l-ħżin ta’ embrijuni għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat jew sterilizzat qabel jintuża, skont il-Manwal tal-IETS, jew ikun tagħmir ġdid li jintuża darba. |
5. |
Kull prodott bijoloġiku li joriġina mill-annimali li jintuża fil-mediums u fis-soluzzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħasil jew il-ħżin tal-embrijuni għandu jkun ħieles minn mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-mediums u s-soluzzjonijiet li jintużaw fil-ġbir, l-iffriżar u l-ħżin tal-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati permezz ta’ metodi approvati f’konformità mal-Manwal tal-IETS u mmaniġġjati b’tali mod li jiġi żgurat li tinżamm l-isterilità. |
6. |
Meta, skont il-Manwal tal-IETS, jinżiedu l-antibijotiċi jew taħlita ta’ antibijotiċi mal-mediums tal-ġbir, tal-ipproċessar, tal-ħasil u tal-ħżin, l-ismijiet tal-antibijotiċi miżjuda u l-konċentrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-konsenja. |
7. |
L-aġenti krijoġeniċi li jintużaw għall-preservazzjoni jew għall-ħżin tal-embrijuni ma għandhomx ikunu ntużaw qabel għal prodotti bijoloġiċi oħrajn li joriġinaw mill-annimali. |
8. |
L-embrijuni għandhom jinħaslu skont il-Manwal tal-IETS u jkollhom zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, intatta qabel u eżatt wara l-ħasil. Kull embrijun għandu jinħasel mill-inqas 10 darbiet fi fluwidu speċjali għall-embrijuni, li għandu jinbidel kull darba. Kull ħasla għandha tkun dilwita 100 darba iżjed mill-ħasla preċedenti u f’kull okkażjoni għandha tintuża mikropipetta sterili għat-trasferiment tal-embrijun. Il-proċedura tal-ħasil standard għandha tiġi mmodifikata sabiex tinkludi ħasliet addizzjonali bl-enżima tripsina, skont il-Manwal tal-IETS, meta tkun meħtieġa l-inattivazzjoni jew it-tneħħija ta’ ċerti patoġeni. |
9. |
L-embrijuni minn annimali donaturi differenti ma għandhomx jinħaslu flimkien. |
10. |
Iz-zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika ta’ kull embrijun, għandha tiġi eżaminata fuq l-erja tas-superfiċje kollha tagħha bi tkabbir ta’ mhux inqas minn 50× u tiġi ċċertifikata li hija intatta u ħielsa minn materjali aderenti. |
11. |
L-embrijuni li jkunu għaddew b’suċċess mill-eżami stabbilit fil-punt 10 għandhom jitqiegħdu f’tubu straw jew f’pakkett ieħor imnaddaf u ddiżinfettat jew sterili, ħlief fil-każ li jintuża kontenitur minn dawn ġdid li jintuża darba, immarkat f’konformità mal-Artikolu 10(1) u (5) u li għandu jiġi ssiġillat minnufih. |
12. |
Kull embrijun għandu, fejn xieraq, jiġi ffriżat mill-aktar fis possibbli u jinħażen f’bini tal-ħżin, imsemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I, li huwa taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju tal-grupp. |
13. |
Meta ma jkunx hemm proċedura oħra biex jiġi vverifikat l-istatus tas-saħħa tal-annimali donaturi, jew sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u tal-bijosigurtà stabbiliti mill-veterinarju tal-grupp, anki fil-qafas tal-iskema ta’ kontroll tal-kwalità msemmija fil-punt 1(b) tal-Parti 2 tal-Anness I, il-grupp għall-ġbir tal-embrijuni għandu, f’konformità mal-Manwal tal-IETS, jissottometti lil laboratorju uffiċjali jew awtorizzat mill-awtorità kompetenti, kampjuni ta’ rutina ta’ embrijuni jew ta’ ooċiti mhux vijabbli, tal-fluwidi tat-tlaħliħ jew tal-ħasil li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu, għall-individwazzjoni ta’ xi kontaminazzjoni batterjali jew virali, bi frekwenza li tiġi stabbilita mill-veterinarju tal-grupp. |
PARTI 3
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR U L-IPPROĊESSAR TA’ OOĊITI, OVARJI U TESSUTI OĦRAJN GĦALL-PRODUZZJONI IN VITRO TA’ EMBRIJUNI TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2, ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għall-ġbir, għall-ipproċessar u għat-trasport ta’ ooċiti, ovarji u tessuti oħrajn għall-użu fil-fertilizzazzjoni in vitro u għall-kultura in vitro:
1. |
L-ovarji u t-tessuti l-oħrajn miġbura f’biċċerija, minn annimal donatur individwali jew minn lott ta’ annimali donaturi, għandhom jinġabru f’biċċerija approvata f’konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/625. Dawk l-annimali donaturi potenzjali jridu jkunu għaddew minn spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem imwettqa minn veterinarju fil-biċċerija, li jrid ikun iċċertifika li huma ħielsa minn sintomi u sinjali tal-mard ta’ kull waħda mill-kategoriji A, B, C u D rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini. Il-biċċerija trid tkun tinsab f’żona fejn f’radjus ta’ 10 kilometri madwarha ma ġietx irrappurtata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tal-ovarji u t-tessuti l-oħrajn. |
2. |
L-ovarji ma għandhomx jiddaħħlu fil-laboratorju ta’ grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għall-ipproċessar qabel ma titlesta spezzjoni post-mortem tal-annimali donaturi b’riżultati sodisfaċenti. Jekk tinstab marda msemmija fil-punt 1 f’annimal donatur individwali jew fil-lott tal-annimali donaturi, jew f’xi annimali maqtula f’dik il-biċċerija f’dak il-jum, l-ovarji u t-tessuti l-oħrajn kollha minn dawk l-annimali donaturi għandhom jiġu ttraċċati u jintremew. |
3. |
It-tagħmir kollu għat-tneħħija u t-trasport tal-ovarji u ta’ tessuti oħrajn għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat jew sterilizzat qabel ma jintuża, minbarra t-tagħmir il-ġdid li jintuża darba biss, u għandu jintuża esklussivament għal dawk l-iskopijiet. |
Għandu jintuża tagħmir separat fit-trattament tal-ooċiti u l-embrijuni minn annimali donaturi individwali differenti u minn lottijiet differenti ta’ annimali donaturi.
PARTI 4
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ EMBRIJUNI PRODOTTI IN VITRO TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għall-ipproċessar tal-embrijuni prodotti in vitro:
1. |
Wara li jitlesta l-perjodu tal-kultura in vitro, iżda qabel l-iffriżar, il-ħżin u t-trasportazzjoni tal-embrijuni, dawn għandhom jinħaslu u jgħaddu mit-trattamenti msemmija fil-punti 7, 10 u 11 tal-Parti 2. |
2. |
L-embrijuni minn annimali donaturi individwali differenti jew minn lottijiet differenti ta’ annimali donaturi, imsemmija fil-punt 1 tal-Parti 3, ma għandhomx jinħaslu flimkien. |
3. |
L-embrijuni minn annimali donaturi individwali differenti jew minn lottijiet differenti ta’ annimali donaturi ma għandhomx jitqiegħdu fl-istess tubu straw jew f’pakkett ieħor. |
PARTI 5
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ EMBRIJUNI MIKROMANIPULATI TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI
Qabel kull mikromanipulazzjoni li tikkomprometti l-integrità taż-zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, l-embrijuni jew l-ooċiti kollha għandhom jinġabru u jiġu pproċessati skont ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet 2, 3 u 4.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
1. |
Meta titwettaq il-mikromanipulazzjoni tal-embrijun li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida jew, fil-każ ta’ embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, din għandha ssir f’laboratorju, imsemmi fil-punt 2(a) tal-Parti 3 tal-Anness I, li jkun taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju tal-grupp. |
2. |
Kull grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għandu jżomm rekords tal-attivitajiet tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8(1)(b). Fil-każ ta’ embrijuni prodotti permezz ta’ fertilizzazzjoni in vitro, l-identifikazzjoni tal-embrijuni tista’ ssir abbażi ta’ lott ta’ annimali donaturi, iżda għandha tinkludi d-dettalji tad-data u l-post tal-ġbir tal-ovarji u tal-ooċiti. Din għandha tippermetti wkoll li jiġi ttraċċat l-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali donaturi. |
3. |
Kull mikromanipulazzjoni li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida jew, fil-każ ta’ embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, għandha titwettaq fil-faċilitajiet approvati għal dak l-iskop, u wara l-aħħar ħasla u eżami. Din il-mikromanipulazzjoni tista’ titwettaq biss fuq embrijun li jkollu zona pellucida jew, fil-każ ta’ embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, intatta. |
PARTI 6
REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĦŻIN TA’ EMBRIJUNI DDERIVATI IN VIVO U PRODOTTI IN VITRO, U TA’ OOĊITI TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI
1. |
Kull grupp għall-ġbir tal-embrijuni u grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għandu jiżgura li l-embrijuni u l-ooċiti jinħażnu f’temperaturi xierqa fil-bini tal-ħżin imsemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I. |
2. |
Huma biss l-embrijuni miġbura minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni, jew l-ooċiti miġbura u l-embrijuni prodotti minn grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, u ttrasportati f’kundizzjonijiet li jiżguraw li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata tal-embrijuni u l-ooċiti, billi dawn ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ embrijuni u ooċiti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, li jistgħu jinġiebu fil-bini tal-ħżin imsemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I.
L-embrijuni dderivati in vivo, l-embrijuni u l-ooċiti prodotti in vitro għandhom jinħażnu f’kontenituri tal-ħżin distinti assenjati għal kull tip ta’ prodott ġerminali u t-trattament tal-prodotti ġerminali maħżuna jrid isir minn membri tal-persunal differenti jew f’ħinijiet differenti. |
3. |
Il-veterinarju tal-grupp jista’ jiddeċiedi li l-embrijuni li ma jkunux inġabru minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni, jew l-ooċiti li ma jkunux inġabru u l-embrijuni li ma jkunux prodotti minn grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, jistgħu jiġu pproċessati mill-grupp għall-ġbir tal-embrijuni jew mill-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, dment li:
|
4. |
Qabel ma jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor, l-embrijuni jew l-ooċiti ffriżati għandhom jinħażnu fil-bini tal-ħżin msemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom. |
5. |
Huma biss l-embrijuni jew l-ooċiti minn annimal donatur individwali jew minn lott wieħed ta’ annimali donaturi, imsemmija fil-punt 1 tal-Parti 3, li għandhom jitqiegħdu fl-istess tubu straw jew fl-istess pakkett ta’ tip ieħor. |
ANNESS IV
INFORMAZZJONI LI TRID TIDDAĦĦAL FIĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-PRODOTTI ĠERMINALI LI JINĠARRU MINN STAT MEMBRU GĦAL IEĦOR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 31 U 40
1. |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, imsemmi fl-Artikolu 31, għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
2. |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-klieb u l-qtates, u ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, miżmuma fi stabbilimenti konfinati u ta’ annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 40, għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|