This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0585
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/585 of 27 April 2020 concerning a coordinated multiannual control programme of the Union for 2021, 2022 and 2023 to ensure compliance with maximum residue levels of pesticides and to assess the consumer exposure to pesticide residues in and on food of plant and animal origin (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/2524
ĠU L 135, 29.4.2020, p. 1–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2022; Imħassar b' 32021R0601
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/585
tas-27 ta’ April 2020
dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali, li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla permezz ta’ Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 (3). |
(2) |
Hemm bejn tletin u erbgħin prodott tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Billi l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi f’dawk il-prodotti tal-ikel jenħtieġ li jiġu mmonitorjati tul sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippreżentat rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tad-disinn tal-programm ta’ monitoraġġ tal-pestiċidi. Ikkonkludiet li rata ta’ skorriment tal-MRL li tkun ogħla minn 1 % tista’ tiġi stmata b’marġni ta’ żball ta’ 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta’ kampjun għal minimu ta’ 32 oġġett differenti tal-ikel (4). Il-ġbir ta’ dawk il-kampjuni jenħtieġ li jitqassam fost l-Istati Membri skont il-kobor tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
(4) |
Tqiesu r-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta’ kontroll preċedenti tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
(5) |
Fis-sit web tal-Kummissjoni tinsab ippubblikata gwida bl-isem “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” (5). |
(6) |
Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni, dawk il-komposti jenħtieġ li jiġu rrappurtati separatament sakemm jitkejlu b’mod individwali (6). |
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità laħqu qbil dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni il-verżjoni 2 (SSD2) u l-Linja Gwida dwar ir-Rappurtar ta’ Monitoraġġ Kimiku, għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, relatati mal-preżentazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (8), fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (9) u fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. |
(12) |
Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba t-trikkib bejn il-programmi pluriennali konsekuttivi, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/533 jitħassar fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt. Madankollu, jenħtieġ li dan ikompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2020. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Matul is-snin 2021, 2022 u 2023, l-Istati Membri (11) għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott, fosthom prodotti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b’mod aleatorju.
Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-prodotti tal-ikel maħsuba għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar u l-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I f’konformità mad-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-prodotti tal-ikel maħsuba għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu evalwati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-MRLs stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE u fir-Regolament Delegat (UE) 2016/127. Meta dawn il-prodotti tal-ikel ikunu ta’ tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f’forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2021, fl-2022 u fl-2023 sal-31 ta’ Awwissu tal-2022, tal-2023 u tal-2024 rispettivament. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati fil-format ta’ rappurtar elettroniku kif stabbilit mill-EFSA.
Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva u/jew metabolit jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi f’konformità mad-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jitkejlu fuq bażi individwali.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/533 hu mħassar.
Madankollu, fir-rigward tal-kampjuni ttestjati fl-2020, għandu jibqa’ japplika sal-1 ta’ Settembru 2021.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta’ Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; pesticide monitoring program: design assessment. EFSA Journal 2015;13(2):4005.
(5) Id-Dokument Nru. SANTE/12682/2019.
l-aktar verżjoni riċenti tiegħu:https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_mrl_guidelines_wrkdoc_2019-12682.pdf.
(6) SANCO/12574/2014, Dokument ta’ Ħidma dwar is-sommarju tal-LOQ f’każ ta’ definizzjonijiet kumplessi tar-residwi.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).
(11) Skont l-Artikolu 5(4) u t-Taqsima 24 tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, li huwa parti integrali tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u r-referenzi għall-Istati Membri jinqraw bħala li jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq sakemm japplika dak il-Protokoll.
ANNESS I
Parti A: Prodotti li joriġinaw mill-pjanti (1) li jrid jittieħed kampjun minnhom fl-2021, fl-2022 u fl-2023
2021 |
2022 |
2023 |
(b) |
(c) |
(a) |
Għeneb tal-mejda (2) |
Tuffieħ (2) |
Larinġ (2) |
Banana (2) |
Frawli (2) |
Lanġas (2) |
Grejpfrut (2) |
Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (2) |
Frott tal-kiwi (2) |
Brunġiel (2) |
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk ma jkun disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għall-inbid, l-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati.) |
Pastard (2) |
Brokkoli (2) |
Ħass (2) |
Basal (2) |
Bettieħ (2) |
Kaboċċi bir-ras (2) |
Zunnarija (2) |
Faqqiegħ ikkultivat (2) |
Tadam (2) |
Patata (2) |
Bżar ħelu (2) |
Spinaċi (2) |
Fażola (imnixxfa) (2) |
Żerriegħa tal-qamħ (3) |
Żerriegħa tal-ħafur (3) (4) |
Żerriegħa tas-segala (3) |
Żejt taż-żebbuġa verġni (Jekk ma jkun disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, l-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati.) |
Żerriegħa tax-xgħir (3) (5) |
Ir-ross ismar (ir-ross imfesdaq), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħielu l-fosdqa (6) |
Parti B: Prodotti li joriġinaw mill-annimali1 li jrid jittieħed kampjun minnhom fl-2021, fl-2022 u fl-2023
2021 |
2022 |
2023 |
(d) |
(e) |
(f) |
Xaħam tal-bovini (2) (7) |
Ħalib tal-baqra (8) |
Xaħam tal-pollam (2)(7) |
Bajd tat-tiġieġ (2) (9) |
Xaħam tal-majjal (2)(7) |
Fwied tal-bovini (2) |
Parti C: Kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti
|
2021 |
2022 |
2023 |
Kummenti |
2,4-D |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-grejpfrut, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkoli u fuqhom fl-2021; fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-larinġ, fil-pastard, fir-ross ismar, fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2023. |
2-Fenilfenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Abamektina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aċefat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aċetamiprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Akrinatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aldikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aldrin u dieldrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ametoktradin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ażinfos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ażossistrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bifentrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bifenil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bitertanol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Boskalid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Jon tal-bromur |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu u fuqu fl-2021; fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fir-ross ismar u fuqu fl-2023. |
Bromopropilat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bupirimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Buprofeżin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Kaptan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Karbaril |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Karbendażim u benomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Karbofuran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorantraniliprol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorfenapir |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klormekwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2021; fit-tadam, fil-ħafur u fuqhom fl-2022; fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023. |
Klorotalonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorprofam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorpirifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorpirifos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klofenteżina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klotijanidin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċjażofammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiflufenammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċimoksanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċipermetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiprokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiprodinil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiromażina |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ, fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2021; fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-patata, fil-basal, fil-karrotti u fuqhom fl-2023. |
Deltametrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Diażinon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Diklorvos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dikloran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dikofol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dietofenkarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Difenokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Diflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dimetoat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dimetomorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dinikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Difenilammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ditijanon |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2021; fit-tuffieħ, fil-ħawħ u fuqhom fl-2022; fil-lanġas, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023. |
Ditijokarbamati |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkoli, il-pastard, il-kaboċċi bir-ras, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal. |
Dodina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Emamektina benżoat B1a, espressa bħala emamektina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Endosulfan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Epoksikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etefon |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu, fil-qamħ, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2021; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2022; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2023. |
Etjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etirimol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etofenproks |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etossażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Famoksadon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenamidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenamifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenarimol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenażakwin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenbukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ossidu tal-Fenbutatin |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-grejpfrut, fil-bżar ħelu, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2021; fit-tuffieħ, fil-frawli, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2022; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2023. |
Feneksammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenitrotijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenossikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpropatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpropidina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpropimorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpirażammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpirossimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fentijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenvalerat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fipronil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flonikammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluważifop-P |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-brokkoli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-frawli, fil-kaboċċa kkapoċċata, fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fil-karrotti u fuqhom fl-2023. |
Flubendiammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fludiossonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flufenoksuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluwopikolid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluwopiram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flukwinkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flusilażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flutriafol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluksapiroksad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Folpet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Formetanat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fosetil-Al |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fostijażat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Glifosat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Glufosinat-ammonju |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aloksifop inkluż l-aloksifop-P |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brokkoli, fil-grejpfrut, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras u fuqhom fl-2022; fil-fażola mnixxfa u fuqha fl-2023. |
Eżakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Eksitijażoks |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Imażalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Imidacloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Indossakarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Iprodjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Iprovalikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Isokarbofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Isoprotijolan |
|
|
(a) |
Is-sustanza ma tridx tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2021 u fl-2022. Din is-sustanza trid tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2023. |
Kreżossim-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Lambda-cjalotrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Linuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Lufenuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Malatijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Mandipropammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Mepanipirim |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Mepikwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2021; fix-xgħir, fil-ħafur u fuqhom fl-2022; fil-lanġas, fis-segala,fir-ross ismar u fuqhom fl-2023. |
Metalaksil u metalaksil-M |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metamidofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metidatijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metijokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metossifenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metrafenon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Monokrotofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Miklobutanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ometoat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Oksadiksil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ossamil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ossidemeton-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Paklobutrażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Paratijon-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Penkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Penċikuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pendimetalina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Permetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fosmet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pirimikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pirimifos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Prokloraż |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Proċimidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Profenofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Propamokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-brunġiel, fil-brokkoli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2022; fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal, fil-patata u fuqhom fl-2023. |
Propargit |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Propikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Propiżammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Prokwinażid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Prosulfokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Protijokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-kaboċċi bir-ras, il-ħass, it-tadam, il-ħafur, ix-xgħir u fuqhom fl-2022; fil-karrotti, fil-basal, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023. |
Pimetrożina |
(b) |
(c) |
|
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2021; fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2022. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2023. |
Piraklostrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Piridaben |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Piridalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pirimetanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Piriprossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Kwinossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spinosad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spinetoram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spirodiclofen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spiromesifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spirossammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spirotetramat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tau-Fluvalinat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tebukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tebufenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tebufenpirad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Teflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Teflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Terbutilażina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tetrakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tetradifon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijabendażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Thiacloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Thiamethoxam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijofanat-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tolklofos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Trijadimefon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Trijadimenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijodikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triażofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triċiklażol |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fir-ross u fuqu. |
Trifloksistrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triflumuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Vinklożolin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Parti D: Kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali
|
2021 |
2022 |
2023 |
Kummenti |
Aldrin u dieldrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Bifentrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Klordan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Klorpirifos |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Klorpirifos-metil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Ċipermetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
DDT |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Deltametrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Diażinon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Endosulfan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Famoksadon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Fenvalerat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Fipronil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Glifosat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Glufosinat-ammonju |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Ettakloru |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Eżaklorobenżen |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru) |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru) |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Indossakarb |
|
(e) |
|
Għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib u fuqu fl-2022. |
Lindan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Metossiklor |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Paratijon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Pendimetalina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Permetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Pirimifos-metil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
(1) Għall-komoditajiet naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/62 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(2) Għandhom jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti ffriżati, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.
(3) Jekk ma jkunx disponibbli għadd suffiċjenti ta’ kampjuni taż-żerriegħa tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista’ jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(4) Jekk ma jkunx disponibbli għadd suffiċjenti ta’ kampjuni taż-żerriegħa tal-ħafur, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tal-ħafur li ma setgħetx tittieħed, tista’ tiżdied mal-għadd ta’ kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir jiżdied b’mod proporzjonali.
(5) Jekk ma jkunx disponibbli għadd suffiċjenti ta’ kampjuni taż-żerriegħa tax-xgħir, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tax-xgħir li ma setgħetx tittieħed, tista’ tiżdied mal-għadd ta’ kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur jiżdied b’mod proporzjonali.
(6) Meta xieraq, tista’ tiġi analizzata wkoll iż-żerriegħa tar-ross illostrat. Għandu jiġi rrappurtat lill-EFSA jekk ġiex analizzat ross illostrat jew ross imfesdaq. Jekk ikun ġie analizzat ross illostrat, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(7) Jistgħu wkoll jittieħdu kampjuni mil-laħam skont it-Tabella 3 tal-Anness tad-Direttiva 2002/63/KE.
(8) Il-ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġi analizzat, inkluż il-ħalib iffriżat, ippasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.
(9) Il-bajd sħiħ mingħajr il-qoxra għandu jiġi analizzat.
ANNESS II
Għadd ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
(1)
L-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu għal kull komodità u li jridu jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, huwa stabbilit fil-punt (5).
(2)
Barra mill-kampjuni meħtieġa f’konformità mal-punt (5), fl-2021 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali u janalizzahom.Barra mill-kampjuni meħtieġa f’konformità mal-punt (5), fl-2022 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta’ prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali u janalizzahom.
Barra mill-kampjuni meħtieġa f’konformità mal-punt (5), fl-2023 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza ħames kampjuni ta’ formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta’ formuli ta’ prosegwiment.
(3)
F’konformità mal-punt (5), il-kampjuni mill-komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, meta disponibbli, għandhom jittieħdu b’mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta’ dawk il-komoditajiet f’kull Stat Membru, b’minimu ta’ 1.
(4)
L-Istati Membri li jużaw metodi multiresidwi jistgħu jużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv fuq massimu ta’ 15 % tal-kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati f’konformità mal-punt (5). Fejn jintużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv, l-għadd ta’ kampjuni li jifdal għandu jiġi analizzat permezz ta’ metodi multiresidwi kwantitattivi.Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta’ mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.
(5)
L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull sena għal kull komodità:
|
|
|
|
|
BE |
12 |
|
LT |
12 |
BG |
12 |
|
LU |
12 |
CZ |
12 |
|
HU |
12 |
DK |
12 |
|
MT |
12 |
DE |
97 |
|
NL |
18 |
EE |
12 |
|
AT |
12 |
IE |
12 |
|
PL |
47 |
EL |
12 |
|
PT |
12 |
ES |
50 |
|
RO |
20 |
FR |
71 |
|
SI |
12 |
HR |
12 |
|
SK |
12 |
IT |
69 |
|
FI |
12 |
CY |
12 |
|
SE |
12 |
LV |
12 |
|
Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq |
71 |
|
Għadd Totali ta’ Kampjuni: 683 |
|