This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0470
Council Decision (EU) 2020/470 of 25 March 2020 as regards the extension of the period of entitlement for audiovisual co-productions as provided for in Article 5 of the Protocol on Cultural Cooperation to the Free Trade Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Republic of Korea, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/470 tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar l-estensjoni tal-perjodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/470 tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar l-estensjoni tal-perjodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
ST/6872/2020/INIT
ĠU L 101, 1.4.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/470
tal-25 ta’ Marzu 2020
dwar l-estensjoni tal-perjodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2169 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra. |
(2) |
Il-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (2) anness mal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (3) ("il-Protokoll") jistabbilixxi fl-Artikolu 1 il-qafas li fi ħdanu l-Partijiet għandhom jikkooperaw għall-iffaċilitar ta’ skambji li jirrigwardaw attivitajiet, oġġetti u servizzi kulturali, inkluż fis-settur awdjoviżiv. |
(3) |
Il-Protokoll b’mod eċċezzjonali jinkludi dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi li fil-prinċipju huwa riżervat għal pajjiżi li qed jiżviluppaw b’industriji awdjoviżivi li qed jiżviluppaw. |
(4) |
Taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(8) tal-Protokoll, wara l-perjodu inizjali ta’ tliet snin, id-dritt jiġġedded għal perjodu ta’ tliet snin u wara dan għandu jiġġedded awtomatikament għal perjodi oħra suċċessivi tal-istess tul, sakemm Parti ma ttemmx id-dritt billi tagħti avviż bil-miktub mill-anqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali jew ta’ kwalunkwe perjodu suċċessiv. L-effetti fattwali tal-Protokoll fir-rigward ta’ koproduzzjonijiet awdjoviżivi jenħtieġ li jiġu vvalutati fi żmien debitu mill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali u jenħtieġ li jservu bħala l-bażi għad-deċiżjoni tal-Unjoni dwar jekk għandux jew le jiġi estiż id-dritt, fl-2023, għal perjodu ulterjuri ta’ tliet snin. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2169, il-Kummissjoni għandha tavża lir-Repubblika tal-Korea bl-intenzjoni tal-Unjoni li ma testendix il-perjodu tad-dritt għall-koproduzzjoni skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(8) tal-Protokoll sakemm, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill ma jaqbilx erba’ xhur qabel tmiem tali perjodu tad-dritt li jkompli d-dritt. Jekk il-Kunsill jaqbel li jkompli d-dritt, dik il-proċedura għandha terġa’ ssir applikabbli fi tmiem il-perjodu mġedded tad-dritt. Għall-finijiet speċifiċi li tittieħed deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-perjodu tad-dritt, il-Kunsill għandu jaġixxi b’unanimità. |
(6) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2019, il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-Unjoni li huwa previst fl-Artikolu 3(5) tal-Protokoll ġie kkonsultat dwar l-estensjoni tal-perjodu tad-dritt, kif previst fl-Artikolu 5(8) tal-Protokoll. |
(7) |
Fid-dawl tar-relazzjoni mill-qrib, storika u unika bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Korea, il-Kunsill jaqbel mal-estensjoni tal-perjodu tad-dritt għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tal-Partijiet għall-promozzjoni ta’ kontenut kulturali lokali/reġjonali kif previst fil-paragrafi 4 sa 7 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll. |
(8) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma taffettwax il-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. B’mod partikolari, jenħtieġ li hija ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri li jikkonkludu ftehimiet ta’ koproduzzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-perjodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tal-Partijiet għall-promozzjoni ta’ kontenut kulturali lokali/reġjonali, kif previst fil-paragrafi 4 sa 7 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, għandu jiġu estiż b’perjodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) ĠU L 307, 25.11.2015, p. 2.