This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1271
Council Decision (EU) 2020/1271 of 11 September 2020 adopting the Council’s position on draft amending budget No 8 of the European Union for the financial year 2020
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1271 tal-11 ta’ Settembru 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1271 tal-11 ta’ Settembru 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020
ĠU L 300I, 14.9.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 300/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1271
tal-11 ta’ Settembru 2020
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020 ġie adottat definittivament fis-27 ta’ Novembru 2019 (2); |
— |
fit-28 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2020; |
— |
sabiex jagħmel disponibbli b’mod urġenti biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI) fl-2020 biex ikopri l-impenji rilevanti kollha li l-Kummissjoni ser tieħu fi żmien qasir mal-manifatturi tal-vaċċini f’isem l-Istati Membri, kif ukoll l-azzjonijiet l-oħra li għaddejjin taħt l-ESI, u biex ikun jista’ jkopri l-applikazzjonijiet għal pagament mistennija li għandhom jitħallsu fl-2020 taħt l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+), il-Kunsill jeħtieġ li jipproċedi mingħajr dewmien bl-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għall-2020. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 ġiet adottata fil-11 ta’ Settembru 2020.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH