Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2136

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2136 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021

    ĠU L 430, 18.12.2020, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2136/oj

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 430/14


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2136

    tal-14 ta’ Diċembru 2020

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha t-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1).

    (2)

    Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mal-kontenut tal-qbil fil-prinċipju milħuq fl-10 ta’ Novembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.

    (3)

    Minħabba l-ħtieġa li tiġi adottata pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 mill-iktar fis possibbli bil-ħsieb li jiġi adottat b’mod definittiv baġit qabel il-bidu tas-sena finanzjarja 2021, b’hekk tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni, huwa ġustifikat li, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 ġiet adottata mill-Kunsill fl-14 ta’ Diċembru 2020.

    Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)  COM(2020) 839 final.

    (2)   ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39.


    Top