DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1715
tas-16 ta’ Novembru 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fin-Netherlands
(notifikata bid-dokument C(2020) 8021)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1606 (3) ġiet adottata wara tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn jinżamm il-pollam fil-provinċja ta’ Gelderland fin-Netherlands u l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).
|
(2)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 tistipula li ż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza stabbiliti min-Netherlands, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, ikunu jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.
|
(3)
|
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1670 (5), wara tifqigħa oħra tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur tat-trobbija fil-provinċja ta’ Gelderland, fin-Netherlands li kienet teħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness.
|
(4)
|
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1670, in-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni b’tifqigħa ta’ HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda fit-territorju tagħhom fejn jinżamm il-pollam fil-provinċja ta’ Groningen u ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar din it-tifqigħa l-ġdida.
|
(5)
|
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b’kollaborazzjoni man-Netherlands, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru, jinsabu ’l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ HPAI tas-sottotip H5N8.
|
(6)
|
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni man-Netherlands, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza ġodda stabbiliti f’dak l-Istat Membru skont id-Direttiva 2005/94/KE. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għan-Netherlands fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 jiġu emendati.
|
(7)
|
Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza l-ġodda stabbiliti skont id-Direttiva 2005/94/KE min-Netherlands u t-tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom.
|
(8)
|
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 tiġi emendata skont dan.
|
(9)
|
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward it-tixrid tal-HPAI tas-sottotip H5N8, huwa importanti li l-emendi lill-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 li qed isiru permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.
|
(10)
|
Din id-Deċiżjoni se tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1606 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1606 tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fin-Netherlands (ĠU L 363, 3.11.2020, p. 9).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1670 tas-10 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/1606 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fin-Netherlands (ĠU L 377, 11.11.2020, p. 13).