Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1483

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1483 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU L 341, 15.10.2020, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1483/oj

    15.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 341/16


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1483

    tal-14 ta’ Ottubru 2020

    li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

    (2)

    Fit-12 ta’ Mejju 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni, f’isem l-Unjoni, li ddikjarat li l-Unjoni għadha determinata li tara li l-embargo fuq l-armi tan-NU fil-Libja jiġi rrispettat b’mod sħiħ. Ġie enfasizzat ukoll li jridu jsiru l-isforzi kollha biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, anke permezz tal-fruntieri tal-art u tal-ajru mal-Libja.

    (3)

    Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2020/1310 (2), li identifikat tliet entitajiet involuti fil-ksur tal-embargo fuq l-armi tan-NU.

    (4)

    Il-Kunsill għadu mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u b’mod partikolari dwar atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Libja, inkluż ksur tal-embargo fuq l-armi tan-NU.

    (5)

    F’dak il-kuntest, jenħtieġ li persuna involuta f’tali atti tinżied mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif stabbiliti fl-Annessi II uIV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

    (6)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1310 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 305 I, 21.9.2020, p. 5).


    ANNESS

    (1)   

    Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, taħt l-intestatura, "Parti A Persuni", tiżdied l-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    "19.

    Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

    (Евгений Викторович Пригожин)

    Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1961

    Post tat-twelid: Leningrad (San Pietruburgu)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-kumpannija militari privata Grupp Wagner.

    B'dan il-mod, Prigozhin hu involut fl-attivitajiet u jipprovdi appoġġ lill-attivitajiet tal-Grupp Wagner fil-Libja li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż.

    B'mod partikolari, il-Grupp Wagner hu involut fi ksur multiplu u ripetut tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fl-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, inkluż it-twassil ta' armi kif ukoll l-iskjerament ta' merċenarji fil-Libja b'appoġġ għall-Armata Nazzjonali Libjana. Il-Grupp Wagner ipparteċipa f'operazzjonijiet militari multipli kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali approvat min-NU u kkontribwixxa biex jikkawża danni lill-istabbiltà tal-Libja u jimmina l-proċess ta' paċi."

    15.10.2020

    (2)   

    Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, taħt l-intestatura "Parti A Persuni", jinżiedu l-entrati li ġejjin:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    "24.

    Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

    (Евгений Викторович Пригожин)

    Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1961

    Post tat-twelid: Leningrad (San Pietruburgu)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-kumpannija militari privata Grupp Wagner.

    B'dan il-mod, Prigozhin hu involut fl-attivitajiet u jipprovdi appoġġ lill-attivitajiet tal-Grupp Wagner fil-Libja li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż.

    B'mod partikolari, il-Grupp Wagner hu involut fi ksur multiplu u ripetut tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fl-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, inkluż it-twassil ta' armi kif ukoll l-iskjerament ta' merċenarji fil-Libja b'appoġġ għall-Armata Nazzjonali Libjana. Il-Grupp Wagner ipparteċipa f'operazzjonijiet militari multipli kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali approvat min-NU u kkontribwixxa biex jikkawża danni lill-istabbiltà tal-Libja u jimmina l-proċess ta' paċi."

    15.10.2020


    Top