EUR-Lex Baza aktów prawnych Unii Europejskiej

Powrót na stronę główną portalu EUR-Lex

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32020R0183

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/183 tal-5 ta’ Frar 2020 li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żoni 1 u 2b tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ diversi Stati Membri

C/2020/708

ĠU L 38, 11.2.2020, str. 37—38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status prawny dokumentu Już nie obowiązuje, Data zakończenia ważności: 31/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/183/oj

11.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/183

tal-5 ta’ Frar 2020

li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żoni 1 u 2b tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ diversi Stati Membri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-bakkaljaw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ diversi Stati Membri jew irreġistrati fihom għamlu fiż-żoni 1 u 2b eżawrew il-kwota allokata għal “Stati Membri oħrajn” għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Istati Membri li jistadu skont il-kwota għal “Stati Membri oħrajn” għall-istokk tal-bakkaljaw fiż-żoni 1 u 2b imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri li jistadu skont il-kwota għal “Stati Membri oħrajn” imsemmija f’dak l-Anness jew li huma rreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).


ANNESS

Numru

01/TQ/123

Stat Membru

L-Istati Membri li jistadu skont il-kwota għal “Stati Membri oħrajn”

Stokk

COD/1/2B.

Speċi

Il-bakkaljaw (Gadus morhua)

Żona

1 u 2b

Data tal-għeluq

11.1.2020 fil-11.00 UTC


Góra