Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020B0586

    Deċiżjoni (UE) 2020/586 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2018 (SRB/PS/2020/11)

    ĠU L 135, 29.4.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/586/oj

    29.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 135/13


    DEĊIŻJONI (UE) 2020/586 TAL-BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI

    tal-25 ta’ Marzu 2020

    dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2018 (SRB/PS/2020/11)

    IL-BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 50(1)(b) u 63(8) tar-Regolament SRM,

    Wara li kkunsidra l-Artikoli 97, 98 u 99 tar-Regolament Finanzjarju SRB tas-17 ta’ Jannar 2020,

    Wara li kkunsidra l-Kontijiet Annwali Finali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2018 kif adottati fis-26 ta’ Ġunju 2019 permezz ta’ proċedura bil-miktub (il-“Kontijiet Annwali Finali tal-2018”),

    Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2018 kif adottat fis-7 ta’ Ġunju 2019 permezz ta’ proċedura bil-miktub (ir-“Rapport Annwali tal-2018”),

    Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-Aġenziji tal-UE li jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u l-ġestjoni finanzjarja tajba għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB, (ir-“Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri tal-2018”),

    Wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Kontijiet Annwali Finali tal-2018 inklużi l-opinjonijiet tal-awditjar tal-25 ta’ Ġunju 2019 ippreparati minn Mazars Réviseurs d’Enterprises (ir-“Rapport ta’ Mazars dwar l-Awditjar tal-2018”),

    Wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014) dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq bħala riżultat tal-prestazzjoni mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament SRM għas-sena finanzjarja 2018 (ir-“Rapport dwar l-Obbligazzjonijiet Kontinġenti tal-Qorti tal-Awdituri tal-2018”),

    Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Awditjar Intern tal-2018 tat-8 ta’ Jannar 2019 ippreżentat lill-Bord u nnotat minnu fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tat-30 ta’ Jannar 2019 (ir-“Rapport Annwali tal-Awditjar Intern tal-2018”),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    1.

    Jagħti lill-President tal-SRB ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-SRB għas-sena finanzjarja 2018;

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-SRB għas-sena finanzjarja 2018;

    3.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fil-mozzjoni t’hawn taħt;

    4.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni biex jinnotifika din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L), u fuq is-sit web tal-SRB.

    Għall-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

    Dr Thorsten PÖTZSCH

    Membru tal-Plenarja


    (1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


    Top