This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019L1813
Commission Implementing Directive (EU) 2019/1813 of 29 October 2019 amending Implementing Directive 2014/96/EU on the requirements for the labelling, sealing and packaging of fruit plant propagating material and fruit plants intended for fruit production, falling within the scope of Council Directive 2008/90/EC as regards the colour of the label for certified categories of propagating material and fruit plants and the content of the supplier’s document
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1813 tad-29 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE dwar ir-rekwiżiti għat-tikkettar, is-siġillar u l-imballaġġar ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tal-kulur tat-tikketta għall-kategoriji ċertifikati tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott u fir-rigward tal-kontenut tad-dokument tal-fornitur
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1813 tad-29 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE dwar ir-rekwiżiti għat-tikkettar, is-siġillar u l-imballaġġar ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tal-kulur tat-tikketta għall-kategoriji ċertifikati tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott u fir-rigward tal-kontenut tad-dokument tal-fornitur
C/2019/7614
ĠU L 278, 30.10.2019, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/7 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1813
tad-29 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE dwar ir-rekwiżiti għat-tikkettar, is-siġillar u l-imballaġġar ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tal-kulur tat-tikketta għall-kategoriji ċertifikati tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott u fir-rigward tal-kontenut tad-dokument tal-fornitur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE (2) tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott biex tiżgura l-identità u t-traċċabbiltà ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u ta’ dawk il-pjanti tal-frott matul il-kummerċjalizzazzjoni. |
(2) |
F’konformità ma’ dik id-Direttiva, l-użu ta’ tikketti kkuluriti għall-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u għall-pjanti tal-frott tal-kategoriji prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati kellu jiġi rieżaminat mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2019. |
(3) |
Stħarriġ imwettaq mill-Kummissjoni wera li l-maġġoranza tal-Istati Membri huma favur l-użu obbligatorju ta’ tikketta kkulurita għall-kategoriji prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott. L-istħarriġ indika wkoll li bosta Stati Membri jikkummerċjalizzaw il-materjal Conformitas Agraria Communitatis (“CAC”) b’dokument tal-fornitur isfar fil-forma ta’ tikketta mwaħħla mal-materjal CAC. |
(4) |
Sabiex titqies il-prattika eżistenti fl-Istati Membri, u sabiex jiġi żgurat li jkun hemm distinzjoni ċara bejn id-dokument tal-fornitur għall-materjal CAC u t-tikketti uffiċjali għall-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat, jenħtieġ li l-kulur tat-tikketta CAC ikun isfar meta d-dokument tal-fornitur ikun imwaħħal mal-materjal CAC. Jenħtieġ li ma jiġi preskritt l-ebda kulur speċjali għad-dokument tal-fornitur meta ma jkunx imwaħħal mal-materjal CAC minħabba li f’każ bħal dan ma hemm ebda riskju ta’ konfużjoni ma’ xi tikketta jew dokument ieħor. |
(5) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/96/UE ma tippreskrivix kulur speċifiku għad-dokument tal-fornitur meta jkun imwaħħal mal-materjal CAC fil-forma ta’ tikketta. Bħalissa, ċerti Stati Membri jużaw kulur li mhuwiex isfar għal dawk it-tikketti. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ, jenħtieġ li għal perjodu tranżitorju l-Istati Membri jitħallew jawtorizzaw il-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom stess tal-materjal CAC li miegħu jitwaħħlu tikketti f’kulur li mhuwiex isfar, fejn dawk it-tikketti kkuluriti diġà kienu jintużaw sal-1 ta’ April 2020. |
(6) |
Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-kontenut tad-dokument tal-fornitur jista’ jiġi ssimplifikat biex tiġi żgurata aktar flessibbiltà għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal CAC f’kull Stat Membru. Meta d-dokument tal-fornitur ikun fih inqas informazzjoni jkun aktar faċli għall-fornitur li jnaqqas id-daqs ta’ dak id-dokument sabiex ikun jista’ jitwaħħal fuq il-materjal CAC li jkun se jiġi kkummerċjalizzat. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-provvista ta’ informazzjoni dwar il-kwantità ta’ materjal CAC ikkummerċjalizzat u l-Istat Membru fejn ġie prodott il-materjal CAC, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru li fih ikun tħejja d-dokument tal-fornitur, tkun fakultattiva. |
(7) |
Wara li kkunsidrat il-bidliet li jridu jsiru fir-rekwiżiti tat-tikkettar għall-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u għall-pjanti tal-frott tal-kategoriji ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha, kif ukoll fir-rekwiżiti għad-dokument tal-fornitur, huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/96/UE. |
(8) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta’ April 2020. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, it-taqsima il-Materjal tal-Propagazzjoni u l-Pjanti tal-Ġeneri u l-Ispeċi tal-Frott, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/96/UE
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/96/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Id-dokument tal-fornitur għall-materjal CAC 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal CAC li jiġi kkummerċjalizzat ikollu miegħu dokument imħejji mill-fornitur f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 (“id-dokument tal-fornitur”). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-fornitur ma jkunx jixbah lid-dokument ta’ akkumpanjament imsemmi fl-Artikolu 3 sabiex jiġi evitat li tinħoloq konfużjoni bejn dawn iż-żewġ dokumenti. 2. Id-dokument tal-fornitur għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
3. Meta d-dokument tal-fornitur ikun imwaħħal mal-materjal CAC, il-kulur tiegħu għandu jkun isfar. 4. Id-dokument tal-fornitur għandu jiġi stampat b’linka permanenti f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, b’mod li l-kontenut tiegħu jkun jidher b’mod ċar u jinqara faċilment.” |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Marzu 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk d-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Miżuri tranżitorji
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2021, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom stess tal-materjal Conformitas Agraria Communitatis (“CAC”) li miegħu jitwaħħlu tikketti f’kulur li mhuwiex isfar, fejn dawk it-tikketti kkuluriti diġà kienu jintużaw sal-1 ta’ April 2020.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġu kkummerċjalizzati, il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u l-pjanti tal-frott li jikkwalifikaw bħala materjal CAC jiġu identifikati permezz ta’ referenza għal dan l-Artikolu fid-dokument tal-fornitur meta jintuża bħala tikketta.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8.
(2) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar ir-rekwiżiti għat-tikkettar, is-siġillar u l-imballaġġar ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 12).