Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2174

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2174 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet tas-suq, fit-tifsira tal-Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317, fir-rigward ta’ wħud mis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminals tal-ajruporti ta’ Alicante u Ibiza (notifikata bid-dokument C(2019) 8919) (It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

    C/2019/8919

    ĠU L 329, 19.12.2019, p. 95–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/2174/oj

    19.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 329/95


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2174

    tas-17 ta’ Diċembru 2019

    dwar l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet tas-suq, fit-tifsira tal-Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317, fir-rigward ta’ wħud mis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminals tal-ajruporti ta’ Alicante u Ibiza

    (notifikata bid-dokument C(2019) 8919)

    (It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu (35)(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta’ Lulju 2019, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni maħsuba tagħha li wħud mis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminals tal-ajruporti ta’ Alicante u Ibiza huma suġġetti għal kundizzjonijiet tas-suq (“id-deċiżjoni maħsuba ta’ Spanja”). Dawk is-servizzi jikkonċernaw il-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom. Id-deċiżjoni maħsuba ta’ Spanja tikkonċerna t-tielet perjodu ta’ referenza skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

    (2)

    Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, u fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ddettaljata tal-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Anness X ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li s-servizzi kkonċernati huma soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq. L-awtoritajiet Spanjoli kkonsultaw lir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, kif ukoll lil partijiet ikkonċernati oħra bħall-operaturi tal-ajruport u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

    (3)

    Il-valutazzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli qieset is-sitt kriterji li huma previsti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Skont il-punt 6 tiegħu, il-kriterji preċedenti ġew ivvalutati individwalment għal kull ajruport. Għall-kriterji stipulati fil-punti 1) u 2) tiegħu, l-awtoritajiet Spanjoli sabu li ma kienx hemm ostakli sinifikanti li jipprevjenu lil fornitur tas-servizzi milli joffri servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom. L-abbozz ta’ kuntratt tal-provvista tas-servizz jipprevedi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri li skonthom l-ajruporti jistgħu jitterminaw il-kuntratt u jaqilbu għall-awtoforniment. Il-valutazzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli turi wkoll li hemm fis-seħħ proċeduri li jipprevedu t-trasferiment tal-persunal u tal-assi kollha lejn kumpanija differenti. Fir-rigward tal-punt 3 tal-Anness X, ta’ min jinnota li Spanja organizzat sejħa li tapplika proċess ta’ sejħa għall-offerti pubblika eżistenti għall-forniment tas-servizzi inkwistjoni. Fil-mument tal-proċess tal-offerti, ġew iċċertifikati tmien fornituri differenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru minn Spanja, li jikkostitwixxu fornituri ta’ servizz alternattivi kredibbli biex jipparteċipaw fil-proċess tal-offerti. Uħud minn dawk il-fornituri tas-servizzi kienu diġà pprovdew servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness X, l-ajruporti ta’ Alicante u Ibiza huma t-tnejn soġġetti għal pressjonijiet kummerċjali u tabilħaqq jikkompetu b’mod attiv għat-traffiku turistiku. L-offerent magħżul huwa distint u indipendenti mill-fornitur kurrenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru en route, li jiżgura li l-kontabbiltà u r-rappurtar ikunu separati, kif imsemmi fil-punt 5 tal-Anness X.

    (4)

    Il-Kummissjoni eżaminat id-deċiżjoni maħsuba ta’ Spanja u l-valutazzjoni sottostanti tagħha, u waslet għall-konklużjoni li l-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom, kif notifikata minn Spanja fid-29 ta’ Lulju 2019, twettqet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq għall-forniment ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom fiż-żoni tal-imposti tat-terminals fl-ajruporti ta’ Alicante u Ibiza matul it-tielet perjodu ta’ referenza skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, kif innotifikat minn Spanja fid-29 ta’ Lulju 2019, twettqet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Adina-Ioana VĂLEAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

    (2)  ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.


    Top