This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020C1222(04)
Joint declaration by the European Parliament, Council and Commission on the treatment of NGEU interest costs and repayments in the 2021-2027 MFF 2020/C 444 I/04
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta’ NGEU fil-QFP 2021-2027 2020/C 444 I/04
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta’ NGEU fil-QFP 2021-2027 2020/C 444 I/04
ĠU C 444I, 22.12.2020, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 444/4 |
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta’ NGEU fil-QFP 2021-2027
(2020/C 444 I/04)
It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li l-infiq li jkopri l-ispejjeż ta’ finanzjament ta’ Next Generation EU għandu jkollu l-għan li ma jnaqqasx il-programmi u l-fondi tal-UE.
It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li t-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta’ NGEU fil-QFP 2021-2027, attwalment previst bħala ta’ EUR 12,9 biljun għas-seba’ snin, huwa mingħajr preġudizzju għal kif din il-kwistjoni ser tiġi indirizzata fl-oqfsa finanzjarji pluriennali futuri mill-2028 ’il quddiem.
It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura u l-ispejjeż tar-ripagamenti u l-imgħax.