This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1110
Council Decision (EU) 2020/1110 of 23 January 2018 on the conclusion on behalf of the European Union of the Air Transport Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the United States of America, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1110 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1110 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra
ST/13419/2016/INIT
ĠU L 244, 29.7.2020, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1110/oj
29.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1110
tat-23 ta’ Jannar 2018
dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (‘il-Ftehim’), skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill li awtorizzat lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati. |
(2) |
Il-Ftehim ġie ffirmat fil-25 u t-30 ta’ April 2007, u ġie applikat b’mod provviżorju mit-30 ta’ Marzu 2008. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha. Huwa maħsub li l-Kroazja ser taċċedi għall-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2011. |
(4) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat. |
(5) |
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 18 tal-Ftehim fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita skont il-każ individwali f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat. |
(6) |
Inkwantu li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha flimkien huma Parti għall-Ftehim, hija essenzjali l-kooperazzjoni mill-qrib bejniethom. Sabiex ikunu żgurati tali kooperazzjoni mill-qrib u l-unità tar-rappreżentanza esterna fil-Kumitat Konġunt, u mingħajr preġudizzju għat-Trattati, b’mod partikolari għall-Artikoli 16(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri għandhom ikunu koordinati qabel kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat Konġunt li jittratta tali kwistjoni. |
(7) |
L-Artikoli 3 sa 6 tad-Deċiżjoni 2007/339/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill (2), u l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2010/465/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill (3), fihom dispożizzjonijiet dwar teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill fir-rigward ta’ diversi kwistjonijet li jinsabu fil-Ftehim, kif emendat mill-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u t-30 ta’ April 2007, kif ukoll dwar l-istabbiliment ta’ pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-Kumitat Konġunt u dwar l-obbligi ta’ informazzjoni tal-Istati Membri, matul l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim. Billi d-dispożizzjonijiet dwar teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill, li jinsabu fit-Trattati, u d-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ informazzjoni tal-Istati Membri m’għadhomx meħtieġa, dawn għandhom jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Konsegwentement għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2015 fil-Każ C-28/12 (4), huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-Kumitat Konġunt ukoll jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (5).
2. Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f’isem l-Unjoni, l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim u għandhom jagħtu din in-notifika:
‘Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita kull dritt u tassumi kull obbligu tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, kull referenza għall-“Komunità Ewropea” fit-test tal-Ftehim għandha tinqara, fejn ikun il-każ, bħala referenza għall-“Unjoni Ewropea”.’
Artikolu 2
L-Artikoli 3 sa 6 tad-Deċiżjoni 2007/339/KE u l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2010/465/UE għandhom jieqfu japplikaw fit-23 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) Kunsens tat-12 ta’ Diċembru 2017 (għad mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni 2007/339/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-25 ta’ April 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, 25.5.2007, p. 1).
(3) Deċiżjoni 2010/465/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, tal-24 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 1).
(4) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2015, Kummissjoni Ewropea v Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-28/12, ECLI:EU:C:2015:282.
(5) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 134, 25.5.2007, p. 4, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar. Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u t-30 ta’ April 2007, ġie ppubblikat fil-ĠU L 223, 25.8.2010, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.