Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32019R1286

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1286 tat-30 ta' Lulju 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2019/5482

    ĠU L 202, 31.7.2019, lk 81—109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumendi õiguslik staatus Kehtivad: Seda akti on muudetud. Praegune konsolideeritud versioon: 05/06/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1286/oj

    31.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 202/81


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1286

    tat-30 ta' Lulju 2019

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (2), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-polietilentereftalat (“PET”) li joriġina, inter alia, mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”).

    (2)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1645/2005 (3), il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja. L-emendi kienu r-riżultat ta' rieżami mħaffef li tnieda skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.

    (3)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (4), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji definittivi għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin wara rieżami ta' skadenza.

    (4)

    Il-miżuri kumpensatorji ġew emendati sussegwentement mir-Regolament (KE) Nru 1286/2008 (5) u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 906/2011 (6), wara rieżamijiet interim parzjali.

    (5)

    Rieżami interim parzjali li twettaq aktar tard intemm mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 559/2012 (7).

    (6)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 461/2013 (8), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji definittivi għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin, wara rieżami ta' skadenza ieħor.

    (7)

    Bid-Deċiżjoni 2000/745/KE (9), il-Kummissjoni aċċettat impenji li jistabbilixxu prezz minimu tal-importazzjoni minn tliet produtturi esportaturi fl-Indja. Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/109/UE (10), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenji, minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi li l-impenji kienu aċċettati taħthom.

    (8)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2015/1350 (11), il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja, wara żewġ rieżamijiet interim parzjali.

    (9)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2018/1468 (12), il-Kummissjoni emendat il-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ, wara żewġ rieżamijiet interim parzjali.

    (10)

    Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazji kumpensatorji definittivi imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1468 (“il-miżuri fis-seħħ”). Dawn jikkonsistu minn dazji speċifiċi ta' bejn 0 u EUR 74,6 għal kull tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b'rata residwa ta' EUR 69,4 għal kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi l-oħra kollha.

    1.2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

    (11)

    Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (13) tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-PET li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (12)

    It-talba saret mill-Kumitat tal-Manifatturi tal-PET fl-Ewropa (C.P.M.E. aisbl) (“l-applikant”) li jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-PET.

    (13)

    It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew f'rikorrenza ta' sussidjar u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    (14)

    Qabel il-bidu tar-rieżami ta' skadenza, u skont l-Artikoli 22(1) u 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Indja (“GOI, Government of India”) li hija kienet irċeviet talba ddokumentata kif xieraq għal rieżami u stiednet lill-GOI għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tat-talba ta' rieżami u tinstab soluzzjoni maqbula b'mod reċiproku. Il-GOI talab li l-iskadenza tiġi estiża b'ġimgħa sabiex isiru l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni tat din l-estensjoni tal-iskadenza. Fl-istess ħin, minħabba l-iskadenzi legali li japplikaw għal din l-investigazzjoni, il-bidu tar-rieżami ta' skadenza, madankollu, ma setax jiġi sospiż. Għalhekk, l-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza tnediet fit-22 ta' Mejju 2018 u l-GOI kien infurmat fl-istess data kif xieraq. Barra minn hekk, il-GOI kien infurmat li l-kummenti tiegħu f'dak l-istadju fir-rigward tat-talba kontra s-sussidji xorta kienu se jitqiesu fl-investigazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet xorta setgħu jiġu organizzati mill-aktar fis possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda konferma mill-GOI fir-rigward tal-offerta tagħha għal konsultazzjonijiet.

    1.3.   Il-bidu

    (15)

    Il-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat, stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza u fit-22 ta' Mejju 2018 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) (“in-Notifika ta' Bidu”), it-tnedija ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni bdiet din l-investigazzjoni.

    (16)

    Wara d-divulgazzjoni, waħda mill-partijiet interessati staqsiet dwar il-pożizzjoni tal-applikant. Ġie nnutat li t-talba saret wara l-iskadenza għall-kummenti indikati fil-punt 5.5. tan-Notifika ta' Bidu. Madankollu, it-tweġibiet għall-eżerċizzju eżistenti disponibbli fil-fajl, li jistgħu jiġu eżaminati mill-partijiet interessati, kkonfermaw li r-rekwiżiti għall-pożizzjoni ġew issodisfati. Il-kumment tal-parti kien għalhekk miċħud.

    1.4.   Investigazzjoni parallela

    (17)

    Fil-25 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni nediet rieżami skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku (15). Din l-investigazzjoni ta' rieżami kienet limitata fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha għall-forma tal-miżuri. Konsegwentement, il-forma tal-miżuri, kif estiża minn dan ir-Regolament, setgħet tiġi affettwata mir-rieżami li jinsab għaddej.

    1.5.   Il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami u l-perjodu meqjus

    (18)

    L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2017 sal-31 ta' Marzu 2018 (“il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami (“il-perjodu meqjus”).

    1.6.   Il-partijiet interessati

    (19)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet fl-Indja dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza, u stednithom biex jipparteċipaw.

    (20)

    Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu bil-miktub seduta ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.6.1.   Teħid ta' kampjuni

    (21)

    Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

    1.6.2.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (22)

    Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni u ta' bejgħ li seta' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, meta wieħed iqis ukoll iż-żona ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 37 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    1.6.3.   Kampjunar ta' importaturi mhux relatati

    (23)

    Sabiex il-Kummissjoni setgħet tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati/l-utenti kollha kienu mistiedna biex jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni. Dawn il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II tan-Notifika ta' Bidu. Żewġ importaturi ppreżentaw ruħhom. Dawn kienu mistiedna biex jikkooperaw billi jimlew il-kwestjonarju. Madankollu, l-ebda wieħed miż-żewġ importaturi ma wieġeb għall-kwestjonarju li ntbagħat mill-Kummissjoni.

    1.6.4.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

    (24)

    Sabiex il-Kummissjoni setgħet tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha kienu mistiedna biex jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni. Dawn il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II tan-Notifika ta' Bidu. Tliet produtturi esportaturi ppreżentaw ruħhom. Dawn kienu mistiedna biex jikkooperaw billi jimlew il-kwestjonarju.

    1.6.5.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

    (25)

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset li kienet meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-GOI, lit-tliet produtturi esportaturi u liż-żewġ importaturi li ppreżentaw ruħhom wara l-bidu.

    (26)

    Tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikant, produttur wieħed tal-Unjoni tal-materja prima, il-GOI u żewġ produtturi esportaturi fl-Indja wieġbu għall-kwestjonarju. L-importaturi li ppreżentaw ruħhom ma weġbux għall-kwestjonarju.

    (27)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar u ta' ħsara u biex jiġu stabbiliti l-interessi tal-Unjoni. Saret ukoll żjara ta' verifika fil-bini tal-GOI f'New Delhi.

    (28)

    Barra minn hekk, saru żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Il-produtturi tal-Unjoni:

    Indorama Ventures Europe BV, in-Netherlands;

    Equipolymers GmbH, l-Italja, il-Ġermanja;

    Neo Group, UAB, il-Litwanja;

    (b)

    Il-produtturi esportaturi:

    Reliance Industries Limited, Mumbai (“RIL”)

    IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited, Kolkata (“IDIPL”)

    2.   IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott taħt rieżami

    (29)

    Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-polietilentereftalat (PET) li għandu numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew iżjed, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3907 61 00 u li joriġina mill-Indja (“il-prodott taħt rieżami”).

    2.2.   Il-prodott simili

    (30)

    Ġie kkunsidrat li l-prodott taħt rieżami li jiġi prodott fl-Indja u jiġi esportat lejn l-Unjoni u l-prodott li jiġi manifatturat u li jinbiegħ fl-Unjoni mill-Industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi, u l-istess użi bażiċi. Għalhekk dawn tqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

    3.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' SUSSIDJAR

    (31)

    Fuq il-bażi tas-sussidji investigati fir-rieżamijiet preċedenti, l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, l-informazzjoni mressqa mill-GOI u mill-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-miżuri li ġejjin li allegatament jinvolvu l-għoti ta' programmi ta' sussidju:

    Programmi ta' sussidju fuq skala nazzjonali:

    (a)

    L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni Avvanzata (AAS, Advance Authorisation Scheme)

    (b)

    “L-Iskema tar-Restituzzjoni tad-Dazji” skont l-Artikolu 3(2) (DDS)

    (c)

    L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS, Export Promotion Capital Goods Scheme)

    (d)

    L-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS, Merchandise Exports from India Scheme)

    (e)

    Programmi ta' sussidju reġjonali:l-Iskema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat (GEDES, Gujarat Electricity Duty Exemption Scheme)

    (32)

    Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina jekk hemmx evidenza ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar, irrispettivament mill-ammont tiegħu. Minħabba s-sejbiet tal-eżistenza tal-kontinwazzjoni tas-sussidjar fir-rigward tal-maġġoranza tas-sussidji ewlenin ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jiġu investigati s-sussidji l-oħra kollha li l-ilmentatur allega li jeżistu.

    (33)

    Is-sussidji speċifikati fil-premessa ta' hawn fuq u li ġew ikkumpensati fil-passat, huma bbażati fuq id-dokumenti ta' politika u l-leġiżlazzjoni li ġejjin.

    (34)

    L-iskemi AAS, EPCGS, u MEIS huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika dwar il-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b'mod regolari.

    (35)

    Żewġ dokumenti tal-Politika tal-Kummerċ Barrani huma rilevanti għall-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami: Il-Politika tal-Kummerċ Barrani 2015-20 (“FTP 2015-20”) u l-Politika tal-Kummerċ Barrani 2015-20 aġġornata (“FTP 2015-20 aġġornata”). Din tal-aħħar daħlet fis-seħħ fil-5 ta' Diċembru 2017. Il-GOI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 2015-20 u l-FTP 2015-20 aġġornata f'“Manwal ta' Proċeduri, 2015-20” (“HOP 2015-20”) u f'“Manwal ta' Proċeduri 2015-20” aġġornat (“HOP 2015-20” aġġornat) rispettivament. Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ fil-5 ta' Diċembru 2017.

    (36)

    L-AAS, l-EPCGS, u l-MEIS huma bbażati fuq l-FTP 2015-20 u fuq l-FTP 2015-20 aġġornata kif ukoll fuq l-HOP 2015-20 u l-HOP 2015-20 aġġornat.

    (37)

    L-iskema DDS hija bbażata fuq it-taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, fuq it-taqsima 37 tal-Att tas-Sisa Ċentrali tal-1944, fuq it-taqsimiet 93A u 94 tal-Att Finanzjarju tal-1994 u fuq id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u Regoli ta' Restituzzjoni ta' Taxxa tas-Servizz tal-1995. Ir-rati ta' restituzzjoni huma ppubblikati fuq bażi regolari.

    (38)

    L-iskema GEDES hija bbażata fuq l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat tal-1958 (“l-Att dwar l-Elettriku”) taħt it-Taqsima 3(2) (vii) u (viii) kif emendat minn żmien għal żmien fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Gujarat.

    3.1.   L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni Avvanzata (AAS)

    (39)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet li produttur esportatur wieħed li kkoopera uża l-AAS matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    3.1.1.   Bażi Ġuridika

    (40)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi minn 4.03 sa 4.24 tal-FTP 2015-20 u tal-FTP 2015-20 aġġornata u fil-kapitoli minn 4.04 sa 4.52 tal-HOP 2015-20 u tal-HOP 2015-20 aġġornat.

    3.1.2.   Eliġibbiltà

    (41)

    L-AAS tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritt f'iktar dettall fil-premessa (42) ta' hawn taħt. Dawn is-sottoskemi jvarjaw, inter alia, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' sostenn huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi, u għall-AAS għas-sottoskemi ta' rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni preżunta” imsemmija fil-paragrafu 7.02 tal-FTP 2015-20 u l-FTP 2015-20 aġġornata, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”, export oriented unit), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni preżunta tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għal benefiċċji ta' “esportazzjoni preżunta” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem u l-ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel.

    3.1.3.   Implimentazzjoni prattika

    (42)

    L-AAS tista' tinħareġ għal:

    (43)

    Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hija s-sottoskema ewlenija. Din tippermetti l-importazzjoni bla dazju ta' materjali ta' input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott speċifiku għall-esportazzjoni. “Fiżiċi” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Permess għall-importazzjoni u obbligu għall-esportazzjoni inkluż it-tip ta' prodott għall-esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja;

    (44)

    Rekwiżit annwali: Tali awtorizzazzjoni mhijiex marbuta ma' prodott speċifiku għall-esportazzjoni, iżda ma' grupp ta' prodotti usa' (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-liċenzja jista' – sa ċertu limitu tal-valur stabbilit mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni preċedenti tiegħu – jimporta mingħajr dazju kwalunkwe input li għandu jintuża fil-manifattura ta' kwalunkwe wieħed mill-oġġetti li jaqgħu taħt dan il-grupp ta' prodotti. Dan jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta li jaqa' taħt il-grupp ta' prodotti li juża tali materjal eżentat mid-dazju;

    (45)

    Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkunu beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta' produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjali ta' input mingħajr dazju u jista' jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur aħħari jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

    (46)

    Esportazzjonijiet preżunti: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur ewlieni jimporta inputs mingħajr dazju li huma meħtieġa fil-manifattura ta' oġġetti li għandhom jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet preżunti”. Skont il-GOI, l-esportazzonijiet preżunti jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Għadd ta' kategoriji ta' provvisti huma meqjusa bħala esportazzjonijiet preżunti dment li l-oġġetti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. il-provvista ta' oġġetti lejn EOU jew lejn kumpanija li tinsab f'żona ekonomika speċjali (“SEZ”, special economic zone);

    (47)

    Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li jkun beħsiebu jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok b'importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta' AROs. F'tali każijiet, l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem jiġu vvalidati bħala AROs u jiġu ttrasferiti lill-fornitur lokali mal-wasla tal-oġġetti speċifikati fihom. L-approvazzjoni tal-ARO tintitola lill-fornitur lokali għall-benefiċċji ta' esportazzjonijiet preżunti kif stabbilit fil-paragrafu 7.03 tal-FTP 2015-20 u l-FTP 2015-20 aġġornata (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, restituzzjoni ta' esportazzjoni preżunta u rifużjoni ta' dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' restituzzjoni/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-inputs indiġeni kif ukoll għall-inputs importati;

    (48)

    Ittra ta' kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra l-provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista' javviċina bank biex jiftaħ ittra ta' kreditu interna favur fornitur lokali. L-awtorizzazzjoni se tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum tal-oġġetti miġjuba minn sorsi lokali minflok ma jkunu importati. Il-fornitur lokali se jkun intitolat għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 7.03 tal-FTP 2015-20 u l-FTP 2015-20 aġġornata (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, restituzzjoni tad-dazju fuq l-esportazzjoni preżunta u r-rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali).

    (49)

    Il-Kummissjoni sabet li produttur esportatur wieħed li kkoopera kiseb konċessjonijiet taħt l-ewwel sottoskema permezz ta' din l-iskema, jiġifieri taħt l-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi li jifdal li ma ntużawx.

    (50)

    Għal skopijiet ta' verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u propju tal-konsum u utilizzazzjoni ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (il-kapitolu 4.51 u l-Appendiċi 4H HOP 2015-20, u l-HOP 2015-20 aġġornat), jiġifieri reġistru ta' konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi verifikat minn kontabilist estern awtorizzat/kontabilist tal-kostijiet u x-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 4H hija vera u korretta f'kull aspett.

    (51)

    Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami mill-kumpanija kkonċernata, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta' importazzjoni u l-obbligu għall-esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GOI u huma ddokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu ddokumentati mill-Uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GOI fuq il-bażi ta' Regoli Standard ta' Input Output (“SIONs”, Standard Input Output Norms) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott taħt rieżami.

    (52)

    Il-materjali importati biex jintużwa bħala input mhumiex trasferibbli u għandhom jintużaw biex ikun maħdum il-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. L-obbligu għall-esportazzjoni jrid jiġi ssodisfat fil-limitu ta' żmien stipulat wara l-ħruġ tal-liċenzja (18-il xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur kull waħda).

    (53)

    M'hemm l-ebda rabta mill-qrib bejn l-inputs importati u l-prodotti lesti esportati. Il-materjali tal-input eliġibbli jistgħu jiġu importati u jintużaw ukoll għal prodotti differenti mill-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, il-liċenzji għal diversi prodotti jistgħu jiġu kkombinati flimkien. Dan ifisser li l-esportazzjonijiet bil-liċenzja tal-AAS ta' prodott wieħed jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet mingħajr dazju ta' inputs bil-liċenzja tal-AAS għal prodott ieħor.

    (54)

    L-investigazzjoni wriet li l-ebda waħda mil-liċenzji tal-AAS li ntużaw mill-produttur esportatur ma ġiet magħluqa. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ma kellux dan ir-reġistru tal-konsum ivverifikat minn kontabilist estern awtorizzat. Għalhekk, anke jekk il-produttur esportatur spjega li l-konsum tal-inputs kien qed jiġi rrapportat abbażi tal-fatturi tal-konsum tiegħu, il-produttur eportatur ma setax juri kwalunkwe appendiċi 4H għal-liċenzji tal-AAS tiegħu.

    3.1.4.   Konklużjoni dwar l-AAS

    (55)

    L-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri din tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja tal-GOI peress li tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat peress li ttejjeb il-likwidità tiegħu.

    (56)

    Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet fiżiċi taħt l-AAS jiddependu fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk preżunti bħala speċifiċi u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn ta' esportazzjoni, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt din l-iskema.

    (57)

    Is-sottoskema li ntużat f'dan il-każ ma tistax titqies bħala sistema ta' restituzzjoni tad-dazju jew sistema ta' restituzzjoni b'sostituzzjoni permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GOI ma applikax sistema jew proċedura ta' verifika b'mod effettiv biex jikkonferma jekk l-inputs ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti (l-Anness II(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' restituzzjoni b'sostituzzjoni, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidrat ukoll li l-SIONs għall-prodott taħt rieżami ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom, dawn l-SIONs ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta' verifika ta' konsum reali peress li t-tfassil ta' dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GOI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammonti ta' inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GOI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq l-inputs reali involuti, għalkemm dan ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

    (58)

    Għalhekk, is-sottoskema hija kumpensabbli.

    3.1.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (59)

    Fin-nuqqas ta' sistemi tar-restituzzjoni tad-dazji jew sistemi tar-restituzzjoni b'sostituzzjoni permessibbli, il-Kummissjoni vverifikat ir-rata tal-konsum attwali tal-inputs rilevanti. Il-Kummissjoni sabet li r-rata tal-konsum attwali kienet ftit anqas mis-SION. Filwaqt li l-kumpanija sostniet li se tagħlaq il-liċenzji rilevanti abbażi tal-konsum reali u għalhekk mhu se jkun hemm l-ebda remissjoni eċċessiva, l-ebda liċenzja ma kienet ingħalqet fil-mument tal-verifika u b'hekk il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika dan. Peress li l-liċenzji kienu ngħataw abbażi tal-SION, fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv, il-kumpanija setgħet tagħlaqhom billi tuża l-SION bħala r-rata tal-konsum. F'dan il-każ, id-differenza bejn r-rata tal-konsum reali u rata tal-konsum irrapportata bbażata fuq l-SION twassal għal remissjoni eċċessiva li tikkostitwixxi sussidju kumpensabbli skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

    (60)

    Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, ir-remissjoni eċċessiva jenħtieġ li tkun allokata fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (61)

    B'kunsiderazzjoni ta' kemm kienet żgħira d-differenza bejn l-SION u r-rata tal-konsum attwali, kieku l-liċenzja kollha ngħalqet abbażi tal-SION, ir-remissjoni eċċessiva u b'hekk l-ammont tas-sussidju kumpensabbli kienu jkunu wkoll negliġibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni stabbilixxiet li r-rati tas-sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienu negliġibbli iżda xorta pożittivi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan is-sussidju għadu meqjus bħala kumpensabbli.

    3.2.   “Skema tar-Restituzzjoni tad-Dazji” skont l-Artikolu 3(2) (DDS)

    (62)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi esportaturi li kkooperaw użaw id-DDS matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    3.2.1.   Bażi Ġuridika

    (63)

    Il-bażi ġuridika applikabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienet ir-Regoli ta' Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali tal-1995 (“ir-Regoli tad-DDS tal-1995”), kif emendati fl-2006 (16) u mbagħad ġew sostitwiti mir-Regoli ta' Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali tal-2017 (17) (“ir-Regoli tal-2017”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2017. L-Artikolu 3(2) tar-Regoli tad-DDS tal-1995 jirregola l-metodu ta' kalkolu ta' din l-iskema tar-restituzzjoni tad-dazju. L-artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regoli tad-DDS imsemmi jirregola d-Dikjarazzjoni li l-produtturi esportaturi jeħtieġ li jippreżentaw sabiex jibbenefikaw mill-iskema. Dawn ir-Regoli baqgħu identiċi fir-Regoli tad-DDS tal-2017 u jikkorrispondu għall-Artikolu 3(2) u l-Artiklou13(1)(a)(ii) rispettivament.

    (64)

    Barra minn hekk, iċ-Ċirkulari Nru 24/2001 (18) fiha struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandhom jiġu implimentati l-Artikolu 3(2) u d-Dikjarazzjoni li l-esportaturi jeħtieġ li jipproduċu skont l-Artikolu12(1)(a)(ii).

    (65)

    L-Artikolu 4 tar-Regoli tad-DDS tal-1995 tistipula li l-Gvern Ċentrali jista' jirrevedi l-ammont jew ir-rati ddeterminati skont l-Artikolu 3. Il-Gvern għamel għadd ta' modifiki, l-aħħar dawk li rrivedew ir-rati huma n-Notifika Nru 110/2015 – CUSTOMS (N.T.) tas-16 ta' Novembru 2015 (19) u n-Notifiki Nru 131/2016 – CUSTOMS (N.T.) tal-31 ta' Ottubru 2016 (20). Bħala riżultat, għall-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, ir-rata kienet ta' 1,5 % tal-valur FOB tal-prodotti esportati.

    3.2.2.   Eliġibbiltà

    (66)

    Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    3.2.3.   Implimentazzjoni prattika

    (67)

    Skont din l-iskema, kwalunkwe kumpanija attiva fl-esportazzjoni ta' prodotti eliġibbli hija intitolata li tirċievi ammont li jikkorrispondi għal perċentwal tal-valur FOB iddikjarat tal-prodott esportat. L-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali jispeċifika kif l-ammont tas-sussidju għandu jkun ikkalkulat:

    “(2)

    Fid-determinazzjoni tal-ammont jew ir-rata ta' rifużjoni taħt din ir-regola, il-Gvern Ċentrali għandu jqis, -

    (a)

    il-kwantità jew il-valur medju ta' kull klassi jew deskrizzjoni tal-materjali li minnhom klassi partikolari ta' merkanzija hija normalment prodotta jew manifatturata fl-Indja;

    (b)

    il-kwantità jew il-valur medju ta' materjali importati jew materjali soġġetti għas-sisa użati għall-produzzjoni jew manifattura fl-Indja fi klassi partikolari ta' oġġetti;

    (c)

    l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq materjali importati jew materjali soġġetti għas-sisa użati fil-manifattura ta' prodotti nofshom lest, komponenti u prodotti intermedji li huma użati fil-manifattura ta' oġġetti;

    (d)

    l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq materjali moħlija fil-proċess ta' manifattura u aġenti katalitiċi:

    Sakemm kwalunkwe tali skart jew aġent katalitiku jintuża mill-ġdid f'xi proċess ta' manifattura jew jiġi mibjugħ, l-ammont medju tad-dazji fuq l-iskart jew aġent katalitiku użat mill-ġdid jew mibjugħ għandu jitnaqqas ukoll;

    (e)

    l-ammont medju ta' dazji mħallas fuq materjali importati jew materjali soġġetti għas-sisa li jintużaw biex tinżamm il-merkanzija tal-esportazzjoni jew għall-ippakkjar tagħha;

    (f)

    kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Gvern Ċentrali jista' jqis relevanti jew utli għal dan il-għan.

    (68)

    Fi kliem ieħor, il-GOI bbaża l-ammont rimborżabbli fuq il-valuri medji tal-industrija kollha tad-dazji doganali rilevanti mħallsa fuq materja prima importata u proporzjon ta' konsum medju tal-industrija miġbur minn dak li l-GOI jqis bħala manifatturi rappreżentattivi tal-prodotti eliġibbli għall-esportazzjoni. Il-GOI mbagħad jesprimi l-ammont li għandu jiġi rimborżat bħala perċentwal tal-valur medju ta' esportazzjoni ta' prodotti esportati eliġibbli.

    (69)

    Il-GOI juża dan il-perċentwal biex jikkalkula l-ammont tar-restituzzjoni tad-dazji li l-esportaturi kollha eliġibbli huma intitolati li jirċievu. Ir-rata għal din l-iskema hija ddeterminata mill-GOI fuq il-bażi ta' prodotti individwali. Għall-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, ir-rata kienet ta' 1,5 % kif spjegat fil-premessa (65).

    (70)

    Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji minn din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-Server Doganali, huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tat-trasport marittimu tkun ippreżentat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni u l-uffiċċju doganali jkun qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data tal-polza ta' esportazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha jkunu ssodisfati biex jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont ta' restituzzjoni jew b'pagament dirett fuq il-kont bankarju tal-esportatur jew b'abbozz.

    (71)

    L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavati mill-esportazzjoni permezz ta' Ċertifikat ta' Realizzazzjoni Bankarja (“BRC”). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' restituzzjoni iżda l-GOI se jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jissottometti l-BRC fl-iskadenza mogħtija.

    (72)

    L-ammont tar-restituzzjoni jista' jintuża għal kwalunkwe skop u, skont l-istandards Indjani tal-kontabbiltà, l-ammont jista' jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu għall-esportazzjoni.

    (73)

    Il-leġiżlazzjoni u l-istruzzjonijiet amministrattivi rilevanti jistipulaw li l-amministrazzjoni doganali Indjana ma għandha tirrikjedi l-ebda evidenza li l-esportatur li jitlob ir-restituzzjoni tad-dazji kellu jġarrab jew se jkollu jġarrab obbligazzjoni ta' dazju doganali għall-importazzjoni tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-prodott esportat (21). Barra minn hekk, matul iż-żjara ta' verifika, il-GOI kkonferma li l-kumpaniji li jġibu l-materja prima kollha domestikament inkorporata fil-PET esportat xorta se jibbenefikaw mir-rata sħiħa kkalkulata skont l-Artikolu 3(2) imsemmija hawn fuq. Din l-investigazzjoni wriet ukoll li fil-prattika dan kien il-każ għal esportatur kooperatur wieħed, li bbenefika minn benefiċċji taħt id-DDS minkejja li ma importa lanqas unità waħda tal-materji primi ewlenin (l-Aċidu Tereftaliku Ppurifikat (“PTA”) u l-Glikol tal-Monoetilen (“MEG”)) li ntużaw għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.

    3.2.4.   Konklużjoni dwar id-DDS

    (74)

    Id-DDS tipprovdi sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont tar-restituzzjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI minħabba li jieħu l-forma ta' dħul mitluf (jiġifieri d-dazji tal-importazzjoni allegatament miġbura mill-GOI li jiġu rimborżati jew rimessi f'eċċess). Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta' dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont tar-restituzzjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu b'ammonti żejda ta' dazji fuq l-importazzjoni rimborżati jew maħfura mill-GOI.

    (75)

    Ir-rata tar-restituzzjoni tad-dazji għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi ta' kull prodott għalih. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ restituzzjoni tad-dazji, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi kollha ta' sistema ta' restituzzjoni tad-dazji jew sistema ta' restituzzjoni b'sostituzzjoni permessibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku; l-iskema lanqas ma tikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (I), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex neċessarjament marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u f'liema ammonti. Barra minn hekk, il-GOI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq l-inputs reali involuti, għalkemm dan ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

    (76)

    Il-pagament mill-GOI wara l-esportazzjonijiet li jkun sar minn esportaturi jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk din l-iskema hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (77)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-DDS hija kumpensabbli.

    3.2.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (78)

    Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidjar f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GOI jkun obbligat li jħallas l-ammont, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat fir-rigward tas-somma tal-ammonti miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt dan il-programm matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (79)

    Wieħed mill-produtturi esportaturi ppreżenta evidenza tad-dazji doganali mħallsa fuq l-importazzjonijiet tal-MEG, wieħed miż-żewġ materji primi ewlenin li jintużaw mill-kumpanija biex timmanifattura l-PET. Minkejja n-nuqqas ta' sistema jew ta' proċedura li tikkonferma liema inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati u f'liema ammonti, il-Kummissjoni wettqet verifika tad-dazji doganali mħallsa għall-kalkolu tar-remissjoni eċċessiva skont l-Anness II(5) tar-Regolament bażiku. Il-verifika kkonfermat li l-MEG kollu kkunsmat fil-produzzjoni tal-PET kien impurtat u li l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni rrappurtat kien effettivament imħallas fuq il-MEG inkorporat fil-PET esportat matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat il-livell tas-sussidjar fuq ir-remissjoni eċċessiva biss.

    (80)

    Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti tas-sussidju fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami bħala d-denominatur xieraq, minħabbba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (81)

    Għalhekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet li rati tas-sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienu jammontaw għal 0,38 % għall-IDIPL u għal 1,44 % għall-RIL. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan is-sussidju għadu meqjus bħala kumpensabbli.

    3.3.   L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS, Export Promotion Capital Goods Scheme)

    (82)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi esportaturi kkonċernati rċevew konċessjonijiet skont l-EPCGS, li setgħu jiġu allokati lill-prodott taħt rieżami fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    3.3.1.   Bażi ġuridika

    (83)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 2015-20 u tal-FTP 2015-20 aġġornata kif ukoll fil-kapitolu 5 tal-HOP 2015-20 u tal-HOP 2015-20 aġġornat.

    3.3.2.   Eliġibbiltà

    (84)

    Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri ta' servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

    3.3.3.   Implimentazzjoni prattika

    (85)

    Bil-kundizzjoni ta' obbligu għall-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda jew użati li m'għandhomx aktar minn 10 snin) b'rata ta' dazju mnaqqsa. Gћal dan il-gћan, il-GOI joћroġ liċenzja tal-EPCGS b'applikazzjoni u bi ħlas ta' miżata. L-iskema tipprevedi rata ta' dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati b'din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta' oġġetti meqjusa għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. Skont l-FTP 2015-20 u l-FTP 2015-20 aġġornata, l-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta' dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS. L-obbligu għall-esportazzjoni li jammonta għal sitt darbiet id-dazju ffrankat irid jiġi ssodisfat f'perjodu massimu ta' sitt snin.

    (86)

    Id-detentur ta' liċenzja tal-EPCGS jista' jġib ukoll l-oġġetti kapitali lokalment. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta huwa stess mill-benefiċċju ta' importazzjoni mingħajr dazju tal-komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' tali oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jiddikjara l-benefiċċju ta' esportazzjoni preżunta fir-rigward tal-provvista ta' oġġetti kapitali lil detentur tal-liċenzja tal-EPCGS.

    3.3.4.   Konklużjoni dwar l-EPCGS

    (87)

    L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fuq id-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GOI li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, din tagħti benefiċċju fuq l-esportatur daqs l-ammont tat-tnaqqis fuq id-dazju.

    (88)

    Barra minn dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi tali liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku.

    (89)

    L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta' restituzzjoni tad-dazji jew sistema ta' restituzzjoni b'sostituzzjoni permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' tali sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

    3.3.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (90)

    Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta' deprezzament normali ta' tali oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont tas-sussidju għall-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami mbagħad ġie kkalkulat billi l-ammont totali tad-dazju doganali mhux imħallas ġie diviż bil-perjodu ta' deprezzament. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, ġie aġġustat permezz taż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu biex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-imgħax matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa għal dan il-għan.

    (91)

    L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani ma talab tnaqqis tal-miżati biex jiksbu s-sussidju mill-ammont totali tas-sussidju kif huma intitolati għalih skont l-Artikolu 7(1)(a).

    (92)

    Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami bħala d-denominatur, minħabba li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (93)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbilixxiet li r-rati tas-sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienu jammontaw għal 0,09 % għall-IDIPL u għal 0,30 % għall-RIL. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan is-sussidju għadu meqjus bħala kumpensabbli.

    3.4.   L-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS, Merchandise Export from India Scheme)

    (94)

    Instab li ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw irċevew benefiċċji taħt l-MEIS matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    3.4.1.   Bażi ġuridika

    (95)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 3 tal-FTP 2015-20 u tal-FTP 2015-20 aġġornata kif ukoll fil-kapitolu 3 tal-HOP 2015-20 u tal-HOP 2015-20 aġġornat.

    (96)

    L-MEIS daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2015.

    3.4.2.   Eliġibbiltà

    (97)

    Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    3.4.3.   Implimentazzjoni prattika

    (98)

    Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fokus”) u l-Grupp C (“Swieq oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta' prodotti b'rati ta' ppremjar korrispondenti huma speċifikati fl-Appendiċi 3B tal-HOP aġġornat.

    (99)

    Il-benefiċċju jieħu l-forma ta' kreditu ta' dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni.

    (100)

    Fiż-żmien meta l-MEIS daħlet fis-seħħ f'April 2015, il-prodott taħt rieżami ma kienx inkluż fl-Appendiċi 3B u għaldaqstant ma kienx eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS. Madankollu, fid-29 ta' Ottubru 2015 permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 44/2015-2020, l-esportazzjonijiet tal-PET lejn il-pajjiżi tal-Grupp A u B saru eliġibbli għal benefiċċju tal-MEIS li jammonta għal 2 % tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet. Permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 06/2015-2020, l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp C saru eliġibbli għall-istess benefiċċju ta' 2 % fl-4 ta' Mejju 2016.

    (101)

    Skont il-paragrafu 3.06 tal-FTP 2015-20 u l-FTP 2015-20 aġġornata, ċerti tipi ta' esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, pereżempju, l-esportazzjonijiet ta' oġġetti importati jew oġġetti ttrasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

    (102)

    Il-krediti tad-dazju taħt l-MEIS huma liberament trasferibbli u validi għal perjodu ta' 18-il xahar mid-data tal-ħruġ filwaqt li ċ-ċertifikati tal-krediti tad-dazju li nħarġu fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara din id-data għandhom ikunu validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data tal-ħruġ skont il-paragrafu 3.13 tal-HOP 2015-20 aġġornat. Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' inputs jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta' dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta' inputs jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta' servizzi.

    (103)

    Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni onlajn għat-talba tal-benefiċċji taħt l-MEIS. Id-dokumentazzjoni rilevanti (poloz tat-tagħbija, ċertifikat bankarju ta' konferma u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni onlajn. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GOI toħroġ il-kreditu tad-dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Sakemm l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazji.

    3.4.4.   Konklużjoni dwar l-MEIS

    (104)

    L-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipatti għad-dazji tal-importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti kapitali, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GOI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta' dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, li mhuwiex soġġett għal ħlas ta' dawk id-dazji fuq l-importazzjoni.

    (105)

    Barra dan, l-MEIS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

    3.4.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (106)

    Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidji kumpensabbli f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument, il-GOI joħroġ kreditu ta' dazju li huwa mniżżel fil-kotba mill-produttur esportatur bħala kont riċevibbli li jista' jiġi kkumpensat mill-produttur esportatur fi kwalunkwe mument. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont l-MEIS jiġi vvalutat bħala s-somma tal-ammonti miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru b'din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (107)

    Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kkkondizzjonat mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (108)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbilixxiet li r-rati tas-sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienu jammontaw għal 1,92 % għall-IDIPL u għal 1,94 % għall-RIL. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan is-sussidju għadu meqjus bħala kumpensabbli.

    3.5.   Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat (GEDES)

    (109)

    Il-Kummissjoni sabet li kumpanija waħda rrikorriet għal din il-miżura matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Madankollu, peress li kien jidher li l-benefiċċju mogħti lil din il-kumpanija kien negliġibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tinvestigax aktar din il-miżura, peress li fil-kuntest tar-rieżamijiet ta' skadenza, m'hemm l-ebda ħtieġa li jiġi kkalkulat l-ammont preċiż tas-sussidjar (il-kontinwazzjoni tiegħu biss).

    3.6.   L-ammont ta' sussidji kumpensabbli

    (110)

    Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-ammont aggregat ta' sussidji kumpensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien ta' 2,3 % u 3,6 % rispettivament, u dan juri kontinwazzjoni ta' sussidjar matul il-perjodu tar-rieżami.

    Tabella 1

    Rati għas-sussidji kkumpensati individwali

     

    DDS

    EPCGS

    MEIS

    TOTAL

    IDIPL

    0,38 %

    0,09 %

    1,92 %

    2,3 %

    RIL

    1,44 %

    0,30 %

    1,94 %

    3,6 %

    3.7.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar

    (111)

    Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta' sussidjar.

    (112)

    Kif stabbilit fil-premessi minn (30) sa (109), ġie stabbilit li matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, l-esportaturi Indjani tal-prodott taħt rieżami komplew jibbenefikaw minn sussidjar kumpensabbli mill-awtoritajiet Indjani.

    (113)

    Il-programmi ta' sussidju jagħtu benefiċċji rikorrenti u m'hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-benefiċċji se jiġu eliminati b'mod gradwali fil-futur prevedibbli. Barra minn hekk, kull esportatur huwa eliġibbli għal diversi sussidji minn dawn.

    (114)

    Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jsirux f'volumi sinifikanti f'każ li jitneħħew il-miżuri.

    (115)

    L-Indja hija produttur kbir tal-prodott taħt rieżami. Abbażi tad-data li nġabret matul l-investigazzjoni, l-Indja kellha kapaċità tal-produzzjoni ta' madwar 1 500 000 – 2 300 000 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. B'riżultat ta' dan, l-eċċess tal-kapaċità fuq id-domanda domestika kien stmat għal madwar 800 - 900 elf tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, li jirrappreżenta madwar 25 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (116)

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, hemm probabbiltà kbira li l-volumi tal-esportazzjonijiet issusidjati tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni, li kienu diġà sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, jiżdiedu f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar.

    4.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

    4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (117)

    Matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat minn wieħed u għoxrin produttur tal-Unjoni. Tlieta minn dawk il-produtturi huma rrappreżentati mill-applikant. Dawk il-wieħed u għoxrin produttur tal-Unjoni jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u 10(6) tar-Regolament bażiku. Kif deskritt fil-premessa (22), it-tliet produtturi tal-Unjoni ġew inklużi fil-kampjun u l-kampjun jammonta għal madwar 37 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

    (118)

    Xi partijiet interessati sostnew li jeżistu diversi relazzjonijiet bejn l-industrija tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi fl-Indja li għandhom jiġu skrutinizzati bir-reqqa. L-investigazzjoni kkonfermat li ma teżisti l-ebda rabta kummerċjali jew amministrattiva bejn l-entitajiet sa fejn huwa kkonċernat is-suq tal-Unjoni, u għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġi eskluż kwalunkwe produttur tal-Unjoni mill-“industrija tal-Unjoni”.

    (119)

    Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni, parti interessata ddikjarat li l-inklużjoni ta' produttur wieħed tal-Unjoni fil-kampjun u l-produttur esportatur relatat tiegħu fl-Indja xekklu serjament il-legalità proċedurali tal-investigazzjoni u possibbilment għawġet is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-ħsara. L-ewwel nett, kif indikat fil-premessa (22), il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni u ma wasal l-ebda kumment f'dan ir-rigward. It-tieni, ir-relazzjoni bejn il-produttur tal-Unjoni u l-produttur esportatur relatat ma affettwatx l-imġiba tal-produttur tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni minħabba li, kif ikkonfermat mill-investigazzjoni, id-deċiżjonijiet kummerċjali dwar l-operazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni kienu magħmula b'mod indipendenti mill-produttur tal-Unjoni u l-produttur esportatur. Tabilħaqq, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet mill-produttur tal-Unjoni segwew iċ-ċaqliq fil-prezz tal-materja prima, l-iżviluppi tal-provvista u tad-domanda, il-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju, l-ispiża tat-trasport tal-merkanzija u żviluppi oħra speċifiċi għas-suq tal-Unjoni, bħall-kundizzjonijiet fl-industrija tat-tessuti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-imġiba tal-produttur tal-Unjoni ma kinitx affettwata mir-relazzjoni tiegħu mal-produttur esportatur. Il-Kummissjoni fl-aħħar nett innotat li la l-pretensjoni ta' din il-parti interessata, u lanqas l-investigazzjoni nnifisha ma żvelaw l-ebda element li jgħawweġ is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni bħala riżultat tal-inklużjoni ta' dan il-produttur tal-Unjoni fi ħdan id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Artiklu 9(1) tar-regolament bażiku (“jista'”) jippermetti l-esklużjoni tal-produtturi domestiċi mid-definizzjoni ta' Industrija tal-Unjoni f'każijiet fejn ikunu relatati mal-produtturi esportaturi, iżda ma jesiġix li l-Kummissjoni tagħmel hekk. Għaldaqstant din il-pretensjoni kellha tiġi rrifjutata.

    4.2.   Konsum tal-Unjoni

    (120)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet:

    (i)

    il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, miksub wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju,

    (ii)

    il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li ma ġewx inklużi fil-kampjun, miksub mill-applikant,

    (iii)

    l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha, abbażi tal-Eurostat.

    (121)

    Abbażi ta' dan, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Il-konsum tal-Unjoni

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

    3 066 080

    3 367 935

    3 541 644

    3 594 779

    3 529 250

    Indiċi (2014=100)

    100

    110

    116

    117

    115

    Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, it-talba għal rieżami, l-informazzjoni mogħtija mill-applikant, il-Eurostat.

    (122)

    Abbażi ta' dan, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 15 % matul il-perjodu meqjus.

    4.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

    4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq

    (123)

    Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja kienu bbażati fuq l-istatistika tal-Eurostat. Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (119).

    Tabella 3

    Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    L-Indja

    Volum ta' Importazzjoni (tunnellati)

    32 220

    39 235

    134 550

    162 913

    156 675

    Indiċi (2014=100)

    100

    122

    418

    506

    486

    Sehem mis-suq

    1,1 %

    1,2 %

    3,8 %

    4,5 %

    4,4 %

    Sors: Eurostat

    (124)

    Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'madwar ħames darbiet matul il-perjodu meqjus u laħqu 156 675 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, li jirrappreżentaw 4,4 % tas-sehem mis-suq fl-Unjoni.

    4.3.2.   Il-prezzijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

    (125)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Indja żviluppa kif ġej:

    Tabella 4

    Il-prezz tal-importazzjoni

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    L-Indja

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

    1 063

    811

    776

    897

    916

    Indiċi (2014=100)

    100

    76

    73

    84

    86

    Sors: Eurostat

    (126)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Indja naqas b'14 % matul il-perjodu meqjus. B'mod aktar speċifiku, dan naqas b'27 % bejn l-2014 u l-2016, qabel ma reġa' beda jiżdied fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Iż-żieda tal-aħħar fil-prezzijiet kienet ikkawżata minn domanda aktar stretta għall-PET minħabba l-għeluq ta' xi linji tal-produzzjoni madwar id-dinja u peress li l-PET beda jiġi ppreferut bħala materjal għall-imballaġġ.

    (127)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami billi qabblet:

    (128)

    il-prezz tal-bejgħ medju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jintalab lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell ex-works; u

    (129)

    l-prezzijiet medji korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Indjani li kkooperaw mogħtija lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta' kost, assigurazzjoni u nol (CIF), inkluż id-dazju kumpensatorju, b'aġġustamenti xierqa għal kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

    (130)

    It-tqabbil tal-prezz sar fuq l-istess livell tal-kummerċ, li ġie aġġustat kif xieraq fejn kien meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-roħs u skontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Dan ma wera l-ebda twaqqigħ matul il-perjodu tar-rieżami. Madankollu, meta tnaqqas id-dazju kumpensatorju fis-seħħ, il-marġni tat-twaqqigħ ammonta għal 1,7 % u 7,1 % għall-importazzjonijiet miż-żewġ produtturi Indjani li kkooperaw jew għal 3 % bħala medja.

    4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    (131)

    Il-volum tal-importazzjonijiet u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha kienu bbażati fuq l-istatistika tal-Eurostat. Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (120).

    Tabella 5

    Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq - il-pajjiżi terzi l-oħra kollha

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Il-pajjiżi terzi l-oħra kollha

    Volum tal-importazzjoni

    726 310

    535 848

    539 301

    617 620

    668 050

    Indiċi

    100

    74

    74

    85

    92

    Sehem mis-suq

    23,7 %

    15,9 %

    15,2 %

    17,2 %

    18,9 %

    Prezz medju

    1 024

    939

    849

    939

    949

    Indiċi

    100

    92

    83

    92

    93

    Il-Korea

    Volum tal-importazzjoni

    255 597

    205 421

    219 952

    190 640

    202 442

    Indiċi

    100

    80

    86

    75

    79

    Sehem mis-suq

    8,3 %

    6,1 %

    6,2 %

    5,3 %

    5,7 %

    Prezz medju

    1 032

    934

    844

    939

    960

    Indiċi

    100

    90

    82

    91

    93

    It-Turkija

    Volum tal-importazzjoni

    31 582

    108 757

    133 464

    125 556

    120 171

    Indiċi

    100

    344

    423

    398

    381

    Sehem mis-suq

    1,0 %

    3,2 %

    3,8 %

    3,5 %

    3,4 %

    Prezz medju

    1 090

    950

    879

    975

    991

    Indiċi

    100

    87

    81

    89

    91

    Iċ-Ċina

    Volum tal-importazzjoni

    25 017

    19 239

    7 347

    79 652

    109 969

    Indiċi

    100

    77

    29

    318

    440

    Sehem mis-suq

    0,8 %

    0,6 %

    0,2 %

    2,2 %

    3,1 %

    Prezz medju

    996

    895

    748

    869

    881

    Indiċi

    100

    90

    75

    87

    88

    Pajjiżi terzi oħrajn

    Volum tal-importazzjoni

    414 114

    202 431

    178 538

    221 772

    235 468

    Indiċi

    100

    49

    43

    54

    57

    Sehem mis-suq

    13,5 %

    6,0 %

    5,0 %

    6,2 %

    6,7 %

    Prezz medju

    1 015

    941

    836

    944

    951

    Indiċi

    100

    93

    82

    93

    94

    (132)

    Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqas bi 8 % bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, minn 726 310 tunnellati fl-2014 għal 668 050 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha kien fi ħdan il-medda ta' bejn 15,2 % u 23,7 % matul il-perjodu meqjus.

    (133)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqas b'7 % matul il-perjodu meqjus. B'mod aktar speċifiku, dan naqas bi 17 % bejn l-2014 u l-2016, qabel ma reġa' beda jiżdied fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (134)

    Il-maġġoranza tal-importazzjonijiet ġew mill-Korea (sehem mis-suq ta' 5,7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami), mit-Turkija (sehem mis-suq ta' 3,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami) u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (sehem mis-suq ta' 3,1 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami). Il-volumi tal-importazzjoni mill-Korea kienu stabbli u l-prezzijiet tagħhom kienu qrib ta' dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus. Il-volumi tal-importazzjoni mit-Turkija u miċ-Ċina żdiedu b'mod sinifikanti. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu inqas b'mod konsistenti mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    (135)

    Fl-aħħar, il-volumi tal-importazzjoni tal-pajjiżi terzi li jifdal u li ma ssemmewx hawn fuq naqsu b'mod konsiderevoli bi 43 % bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas b'6,8 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus, minn 13,5 % fl-2014 għal 6,7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi kienu bħala medja ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja, minbarra fl-2014.

    4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.4.1.   Kummenti ġenerali

    (136)

    F'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

    (137)

    Kif imsemmi fil-premessa (22), ġie applikat il-kampjunar biex tiġi ddeterminata l-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

    (138)

    Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tal-ħsara. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data miksuba mill-applikant, kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta minn għadd ta' produtturi tal-Unjoni fl-istadju ta' qabel il-bidu u t-tweġibiet vverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li kienu vverifikati. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (139)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tar-rati ta' sussidju u l-irkupru minn sussidju preċedenti.

    (140)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-istokks tal-għeluq, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

    4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    (c)    Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (141)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 6

    Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    2 392 313

    2 879 296

    2 963 309

    2 907 255

    2 751 726

    Indiċi (2014=100)

    100

    120

    124

    122

    115

    Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

    2 952 163

    3 351 713

    3 368 849

    3 323 079

    3 110 887

    Indiċi (2014=100)

    100

    114

    114

    113

    105

    Użu tal-kapaċità

    81 %

    86 %

    88 %

    87 %

    88 %

    Sors: informazzjoni pprovduta mill-applikant, it-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġew ivverifikati.

    (142)

    Il-volum tal-produzzjoni żdied b'24 % mill-2014 sal-2016, imbagħad naqas b'7 % mill-2016 sal-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. B'mod ġenerali, kien hemm żieda ta' 15 % matul il-perjodu meqjus.

    (143)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'14 % mill-2014 sal-2016, imbagħad naqset bi 8 % mill-2016 sal-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Il-kapaċità ġenerali żdiedet b'5 % matul il-perjodu meqjus.

    (144)

    Peress li l-volum tal-produzzjoni żdied aktar mill-kapaċità, l-użu tal-kapaċità żdied b'7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus.

    (d)    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

    (145)

    Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 7

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

    2 098 165

    2 552 508

    2 649 449

    2 591 694

    2 510 569

    Indiċi (2012=100)

    100

    122

    126

    124

    120

    Sehem mis-suq

    68,4 %

    75,8 %

    74,8 %

    72,1 %

    71,1 %

    Sors: informazzjoni pprovduta mill-applikant, it-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġew ivverifikati.

    (146)

    Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b'26 % mill-2014 sal-2016, imbagħad naqas b'5 % mill-2016 sal-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. B'mod ġenerali, kien hemm żieda ta' 20 % matul il-perjodu meqjus, b'rata ogħla mill-konsum matul l-istess perjodu (+15 %). Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'2,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. B'mod aktar speċifiku, dan żdied b'7,4 punti perċentwali fl-2015, imbagħad naqas b'mod gradwali sa 71,10 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (147)

    Matul il-perjodu meqjus, il-bejgħ ristrett tal-produtturi tal-Unjoni ammonta għal bejn 5 % u 7,5 % tas-sehem mis-suq. Fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet, instab li l-prezzijiet ta' bejgħ relatat u mhux relatat kienu fl-istess medda. Għal dawn ir-raġunijiet, ġie konkluż li l-analiżi distintiva tal-impatt tal-bejgħ ristrett ma kinitx meħtieġa.

    (e)    It-tkabbir

    (148)

    Bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, il-konsum fl-Unjoni żdied bi 15 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'20 % li sarraf f'telf fis-sehem mis-suq ta' 2,7 punti perċentwali.

    (f)    L-impjiegi u l-produttività

    (149)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 8

    L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Għadd ta' impjegati

    1 421

    1 340

    1 317

    1 310

    1 319

    Indiċi (2014=100)

    100

    94

    93

    92

    93

    Produttività (tunnellati/impjegati)

    1 684

    2 148

    2 249

    2 219

    2 087

    Indiċi (2014=100)

    100

    128

    134

    132

    124

    Sors: informazzjoni pprovduta mill-applikant, it-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġew ivverifikati.

    (150)

    L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'7 % matul il-perjodu meqjus.

    (151)

    Minħabba ż-żieda fil-produzzjoni (żieda ta' 15 %) u t-tnaqqis fl-impjiegi, il-produttività żdiedet b'24 % matul l-istess perjodu.

    (g)    Id-daqs tal-marġni tas-sussidju u l-irkupru mis-sussidjar preċedenti

    (152)

    Il-marġnijiet tas-sussidju stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-PET fl-Unjoni mill-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienu ogħla mil-livell de minimis. Fl-istess ħin, il-livell tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied bi kważi ħames darbiet matul il-perjodu meqjus biex laħaq 4,2 % tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġni tas-sussidju attwali mill-Indja fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

    4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    (a)    Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (153)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 9

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost ta' unità

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

    1 037

    926

    841

    964

    963

    Indiċi (2014=100)

    100

    89

    81

    93

    93

    Kost ta' unità tal-produzzjoni

    (EUR/tunnellata)

    1 087

    932

    839

    936

    943

    Indiċi (2014=100)

    100

    86

    77

    86

    87

    Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (154)

    Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'19 % mill-2014 sal-2016, imbagħad żdied b'14 % sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, filwaqt li laħaq EUR 963 għal kull tunnellata. Mill-2017, iż-żieda fil-prezzijiet kienet influwenzata minn domanda aktar stretta għall-PET, ikkawżata mill-għeluq ta' xi linji tal-produzzjoni madwar id-dinja, kif ukoll peress li l-PET beda jsir materjal għall-imballaġġ alternattiv u ppreferut.

    (155)

    Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas aktar, bi 23 % mill-2014 sal-2016, u mbagħad żdied bi 12 % sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Il-fattur ewlieni li influwenza t-tnaqqis fil-kost ta' unità tal-produzzjoni kien it-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima (22).

    (b)    Il-kostijiet lavorattivi

    (156)

    Il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 10

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

    58 466

    57 511

    62 935

    60 855

    59 934

    Indiċi (2014=100)

    100

    98

    108

    104

    103

    Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (157)

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi 3 % matul il-perjodu meqjus.

    (c)    Stokks tal-għeluq

    (158)

    Il-livelli tal-istokks żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 11

    L-istokks tal-għeluq

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Stokks tal-għeluq

    45 042

    37 339

    51 941

    48 648

    34 139

    Indiċi (2014=100)

    100

    83

    115

    108

    76

    Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

    5 %

    4 %

    5 %

    5 %

    3 %

    Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (159)

    Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas b'24 % matul il-perjodu meqjus. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, il-livell tal-istokkijiet kien jirrappreżenta madwar 3 % mill-produzzjoni tagħha.

    (d)    Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (160)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

    Tabella 12

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    PIR

    Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    – 4,2 %

    – 0,3 %

    – 0,6 %

    3,0 %

    3,7 %

    Fluss tal-flus (EUR)

    54 520 838

    20 681 479

    16 077 625

    46 069 828

    61 135 843

    Indiċi (2014=100)

    100

    38

    29

    84

    112

    Investimenti (EUR)

    14 343 485

    4 307 874

    7 853 405

    22 224 623

    21 729 502

    Indiċi (2012=100)

    100

    30

    55

    155

    151

    Redditu fuq l-investimenti

    – 11,8 %

    0,3 %

    – 0,6 %

    9,7 %

    12,0 %

    Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (161)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva mill-bidu tal-perjodu meqjus sas-sena 2016, u wara dan ittejbet u laħqet 3,7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Madankollu, din baqgħet ferm inqas mill-profitt fil-mira ta' 7 % li ġie stabbilit matul il-perjodu tar-rieżami oriġinali (23).

    (162)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja waħdu l-attivitajiet tiegħu. Il-fluss tal-flus nett kien qed jonqos mill-bidu tal-perjodu meqjus sas-sena 2016 u beda jiżdied mill-2017 'il quddiem. Dan juri żieda ta' 12 % matul il-perjodu meqjus. Iż-żieda kienet affettwata l-aktar mill-profitt iġġenerat.

    (163)

    Matul il-perjodu meqjus, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott taħt rieżami li sar mill-industrija tal-Unjoni beda jiżdied biss mill-2017, wara li l-livelli tal-profitabbiltà nbidlu f'livelli pożittivi. L-investimenti laħqu EUR 21 miljun fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, li jirrappreżentaw 9 % tal-assi netti totali relatati mal-prodott ikkonċernat. L-investimenti relatati mal-manutenzjoni, iż-żieda fil-kapaċità u l-effikaċja tal-impjanti tal-produzzjoni.

    (164)

    Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili ttejjeb biss mill-2017 'il quddiem u laħaq it-12,0 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    4.4.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (165)

    L-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni tal-industrija fuq livell makro ttejbet matul il-perjodu meqjus u dan l-iżvilupp pożittiv huwa spjegat l-aktar miż-żieda fil-konsum (+15 % matul il-perjodu meqjus), li l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika minnu permezz ta' żieda fil-volum tal-bejgħ, fil-volum tal-produzzjoni u fis-sehem mis-suq.

    (166)

    L-investigazzjoni wriet ukoll li s-sitwazzjoni tal-industrija fuq livell mikro tjiebet biss matul l-aħħar ħmistax-il xahar tal-perjodu meqjus, mill-2017 sal-aħħar ta' Marzu 2018. Dan l-iżvilupp pożittiv huwa spjegat l-aktar minn domanda qawwija fis-suq tal-Unjoni u differenza akbar bejn il-PET u l-prezzijiet tal-materja prima.

    (167)

    Filwaqt li jjiġu kkunsidrati l-iżviluppi msemmija hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat biss reċentement u sa ċertu punt biss. Filwaqt li ma sofrietx ħsara materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami, din għadha f'sitwazzjoni fraġli.

    (168)

    Xi partijiet interessati sostnew li l-miżuri li ilhom fis-seħħ għoxrin ma għandhomx jibqgħu japplikaw għaliex kienu intiżi biex jipproteġu industrija li kellha tfassila differenti minn dik tal-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni, parti interessata enfasizzat li l-estensjoni tal-miżuri wasslet għall-protezzjoni mhux ġustifikata ta' parteċipanti ġodda fis-suq (l-aktar ta' oriġini mhux tal-UE) u għal distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta.

    (169)

    F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-miżuri kumpensatorji għandhom l-għan li jipproteġu l-industrija kollha tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Indja lejn l-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tal-operaturi tas-suq fl-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-kompożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni mhijiex determinanti. L-għan huwa li tiġi protetta din l-industrija domestika kontra s-sussidju inġust. Barra minn hekk, l-elementi biex tiġi ddeterminata l-ħsara, kif imsemmi fil-premessi (138) - (140), jirriżultaw mill-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, huma validi għall-industrija tal-Unjoni kollha u huma identiċi għal kwalunkwe investigazzjoni ta' kontra s-sussidji. Peress li dawn l-elementi nstab wkoll li kienu preżenti matul il-perjodu tar-rieżami, id-dikjarazzjoni ta' dawn il-partijiet kellha tiġi miċħuda.

    4.4.5.   Konklużjoni

    (170)

    Fil-premessa (167), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami iżda għadha fraġli, kif muri mill-profitabbiltà li baqgħet ferm aktar baxxa mill-profitt fil-mira li ġie stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni fakkret li l-PET huwa meqjus bħala komodità u li s-suq huwa sensittiv ħafna għall-prezz. Għal din ir-raġuni, l-industrija tal-Unjoni ma tistax tgħolli l-prezzijiet tagħha mingħajr ma taffaċċja r-riskju li titlef il-volum tal-bejgħ meħtieġ biex iżżomm il-kostijiet fissi għal kull tunnellata f'livell baxx u aktar kompetittiv.

    (171)

    Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet interessati indikaw li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali mill-importazzjonijiet Indjani sussidjati matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (172)

    F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li din id-dikjarazzjoni mhijiex differenti mill-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (170), jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali mill-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f'sitwazzjoni fraġli.

    (173)

    Parti interessata oħra ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx titqies li tinsab f'sitwazzjoni fraġli minħabba nuqqas ta' indikaturi li jappoġġaw il-konklużjoni li l-industrija kienet f'sitwazzjoni fraġli u li kienet teħtieġ il-protezzjoni mill-importazzjonijiet marġinali mill-Indja, sabiex tiġi evitata ħsara materjali.

    (174)

    Kif imsemmi fil-premessa (150), l-impjiegi żviluppaw b'mod negattiv tul il-perjodu kkunsidrat (-7 %) u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fuq livell mikro tjiebet biss matul l-aħħar ħmistax-il xahar tal-perjodu meqjus, jiġifieri mill-2017 sal-aħħar ta' Marzu 2018. B'mod parallel, kif ġie konkluż fil-premessa (161), il-profittabbiltà baqgħet ferm taħt il-profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (146), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied fl-2015 għal 74,8 %, dan kien qed jonqos b'mod stabbli sal-perjodu ta' investigazzjoni għal rieżami, sa 71,1 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja kien qed jiżdied. Fuq din il-bażi, l-istat fraġli tal-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi injorat. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.

    (175)

    F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kompliet teżamina l-probabbiltà tar-rikorrenza ta' ħsara kkawżata oriġinarjament minn importazzjonijiet issusidjati mill-Indja f'każ li l-miżuri jitħassru.

    4.5.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara

    4.5.1.   Kumment preliminari

    (176)

    Sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara f'każ li jitħassru l-miżuri, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: (a) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, (b) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fl-Indja, (c) il-livelli tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet mill-Indja fin-nuqqas ta' miżuri kumpensatorji, u (d) l-eżistenza ta' miżuri kummerċjali restrittivi f'pajjiżi terzi oħra fuq l-esportazzjonijiet tal-PET mill-Indja.

    (a)    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (177)

    Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti fir-rigward tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. Skont l-informazzjoni disponibbli, is-suq tal-Unjoni huwa t-tielet l-akbar suq li jikkonsma l-PET madwar id-dinja. Dan huwa wkoll l-ewwel destinazzjoni ta' esportazzjoni għall-PET li joriġina mill-Indja. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija kkonfermata wkoll miż-żieda fl-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja, li, minkejja l-miżuri kumpensatorji fis-seħħ, żdiedu b'aktar minn erba' darbiet wara li fl-2013 id-dazji antidumping għall-Indja ma ġewx imġedda (24). B'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-PET huwa prodott bażiku li jinbiegħ f'suq kompetittiv ħafna, għandu jiġi nnotat ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-PET mill-Indja lejn l-Unjoni għandhom it-tendenza li jkunu ftit ogħla mill-prezzijiet lejn pajjiżi terzi oħra filwaqt li jibqgħu aktar baxxi minn dawk tal-bejgħ tal-industrija tal-UE (25). Dan jindika l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Indjani tal-prodott taħt rieżami.

    (178)

    Produttur esportatur Indjan iddikjara li hemm żieda ġenerali fid-domanda u li s-suq tal-UE mhuwiex l-akbar suq f'termini ta' domanda. Sostna wkoll li kien qed jimmira lejn swieq oħrajn li joffru tkabbir ogħla marbut mal-ippakkjar tal-PET u qligħ aħjar. Filwaqt li d-dikjarazzjoni li s-suq tal-UE jikklassifika biss it-tielet mhijiex ikkontestata, l-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara mhijiex limitata għas-sitwazzjoni speċifika ta' produttur esportatur individwali wieħed u tikkonċerna lill-produtturi esportaturi Indjani kollha. Fuq din il-bażi ġenerali, ġie konkluż li s-suq tal-Unjoni kien għadu attraenti ħafna f'termini ta' daqs u għall-prezzijiet tiegħu. B'riżultat ta' dan, din it-talba kellha tiġi miċħuda.

    (b)    Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fl-Indja

    (179)

    L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-Indja kellha tkabbir sostanzjali fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu meqjus, li laħqet madwar 1 860 elf tunnellata fit-tmiem tal-2017, filwaqt li d-domanda għall-PET fl-Indja laħqet biss madwar 937 elf tunnellata fl-istess sena (26). L-industrija Indjana hija mistennija li żżid aktar il-kapaċità tagħha, filwaqt li żżomm differenza bejn il-konsum domestiku u l-kapaċità tal-produzzjoni disponibbli għall-esportazzjonijiet ta' madwar 800 – 900 elf tunnellata fil-futur qarib. Tali kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet għandha titqies bħala sinifikanti peress li tirrappreżenta madwar 25 % tal-konsum attwali tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami.

    (c)    Il-livelli tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet mill-Indja fin-nuqqas ta' miżuri kumpensatorji

    (180)

    Kif stabbilit fil-premessa (130), il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani mingħajr id-dazji kumpensatorji jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b'1,7 % sa 7,1 %. Din hija indikazzjoni ta' kif x'aktarx jkun il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet mill-Indja f'każ li jitħassru l-miżuri. Barra minn hekk, għalkemm l-importazzjonijiet Indjani fl-Unjoni kienu relattivament baxxi, ir-rata tal-penetrazzjoni tagħhom kienet pjuttost għolja matul il-perjodu meqjus, peress li żdiedu b'madwar ħames darbiet aktar, kif iddikjarat fil-premessa (124).

    (181)

    Abbażi ta' dan, l-industrija tal-Unjoni x'aktarx se tkun esposta għal volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet mill-Indja bi prezzijiet issusidjati aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni, u b'hekk se jdgħajfu s-sitwazzjoni ekonomika tagħha. B'riżultat ta' dan, huwa probabbli li terġa' sseħħ il-ħsara materjali f'każ li jitneħħew l-miżuri kontra l-Indja.

    (182)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata ddikjarat li s-suppożizzjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja jonqsu awtomatikament bl-ammont tad-dazju kumpensatorju attwali jekk jitneħħew il-miżuri kontra l-Indja kienet simplifikazzjoni mhux adegwata tad-dinamika kumplessa tas-suq. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li din il-parti ma żviluppatx l-istqarrija tagħha biex tispjega x'inhuma dawn id-dinamiċi tas-suq u kif dawn fil-fatt ikollhom impatt fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni, u lanqas ma tissuġġerixxi prezz ta' importazzjoni xieraq għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li hija prassi standard li jitqies il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-UE matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami biex jiġi stabbilit il-livell probabbli tal-prezz tal-prodott li qed jiġi rieżaminat jekk il-miżuri jitħassru. Barra minn hekk, il-PET bħala prodott ta' komodità u filwaqt li jitqies is-sehem tal-importazzjonijiet u l-għadd ta' parteċipanti fis-suq, is-suq tal-PET fl-UE huwa meqjus bħala kompetittiv u dawn il-livelli ta' prezzijiet x'aktarx li jkunu applikabbli. Il-konstatazzjoni tal-parti kienet għalhekk miċħuda.

    (d)    L-eżistenza ta' miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ f'pajjiżi terzi oħra fuq l-esportazzjonijiet tal-PET mill-Indja

    (183)

    L-eżistenza ta' miżuri li jħarsu l-kummerċ f'pajjiżi terzi hija wkoll indikazzjoni li l-imġiba tal-esportaturi Indjani fir-rigward tal-ipprezzar x'aktarx tiġi replikata fis-suq tal-Unjoni.

    (184)

    Pereżempju, il-miżuri li jħarsu l-kummerċ kontra l-importazzjonijiet Indjani huma bħalissa fis-seħħ fl-Arġentina, il-Brażil u l-Istati Uniti (27). Il-limitazzjonijiet f'dawn is-swieq tal-esportazzjoni fir-rigward tal-Indja huma indikazzjoni oħra li s-suq tal-Unjoni x'aktarx ikun fil-mira f'każ li l-miżuri jtħallew jiskadu.

    (185)

    Xi partijiet interessati sostnew li t-Tribunal tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada reċentement neħħa l-miżuri li jħarsu l-kummerċ fuq il-PET miċ-Ċina, l-Indja, l-Oman u l-Pakistan, billi sab li “id-dumping u s-sussidjar tal-oġġetti msemmija hawn fuq li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Indja jew li jiġu esportati minnhom ... ma kkawżawx ħsara u mhumiex qed jheddu li jikkawżaw ħsara lill-industrija domestika.” (28).

    (186)

    Il-Kummissjoni nnutat li dik is-sejba tat-Tribunal tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada kienet limitata għall-fatti u għaċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoni li twettqet mill-awtoritajiet Kanadiżi. Is-sejbiet tal-investigazzjonijiet antidumping/kontra s-sussidji għal suq ieħor, f'punt ta' żmien differenti, li twettqu minn awtorità differenti huma speċifiċi għas-suq u għall-industrija individwali kkonċernati. Dawn is-sejbiet la huma relatati mas-suq tal-Unjoni u lanqas ma' din l-investigazzjoni tar-rieżami. Fuq din il-bażi, l-argument tal-partijiet kellu jiġi miċħud.

    (187)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata ddikjarat li l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kienx koerenti peress li kien qed jittratta s-sejba negattiva tat-Tribunal tal-Kummerċ Internazzjonali Kanadiż b'mod differenti mill-miżuri eżistenti fl-Arġentina, il-Brażil u l-Istati Uniti msemmija fil-premessa (184).

    (188)

    Għandu jiġi nnutat li l-eżistenza ta' miżuri restrittivi għall-kummerċ f'pajjiżi terzi oħra dwar esportazzjonijiet ta' PET mill-Indja ma tistax tiġi kkontestata u li dawn jillimitaw l-esportazzjonijiet tal-PET mill-Indja lejn dawn il-pajjiżi. Fir-rigward tad-dikjarazjonijiet dwar is-sejbiet tat-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ Kanadiż, ta' min jinnota li l-kompetenza tat-Tribunal tal-Kummerċ Internazzjonali Kanadiż fl-investigazzjonijiet dwar ir-rimedju kummerċjali tikkonċerna d-determinazzjoni tad-dannu għas-suq domestiku, filwaqt li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Fruntiera tal-Kanada hija kompetenti għal sejbiet dwar l-eżistenza ta' dumping u sussidjar fil-Kanada. F'dan il-proċediment, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Fruntiera tal-Kanada kkonkludiet li l-importazzjonijiet Indjani fil-Kanada kienu tabilħaqq saru bi prezzijiet oġġett ta' dumping u ssussidjati, u li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet domestiċi Kanadiżi. Madankollu, it-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ Kanadiż ma qiesx li dawn il-prezzijiet kienu ta' ħsara għall-industrija domestika Kanadiża. Il-konklużjonijiet tat-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ Kanadiż għalhekk huma relatati mas-sitwazzjoni tas-suq u tal-industrija fis-suq Kanadiż għal dak il-perjodu speċifiku u għalhekk ma huma tal-ebda rilevanza għas-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni għall-PIR tal-investigazzjoni attwali. Fl-istess ħin, il-konklużjoni tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Fruntiera tal-Kanada li l-esportaturi Indjani kienu għadhom qed jesportaw bi prezzijiet oġġett ta' dumping u sussidjati tista' tkun element rilevanti fil-valutazzjoni tal-imġiba tal-ipprezzar inġust tal-esportaturi Indjani, flimkien mal-elementi l-oħra kollha kkunsidrati fl-investigazzjoni dwar l-imġiba probabbli tal-ipprezzar tagħhom fin-nuqqas miżuri. Il-konstatazzjoni tal-parti kienet għalhekk miċħuda.

    4.5.2.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

    (189)

    L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew jiġu ssusidjati u li m'hemm l-ebda indikazzjoni li s-sussidjar se jitnaqqas jew jitwaqqaf fil-futur.

    (190)

    Jista' jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fil-premessa (177), f'każ li l-miżuri jiġu mħassra, mill-inqas parti minn din il-kapaċità ta' riżerva fl-Indja, x'aktarx se tiġi diretta (mill-ġdid) lejn is-suq tal-Unjoni.

    (191)

    Fil-premessa (181), ġie konkluż li x'aktarx il-produtturi esportaturi mill-Indja se jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni f'każ li l-miżuri jitħallew jskadew u li dawn l-esportazzjonijiet se jsiru bi prezzijiet issusidjati.

    (192)

    F'termini ta' volumi, hemm probabbiltà kbira li l-produtturi esportaturi Indjani se jiksbu aktar sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni li taffaċċja tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ tagħha u żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità tagħha. Tabilħaqq, l-industrija tal-PET hija industrija li tuża kapital kbir li jeħtieġ li żżomm ċertu volum ta' produzzjoni biex iżżomm il-kostijet fissi f'livelli raġonevoli. Iż-żieda fil-kostijiet fissi wara tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ se taffettwa b'mod negattiv il-profitabbiltà. Bħala konsegwenza, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni (li rkuprat biss fl-2017 u li fl-2017 u fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami kienet għadha ferm aktar baxxa mil-livell fil-mira) u s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħha se jiġu affettwati b'mod negattiv u l-ħsara materjali terġa' sseħħ. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni se tiġi prekluża milli tagħmel l-investimenti meħtieġa fil-PET riċiklat kif imħeġġa mill-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks (29).

    (193)

    Abbażi ta' dak li ssemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' ħsara mill-importazzjonijiet Indjani f'każ li l-miżuri jitħassru.

    (194)

    Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mill-Indja sostnew li f'dan il-każ mhuwiex probabbli li terġa' ssir ħsara jekk il-miżuri jiskadu, minħabba l-istruttura (il-konċentrazzjoni u l-integrazzjoni vertikali) tal-industrija tal-Unjoni u, b'mod partikolari, il-pożizzjoni dominanti ta' xi gruppi produtturi fis-suq tal-Unjoni li jikkontrollaw diversi produtturi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat, l-ewwel, li s-suq tal-Unjoni huwa suq miftuħ b'diversi produtturi li joperaw barra l-gruppi. Dan huwa wkoll suq kompetittiv b'importazzjonijiet li jammontaw għal aktar minn 20 % tas-sehem mis-suq u l-kompetizzjoni li qed tikber minn parteċipanti ġodda fis-suq bħaċ-Ċina u t-Turkija, li akkwistaw aktar minn 6 % tas-sehem mis-suq matul il-perjodu meqjus. It-tieni, il-konċentrazzjoni hija tipika għal dan it-tip ta' negozju bbażat fuq il-prodott ta' komodità li jiddependi fuq ekonomija ta' skala għall-kompetittività tiegħu. It-tielet, ma nstab li jeżisti l-ebda price leader fis-suq tal-Unjoni. Id-dikjarazzjoni kienet miċħuda abbażi dan t'hawn fuq.

    (195)

    Xi partijiet interessati sostnew li l-ebda element ma jappoġġja l-konklużjoni li l-kapaċità ta' esportazzjoni Indjana jista' jkollha fil-mira s-suq tal-Unjoni bi prezzijiet baxxi minħabba li d-domanda domestika fl-Indja qed tikber u hija mistennija li tkompli tikber. Barra minn hekk, iż-żieda fid-domanda għall-PET madwar id-dinja kollha, b'mod partikolari fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, tillimita r-riskju li terġa' ssir il-ħsara.

    (196)

    Is-sejbiet f'din l-investigazzjoni juru li t-tkabbir previst tal-kapaċità fl-Indja juri eċċess dejjem akbar tal-kapaċità ta' produzzjoni fuq id-domanda domestika. Barra minn hekk, abbażi tas-sejbiet deskritti fil-premessi (177), (183) u (184), is-suq tal-Unjoni għadu attraenti f'termini ta' daqs u prezzijiet. Għalhekk, x'aktarx li l-importazzjonijiet Indjani ssusidjati se jimmiraw lejn is-suq tal-Unjoni f'volumi sostanzjali u bi prezzijiet medji li jkunu taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni f'każ li l-miżuri kumpensatorji jitħallew jiskadu. Fuq din il-bażi, l-argumenti tal-partijiet kellhom jiġu miċħuda.

    (197)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata ddikjarat li l-importazzjonijiet Indjani ma kkawżawx dannu u x'aktarx li ma jikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni f'każ li l-miżuri jiġu revokati fuq il-bażi li l-importazzjonijiet tal-PET Indjani fis-suq tal-UE kienu se jkunu marġinali u kienu se jkomplu jkunu hekk. Hija argumentat ukoll li l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja żdiedu b'pass ħafna aktar baxx mill-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u naqsu fl-2018. Barra minn hekk, hija sostniet li l-prezz tal-importazzjoni mill-Indja kien apparagun għoli u ogħla mill-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina.

    (198)

    Rigward il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-PET mill-Indja, kif iddikjarat fil-premessa (124), il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu kważi ħames darbiet matul il-perjodu kkunsidrat, kisbu sehem sinifikanti mis-suq u laħqu 156 675 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami. Dawn il-volumi kienu l-ogħla minn meta ġew imposti l-miżuri oriġinali. Konsegwentement, dawn żdiedu b'pass ferm aktar mgħaġġel mill-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba li l-perjodu kkunsidrat kien ikopri kwart biss tal-2018 u fin-nuqqas ta' data dwar il-konsum għall-2018, ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni mill-volum tal-importazzjoni wara l-perjodu meqjus. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew jiġu ssussidjati matul il-perjodu tal-investigazzjoni għal rieżami u li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja, meta tnaqqas id-dazju kumpensatorju fis-seħħ, kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3 % bħala medja (ara l-premessa (130)). Abbażi ta' dan, l-asserzjoni ma setgħetx tintlaqa'.

    5.   INTERESSI TAL-UNJONI

    (199)

    Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji eżistenti kontra l-Indja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interessi tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-fornituri tal-materja prima fl-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

    (200)

    Huwa mfakkar li, fl-investigazzjonijiet oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

    (201)

    Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament bażiku.

    (202)

    Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' sussidjar u ħsara, eżistewx raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

    5.1.   Interessi tal-industrija tal-Unjoni

    (203)

    It-tkomplija tal-miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonjiet mill-Indja tgħin lill-industrija tal-Unjoni tkompli l-investimenti li għaddejjin bħalissa, b'mod partikolari dawk relatati mal-istrateġija Ewropea għall-plastiks u b'mod partikolari mal-PET riċiklat. It-tkomplija tal-miżuri ssaħħaħ ukoll is-sitwazzjoni ekonomika li ttejbet reċentement tal-industrija tal-Unjoni peress li tgħin biex jiġi evitat li l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għall-volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet Indjani ssusidjati li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

    (204)

    Għaldaqstant, huwa konkluż li ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji kontra l-Indja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    5.2.   Interessi tal-fornituri tal-materja prima fl-Unjoni

    (205)

    Il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott taħt rieżami hija l-aċidu tereftaliku ppurifikat - PTA. Fornitur wieħed tal-materja prima kkoopera fl-investigazzjoni billi ssottometta t-tweġiba għall-kwestjonarju. Dan esprima appoġġ għat-tkomplija tal-miżuri.

    (206)

    Peress li l-PTA m'għandu l-ebda użu ieħor fl-Unjoni ħlief għall-produzzjoni tal-PET, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-produtturi tal-PTA jiddependu ħafna fuq l-industrija tal-PET.

    5.3.   Interessi tal-importaturi, tan-negozjanti u tal-utenti

    (207)

    L-ebda wieħed mill-importaturi, negozjanti jew/u utenti mhux relatati ma wieġbu għall-kwestjonarju f'dan ir-rieżami. Sbatax-il importatur/utent mhux relatati u assoċjazzjoni waħda tal-utenti esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għat-tkomplija tal-miżuri minħabba li dawn jillimitaw il-provvista tal-PET bi prezzijiet tas-suq normali u jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-industrija iktar 'l isfel fil-katina tal-attivitajiet, li timpjega ferm aktar persuni mill-industrija tal-PET fl-Unjoni. Dawn sostnew li l-produzzjoni tal-PET fl-UE ma kinitx biżżejjed u li l-importazzjonijiet tal-PET minn pajjiżi terzi oħra kienu limitati, jiġifieri l-importazzjonijiet mill-Korea u l-Indoneżja li parzjalment jintbagħtu lejn il-Ġappun, wara li f'Diċembru 2017 ġew imposti miżuri antidumping fuq il-PET miċ-Ċina.

    (208)

    Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-utenti iktar 'l isfel fil-katina tal-attivitajiet kellhom bżonn il-flessibbiltà biex jakkwistaw il-materjali tagħhom minn diversi sorsi, li l-produzzjoni tal-PET fl-UE ma kinitx biżżejjed u, kif ġie konkluż ukoll fil-premessa (132), li l-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha naqas bi 8 % bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni għal rieżami. Dawn il-partijiet żiedu li ż-żidiet riċenti fl-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja kienu xprunati minn ridistribuzzjoni tal-flussi tal-kummerċ tal-PET madwar id-dinja, pereżempju b'materjal Korean mibjugħ b'aktar profitt fil-Ġappun.

    (209)

    F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni operat bi 88 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu ta' investigazzjoni għal rieżami u li żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu meqjus. Fuq din il-bażi, din għandha biżżejjed kapaċità ta' riżerva biex tkopri aktar minn 85 % tal-konsum domestiku attwali totali tal-PET fl-UE. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-Indja komplew matul il-perjodu meqjus u segwew tendenza ta' żieda (ara l-premessa (124)). L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra mingħajr miżuri kienu disponibbli wkoll u kellhom sehem mis-suq sinifikanti ta' 18,9 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni għal rieżami (ara l-premessa (132)). Barra minn hekk, l-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET, imsaħħa mill-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, se tikkostitwixxi sors ieħor ta' PET biex tkopri d-domanda tal-PET fl-Unjoni. Fl-aħħar nett, anki jekk l-esportazzjonijiet tal-PET mill-Korea u mill-Indoneżja lejn il-Ġappun tabilħaqq żdiedu wara l-2017, l-esportazzjonijiet Koreani u Indoneżjani lejn l-UE xorta kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % u 20 %, rispettivament, tal-esportazzjonijiet totali tagħhom ta' PET fl-2018 u ma kien hemm l-ebda sinjal li kwalunkwe tnaqqis ma setax jiġi kkumpensat minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (30) jew mill-Indja stess, peress li, kif diġà ġie nnutat fil-premessa (124), il-volumi tal-importazzjoni mill-Indja żdiedu għal kważi ħames darbiet matul il-perjodu kkunsidrat, u dan jissarraf f'żieda ta' 3,3 punti perċentwali tas-sehem tagħha mis-suq fl-Unjoni matul l-istess perjodu. L-investigazzjoni sabet li l-volum tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni mill-Korea jenħtieġ li jibqa' stabbli (madwar 1 100 elf tunnellata u 800 elf tunnellata rispettivament); il-volum tal-produzzjoni fl-Indoneżja għandu jibqa' stabbli wkoll (b'madwar 400 elf tunnellata), filwaqt li l-volum tal-esportazzjoni mill-Indoneżja jista' jonqos, iżda biss minħabba ż-żieda fid-domanda lokali (31).

    (210)

    Għalhekk, anke bil-miżuri li huma fis-seħħ għall-Indja, il-provvista tal-PET fl-Unjoni mhijiex limitata u jeżistu prezzijiet tas-suq kompetittivi.

    (211)

    Barra minn hekk, bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija downstream kellha l-problemi biex twassal iż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima u, kif tennew, l-interessi tal-industrija downstream qabżu l-interessi tal-produtturi tal-PET tal-Unjoni f'termini ta' impjiegi u sinifikananza ekonomika. Kif innutat fil-premessa (206), l-importaturi mhux relatati, in-negozjanti jew/u l-utenti ma rrispondewx għall-kwestjonarju f'dan ir-rieżami biex jissostanzjaw id-dikjarazzjoni fir-rigward tal-effett materjali fuq l-ispejjeż tagħhom. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta' kwalunkwe prova rigward il-pretensjonijiet li saru, dawn kellhom jiġu rrifjutati.

    (212)

    Fuq din il-bażi u f'konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-investigazzjonijiet preċenti, huwa mistenni li t-tkomplija tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u li għalhekk ma hemm l-ebda raġuni b'saħħitha biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti għall-Indja.

    5.4.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

    (213)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti marbuta mal-interessi tal-Unjoni li topponi l-estensjoni tal-miżuri kumpensatorji attwali fuq l-importazzjonijiet mill-Indja.

    6.   MIŻURI KUMPENSATORJI

    (214)

    Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri kumpensatorji li huma fis-seħħ għall-Indja. Huma ngħataw ukoll perjodu li matulu setgħu jressqu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

    (215)

    Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet tal-PET li joriġina mill-Indja, imposti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1468 jenħtieġ li jinżammu.

    (216)

    Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami magħmul minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (217)

    Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju kumpensatorju individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (32) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni, assoċjat pereżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

    (218)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (33), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju ta' kull xahar.

    (219)

    Dan ir-Regolament hu skont l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (34).

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dazju kumpensatorju definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-polietilentereftalat li għandu numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew iżjed, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3907 61 00 u li joriġina mill-Indja.

    2.   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Rata tad-dazju

    (EUR/tunnellata)

    Il-kodiċi TARIC addizzjonali

    L-Indja

    Futura Polyesters Ltd

    0

    A184

    L-Indja

    IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited

    18,73

    C380

    L-Indja

    Pearl Engineering Polymers Ltd

    74,6

    A182

    L-Indja

    Reliance Industries Limited

    29,21

    A181

    L-Indja

    Senpet Ltd

    22,0

    A183

    L-Indja

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    69,4

    A999

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jimponi taxxa kumpensatorja u l-ġbir definittiv tad-dazji proviżjonali imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċertu tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indonesja, r-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan, ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005 tas-6 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/2000 li jimponi taxxa kumpensatorja definittiva fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina, inter alia, mill-Indja, ĠU L 266, 11.10.2005, p. 1.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 tat-22 ta' Frar 2007 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34.

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polyethtlene terephthalate, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina, inter alia, fl-Indja, ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1.

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 906/2011 tat-2 ta' Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li joriġina fl-Indja, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate li joriġina, inter alia, fl-Indja, ĠU L 232, 9.9.2011, p. 19.

    (7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali li tikkonċerna l-miżuri kumpensatorji dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu tereftalat tal-poljetilene (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja, ĠU L 168, 28.6.2012, p. 6.

    (8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalatli (PET) li joriġina mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, ĠU L 137, 23.5.2013, p. 1.

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/745/KE tad-29 ta' Novembru 2000 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja u r-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja, ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88.

    (10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal-4 ta' Frar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2000/745/KE li taċċetta impenji offruti f'rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti polietilentereftalat (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja, ĠU L 59, 28.2.2014, p. 35.

    (11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1350 tat-3 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, ĠU L 208, 5.8.2015, p. 10.

    (12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1468 tal-1 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, ĠU L 246, 2.10.2018, p. 3.

    (13)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra s-sussidji, ĠU C 279, 23.8.2017, p. 11.

    (14)  Notifika ta' bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja (ĠU C 173, 22.5.2018, p.9).

    (15)  Notifika ta' bidu dwar rieżami interim parzjali rigward il-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, ĠU C 111, 25.3.2019, p.47

    (16)  http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/formatted-htmls/cs-rulee.

    (17)  Għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Indja, edizzjoni straordinarja, parti ii, taqsima 3, subtaqsima (i)] Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi (Dipartiment tad-Dħul) tal-Gvern tal-Indja Nru 88/2017-CUSTOMS (N.T.) New Delhi, il-21 ta' Settembru 2017. Ara http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2017/cs-nt2017/csnt88-2017.pdf.

    (18)  Cus. L-20 ta' April, 2001F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont l-Artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regola ta' Restituzzjoni sabiex tintuża r-rata ta' restituzzjoni għall-industriji kollha. Ara b'mod partikolari t-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont l-Artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regola ta' Restituzzjoni sabiex tintuża r-rata ta' restituzzjoni għall-industriji kollha; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-circulars/cs-circulars-2001/24-2001-cus.

    (19)  In-Notifika Nru 110/2015 – CUSTOMS (N.T.) tal-GOI tas-16 ta' Novembru 2015 tistabbilixxi li r-rata applikabbli tad-DDS fuq il-valur FOB tal-esportazzjonijiet tal-PET (ikklassifikati taħt l-entrata tat-tariffa 390701) hija ta' 1,9 %, b'effett mit-23 ta' Novembru 2015. Ara http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2015/cs-nt2015/csnt110-2015 u l-Anness bl-iskeda http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-sch2015.pdf.

    (20)  In-Notifika Nru 131/2016 – CUSTOMS (N.T.) tal-GOI tal-31 ta' Ottubru 2016 tistabbilixxi li r-rata applikabbli tad-DDS fuq il-valur FOB tal-esportazzjonijiet tal-PET (ikklassifikati taħt l-entrata tat-tariffa 3907) hija ta' 1,5 %, b'effett mill-15 ta' Novembru 2016. Ara http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2016/cs-nt2016/csnt131-u-2016.pdf u l-Anness bl-iskeda http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-sch2016.pdf.

    (21)  Din il-karatteristika hija enfasizzata mill-korp rilevanti tal-leġiżlazzjoni u mir-regoli applikabbli għall-iskema, bħal fiċ-Ċirkolari Nru 24/2001 Cus. L-20 ta' April, 2001 F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont l-Artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regola ta' Restituzzjoni sabiex tintuża r-rata ta' restituzzjoni għall-industriji kollha. C; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-circulars/cs-circulars-2001/24-2001-cus, aċċessat fis-7 ta' Ġunju 2018; b'mod partikolari t-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont l-Artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regola ta' Restituzzjoni sabiex tintuża r-rata ta' restituzzjoni għall-industriji kollha.

    (22)  Ta' min ifakkar li l-prezz tal-PET huwa ddeterminat b'90 % mill-prezzijiet tal-materja prima, jiġifieri l-aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA), li min-naħa tiegħu jvarja abbażi tal-prezzijiet taż-żejt naturali. Dan jikkawża volatilità għolja tal-prezzijiet tal-PET.

    (23)  Il-profitt fil-mira ta' 7 % ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, ara l-premessa (349), ĠU L199, 5.8.2000, p. 44.

    (24)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta' skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja (2013/226/UE), ĠU L 136, 23.5.2013, p.12.

    (25)  Sors: Global Trade Atlas https://www.gtis.com/gta .

    (26)  Studji dwar is-suq u t-tbassir miġbur mill-produtturi vverifikati tal-Unjoni (Sorsi: SBA-CCI consultants; Wood Mackenzie Ltd.) u d-data tal-produtturi Indjani li kkooperaw.

    (27)  Sors: WTO, Integrated Trade Intelligence Portal (I-TIP).

    (28)  Inkjesta, tat-Tribunal tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada, dwar jekk id-dumping u s-sussidjar tar-reżina tal-polietilentereftalat (ir-reżina tal-PET), li għandha viskożità intrinsika ta' mill-inqas 0,70 deċilitru għal kull gramma iżda mhux aktar minn 0,88 deċilitru għal kull gramma, inkluża r-reżina tal-PET li fiha diversi addittivi introdotti fil-proċess tal-manifattura, kif ukoll it-taħlitiet tar-reżina verġni tal-PET u tal-PET riċiklat li fihom kontenut tar-reżina verġni tal-PET ta' 50 fil-mija jew aktar skont id-daqs, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (iċ-Ċina), ir-Repubblika tal-Indja (l-Indja), is-Saltna tal-Oman (l-Oman) u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (il-Pakistan) jew li jiġu esportati minnhom, ikkawżawx ħsara jew qed jheddu li jikkawżaw ħsara lill-industrija domestika, Nru NQ-2017-003. Sors: http://www.citt.gc.ca/en/node/8285#_Toc519504461.

    (29)  L-Istrateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari li ġiet adottata mill-Kummissjoni f'Jannar 2018 għandha l-għan li tillimita t-tniġġis tal-plastik u l-impatti negattivi tiegħu fuq is-saħħa u l-ambjent. Waħda mill-miri ewlenin hija li sal-2030 l-imballaġġ fl-UE jkun magħmul għalkollox minn plastik li jkun 100 % riċiklabbli. L-industrija tal-Unjoni hija mistennija li taqdi rwol ewlieni f'dan il-qafas billi tinvesti fil-PET riċiklat. https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:2df5d1d2-fac7-11e7-b8f5-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF

    (30)  Sors: Global Trade Atlas https://www.gtis.com/gta .

    (31)  Studji dwar is-suq u t-tbassir miġbur mill-produtturi vverifikati tal-Unjoni. Sorsi: SBA-CCI consultants; Wood Mackenzie Ltd.

    (32)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, B-1049 Brussell, il-Belġju.

    (33)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

    (34)  GU L 176, 30.6.2016, p. 21.


    Üles