Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0208

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/711

ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1770

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/208/oj

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/72


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/208

tal-14 ta’ Frar 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (2) li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew jeħtieġ l-użu ta’ metodi operattivi speċifiċi relatati mal-iskambju ta’ data bejn it-tagħmir li jinġarr fl-ajru u dak tal-art. Tali metodi operattivi jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod uniformi biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-operazzjonijiet mingħajr problemi.

(2)

L-istandard EUROCAE ED-120 “Standard tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza u tal-Prestazzjoni għas-Servizzi ta’ Kollegament tad-data tat-Traffiku tal-Ajru fl-Ispazju tal-Ajru Kontinentali” dan l-aħħar ġie rivedut biex titneħħa kwalunkwe referenza għall-Messaġġ Downlink (DM) 89 “MONITORING [unit name] [frequency]” bħala li huwa meħtieġ biex jappoġġa operazzjonijiet ta’ kollegament tad-data. Ir-referenza attwali għall-ED-120 inkluża fir-Regolament (KE) Nru 29/2009 ma għadhiex xierqa biex tirrifletti l-evoluzzjoni tal-istandards u tal-prinċipji operattivi, u biex tappoġġja l-operazzjoni ta’ kollegament tad-data ta’ inġenji tal-ajru ċċertifikati b’funzjonalitajiet tal-ATM miżjuda.

(3)

Għalhekk, l-istandards tekniċi minimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 29/2009, li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw magħhom, jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.

L-istandard Eurocae ED-120 “Standard tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza u tal-Prestazzjoni għas-Servizzi ta’ Kollegament tad-data tat-Traffiku tal-Ajru fl-Ispazju tal-Ajru Kontinentali”, ippubblikat f’Mejju 2004, inkluż:

(a)

għall-operaturi:

il-Bidla 1, ippubblikata f’April 2007, u l-Bidla 2, ippubblikata f’Ottubru 2007, jew

il-Bidla 1, ippubblikata f’April 2007, il-Bidla 2, ippubblikata f’Ottubru 2007, u l-Bidla 3, ippubblikata f’Settembru 2019.

(b)

għall-fornituri tal-ATS:

il-Bidla 1, ippubblikata f’April 2007, il-Bidla 2, ippubblikata f’Ottubru 2007, u l-Bidla 3, ippubblikata f’Settembru 2019.”


Top