Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1731

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1731 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li jemenda għat-306 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2019/7520

    ĠU L 264, 17.10.2019, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1731/oj

    17.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 264/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1731

    tas-16 ta’ Ottubru 2019

    li jemenda għat-306 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fil-11 ta’ Ottubru 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I ta’ mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Kap tas-Servizz tal-Istrumenti ta’ Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    Id-data ta’ identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

    “ANJEM CHOUDARY (alias Abu Luqman). Data tat-twelid: 18.1.1967. Post tat-twelid: Welling, Londra, ir-Renju Unit. Indirizz: Il-Ħabs ta’ Frankland, ir-Renju Unit. Nazzjonalità: Brittanika. Nru tal-passaport: 516384722 (Passaport tar-Renju Unit maħruġ mill-Uffiċċju tal-Passaporti ta’ Glasgow fis-6.5.2013, jiskadi fis-6.6.2023). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 15.10.2018.” tinbidel b’dan li ġej:

    “ANJEM CHOUDARY (alias Abu Luqman). Data tat-twelid: 18.1.1967. Post tat-twelid: Welling, Londra, ir-Renju Unit. Indirizz: Londra, ir-Renju Unit. Nazzjonalità: Brittanika. Nru tal-passaport: 516384722 (passaport tar-Renju Unit maħruġ mill-Uffiċċju tal-Passaporti ta’ Glasgow fis-6.5.2013, jiskadi fis-6.6.2023). Informazzjoni oħra: Wiegħed il-lealtà lejn l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq f’Lulju 2014. Inkarċerat fir-Renju Unit f’Settembru 2014 u sussegwentement rilaxxat b’libertà kondizzjonali f’Ottubru 2018, li tiskadi f’Lulju 2021. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 15.10.2018.”


    Top